21.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 20/34 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9641 — SNAM/FSI/OLT)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 20/06)
1.
Fis-7 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
SNAM S.p.A. (L-ITALJA), |
— |
First State Investments International Ltd (IR-RENJU UNIT), |
— |
OLT Offshore LNG Toscana S.p.A. (L-ITALJA). |
SNAM u FSI jakkwistaw il-kontroll bi sħab, fis-sens tal-Artikolu 3(1) u 3(4) tal-EUMR, ta’ OLT.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
SNAM: l-iżvilupp u l-ġestjoni integrata ta’ infrastrutturi tal-gass u, b’mod partikolari, it-trażmissjoni, ir-rigassifikazzjoni u l-ħażna tal-gass naturali fl-Italja kif ukoll f’pajjiżi oħra Ewropej; |
— |
FSI: diviżjoni ta’ ġestjoni tal-assi ta’ Mitsubishi UFJ Trust and Banking Corporation, li hija waħda mill-akbar ġestjoni tal-assi fil-Ġappun u li hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Mitsubishi UFJ Financial Group Inc.; |
— |
OLT: il-ġestjoni ta’ ħażna fuq l-ilma u ta’ unità tar-rigassifikazzjoni għal gass naturali likwifikat fl-Italja, il-provvista ta’ kapaċità ta’ rigassifikazzjoni lill-parteċipanti tas-suq kollha interessati f’kundizzjonijiet trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9641 – SNAM / FSI / OLT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29 ta’ Jannar 2004, p. 1 (ara r-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).