Brussell, 14.10.2020

COM(2020) 952 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rapport ta’ progress dwar l-enerġija rinnovabbli


1. INTRODUZZJONI

L-Enerġija Rinnovabbli hija fil-qalba tal-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Id-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli 1 (RED I) hija element ċentrali fil-politika dwar l-enerġija tal-UE u xprunatur ewlieni biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija rinnovabbli għall-2020. Il-miri għall-2020 huma wkoll l-ewwel pass importanti biex tiġi pprovduta l-bażi biex sal-2030 tintlaħaq l-ambizzjoni akbar ta’ tnaqqis ta’ 55 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) kif previst fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika 2 skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew 3 . B’dik l-ambizzjoni akbar, l-UE stabbiliet triq bilanċjata lejn in-newtralità klimatika sal-2050 permezz tad-dekarbonizzazzjoni radikali tas-setturi kollha tal-ekonomija. F’dan is-sens, hemm bżonn tranżizzjoni mis-sistema tal-enerġija tal-lum għal sistema tal-enerġija integrata bbażata l-aktar fuq sorsi rinnovabbli. Kif speċifikat fil-valutazzjoni tal-impatt għall-Pjan dwar il-Mira Klimatika għat-tnaqqis ta’ 55 % tal-gassijiet serra, is-sehem tal-2030 tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli se jkollu jilħaq it-38-40 % 4 .  

L-Istrateġija għall-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija 5 tenfasizza li l-ġejjieni tal-enerġija tal-Ewropa jrid jiddependi minn sehem dejjem jikber ta’ enerġiji rinnovabbli distribwiti ġeografikament li jintegraw it-trasportaturi tal-enerġija differenti b’mod flessibbli, filwaqt li tinżamm l-effiċjenza tar-riżorsi u jiġu evitati t-tniġġis u t-telf tal-bijodiversità. L-enerġija nadifa u rinnovabbli se tkun ukoll element kostitwenti tal-irkupru ekonomiku wara l-kriżi tal-COVID-19. Il-pjan ta’ rkupru tal-Kummissjoni 6 kif ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 jenfasizza l-ħtieġa ta’ integrazzjoni aħjar tas-sistema tal-enerġija, bħala parti mill-isforzi tagħha biex toħloq investiment f’teknoloġiji nodfa ewlenin u fil-katini tal-valur u biex iżżid ir-reżiljenza fl-ekonomija kollha. Fil-kuntest tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, li għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b’mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali jew dawk li jirriżultaw minnha. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta’ riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima (NECP) u fl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1999, fil-pjanijiet ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta, u fil-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi taħt il-fondi tal-UE.

Element kostitwenti ewlieni huwa d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2018/2001  dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (RED II 7 ) fl-24 ta’ Diċembru 2018. Id-direttiva l-ġdida stabbiliet qafas robust biex tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-UE ta’ mill-inqas 32 % ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija sal-2030. Dan il-qafas mibni fuq il-progress taħt ir-RED I jinkludi fost oħrajn l-obbligu tal-Istati Membri li jużaw il-miri tal-2020 bħala l-linja bażi għat-trajettorji nazzjonali fl-NECPs. Wara s-sottomissjoni tal-NECPs kollha, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-UE issa mistenni jilħaq 33,1-33,7 % 8 fl-2030. Il-kontribuzzjonijiet aggregati tal-Istati Membri jindikaw li l-użu tal-enerġija rinnovabbli se jikber aktar malajr fis-snin sal-2030, b’mod li jekk l-Istati Membri jipprovdu (u jaqbżu) l-kontributi tagħhom tal-enerġija rinnovabbli, is-sehem globali tal-UE tal-enerġija rinnovabbli jaqbeż il-mira ta’ 32 %.

Il-prijorità politika tal-UE li ssir il-mexxejja dinjija fis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli hija msaħħa mill-preżenza ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fid-dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija. It-tmexxija teknoloġika hija prominenti fis-settur tal-enerġija nadifa (b’mod partikolari fl-enerġija mir-riħ, mill-oċeani, mit-teknoloġiji tal-grid intelliġenti u mill-idroġenu rinnovabbli), iżda jenħtieġu sforzi kontinwi biex jintlaħaq u jinbena vantaġġ kompetittiv fl-enerġija mill-batteriji u l-fotovoltajċi solari (PV) 9 . L-UE tinsab f’pożizzjoni għolja fost il-kompetituri internazzjonali fi brevetti ta’ valur għoli li juru l-pożizzjoni ewlenija tal-Ewropa biex tinnova u tesporta teknoloġiji ġodda u mtejba b’livell baxx ta’ karbonju 10 .

Il-benefiċċji tas-sorsi rinnovabbli jestendu ferm lil hinn mid-dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija. L-enerġiji rinnovabbli huma sors ta’ tkabbir ekonomiku u ta’ impjiegi għall-Ewropej, b’mod partikolari l-impjiegi lokali b’aktar minn 1,5 miljun persuna li bħalissa qegħdin jaħdmu fis-settur u bi dħul annwali stmat li jlaħħaq madwar € 158,9 biljun 11 . Ir-rapport riċenti dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija fl-Ewropa 12 jiddokumenta li l-ammonti akbar ta’ enerġija rinnovabbli huma fattur rilevanti fil-waqgħa tal-prezzijiet tal-enerġija bl-ingrossa fis-snin riċenti. Dan jista’ mbagħad inaqqas l-ispejjeż tal-enerġija għall-industrija u potenzjalment itejjeb il-kompetittività industrijali. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, it-tnaqqis fil-kost tat-teknoloġija flimkien mad-diġitalizzazzjoni qiegħed jibdel is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’forza mexxejja reali li tagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex ikollhom rwol ewlieni fit-tranżizzjoni tal-enerġija.

Dan ir-rapport jipprovdi l-aktar għarfien reċenti dwar il-progress li sar sal-2018 lejn il-miri nazzjonali vinkolanti tal-2020 dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jissodisfa l-obbligi ta’ rapportar tal-Kummissjoni skont ir-RED I u d-Direttiva dwar it-Tibdil Indirett fl-Użu tal-Art (ILUC) 13 . Dan juża statistika dwar l-enerġija bbażata fuq it-trażmissjonijiet mill-Istati Membri lill-Eurostat sa Lulju 2020 bħala sors primarju tad-data għall-evalwazzjoni tal-progress lejn il-mira tal-2020. Dan ir-rapport ikompli jibni fuq il-ħames rapport biennali ta’ progress tal-Istati Membri dwar l-enerġija rinnovabbli li jkopri l-perjodu 2017–18 14 , kif ukoll l-analiżi teknika komplementari magħmula matul l-2020. Jinkludi wkoll ħarsa ġenerali lejn il-potenzjal f’termini ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni flwaqt li jivvaluta l-oqfsa amministrattivi u s-sostenibbiltà tal-bijokarburanti.

Ir-rapport jikkonsisti f’erba’ kapitoli ewlenin. Il-Kapitolu 2 jistabbilixxi valutazzjoni ġenerali fil-livell tal-UE filwaqt li l-Kapitolu 3 iżid analiżi aktar dettaljata tal-progress tal-Istati Membri, inklużi l-projezzjonijiet lejn l-2020. Il-Kapitolu 4 jivvaluta s-sostenibbiltà tal-bijokarburanti. Il-konklużjonijiet ġenerali b’rakkomandazzjonijiet huma ppreżentati fil-Kapitolu 5. Sakemm ma jissemmiex b’mod speċifiku, iċ-ċifri mogħtija f’dan ir-rapport jinkludu lir-Renju Unit, Stat Membru tal-UE fil-perjodu ta’ rapportar tal-2018

2. IL-PROGRESS TAL-UE FL-UŻU TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI

Fl-2018, l-UE laħqet sehem ta’ 18,0 % (18,9% għall-EU-27) ta’ enerġija rinnovabbli f’konsum finali gross tal-enerġija, meta mqabbel mal-mira ta’ mill-inqas 20 % (20,6 15  % għall-EU-27) għall-2020 u ’l fuq mit-trajettorja indikattiva ta’ 16 % għall-2017/2018. Barra minn hekk, l-UE kollha kemm hi tinsab ukoll ’il fuq mit-trajettorja kemxejn aktar ambizzjuża ddefinita mill-Istati Membri stess fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAPs) 16 . Dawn l-aħħar snin raw żieda kostanti fis-sehem globali ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (RES) fil-livell tal-UE u fl-ishma settorjali tal-enerġija rinnovabbli fl-elettriku (RES-E), fit-tisħin u fit-tkessiħ (RES-H&C), kif ukoll, f’livell inqas, fit-trasport (RES-T).

Fir-rigward tas-setturi individwali, fil-livell tal-UE s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ kien sistematikament ogħla mil-livelli ddefiniti mill-Istati Membri fl-NREAPs tagħhom, filwaqt li s-settur tat-trasport jinsab ftit ’l isfel mis-sehem ippjanat fl-NREAP (8,03 % attwali meta mqabbel mat-8,50 % ippjannat) 17 . Dan in-nuqqas huwa parzjalment dovut għad-dibattitu dwar il-politika tal-bijokarburanti u l-aġġustamenti relatati fil-qafas leġiżlattiv. Filwaqt li dawn l-aġġustamenti kienu meħtieġa biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar is-sostenibbiltà, l-inċertezza li rriżultat dwar il-qafas ta’ politika tal-ġejjieni naqqset ir-ritmu tal-investimenti fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-bijokarburanti, inklużi l-bijokarburanti avvanzati 18 . Iż-żieda fl-investiment fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-bijokarburanti avvanzati li tirriżulta mill-adozzjoni tar-RED II mhijiex riflessa fid-data tal-2018.

Il-bijoenerġija b’mod ġenerali tibqa’ s-sors ewlieni ta’ enerġija rinnovabbli fl-UE, b’sehem ta’ madwar 60 % fl-2018. Il-bijokarburanti solidi jikkostitwixxu l-akbar sehem ta’ bijoenerġija bi 68,4 %. Minn dawn il-bijokarburanti solidi, il-forestrija tammonta għal madwar 91 %. Il-forom l-oħra ta’ bijoenerġija huma l-bijokarburanti likwidi (12,6 %), il-bijogass (11,6 %), is-sehem rinnovabbli tal-iskart muniċipali (7,2 %) u l-faħam (2 %) 19 .

Illustrazzjoni 1: L-ishma tal-enerġija rinnovabbli attwali u ppjanati għall-UE (2005-2020, %). Sors: Eurostat u l-pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAP)

F’termini tal-konsum assolut tal-enerġija rinnovabbli, it-tisħin u t-tkessiħ jipprovdu l-akbar kontribut (total ta’ 102,9 Mtoe fl-2018), segwiti mill-qrib mill-elettriku rinnovabbli (90,3 Mtoe) u t-trasport (25,1 Mtoe) 20 .

Is-sorsi rinnovabbli ewlenin użati fis-setturi tal-konsum tal-enerġija kienu l-bijomassa għat-tisħin u għat-tkessiħ, l-idroelettriku u r-riħ għall-elettriku, u l-bijokarburanti għat-trasport. 

L-Istati Membri qegħdin primarjament jappoġġaw ir-RES T permezz ta’ strumenti mmirati lejn l-użu tal-bijokarburanti, iżda qed jippromwovu dejjem aktar l-għażliet ta’ elettromobbiltà jew attwalment qed jippjanaw li jimplimentaw sussidji għall-elettromobbiltà. Fost l-Istati Membri li diġà għandhom strumenti ta’ appoġġ fis-seħħ hemm id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, Malta, l-Awstrija, ir-Rumanija, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

Fis-settur tal-elettriku qiegħda ssir bidla ċara paradigmatika lejn is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Bejn l-2010 u l-2018 il-kapaċità kumulattiva solari u eolika fl-UE kibret minn 110 GW għal 261 GW 21 . Wieħed mill-fatturi ewlenin kien it-tnaqqis fil-kost tal-elettriku mill-enerġija solari fotovoltajka u eolika, li matul il-perjodu mill-2009 sal-2018 naqas bi kważi 75 % u madwar 50 % (skont is-suq) rispettivament, minħabba tnaqqis fil-kostijiet kapitali, avvanzi fl-effiċjenza u titjib fil-katina tal-provvista u minħabba offerti kompetittivi għal skemi ta’ appoġġ. Eż. il-Ġermanja u n-Netherlands minn nofs l-2016 ’l hawn allokaw aktar minn 3,1 GW ta’ kapaċitajiet lil hinn mill-kosta taħt offerti ta’ sussidju żero 22 . Sa Lulju 2020, 18-il Stat Membru bdew jiddeterminaw il-livelli ta’ appoġġ għal installazzjonijiet RES-E (akbar) fi proċess ta’ offerti kompetittiv 23 . Kontinwazzjoni tax-xejra lejn proġetti RES-E kompletament ibbażati fuq is-suq tgħin biex jitrażżnu l-prezzijiet bl-imnut tal-elettriku billi jitnaqqas il-komponent relatat mal-appoġġ 24 .

Mad-dinja kollha, is-sorsi solari u eoliċi kienu jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-ġenerazzjoni tal-enerġija l-ġdida fl-2019, għall-ewwel darba. Iż-żidiet solari ammontaw għal 119-il gigawatt (45 % tal-kapaċità l-ġdida kollha) u l-enerġija solari u eolika flimkien ammontaw għal aktar minn żewġ terzi taż-żidiet 25 . Bl-istess mod, l-IRENA tinnota li l-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli li għadha kif ġiet installata qiegħda tiswa dejjem inqas mill-irħas għażliet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija bbażati fuq il-karburanti fossili 26 .

It-tnaqqis fil-kostijiet huwa wkoll wieħed mill-ixprunaturi ewlenin għal żieda fil-forniment korporattiv ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, speċjalment fejn l-utenti tal-enerġija korporattiva jiffirmaw ftehim dirett dwar ix-xiri ta’ enerġija ma’ żviluppatur tal-enerġija rinnovabbli. Fil‑perjodu 2015–2019, l-ammont ta’ elettriku rinnovabbli li għandu jiġi fornut skont ftehimiet ta’ xiri ta’ enerġija korporattiva fl-Ewropa 27 ttrippla minn 847 MW għal 2 487 MW 28 .

3. VALUTAZZJONIJIET DETTALJATI TAL-PROGRESS U TAL-PROJEZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI SAL-2020

1.Progress fl-elettriku, fit-tisħin u t-tkessiħ u fit-trasport

L-ishma tal-enerġija rinnovabbli jirriflettu d-diversità storika fit-taħlita enerġetika tal-Istati Membri u d-differenzi tagħhom fil-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli, b’ishma li jvarjaw minn 7,4 % fin-Netherlands għal 54,6 % fl-Iżvezja fl-2018 (ara l-illustrazzjoni 2).

Illustrazzjoni 2: L-ishma tal-enerġija rinnovabbli tal-UE u tal-Istati Membri f’konsum finali gross tal-enerġija 2017-2018 vs. it-trajettorji ta’ RED I (sors: Eurostat)

Issa hemm tnax-il Stat Membru 29 (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, (il-Greċja skont l-istimi), il-Finlandja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja u l-Iżvezja) li diġà kisbu sehem ugwali jew ogħla għall-mira tagħhom għall-2020. Fl-istess waqt matul l-2018 sitt Stati Membri, jiġifieri Spanja, l-Italja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Portugall u r-Rumanija naqqsu s-sehem tagħhom tal-enerġija rinnovabbli meta mqabbel mal-2017.

Għat-trajettorji indikattivi tar-RED, 23 Stat Membru jinsabu ogħla minnha filwaqt li l-Irlanda, Franza, in-Netherlands, il-Polonja u s-Slovenja jinsabu taħtha. L-Irlanda, Franza, il-Polonja u s-Slovenja jinsabu taħtha b’ishma ta’ bejn 0,7 u 2,3 % filwaqt li n-Netherlands juri l-akbar nuqqas, b’sehem reali ta’ 6,9 % matul l-2017–2018 meta mqabbel ma’ punt ta’ trajettorja indikattiv tar-RED ta’ 9,9 %. Dan baqa’ lura aktar meta mqabbel mas-sehem tiegħu ta’ 12,1 % tal-NREAP għall-2018. L-akbar devjazzjonijiet pożittivi mit-trajettorji indikattivi tar-RED tagħhom jistgħu jiġu osservati fil-Kroazja, fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka u fl-Italja.

Meta nħarsu lejn il-livelli assoluti tal-konsum tal-enerġija rinnovabbli fl-UE, naraw żieda sinifikanti minn 189 Mtoe fl-2015 għal 209 Mtoe fl-2018, jiġifieri 10,6 %. Madankollu fl-istess perjodu l-konsum finali gross tal-enerġija kiber minn 1126 Mtoe għal 1160 Mtoe, li rriżulta fi tnaqqis fl-impatt fuq is-sehem tal-enerġija rinnovabbli, peress li dan jiġi kkalkulat bħala l-konsum finali tal-enerġija rinnovabbli diviż bil-konsum finali gross tal-enerġija.

L-ishma settorjali ta’ enerġija rinnovabbli żdiedu għall-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri bejn l-2017–2018. Għas-settur tat-trasport, fejn l-Istati Membri kollha għandhom jilħqu l-istess mira ta’ 10 %, żewġ Stati Membri biss, jiġifieri l-Finlandja u l-Iżvezja jinsabu ’l fuq minn dan il-livell. Għalkemm hemm 4 Stati Membri f’firxa ta’ 1 % minn din il-mira (Franza, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall), il-bqija tal-Istati Membri se jkollhom bżonn żieda qawwija biex jilħqu l-mira ta’ 10 %. Ir-rikors għal trasferimenti statistiċi għas-settur tat-trasport, li jista’ jitwettaq permezz tad-Direttiva ILUC, huwa wkoll metodu possibbli li jista’ jiġi esplorat.

2.Kollaborazzjoni transfruntiera u l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni

Il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni huma bbażati fuq l-Artikoli 6 sa 11 tar-RED I. Dawn jinkludu diversi mekkaniżmi li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jikkooperaw b’rabta mal-enerġija rinnovabbli, bħal trasferimenti statistiċi, proġetti konġunti u skemi ta’ sostenn konġunti. It-trasferimenti statistiċi huma partikolarment rilevanti biex jiffaċilitaw l-ilħuq tal-mira peress li jippermettu lill-Istati Membri li jkunu laħqu sehem ta’ enerġija rinnovabbli ogħla mill-mira nazzjonali tagħhom jittrasferixxu s-surplus tagħhom lil Stat Membru ieħor. Attwalment hemm erba’ ftehimiet biex isir użu mit-trasferimenti statistiċi. Iż-żewġ ftehimiet tal-2017 bejn il-Lussemburgu u l-Litwanja u bejn il-Lussemburgu u l-Estonja, filwaqt li fl-2020 s’issa kien hemm żewġ ftehimiet addizzjonali bejn in-Netherlands u d-Danimarka kif ukoll bejn Malta u l-Estonja.

Skont l-istimi li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri inkludew fir-rapporti ta’ progress tagħhom, se jkun hemm produzzjoni żejda ġenerali ta’ 12,177 ktoe ta’ enerġija rinnovabbli meta mqabbel mat-trajettorja indikattiva disponibbli għal trasferimenti statistiċi potenzjali fl-2020. Dan jikkorrispondi għal madwar nofs il-konsum finali gross tal-enerġija ta’ Franza minn sorsi rinnovabbli. Għal Stat Membru li jaf ma jissodisfax il-mira tal-2020 billi juża s-sorsi rinnovabbli tiegħu stess, din tista’ tkun għażla vijabbli biex jilħaq il-mira tiegħu b’mod kosteffiċjenti (ara t-tabella 1). Biex tikkomplementa dawn l-aspettattivi mill-Istati Membri, il-Kummissjoni qed tippreżenta projezzjoni aġġornata u koerenti għall-2020 fit-taqsima 3.

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Il-Belġju

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Bulgarija

362

348

520

630

593

602

638

579

767

411

341

Il-Kroazja

Ir-Repubblika Ċeka

0

0

0

0

1146

1040

947

863

892

678

643

Id-Danimarka

694

834

1123

1106

833

928

552

619

63

Il-Ġermanja

9236

11831

9816

1066

7967

8069

3945

6141

3065

L-Estonja

191

206

177

197

230

243

243

300

344

397

L-Irlanda

93

-14

111

79

26

-142

-12

-239

-366

Il-Greċja

196

260

380

306

266

211

-81

-189

-377

683

529

Spanja

2026

2866

2704

3326

2040

3106

1323

1220

 

0

L-Italja

8324

8613

7405

10011

10936

9344

9456

7803

7555

5148

3805

2462

Ċipru

29

29

4

72

18

51

Il-Latvja 30

-37

16

Il-Lussemburgu

0

0

0

0

0

0

0

0

0

95

86

L-Ungerija

968

1150

1213

1295

883

970

803

470

271

Malta

3

4

0

In-Netherlands

0

0

-

-

L-Awstrija

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Polonja 31

543

729

929

530

93

174

-260 31

-544

790

345

Il-Portugall

Ir-Rumanija

1207

1296

824

974

1114

1210

1091

1122

858

684

439

0

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

45

84

00

Il-Finlandja

0

0

0

0

0

0

0

0

1179

1420

1420

1420

L-Iżvezja 32

2407

2141

2482

3318

3214

3335

3347

3475

3215

3610

3428

3241

Somma totali

11938

14119

25345

33175

31831

22676

28069

27108

19922

21744

10987

12177

Tabella 1: Produzzjoni attwali u stmata żejda u/jew nieqsa ta’ enerġija rinnovabbli fl-Istati Membri meta mqabbla mat-trajettorja indikattiva tar-RED (ktoe). Sors: Navigant 2020 33 , rapporti tal-Istati Membri 34 .

3.Prospetti għall-2020 – projezzjonijiet attwali 

Sabiex tiġi vvalutata l-fattibbiltà tal-ilħuq tal-mira tal-2020, twettaq eżerċizzju ta’ mmudellar 35 għall-Kummissjoni. L-analiżi hija bbażata fuq estrapolazzjoni ta’ data statistika li tqis il-livell ta’ investiment fir-RES, is-sensiela disponibbli ta’ proġetti ta’ RES u l-Inizjattivi ta’ Politika Attwali 36 (CPI) rilevanti, inklużi trasferimenti statistiċi potenzjali. Il-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat inċertezza addizzjonali fuq id-diversi partijiet tas-suq tal-enerġija (rinnovabbli). Minħabba dawn l-inċertezzi qed jintwerew żewġ xejriet distinti tad-domanda (domanda baxxa u għolja) li jirrappreżentaw limiti inferjuri u superjuri probabbli ta’ dak li huwa kklassifikat bħala fattibbli fir-rigward tax-xejriet tad-domanda 37 . Dan ikompli jiġi kkombinat ma’ żewġ xenarji distinti għall-użu tal-kooperazzjoni fir-RES permezz ta’ trasferimenti statistiċi: xenarju ta’ “kooperazzjoni b’saħħitha” u ta’ “kooperazzjoni dgħajfa”. B’mod aktar preċiż, saru s-suppożizzjonijiet li ġejjin fil-livell tal-Istati Membri:

·“kooperazzjoni b’saħħitha”: Trasferiment statistiku ta’ total ta’ 1 700 GWh mil-Estonja (1 000 GWh) u mil-Litwanja (700 GWh) lil-Lussemburgu, trasferiment statistiku ta’ 16 000 GWh mid-Danimarka lin-Netherlands u trasferiment statistiku ta’ 80 GWh mill-Estonja lil Malta.

· “kooperazzjoni dgħajfa”: Trasferiment statistiku ta’ 1 100 GWh lil-Lussemburgu (400 GWh mill-Estonja u 700 GWh mil-Litwanja), trasferiment statistiku ta’ 8 000 GWh mid-Danimarka lin-Netherlands u trasferiment statistiku ta’ 80 GWh mill-Estonja lil Malta.

Dan l-immudellar jipprevedi li l-UE se tilħaq sehem ta’ enerġija rinnovabbli ta’ 22,8 %–23,1 % (ara l-illustrazzjoni 3 hawn taħt) fl-2020. Isib ukoll li għadd ta’ Stati Membri individwali huma mistennija li jmorru tajjeb fis-snin li fadal billi jilħqu livelli ta’ użu lil hinn mil-livelli tal-mira tagħhom. Madankollu, tliet Stati Membri (il-Belġju, Franza u l-Polonja) jinsabu f’riskju serju li ma jilħqux il-mira. Barra minn hekk, żewġ Stati Membri, jiġifieri n-Netherlands u l-Lussemburgu, jinsabu f’riskju moderat li ma jilħqux il-mira. Għar-referenza, iċ-ċifra tinkludi wkoll il-linja bażi tal-2020 li l-Istati Membri speċifikaw fil-Pjanijiet Nazzjonali Finali tagħhom għall-Enerġija u l-Klima.

Illustrazzjoni 3: Is-sehem mistenni tar-RES fl-2020 vs. is-sehem tar-RES fil-mira tar-RED għall-2020 u l-linja bażi tal-NECP tal-2020 (%) inklużi l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni (sors: Navigant)

L-immudellar ikkalkula wkoll id-defiċits assoluti u s-surplus fl-Istati Membri, inklużi l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni (ara t-tabella 2).

Is-sehem tar-RES fid-domanda finali gross tal-enerġija sal-2020 - inkluż l-impatt tal-kooperazzjoni fir-RES

Sehem mistenni tar-RES għall-2020 (xenarju tas-CPI)

Sehem tar-RES fil-mira tar-RED għall-2020

Devjazzjoni mis-sehem tar-RES mistenni fil-mira tar-RED (xenarju tas-CPI)

Devjazzjoni assoluta mis-sehem tar-RES mistenni fil-mira tar-RED (xenarju tas-CPI)

Min.

Mass.

 

Min.

Mass.

Min.

Mass.

Stat Membru

[%]

[%]

[%]

[%]

[%]

[ktoe]

[ktoe]

Il-Belġju

12,0 %

12,0 %

13,0 %

-7,6 %

-7,3 %

-321

-303

Il-Bulgarija

23,8 %

24,0 %

16,0 %

48,9 %

50,1 %

785

790

Iċ-Ċekja

17,6 %

17,8 %

13,0 %

35,7 %

36,6 %

1 132

1 136

Id-Danimarka

30,9 %

35,7 %

30,0 %

3,1 %

18,9 %

140

844

Il-Ġermanja

19,8 %

20,0 %

18,0 %

9,8 %

11,1 %

3 643

4 041

L-Estonja

33,0 %

34,9 %

25,0 %

31,8 %

39,5 %

236

289

L-Irlanda

16,6 %

16,9 %

16,0 %

4,0 %

5,5 %

71

95

Il-Greċja

23,4 %

23,8 %

18,0 %

30,3 %

32,2 %

831

862

Spanja

22,0 %

22,4 %

20,0 %

9,9 %

11,8 %

1 523

1 763

Franza

20,0 %

20,3 %

23,0 %

-12,9 %

-11,8 %

-4 033

-3 585

Il-Kroazja

34,6 %

34,9 %

20,0 %

72,8 %

74,5 %

916

919

L-Italja

22,3 %

22,7 %

17,0 %

31,3 %

33,4 %

5 522

5 732

Ċipru

15,9 %

16,1 %

13,0 %

22,3 %

24,2 %

44

47

Il-Latvja

42,4 %

42,6 %

40,0 %

6,0 %

6,5 %

96

101

Il-Litwanja

29,2 %

29,3 %

23,0 %

27,0 %

27,3 %

325

328

Il-Lussemburgu

10,1 %

11,6 %

11,0 %

-8,4 %

5,1 %

-34

21

L-Ungerija

14,3 %

14,4 %

13,0 %

10,0 %

10,5 %

228

236

Malta

13,4 %

13,6 %

10,0 %

34,0 %

35,7 %

18

18

In-Netherlands

12,5 %

14,2 %

14,0 %

-10,8 %

1,2 %

-688

74

L-Awstrija

37,8 %

38,2 %

34,0 %

11,2 %

12,4 %

1 009

1 099

Il-Polonja

13,7 %

13,8 %

15,0 %

-8,7 %

-8,3 %

-918

-859

Il-Portugall

35,9 %

36,4 %

31,0 %

15,8 %

17,5 %

784

847

Ir-Rumanija

27,8 %

28,0 %

24,0 %

16,0 %

16,8 %

892

921

Is-Slovenja

27,7 %

27,9 %

25,0 %

10,6 %

11,6 %

121

129

Is-Slovakkja

14,7 %

14,9 %

14,0 %

5,3 %

6,4 %

71

84

Il-Finlandja

48,6 %

48,9 %

38,0 %

27,8 %

28,6 %

2 697

2 721

L-Iżvezja

60,9 %

61,6 %

49,0 %

24,3 %

25,7 %

3 914

4 058

Ir-Renju Unit 38

16,2 %

16,4 %

15,0 %

7,9 %

9,7 %

1 391

1 649

EU-27

22,8 %

23,1 %

20,0 %

14,2 %

15,5 %

19 751*

21 661*

UE - flimkien mar-Renju Unit

22,1 %

22,4 %

20,0 %

10,4 %

11,8 %

21 142*

23 309*

Tabella 2: Ishma mistennija u meħtieġa tar-RES fl-2020, inkluż mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni Sors: Navigant 2020 39

It-tabella 2 turi li bl-użu tar-RES kif previst fl-EU-27, hemm marġini konsiderevoli għall-Istati Membri biex jistabbilixxu ftehimiet ta’ trasferiment statistiku. Is-surplus huwa mill-inqas 19,7 Mtoe (229 TWh). Abbażi tal-projezzjonijiet tad-domanda għall-enerġija mill-immudellar, l-użu tar-RES mistenni jiżdied bi 19,2–21,7 Mtoe fl-2018–2020.

L-immudellar kompla jsir speċifikament għas-settur tat-trasport sabiex jiġi vvalutat il-progress mistenni abbażi tal-politiki attwali u x-xejriet tad-domanda filwaqt li titqies il-pandemija tal-COVID-19.

Illustrazzjoni 4: Is-sehem mistenni tar-RES-T fl-2020 vs. il-mira nazzjonali RES-T vinkolanti tas-settur skont ir-RED u l-linja bażi tal-NECP (%) (sors: Navigant)

Il-livell globali tal-UE mistenni jkun madwar 2 % ogħla mil-livell ta’ 10 % sal-2020 u 16 minn 27 Stat Membru mistennija jilħqu (u jaqbżu) il-mira vinkolanti RES-T tagħhom tas-settur skont ir-RED fiċ-ċirkostanzi kollha vvalutati. Fl-ogħla post ta’ dik il-lista hemm l-Iżvezja, segwita mill-Finlandja, min-Netherlands, mill-Irlanda, minn Malta, mill-Kroazja u mill-Portugall li kollha kemm huma juru surplus akbar minn 50 % meta mqabbel mal-mira. Stati Membri oħra fejn jidher probabbli li tintlaħaq il-mira RES-T huma l-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovenja. Il-11-il Stat Membru li jifdal mhumiex mistennija jilħqu l-mira vinkolanti tagħhom għas-settur RES-T bil-politiki attwali għalkemm 3 Stati Membri (id-Danimarka, Spanja u l-Polonja) qegħdin inqas minn 0,5 % lil hinn mill-mira. L-Istati Membri li jinsabu aktar ’il bogħod huma l-Estonja, Ċipru, il-Lussemburgu u l-Litwanja, kollha b’defiċits akbar minn 25 %. 

Peress li l-livell tal-UE huwa ferm ogħla minn 10 % tal-mira vinkolanti RES-T, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta’ trasferimenti statistiċi għas-settur tat-trasport, kif permess mid-Direttiva ILUC.

4.Żviluppi fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi

Fil-ħames rapport ta’ progress dwar l-enerġija rinnovabbli nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri rrapportaw dwar miżuri għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli (skont l-Artikolu 13 tar-RED I). Skont analiżi esterna 40 , f’termini globali, parti kbira mill-miżuri rilevanti fir-RED I ġiet implimentata b’suċċess fost l-Istati Membri. Dawn il-miżuri jinkludu, fost oħrajn: proċeduri ffaċilitati għal proġetti fuq skala żgħira, rekwiżiti għall-operaturi tas-sistema biex jipprovdu stimi tal-kostijiet u informazzjoni neċessarja oħra, rekwiżiti dwar id-distribuzzjoni tal-kostijiet tal-iżvilupp tal-grilja u tal-konnessjoni tal-grilja tal-enerġija rinnovabbli, kunsiderazzjoni tal-RES-E fil-pjan nazzjonali għall-iżvilupp tan-network u l-eżistenza ta’ skemi ta’ appoġġ li jippromwovu l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

L-eżempji li ġejjin ta’ żviluppi pożittivi fi Stati Membri individwali huma fost dawk identifikati fl-analiżi teknika 41 :

üId-Danimarka

opunt uniku ta’ servizz għat-turbini eoliċi lil hinn mill-kosta ssimplifika l-piż amministrattiv għall-approvazzjoni ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta;

oil-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti kollha fil-proċess ta’ liċenzjar hija mmaniġġata ċentralment mill-Aġenzija Daniża tal-Enerġija; u

oil-liċenzji jitħejjew minn qabel u jistgħu jinħarġu ladarba l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-offerent rebbieħ għall-proġett tkun ġiet approvata;

ümill-2018, il-Bulgarija mexxiet portal web uniku ta’ informazzjoni u servizzi għat-tressiq ta’ applikazzjonijiet elettroniċi;

üIl-Ġermanja ffaċilitat l-amministrazzjoni u r-rappurtar billi introduċiet bażi tad-data komprensiva bid-data ewlenija kollha mis-swieq tal-elettriku u tal-gass;

üL-Iżvezja 

oil-formoli ta’ applikazzjoni għall-għajnuna għall-investiment fl-enerġija solari fotovoltajka ġew issimplifikati;

ol-applikazzjonijiet elettroniċi ġew iffaċilitati;

oir-rekwiżit għal segwitu ġie abolit; u

oid-djalogu bejn l-aġenziji tal-gvern li jamministraw l-għajnuna tjieb; u

üin-Netherlands għandhom l-għan li:

oiħaffu l-ippjanar spazjali b’Att dwar l-Ambjent li jidħol fis-seħħ fl-2021; u

ojippjanaw pakketti u permessi biex inaqqsu l-kostijiet.

Madankollu għad fadal ukoll xi ostakli. Għalkemm diġà sar progress fil-passat, il-proċeduri amministrattivi fis-setturi kollha jistgħu jiġu ssimplifikati aktar f’ħafna Stati Membri. Barra minn hekk, fil-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għad hemm lok għal aktar simplifikazzjoni, u ż-żmien meħtieġ għall-ipproċessar tal-permessi jista’ jitnaqqas. It-traspożizzjoni tar-RED II sat-30 ta’ Ġunju 2021 teħtieġ titjib ġenerali ulterjuri ta’ dawn il-proċeduri.

Fis-settur tal-elettriku, ir-rekwiżiti tal-ippjanar spazjali u ambjentali jfixklu l-progress f’xi Stati Membri. Fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ, l-ostakoli huma prinċipalment dovuti għal nuqqasijiet relatati mal-kapaċitajiet tan-networks ta’ tisħin distrettwali, filwaqt li s-settur tat-trasport prinċipalment jiffaċċja ostakoli li jirriżultaw min-nuqqas ta’ infrastruttura adegwata għall-vetturi elettriċi u mill-inċertezza fis-suq maħluqa minn bidliet fil-politika fil-qasam tal-bijofjuwils. L-integrazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ RES li qegħdin dejjem jiżdiedu fil-grilja hija wkoll sfida persistenti għall-maġġoranza tal-Istati Membri. L-ostakoli jirriżultaw prinċipalment mill-kost għoli tal-konnessjoni mal-grilja kif ukoll min-nuqqas ta’ ċertezza fix-xenarji tal-iżvilupp tal-grilja u ta’ trasparenza fil-proċeduri ta’ konnessjoni

4. VALUTAZZJONI TAS-SOSTENIBBILTÀ TAL-BIJOFJUWILS 42

1.Ħarsa ġenerali tal-konsum tal-bijofjuwils fl-UE

Fl-2018, il-konsum tal-UE ta’ bijofjuwils sostenibbli ammonta għal 16 597 ktoe li minnhom 3 905 ktoe (24 %) kienu bijofjuwils tal-Anness IX 43 u 12 692 ktoe (76 %) kienu bijofjuwils konformi oħrajn.

Il-biċċa l-kbira tal-bijofjuwils ikkunsmati fl-UE huma magħmula minn bijodiżil (77 %, FAME jew HVO) jew bijoetanol (16 %) 44 . Bijofjuwils likwidi oħra (6 %) mhumiex speċifikati. Madwar 59 % tal-materja prima użata għall-bijodiżil ikkunsmat fl-UE fl-2018 ġiet importata jew prodotta minn materja prima importata, filwaqt li 41 % ġiet minn materja prima tal-UE, prinċipalment mil-lift (26 %), miż-żejt tat-tisjir użat (8 %) u mix-xaħam tal-annimali (5 %). Il-pajjiżi ta’ oriġini ewlenin li mhumiex fl-UE huma l-Indoneżja (17 %) u l-Malasja (8 %), li ż-żejt tal-palm tagħhom jintuża għall-bijodiżil fl-UE, u l-Arġentina (9 %) li tesporta bijodiżil magħmul mill-fażola tas-sojja (ara t-Tabella 3).

 

Lift

Żejt tal-palm

Fażola tas-sojja

Żejt tat-tisjir użat (UCO)

Xaħam tal-annimali

Oħrajn, żjut tal-arżnu/kolufonja likwida, aċidi grassi, żejt tal-ġirasol

Total (%)

Total (ktoe)

UE

26 %

 

1 %

8 %

5 %

1 %

41 %

5,871

L-Awstralja

2 %

 

 

 

2 %

308

L-Ukrajna

2 %

 

 

 

3 %

362

Il-Kanada

 

 

1 %

96

L-Indoneżja

 

15 %

2 %

 

 

17 %

2 382

Il-Malasja

 

7 %

1 %

 

 

8 %

1,082

L-Istati Uniti tal-Amerka

3 %

1 %

 

4 %

580

Il-Brażil

2 %

 

 

2 %

266

Iċ-Ċina

4 %

 

 

4 %

527

L-Arġentina

 

9 %

 

 

9 %

1,342

Oħrajn

1 %2)

3 %3)

 

1 %

5 %

707

Mhux magħruf

1 %1)

 

 

 

4 %

5 %

671

Total (%)

32 %

23 %

15 %

19 %

5 %

6 %

100 %

 

Total (ktoe)

4 502

3 208

2 193

2 678

693

921

 

14 194

1) Frazzjoni żgħira tal-importazzjonijiet tal-lift hija rrappurtata fil-Eurostat [kummerċ tal-UE mill-1988 minn CN8 [DS-016890]] bħala importazzjoni minn pajjiżi u territorji mhux speċifikati minħabba raġunijiet kummerċjali jew militari

2) Huwa stmat li frazzjonijiet iżgħar ta’ bijodiżil ibbażat fuq iż-żejt tal-palm joriġinaw fost oħrajn mill-Honduras (0,3 %), mill-Gwatemala (0,1 %) u mill-Kolombja (0,1 %)

3) Huwa stmat li frazzjonijiet iżgħar tal-bijodiżil mill-UCO joriġinaw fost oħrajn mill-Arabja Sawdija (0,5 %), mill-Ġappun (0,3 %), mir-Russja (0,3 %)

Tabella 3: L-oriġini tal-materja prima għall-bijodiżil ikkunsmat fl-UE (2018, % u ktoe). Sors: Analiżi ta’ Navigant

L-etanol ikkunsmat fl-UE huwa prodott prinċipalment minn materji prima tal-UE (73 %), inkluż mill-qamħ (34 %), mill-qamħirrum (24 %) u mill-pitrava ħelwa (14 %) u ammont żgħir biss mill-etanol ċellulożiku. Il-materja prima mhux tal-UE tammonta għal madwar 27 % tas-suq tal-bijoetanol tal-UE, prinċipalment qamħirrum li joriġina mill-Ukrajna, mill-Brażil, mill-Istati Uniti u mill-Kanada (ara t-Tabella 4).

 

Qamħ

Qamħirrum

Xgħir

Segala

Tritikal

Pitravi ħelu

Kannamiela

Ċellulożika

Mhux magħruf/ieħor

Total (%)

Total (ktoe)

UE

34 %

24 %

14 %

0 %

73 %

2 199

L-Ukrajna

0 %

4 %

0 %

4,5 %

134

Il-Brażil

2 %

1 %

2,6 %

79

Il-Kanada

0 %

1 %

0,8 %

24

L-Istati Uniti tal-Amerka

0 %

2 %

2,2 %

68

Ir-Russja

1 %

0 %

1,6 %

50

Il-Pakistan

2 %

1,6 %

49

Oħrajn

0 %

1 %

1 %

2 %

4,0 %

119

Mhux magħruf

2 %

3 %

5 %

9 %

285

Total (%)

37 %

34 %

2 %

3 %

5 %

14 %

4 %

0 %

2 %

100 %

 

Total (ktoe)

1 101

1 016

70

79

136

425

116

8

54

 

3 006

Tabella 4: L-oriġini tal-materja prima għall-bijoetanol ikkunsmat fl-UE (2018, % u ktoe). Sors: Analiżi ta’ Navigant

Minbarra l-bijodiżil u l-bijoetanol, ammont żgħir ta’ bijogass jiġi kkunsmat fit-trasport bit-triq fl-Iżvezja (118 ktoe) u fil-Ġermanja (33 ktoe).

 

Bijofjuwils solidi

Bijogass

Bijogażolina

Bijodiżil

Bijofjuwils likwidi oħrajn

Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

Bijofjuwils likwidi totali

Total

Fit-triq

-

153,8

2 997,2

13 629,9

0,7

-

16 627,8

16 781,7

Ferroviji

0,0

0,0

0,0

26,3

0,0

-

26,3

26,3

Avjazzjoni domestika

-

-

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

Navigazzjoni domestika2)

-

0,0

2,0

5,0

0,0

-

6,9

6,9

Trasport mhux speċifikat

-

0,0

0,0

5,6

0,0

0,0

5,6

5,6

Total

0,0

153,8

2 999,2

13 666,7

0,7

0,0

16 666,6

16 820,5

1) Il-kategoriji tal-Eurostat “faħam” u “skart solidu muniċipali” huma esklużi mit-tabella, peress li ma jiġux ikkunsmati fit-trasport skont l-Eurostat nrg_bal_c. Il-kategorija tal-Eurostat “konsum fit-trasport bil-pajpijiet” ma tikkonsma ebda bijofjuwil u ġiet eskluża mit-tabella. It-total ta’ bijofjuwils likwidi huwa t-total ta’ bijogażolina, bijodiżils, bijofjuwils likwidi oħra u pitrolju bijoloġiku tal-ġett. Kombinazzjonijiet improbabbli (eż. bijofjuwils solidi fl-avjazzjoni) huma indikati bis-sinjal “-”. 2) In-navigazzjoni domestika tinkludi l-kwantitajiet kollha kkonsenjati lil bastimenti tal-bnadar kollha fl-Ewropa kif ukoll in-navigazzjoni interna u l-jottijiet.

Tabella 5: Konsum tal-bijoenerġija finali fit-trasport tal-UE (2018, ktoe). Sors: [Eurostat nrg_bal_c]1)

2.L-impatti tal-bijofjuwils ikkunsmati fl-UE

Huwa stmat li 7,4 Mha ta’ art kienu meħtieġa għall-produzzjoni ta’ għelejjel għall-konsum tal-bijofjuwils fl-UE fl-2018. 45 Minn dak l-ammont, 3,4 Mha (46 %) jinsab fl-UE u 3,8 Mha (51 %) jinsabu f’pajjiżi terzi. Iż-0,2 Mha li jifdal (3 %) kienu għax-xgħir, għas-segala u għat-tritikal li ġejjin minn pajjiżi mhux magħrufa. L-ammont totali ta’ raba’ ddedikat għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, fl-UE kien 3 % (fuq il-bażi ta’ stima ta’ raba’ totali tal-UE ta’ 117-il Mha), li minnu l-lift jammonta għal 72 % tal-art totali użata għall-produzzjoni tal-bijofjuwils. Fl-2018, l-użu tal-art għall-bijofjuwils ikkunsmati fl-UE kien jammonta għal 0,5 % tal-użu globali tal-art għall-produzzjoni ta’ għelejjel użati għall-bijofjuwils. L-użu tal-art għall-bijofjuwils ikkunsmati fl-UE jammonta għal 8,5 % tal-użu globali tal-art għall-produzzjoni tal-lift u 5,2 % fil-każ taż-żejt tal-palm. Għal ħafna mill-pajjiżi mhux tal-UE, huwa stmat li inqas minn 1 % tar-raba’ totali tagħhom intuża għall-estrazzjoni tal-materja prima li għandha tintuża fil-produzzjoni ta’ bijofjuwils prodotti jew ikkunsmati fl-UE.

Tul dawn l-aħħar snin ma ġiet osservata ebda korrelazzjoni bejn il-prezzijiet tal-ikel u d-domanda tal-bijofjuwils. Kwalunkwe impatt fuq il-prezzijiet tal-ikel huwa żgħir meta mqabbel ma’ dinamika oħra fis-suq globali tal-ikel. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma osservaw ebda impatt fuq il-prezzijiet minħabba żieda fid-domanda għall-bijoenerġija fil-pajjiżi tagħhom. L-aħħar darba li l-prezzijiet tal-ikel żdiedu b’mod sinifikanti kien bejn l-2006 u l-2008 u fl-2011. Mill-2011, il-prezzijiet globali tal-ikel reġgħu niżlu għal-livelli tal-2010. Fil-letteratura 46 , ġew identifikati kawżi oħra minbarra l-produzzjoni tal-bijofjuwils għaż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel fil-perjodu taż-żidiet qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fl-2006-2008 u l-2011. Madankollu għandu jiġi nnutat li bejn l-2008 u l-2016, iż-żieda fid-domanda globali għall-għelejjel tal-ikel u tal-għalf ġiegħlet lis-settur agrikolu jżid il-produzzjoni b’mod kostanti, u dan inkiseb kemm biż-żieda fir-rendimenti kif ukoll permezz tal-espansjoni taż-żona agrikola. Huwa stmat li l-industrija tal-bijofjuwils kienet timpjega 208 000 persuna fl-2018, u b’hekk kienet it-tielet l-akbar ġeneratur ta’ impjiegi fl-enerġija rinnovabbli wara l-enerġija mir-riħ u mill-bijomassa solida (314 000 u 387 000). Il-pajjiżi bl-akbar ammont ta’ impjiegi huma r-Rumanija (40 000 impjieg) u l-Polonja (41 200 impjieg) minħabba ż-żona ta’ art agrikola kbira tagħhom. Franza hija t-tielet l-akbar (29 100 impjieg) peress li għandha kemm faċilitajiet ta’ produzzjoni ta’ bijofjuwils kif ukoll produzzjoni tal-materja prima.

Il-kultivazzjoni tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-bijofjuwils ikkunsmati fl-UE tista’ potenzjalment tirriżulta f’impatti ambjentali negattivi. Minbarra l-impatti indiretti, dawn l-effetti normalment ikunu speċifiċi għas-sit u jiddependu mill-prattiki agrikoli u huma komparabbli mal-impatt tal-għelejjel prodotti għal użi oħra 47 . Dawn l-impatti ambjentali negattivi jinkludu l-ewtrofikazzjoni tal-korpi tal-ilma, l-iskarsezza tal-ilma, l-erożjoni tal-ħamrija, il-kompattazzjoni tal-ħamrija, it-tniġġis tal-arja, it-telf tal-ħabitats u t-telf tal-bijodiversità. L-impatti bħall-konverżjoni ta’ art b’ħażna għolja ta’ karbonju u art ta’ valur għoli ta’ bijodiversità huma pprojbiti mill-kriterji tas-sostenibbiltà. Fir-Rapporti ta’ Progress tagħhom, ħafna mill-Istati Membri jindikaw kultivazzjoni limitata ta’ materja prima użata fil-produzzjoni tal-bijofjuwils meta mqabbla mal-attivitajiet agrikoli totali, u jqisu għalhekk li l-impatti ambjentali assoċjati huma baxxi. Diversi Stati Membri jisħqu li l-produzzjoni agrikola kollha hija regolata fir-rigward tal-impatti ambjentali u għalhekk iqisu li ebda impatt ieħor m’għandu jkun mistenni mill-produzzjoni tal-għelejjel tal-bijofjuwils milli minn produzzjoni ta’ għelejjel oħra.

Skont informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri, l-iffrankar tal-emissjonijiet totali mill-użu tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport fl-UE ammonta għal 45,6 Mt Co2eq fl-2018. Ir-rapporti tal-Istati Membri jindikaw l-iffrankar totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport u ma jispjegawx ir-rwoli tal-elettriku rinnovabbli u (ta’ tipi differenti ta’) bijofjuwils. Madankollu minħabba s-sehem kbir ħafna ta’ bijofjuwils fir-RES-T (89 %), huwa raġonevoli li nassumu li l-iffrankar tal-emissjonijiet jirriżulta l-aktar mill-użu tal-bijofjuwils. B’kont meħud tal-fatturi provviżorji stmati ta’ emissjonijiet tal-ILUC stabbiliti fir-RED, jirriżulta f’iffrankar totali ta’ emissjonijiet mill-użu ta’ bijofjuwils fit-trasport ta’ 24 Mt CO2eq (b’firxa minn 18,8 sa 33,8 Mt) 48 . Għalkemm il-livell tal-emissjonijiet tal-ILUC jiddependi fuq varjetà ta’ fatturi 49 u ma jistax jitkejjel b’mod preċiż, ir-riżultati juru li l-kontribut tal-bijofjuwils mill-għelejjel tal-ikel u tal-għalf għad-dekarbonizzazzjoni huwa limitat u l-użu tagħhom għall-produzzjoni tal-enerġija, kemm jekk prodotti fl-UE kif ukoll jekk importati, għandu jiġi minimizzat. F’dan l-isfond, ir-RED II tillimita l-ammont ta’ bijofjuwils prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf li jistgħu jingħaddu mas-sehem globali ta’ sorsi rinnovabbli u s-sehem ta’ sorsi rinnovabbli fit-trasport u tipprevedi t-tneħħija gradwali tal-bijofjuwils b’riskju għoli ta’ ILUC. Madankollu, id-Direttiva tagħmilha possibbli li dawk il-fjuwils kollha ċċertifikati li huma f’riskju baxx ta’ ILUC jiġu eżentati mil-limiti nazzjonali.

Sabiex timplimenta dan l-approċċ, fit-13 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni adottat Att Delegat li jistabbilixxi regoli għad-determinazzjoni tal-bijofjuwils b’riskju għoli ta’ ILUC u ċ-ċertifikazzjoni ta’ bijofjuwils b’riskju baxx ta’ ILUC 50 , li jidentifika ż-żejt tal-palm bħala materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC. Il-bijofjuwils prodotti miż-żejt tal-palm għalhekk ikunu soġġetti għal eliminazzjoni gradwali sakemm ma jissodisfawx il-kriterji stretti għal fjuwils b’riskju baxx ta’ ILUC. Fl-2021, il-Kummissjoni se tirrevedi d-data dwar il-bijofjuwils b’riskju għoli ta’ ILUC u tistabbilixxi trajettorja għat-tneħħija gradwali tagħhom sal-2030.

B’mod aktar ġenerali, l-UE ddeċidiet li timminimizza l-użu ta’ bijofjuwils ibbażati fuq għelejjel tal-ikel u tal-għalf u li fil-futur tiffoka fuq il-promozzjoni ta’ bijofjuwils avvanzati u fjuwils oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, bħall-elettriku rinnovabbli, fjuwils tal-karbonju riċiklati u fjuwils tat-trasport likwidi u gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. Fl-2018, il-bijofjuwils avvanzati kienu jirrappreżentaw 828 ktoe (21 %) mit-3 905 ktoe ta’ bijofjuwils tal-Anness IX, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq tal-bijofjuwils ta’ 5 % (ta’ 16 597 ktoe). Dan is-sehem kiber b’mod sinifikanti fl-imgħoddi reċenti u mistenni jkompli jikber fil-futur. Il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-iżvilupp ta’ bijofjuwils avvanzati inkluż billi tesplora sorsi għal materja prima potenzjali ġdida u billi tappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni ta’ teknoloġiji għall-konverżjoni ta’ materja prima disponibbli fuq skala, b’mod partikolari l-iskart u r-residwi.

3.L-operazzjoni tal-iskemi volontarji rikonoxxuti mill-Kummissjoni

Ir-RED I 51 , u minn Lulju 2021 ir-RED II, jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi skemi ta’ ċertifikazzjoni, imsejħa skemi volontarji, li l-operaturi jistgħu jużaw biex juru l-konformità tagħhom mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar ta’ gassijiet serra tad-Direttiva. S’issa ġew rikonoxxuti 13-il skema volontarja għal dan il-għan 52 . Taħt dawn l-iskemi, l-Istati Membri huma meħtieġa jaċċettaw l-evidenza dwar il-kriterji ta’ sostenibbiltà miksuba mill-operaturi li jipparteċipaw f’dawn l-iskemi. Dan jiffaċilita ħafna l-implimentazzjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà peress li jippermetti li l-operaturi jipprovdu l-evidenza meħtieġa wara proċedura unika fl-Istati Membri kollha. Kull skema volontarja li dwarha tkun ġiet adottata deċiżjoni u li tkun ilha operattiva għal tnax-il xahar hija meħtieġa tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni.

Matul dawn l-aħħar ftit snin, l-iskemi volontarji saru l-għodda ewlenija biex tintwera konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-bijofjuwils tal-UE. Fl-2019, 21 876 kilotunnellata (kt) ta’ bijofjuwils likwidi (inkluż żejt veġetali pur), 147 357 elf m3 ta’ bijometan (ekwivalenti għal madwar 106 kt), u 219 266 kt ta’ materja prima ġew iċċertifikati li jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-UE kif stabbilit fl-Artikoli 17(2)-(5) tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. 53

Ħarsa aktar dettaljata lejn il-bijofjuwils likwidi ċertifikati turi li 12 099 kt (55 % tat-total) kienu bijodiżil u 6 340 kt (29 %) kienu bijoetanol. Il-bqija kienu bijofjuwils ta’ Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO) (2 671 kt, 12 %), żejt veġetali pur (380 kt, 1,7 %) u fjuwils oħra (385 kt, 1,8 %). Il-materja prima ewlenija ċertifikata użata għall-bijofjuwils kienet il-lift (24 %), iż-żejt tal-palm (16 %), iż-żejt tat-tisjir użat (13 %), il-kannamieli (12 %) u l-qamħirrum (10 %).

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi biss skemi li jissodisfaw standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti. Għal dan il-għan, hija twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-iskemi volontarji li jirrikjedu rikonoxximent 54 . Dan jiżgura, fost affarijiet oħra: li l-produtturi ta’ materja prima jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà tad-Direttiva, li l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà tkun traċċabbli għall-oriġini tal-materja prima, li l-kumpaniji jkunu awditjati qabel jibdew jipparteċipaw fl-iskema, li l-awditi retrospettivi jseħħu b’mod regolari u li l-awdituri jkunu esterni u indipendenti.

F’dawn l-aħħar snin, il-governanza tal-iskemi volontarji kienet taħt skrutinju dejjem akbar, pereżempju mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri 55 . Sabiex jindirizza dan it-tħassib u jiggarantixxi implimentazzjoni robusta, l-Artikolu 30 tar-RED II jistabbilixxi regoli msaħħa għall-verifika tal-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-bijoenerġija, inkluża sorveljanza nazzjonali u tal-UE aktar b’saħħitha ta’ skemi volontarji u awditjar minn partijiet terzi. Barra minn hekk, fl-2021 il-Kummissjoni se tadotta regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati dwar standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti u se teħtieġ li l-iskemi volontarji rikonoxxuti kollha japplikawhom. Bħalissa qed taħdem fuq dawn l-istandards, li fost ħwejjeġ oħra se jarmonizzaw l-implimentazzjoni tas-sistema tal-bilanċ tal-massa u se jkomplu jsaħħu r-rekwiżiti għall-governanza, it-trasparenza u l-awditjar tal-iskemi. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se tistabbilixxi bażi tad-data Ewropea sabiex ittejjeb it-traċċar ta’ bijofjuwils sostenibbli.

Skema volontarja

Kamp ta’ Applikazzjoni

Isem

Tip ta’ materja prima

Oriġini tal-materja prima

Katina ta’ provvista koperta

International Sustainability and Carbon Certification (ISCC) (Ċertifikazzjoni Internazzjonali tas-Sostenibbiltà u tal-Karbonju)

Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima

Globali

Katina ta’ provvista sħiħa

Bonsucro UE

Kannamiela

Globali

Katina ta’ provvista sħiħa

Diskussjoni dwar Bijomaterjal Sostenibbli EU RED (RSB EU RED)

Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima

Globali

Katina ta’ provvista sħiħa

RTRS EU RED

Sojja

Globali

Katina ta’ provvista sħiħa

Protokoll tal-Istati Uniti dwar l-Assigurazzjoni tas-Sostenibbiltà tal-Fażola tas-Sojja (SSAP)

Sojja

Stati Uniti

Mill-kultivazzjoni għall-post tal-esportazzjoni

Skema volontarja tal-Bijofjuwils tal-Bijomassa (2BSvs)

Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima

Globali

Katina ta’ provvista sħiħa

Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet (Red Tractor)

Ċereali, żrieragħ taż-żejt, pitrava ħelwa

Ir-Renju Unit

Sal-ewwel punt ta’ konsenja ta’ materja prima

REDcert

Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima

L-Ewropa

Katina ta’ provvista sħiħa

Bijomassa Aħjar

Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima

Globali

Katina ta’ provvista sħiħa

Sistema KZR INiG

Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima

L-Ewropa

Katina ta’ provvista sħiħa

Trade Assurance Scheme for Combinable Crops (TASC)

Għelejjel li jistgħu jitħalltu, bħaċ-ċereali, iż-żrieragħ taż-żejt u l-pitrava ħelwa

Ir-Renju Unit

Katina tal-kustodja mill-ħruġ mir-razzett sal-ewwel proċessur

Universal Feed Assurance Scheme(UFAS)

Ingredjenti tal-għalf u għalf kompost kif ukoll għelejjel kombinati

Ir-Renju Unit

Katina tal-kustodja mill-ħruġ mir-razzett sal-ewwel proċessur

Roundtable on Sustainable Palm Oil RED (RSPO RED)

Il-palm taż-żejt

Globali

Katina ta’ provvista sħiħa

Tabella 6: Skemi volontarji attwalment rikonoxxuti mill-Kummissjoni

5. KONKLUŻJONIJIET

Il-miri tal-enerġija rinnovabbli għall-2020 se jkollhom jintlaħqu fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 fejn is-soċjetà inġenerali kif ukoll is-settur tal-enerġija ntlaqtu mill-aktar kriżi ekonomika u tas-saħħa serja f’għexieren ta’ snin. Dan ir-rapport jikkonferma li l-UE tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tagħha tal-enerġija rinnovabbli għall-2020. Fl-2018, is-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tal-UE laħaq it-18 % (18,9 % għall-EU-27). L-investimenti fl-enerġija rinnovabbli huma xprunati dejjem aktar mis-suq u s-sehem tas-sussidji pubbliċi qiegħed jonqos, b’mod partikolari għall-proġetti l-ġodda. 56 Dan ġie skattat mit-tnaqqis sinifikanti tal-kostijiet fit-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, it-tnaqqis ta’ sussidji permezz ta’ skemi ta’ appoġġ aktar kompetittivi u muri mill-għadd ta’ riżultati tal-irkant bi prezz baxx jew żero f’diversi pajjiżi Ewropej.

Fl-2018, tnax-il Stat Membru diġà kellhom sehem ta’ enerġija rinnovabbli ogħla mill-miri rispettivi tagħhom tal-2020. Ħdax-il Stat Membru ieħor laħqu jew qabżu t-trajettorja indikattiva medja tagħhom tar-RED I għall-2017–2018. Madankollu ħames Stati Membri (Franza, l-Irlanda, in-Netherlands, il-Polonja u s-Slovenja) naqsu milli jagħmlu dan.

Fir-rigward tal-prospetti għall-kisba tal-mira tal-enerġija rinnovabbli għall-2020, l-immudellar reċenti jbassar li l-EU-27 tilħaq sehem ta’ enerġija rinnovabbli ta’ bejn 22,8 % u 23,1 % 57 . Dan jikkorrispondi għal żieda assoluta mistennija fl-użu tar-RES ta’ 19.2–21.7 Mtoe bejn l-2018 u l-2020. L-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq id-domanda għall-enerġija huwa sinifikanti u din is-sitwazzjoni eċċezzjonali għandha l-konsegwenza li l-ishma tal-enerġija rinnovabbli proġettati għall-2020 jiżdiedu b’mod ġenerali. Madankollu xi wħud minn dawn iż-żidiet jistgħu ma jseħħux maż-żmien ladarba l-attività ekonomika tirkupra kompletament.

Il-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri se jilħqu l-miri tagħhom, iżda tliet Stati Membri (il-Belġju, Franza, u l-Polonja) jinsabu f’riskju serju li ma jagħmlux dan. Barra minn hekk, żewġ Stati Membri (in-Netherlands u l-Lussemburgu) jinsabu f’riskju moderat li ma jilħqux il-mira.

Fid-dawl tal-analiżi f’dan ir-rapport:

·L-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwi biex jesploraw l-għażliet kollha possibbli biex jużaw il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, b’mod partikolari trasferimenti statistiċi, bħala s-soluzzjoni biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni fil-ftit ġimgħat li fadal sa tmiem l-2020

·Il-Kummissjoni Ewropea lesta tappoġġa l-proċess eż. billi tappoġġa d-djalogu politiku tal-Istati Membri, toffri gwida teknika u l-pjattaforma tal-Unjoni għall-iżvilupp rinnovabbli għat-trasferimenti tal-istatistika li qed titħejja.

·L-użu kontinwu ta’ sorsi rinnovabbli għandu importanza kbira. B’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li nibqgħu ’l fuq mil-linja bażi tal-2020 fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima kif stabbilit mill-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa u l-ħtieġa li nimxu lejn l-objettivi tal-2030 kif ukoll tal-2050.

·Il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza li l-Istati Membri għandhom iħejju biex jistabbilixxu l-aġendi ta’ riforma u ta’ investiment tagħhom għall-erba’ snin li ġejjin jipprovdu opportunità unika biex tingħata spinta lill-użu tal-enerġija rinnovabbli u jikkontribwixxu kemm għall-irkupru ekonomiku kif ukoll għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

·Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli timmonitorja l-iżviluppi u, kif jirrikjedi r-Regolament dwar il-Governanza tal-Enerġija, se tivvaluta l-konformità mal-mira finali abbażi ta’ rapporti mill-Istati Membri sat-30 ta’ April 2022 bid-data reali tal-2020.

Għas-settur tat-trasport, fejn l-Istati Membri kollha għandhom jiksbu sehem ta’ mill-inqas 10 % ta’ enerġija rinnovabbli, żewġ Stati Membri biss, jiġifieri l-Finlandja u l-Iżvezja. irnexxielhom jaqbżu dan il-livell fl-2018. L-immudellar għall-2020 juri stampa kemxejn imtejba b’sehem RES-Trasport fl-UE ta’ 12,2 % 58 u 16-il Stat Membru li laħqu jew qabżu l-mira. L-ilħuq tal-mira huwa obbligu legali, u għalhekk il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-11-il Stat Membru li fadal biex jieħdu azzjoni xierqa permezz ta’ mekkaniżmi nazzjonali ta’ użu jew kooperazzjoni.

(1)

Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ĠU L 140, 5.6.2009. p. 16

(2)

COM(2020) COM(2020) 562 final

(3)

COM(2019) 640 final.

(4)

SWD(2020) 176 final

(5)

COM(2020) 299 final

(6)

COM (2020)456 final

(7)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(8)

COM(2020) 564 final Valutazzjoni madwar l-UE kollha tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima

(9)

COM(2020)953 Rapport dwar il-progress tal-kompetittività tal-enerġija nadifa

(10)

JRC (2017), Monitoring R&I in Low-Carbon Energy Technologies (Il-Monitoraġġ tar-R&I fit-Teknoloġiji tal-Enerġija b’Livell Baxx ta’ Karbonju), http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC105642   

(11)

Barometru Eurobserv’ER (2020) 2019. https://www.eurobserv-er.org/19th-annual-overview-barometer/

(12)

Studju sottostanti minn Trinomics għall-Kummissjoni Ewropea Rapport ta’ Ottubru 2020 dwar il-prezzijiet u l-kost tal-Enerġija fl-Ewropa

(13)

Direttiva (UE) 2015/1513

(14)

  https://ec.europa.eu/energy/en/topics/renewable-energy/progress-reports  

(15)

Sehem aggregat indikattiv tal-EU 27 tal-miri vinkolanti nazzjonali tas-27 Stat Membru u bbażat fuq l-istimi tal-Kummissjoni tal-Konsum Finali Gross tal-Enerġija f’kull Stat Membru tal-EU-27 fl-2020

(16)

  https://ec.europa.eu/energy/en/topics/renewable-energy/national-action-plans

(17)

Navigant (2020): Technical assistance in realisation of the 5th report on progress of renewable energy in the EU - Task 1–2 (Assistenza teknika fit-twettiq tal-ħames rapport ta’ progress dwar l-enerġija rinnovabbli fl-UE – Kompitu 1–2). Kuntratt ta’ servizz: ENER/C1/ 2019-478 [DOI 10.2833/325152]

(18)

Il-bijokarburanti avvanzati huma definiti fir-RED bħala bijokarburanti prodotti minn lista pożittiva ta’ materja prima magħmula l-aktar minn skart u residwi.

(19)

Navigant (2020): Technical assistance in realisation of the 5th report on progress of renewable energy in the EU - Task 3 (Assistenza teknika fit-twettiq tal-ħames rapport ta’ progress dwar l-enerġija rinnovabbli fl-UE – Kompitu 3). Kuntratt ta’ servizz ENER/C1/ 2019-478

(20)

Eurostat SHARES 2018. L-użu tal-multiplikaturi stabbiliti fir-RED I

(21)

Eurostat 2020: L-enerġija tal-UE f’ċifri.

(22)

JRC, Wind Energy Technology Market Report, EUR 29922 EN, European Commission, Luxembourg, 2019

(23)

Navigant (2020): Technical assistance in realisation of the 5th report on progress of renewable energy in the EU - Task 1-2 (Assistenza teknika fit-twettiq tal-ħames rapport ta’ progress dwar l-enerġija rinnovabbli fl-UE – Kompitu 1–2). Kuntratt ta’ servizz: ENER/C1/ 2019-478 [DOI 10.2833/325152]

(24)

COM(2020)951 Rapport dwar il-prezzijiet u l-kost tal-Enerġija fl-Ewropa

(25)

      https://www.bloomberg.com/news/articles/2020-09-01/the-world-added-more-solar-wind-than-anything-else-last-year#:%7E:text=For%20the%20first%20time%20ever,a%20report%20Tuesday%20by%20BloombergNEF

(26)

https://www.irena.org/publications/2020/Jun/Renewable-Power-Costs-in-2019

(27)

Inkluż in-Norveġja u r-Renju Unit

(28)

Bloomberg New Energy Finance Corporate PPA Database, aċċessata f’Settembru 2020

(29)

Meta mqabbel ma’ 11-il Stat Membru fl-2017.

(30)

Jekk jogħġbok innota li l-Latvja tinsab ’il fuq mit-trajettorja indikattiva tagħha tar-RED u tal-NREAP ppjanata għall-2015–2016, iżda dan kien dovut għal konsum aktar baxx tal-enerġija. Hija ma laħqitx (kif indikat fir-rapport ta’ progress tagħha) il-livelli tal-konsum gross ta’ RES kif ippjanat, kif muri min-numri negattivi f’din it-tabella.

(31)

Il-Polonja rrappurtat konsum reali gross ta’ RES negattiv meta mqabbel mal-valur ippjanat għall-2016. Mill-aspett ta’ perċentwal tinsab ukoll taħt it-trajettorja ppjanata tagħha tal-NREAP. Madankollu l-kisba tagħha f’perċentwali turi li tinsab ’il fuq mit-trajettorja indikattiva kif speċifikat fir-RED għall-2015/2016. Kawża possibbli tista’ tkun konsum tal-enerġija globali aktar baxx milli ppjanat.

(32)

Il-valuri għadhom jirreferu għar-Raba’ Rapport ta’ Progress. L-Iżvezja ma pprovdietx valuri aġġornati fil-Ħames Rapport ta’ Progress iżda rreferiet biss għall-istimi tal-Aġenzija Żvediża tal-Enerġija.

(33)

Navigant (2020): Technical assistance in realisation of the 5th report on progress of renewable energy in the EU – Task 1-2 (Assistenza teknika fit-twettiq tal-ħames rapport ta’ progress dwar l-enerġija rinnovabbli fl-UE – Kompitu 1–2). Kuntratt ta’ servizz: ENER/C1/ 2019-478 [DOI 10.2833/325152]

(34)

It-tabella tinkludi biss ċifri li pprovdew l-Istati Membri fir-rapport ta’ progress tagħhom, jiġifieri ebda informazzjoni mir-Renju Unit u minn ħames Stati Membri, jiġifieri l-Kroazja, il-Portugall, is-Slovenja, Franza u l-Litwanja

(35)

Navigant (2020): Technical assistance in realisation of the 5th report on progress of renewable energy in the EU - Task 1-2 (Assistenza teknika fit-twettiq tal-ħames rapport ta’ progress dwar l-enerġija rinnovabbli fl-UE – Kompitu 1–2. Kuntratt ta’ servizz: ENER/C1/ 2019-478 [DOI 10.2833/325152]

(36)

Innota li l-firxa tindika l-inċertezza relatata ma’ parametru prinċipali ta’ input għall-valutazzjoni bbażata fuq il-mudell tal-progress tar-RES fil-futur. B’mod notevoli, it-tnaqqis fid-domanda għall-enerġija ta’ din is-sena (2020) minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u l-bidliet korrispondenti (komparattivament żgħar) fil-provvista tar-RES għandhom rwol deċiżiv f’dan ir-rigward.

(37)

Ix-xejriet tad-domanda huma bbażati fuq data disponibbli sa Lulju 2020

(38)

Id-drittijiet u l-obbligi ta’ Stat Membru japplikaw għar-Renju Unit sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020

(39)

Navigant (2020): Technical assistance in realisation of the 5th report on progress of renewable energy in the EU - Task 1-2. Kuntratt ta’ servizz: ENER/C1/ 2019-478 [DOI 10.2833/325152]

(40)

Navigant (2020): Technical assistance in realisation of the 5th report on progress of renewable energy in the EU – Task 1-2 (Assistenza teknika fit-twettiq tal-ħames rapport ta’ progress dwar l-enerġija rinnovabbli fl-UE – Kompitu 1–2). Kuntratt ta’ servizz: ENER/C1/ 2019-478 [DOI 10.2833/325152]

(41)

Aktar dettalji jistgħu jinstabu f’: Navigant (2020): Technical assistance in realisation of the 5th report on progress of renewable energy in the EU – Task 1–2 (Assistenza teknika fit-twettiq tal-ħames rapport ta’ progress dwar l-enerġija rinnovabbli fl-UE – Kompitu 1–2). Kuntratt ta’ servizz: ENER/C1/ 2019-478 [DOI 10.2833/325152]

(42)

Is-sors ewlieni għad-data u l-valutazzjoni li jinsabu f’din it-taqsima: “Technical assistance in realisation of the 5th report on progress of renewable energy in the EU” – Task 3 [DOI 10.2833/428247] and 4 [DOI 10.2833/10640]. Prodott taħt kuntratt ta’ servizz ENER/C1/ 2019-478 minn “Navigant – A Guidehouse Company”.

(43)

“Bijokarbuanti tal-Anness IX” jkopru bijofjuwils prodotti minn materja prima elenkata fl-Anness IX għar-RED II.

(44)

Sors: Eurostat nrg_bal_c. It-termini bijodiżil u bijoetanol jirreferu għall-kompożizzjoni fiżika tal-fjuwil. Il-bijodiżil huwa tip ta’ fjuwil li jista’ jitħallat mad-diżil. It-tipi ewlenin ta’ bijodiżil huma l-Ester Metiliku tal-Aċidi Xaħmin (FAME) u ż-Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO). L-etanol huwa l-isem kimiku ta’ dak li komunement huwa magħruf bħala alkoħol. Dan jista’ jitħallat mal-gażolina. Dawn it-termini ma għandhom ebda relazzjoni mas-sostenibbiltà tal-bijofjuwils, u barra minn hekk mhumiex relatati mal-kategoriji “bijofjuwils konformi” jew “bijofjuwils tal-Anness IX”.

(45)

Fil-kalkolu tal-użu tal-art għall-għelejjel użati għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, l-ammont ta’ bijofjuwil prodott minn tip speċifiku ta’ għalla ġie kkonvertit fl-ammont ta’ materja prima meħtieġa biex jiġi prodott dak l-ammont ta’ bijofjuwil, filwaqt li tqiesu wkoll il-prodotti sekondarji.

(46)

Ecofys, 2013, Biofuels and food security (Il-bijofjuwils u s-sigurtà tal-ikel); Filip, Ondrej, et al., 2019, Food versus fuel: An updated and expanded evidence

(47)

Madankollu għandu jiġi nnotat li la d-data speċifika għas-sit u lanqas id-data relatata speċifikament mal-impatti ambjentali lokali tal-kultivazzjoni ta’ materji prima għall-produzzjoni tal-bijofjuwils ma huma disponibbli.

(48)

L-impatt tal-ILUC jiġi kkalkulat abbażi tal-emissjonijiet stmati provviżorji mit-tibdil indirett fl-użu tal-art mill-materja prima għall-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-fjuwils tal-bijomassa (g CO2eq/MJ) fl-Anness VIII għad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(49)

Il-fatturi proviżorji stmati tal-ILUC kienu pereżempju bbażati fuq xenarju li jassumi żieda sostanzjali fil-livell tal-konsum, li ma seħħitx.

(50)

C(2019) 2055 final.

(51)

Id-Direttiva 2009/28/KE 30 (RED I) se titħassar fit-30 ta’ Ġunju 2021.

(52)

https://ec.europa.eu/energy/topics/renewable-energy/biofuels/voluntary-schemes_en

(53)

Id-data għall-bijofjuwils likwidi ġiet eskluża minn skema volontarja waħda minħabba inkonsistenzi identifikati.

(54)

Id-dettalji dwar il-proċess ta’ rikonoxximent tal-iskemi volontarji jinsabu fuq is-sit web tal-Kummissjoni li ġejja: https://ec.europa.eu/energy/topics/renewable-energy/biofuels/voluntary-schemes_en

(55)

Il-Qorti tal-Awdituri (QEA), 2016, Rapport speċjali Nru 18/2016: Is-sistema tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni ta’ bijofjuwils sostenibbli.

(56)

Sussidji tal-enerġija fl-UE (anness għar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, COM (2020)950)

(57)

L-UE flimkien mar-Renju Unit huma 22,1 %–22,4 %

(58)

L-UE flimkien mar-Renju Unit huwa 12,9 %