26.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10014 — LGP/Centerbridge/Community Psychiatry)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 403/08)

1.   

Fid-19 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Leonard Green & Partners (“LGP”, l-Istati Uniti),

Centerbridge Partners, L.P. (“Centerbridge”, l-Istati Uniti),

Community Psychiatry Management, LLC (“Community Psychiatry”, l-Istati Uniti), attwalment ikkontrollata minn Centerbridge.

LGP u Centerbridge jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Community Psychiatry.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal LGP: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata ffokat fuq l-investiment f’kumpaniji li jipprovdu servizzi, inklużi servizzi tal-konsumatur, tan-negozju u tal-kura tas-saħħa, kif ukoll il-bejgħ bl-imnut, id-distribuzzjoni, kif ukoll l-industrijali, fil-livell globali.

għal Centerbridge: ditta ta’ ġestjoni tal-investiment privat attiva f’ekwità privata, fil-kreditu u l-proprjetà immobbli, fuq livell globali.

għal Community Psychiatry: tippossjedi u topera katina ta’ polikliniċi tal-outpatients f’California (l-Istati Uniti), fejn tipprovdi servizzi psikjatriċi u terapewtiċi għal pazjenti b’disturbi mentali u komportamentali ħfief sa moderati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10014 — LGP/Centerbridge/Community Psychiatry

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.