23.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/20


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10032 – Goldman Sachs Group/Insight Venture Management/InhabitIQ Parent)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 398/17)

1.   

Fis-16 Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Insight Venture Management , LLC (“Insight”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

InhabitIQ Parent, LLC (“InhabitIQ”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Goldman Sachs takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ InhabitIQ kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Goldman Sachs: servizzi bankarji globali għall-investiment, titoli u ġestjoni tal-investimenti. Hija tipprovdi firxa ta’ servizzi bankarji, ta’ titoli u ta’ investiment madwar id-dinja għal bażi sostanzjali u diversifikata ta’ klijenti,

Insight: kapital ta’ riskju globali u ekwità privata. Hija tispeċjalizza f’investimenti f’ekwità ta’ tkabbir, akkwiżizzjoni, kapital għal fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet. Insight primarjament tinvesti fis-settur tat-teknoloġija, billi tiffoka fuq it-teknoloġija li tħares lejn il-konsumatur, u infrastruttura tas-software bbażata fuq is-software bħala servizz (software as a service, SaaS),

InhabitIQ: fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ software għall-ġestjoni tal-proprjetà għall-managers tal-proprjetà ta’ kull daqs fis-swieq finali residenzjali, tal-btajjel u kummerċjali. Il-kumpanija tipprovdi sett komprensiv ta’ soluzzjonijiet ta’ software integrat biex tittratta l-flussi kollha tal-klijenti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10032 - Goldman Sachs Group/Insight Venture Management/InhabitIQ Parent

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.