14.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Awwissu 2020

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki (BĊE/2020/37)

(2020/C 268/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tas-Suomen Pankki, PricewaterhouseCoopers Oy, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2019. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2020.

(3)

Suomen Pankki għażel lil KPMG Oy Ab bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2020 sa 2025,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi KPMG Oy Ab għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2020 sa 2025.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Awwissu 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE