Brussell, 24.7.2020

COM(2020) 606 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

L-Aġenda u l-Pjan tal-Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025


I.Introduzzjoni – Spinta mġedda sabiex tiġi indirizzata b’mod komprensiv is-sitwazzjoni relatata mad-droga

F’konformità mal-Istrateġija l-ġdida 2020-2024 dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, il-Kummissjoni beħsiebha tintensifika b’mod sinifikanti l-azzjoni tal-UE sabiex tiġġieled kontra d-drogi illeċiti permezz ta’ Aġenda tal-UE dwar id-Drogi robusta ġdida. Minbarra l-impatt fuq l-individwi f’termini ta’ ħajjiet mitlufa, ta’ deterjorament tas-saħħa u ta’ potenzjal mhux milħuq, il-ħsara tista’ tiġi osservata f’termini ta’ tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet milquta minn problemi tad-droga. Huwa stmat li s-suq illeċitu tad-droga fl-UE għandu valur bl-imnut minimu ta’ EUR 30 biljun fis-sena, u jirrappreżenta sors ewlieni ta’ introjtu għall-gruppi tal-kriminalità organizzata fl-UE. 1 Huwa importanti wkoll li wieħed jirrikonoxxi l-ħsara ekonomika konsiderevoli li tista’ tiġi attribwita għall-użu tad-droga u, b’mod aktar ġenerali, l-impatt negattiv indirett konsiderevoli li s-suq tad-droga jġib miegħu minħabba r-rabtiet ma’ attivitajiet kriminali usa’, it-tfixkil tal-ekonomija legali, il-vjolenza fil-komunitajiet, il-ħsara lill-ambjent, u billi jservi ta’ mutur sinifikanti għall-korruzzjoni li tista’ xxekkel il-governanza tajba.

Id-data kollha disponibbli 2 tindika li, b’mod ġenerali, id-disponibbiltà tad-droga fl-Ewropa għadha għolja kemm għad-drogi naturali kif ukoll għal dawk sintetiċi. Is-suq Ewropew tad-droga qed isir dejjem aktar ikkaratterizzat mill-fatt li l-pubbliku għandu aċċess għal varjetà wiesgħa ta’ drogi b’purità għolja u b’potenza qawwija li, f’termini reali, huma normalment ekwivalenti fil-prezz jew orħos milli kienu matul l-aħħar għaxar snin. L-użu tal-eroina u ta’ opjojdi oħrajn għadu jirrappreżenta l-akbar parti tad-dannu relatat mad-droga. Ir-rotta tal-Balkani għadha l-kuritur ewlieni għad-dħul tal-eroina fl-UE, filwaqt li l-Balkani tal-Punent jidhru li għadhom sors importanti ta’ oriġini għall-kannabis erbali li tinqabad. Is-suq tal-kokaina huwa t-tieni l-akbar suq illeċitu tad-droga fl-UE, wara l-kannabis. L-użu ta’ kontejners għall-kuntrabandu tal-kokaina jfisser li l-qbid ta’ volumi kbar ta’ droga fil-portijiet issa sar komuni u l-kokaina li tinqabad fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa fl-Ewropa hija ta’ purità għolja, spiss ogħla minn 85 %. L-Afrika ta’ Fuq tidher li qed issir punt ta’ tranżitu aktar sinifikanti kemm għall-konsenji bl-ajru kif ukoll dawk bil-baħar tal-kokaina u tar-raża tal-kannabis maħsuba għas-swieq Ewropej u, possibbilment, għal swieq oħra.

Barra minn hekk, fl-UE tinħadem produzzjoni sinifikanti tal-kannabis u tad-drogi sintetiċi. F’termini ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, minkejja li kien hemm tnaqqis fl-għadd tal-ewwel detezzjonijiet fl-Ewropa, dawn qed ikomplu jintbagħtu prinċipalment miċ-Ċina u mill-Indja – li huma wkoll is-sors ewlieni tal-prekursuri tad-droga użati b’mod predominanti fil-produzzjoni illeċita ta’ droga sintetika fl-UE. L-UE tidher ukoll li qed tintuża dejjem aktar bħala żona ta’ tranżitu għal xi drogi bħall-kokaina maħsuba għal swieq oħra, u drogi bħall-opjojdi sintetiċi b’potenza għolja qed jiġu nnegozjati dejjem aktar online u jintbagħtu bil-posta. Fl-aħħar nett, fid-dinja interkonnessa tal-lum, il-fenomenu tad-drogi qed isir dejjem aktar globali. Dan wassal sabiex il-komunità internazzjonali taqbel li żżid l-azzjoni tagħha, issaħħaħ il-kooperazzjoni u taċċellera l-implimentazzjoni tal-impenji konġunti sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni globali tad-drogi bħala parti mid-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-2019 tal-Kummissjoni tan-NU dwar id-Drogi Narkotiċi (CND). 3

Gruppi tal-kriminalità organizzata, li aktar minn terz minnhom huma involuti direttament fis-swieq tad-droga 4 , jadattaw irwieħhom malajr ukoll. Matul il-pandemija tal-COVID-19, il-moviment ta’ kwantitajiet kbar ta’ droga bejn l-Istati Membri baqa’ ġeneralment dak li kien qabel minkejja r-restrizzjonijiet ta’ moviment 5 . Madankollu, il-miżuri ta’ lockdown relatati mal-COVID-19 kellhom impatt temporanju li fixkel is-suq globali tad-droga u li wassal għal xi skarsezzi ta’ ċerti drogi u żieda fil-prezzijiet tagħhom. 6 . It-tbegħid soċjali ħoloq ukoll tfixkil fil-livell ta’ distribuzzjoni fl-Ewropa, u s-sitwazzjoni instabbli wasslet għal livelli ogħla ta’ vjolenza fost il-fornituri u d-distributuri ta’ livell intermedjarju. 7 F’termini tal-aspetti sanitarji tad-drogi, id-domanda għas-servizzi tal-kura għad-droga u ta’ tnaqqis tal-ħsara jistgħu jkomplu jiżdiedu filwaqt li l-kontinwità tal-kura għal persuni li jużaw id-drogi saret sfida f’xi Stati Membri, minħabba nuqqas ta’ persunal, tfixkil u għeluq tas-servizzi. 8 Peress li s-sitwazzjoni qed tinbidel malajr, se jkun daqstant ieħor importanti li jiġu identifikati fi stadju bikri u li jiġu żviluppati reazzjonijiet xierqa għall-impatt potenzjali fit-terminu medju u fit-tul tal-pandemija attwali fuq is-servizzi tad-droga, l-użu tad-droga u l-operazzjonijiet tas-suq tad-droga.

L-evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 9 u ż-żewġ pjanijiet ta’ Azzjoni korrispondenti konsekuttivi tagħha 10 kkonfermaw li l-fenomenu tad-droga u l-isfidi tiegħu hemm bżonn li jkomplu jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali, tal-UE u dak internazzjonali. Fost il-konstatazzjonijiet, ta’ min jinnota li l-aspetti tas-sigurtà u tas-saħħa li jirriżultaw mis-swieq illeċiti tad-drogi għadhom ċentrali sabiex jiġu indirizzati l-elementi usa’ u orizzontali tal-fenomenu tad-drogi. 11 Irridu nibnu fuq il-ħidma li saret fl-imgħoddi taħt l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u kif rifless mill-aġenziji speċjalizzati tal-UE għall-ġustizzja u l-affarijiet interni, speċjalment f’termini ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni, ta’ diskors u analiżi attivi, ta’ djalogu msaħħaħ u ta’ kooperazzjoni fix-xena internazzjonali, u ta’ fehim akbar tal-aspetti kollha tal-fenomenu tad-drogi u tal-impatt tal-interventi. L-UE teħtieġ bidla radikali fil-politika dwar id-drogi. Għalhekk, din l-Aġenda ssaħħaħ l-approċċ tal-UE għad-drogi u twassal aġenda politika kuraġġuża dwar id-drogi sabiex tixpruna bidla konkreta u ambizzjuża. Hija tintensifika l-isforzi fid-dimensjonijiet kollha tal-politika dwar id-drogi, b’mod partikolari mill-aspett tas-sigurtà fejn hija aktar b’saħħitha u tipprevedi azzjonijiet konkreti biex tindirizza n-nuqqasijiet ta’ qabel.

L-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi ġiet żviluppata permezz ta’ proċess konsultattiv mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. L-Aġenda hija infurmata mill-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu 12 u mill-evalwazzjoni finali tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 u miż-żewġ Pjanijiet ta’ Azzjoni korrispondenti konsekuttivi tagħha. Hija tindirizza s-sitwazzjoni tad-droga kif deskritta fir-rapporti ewlenin tal-UE tal-2019 dwar id-drogi (ir-Rapport annwali Ewropew dwar id-Drogi 13 miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, EMCDDA) u r-Rapport tal-UE dwar is-Swieq tad-Droga 14 mill-EMCDDA u mill-Europol) u l-World Drugs Report tal-UNODC 15 . Id-data rreferenzjata fl-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi hija meħuda minn dawn ir-rapporti. Hija tqis ukoll il-Gwida Ewropea dwar ir-risponsi sanitarji u soċjali għall-problemi tad-droga 16 fejn tiġi analizzata l-evidenza teknika dwar x’jikkostitwixxi rispons effettiv għall-użu tad-droga.

II.Għanijiet u prinċipji ta’ gwida tal-politika tal-UE dwar id-drogi

Fl-isfond ta’ sitwazzjoni serja fit-traffikar tad-drogi u fl-użu ta’ drogi illeċiti fl-Ewropa, l-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi hija favur u tieħu approċċ integrat, ibbilanċjat u multidixxiplinari bbażat fuq l-evidenza għall-fenomenu tad-drogi fil-livell nazzjonali, tal-UE u dak internazzjonali.

L-għan tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi huwa li tipproteġi liċ-ċittadini permezz ta’ azzjonijiet ikkoordinati aħjar li: (i) ikollhom impatt sostantiv u li jista’ jitkejjel fuq il-kwistjonijiet ta’ sigurtà u ta’ saħħa li jirriżultaw mill-użu tad-droga u mill-operazzjonijiet tas-suq tad-droga; u, (ii) jindirizzaw il-konsegwenzi kemm diretti kif ukoll indiretti li jirriżultaw minn din il-problema, li tinkludi r-rabtiet mal-vjolenza u ma’ forom oħra ta’ kriminalità serja, problemi tas-saħħa u soċjetali relatati, ħsara ambjentali, filwaqt li jqajmu kuxjenza pubblika u politika dwar dawn il-kwistjonijiet.

L-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi hija bbażata fuq il-prinċipji ta’ gwida li ġejjin:

a. Il-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-UE: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt, is-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem.

b. Approċċ multidixxiplinari: sabiex tiġi implimentata l-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi, hemm bżonn li l-imsieħba kollha fil-livell nazzjonali 17 , l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (b’mod partikolari, ir-rwol ċentrali kontinwu li jaqdu l-EMCDDA u l-Europol) 18 , kif ukoll l-industrija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jikkooperaw aktar u aħjar.

c. Integrazzjoni fl-azzjoni esterna tal-EU: l-approċċ u l-objettivi tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi jenħtieġ li jiġu segwiti b’mod koordinat u integrat mal-azzjoni esterna tal-UE. Hekk kif it-theddid u l-isfidi għas-sigurtà qed jevolvu, is-sigurtà interna u esterna qed isiru dejjem aktar marbutin flimkien. Il-protezzjoni taċ-ċittadini mill-isfidi relatati mad-drogi għalhekk teħtieġ li jkun hemm koerenza u kooperazzjoni mill-qrib, fejn xieraq, bejn l-objettivi tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi u l-azzjoni esterna tal-UE. L-azzjoni esterna tal-UE fil-qasam tad-drogi jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipji kumplimentari u li jsaħħu lil xulxin tar-responsabbiltà kondiviża, tal-multilateraliżmu u tar-risponsi globali kkoordinati 19 . 

d. Risponsi mmexxija mix-xjenza u bbażati fuq l-evidenza u t-trawwim tal-innovazzjoni: hemm bżonn isiru sforzi biex jiġu identifikati l-prijoritajiet, jinkisbu sinerġiji u koordinazzjoni u l-konstatazzjonijiet jiġu disseminati b’mod effettiv. Jenħtieġ li l-isforzi jiġu intensifikati biex jiġu żviluppati, adottati u wżati teknoloġiji ġodda sabiex isiru monitoraġġ, analiżi u risponsi aħjar għat-tendenzi u t-theddidiet fis-swieq illegali tad-droga u sabiex tiżdied it-tħejjija għar-rispons għal tibdiliet rapidi.

L-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi tipprovdi l-qafas politiku u strateġiku sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv u komprensiv l-isfidi tas-sigurtà u tas-saħħa pubblika relatati mad-droga permezz tal-użu tal-istrumenti rilevanti kollha fil-livelli lokali, nazzjonali, tal-UE u internazzjonali. Jenħtieġ ukoll li tippermetti lill-UE titkellem b’vuċi waħda meta tippromwovi l-approċċ ibbażat fuq l-evidenza, integrat, ibbilanċjat u multidixxiplinari tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi. Dan huwa ta’ rilevanza partikolari meta wieħed ifittex li jsaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, ma’ reġjuni u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll f’fora multilaterali.

L-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi tistabbilixxi tmien prijoritajiet strateġiċi tal-politika tal-UE dwar id-drogi għall-ħames snin li ġejjin, fi tliet linji ewlenin. L-ewwel nett, l-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi tipprovdi sett komprensiv ta’ miżuri ta’ sigurtà msaħħa u ffokati fuq l-aspetti kollha tat-traffikar illeċitu tad-drogi minn gruppi ta’ kriminalità organizzata sal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u d-distribuzzjoni u l-produzzjoni illeċiti fl-UE; It-tieni, il-prevenzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar l-effetti negattivi tad-drogi inkluża r-rabta tagħhom ma’ kriminalità vjolenti u ma’ forom oħra tagħha. It-tielet, li tiġi indirizzata l-ħsara relatata mad-droga huwa daqstant importanti. Irridu niżguraw li dawk li jeħtieġu l-għajnuna jkollhom aċċess għal kura effettiva u li jkun hemm fis-seħħ qafas robust għat-tnaqqis tar-riskju u tal-ħsara sabiex jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi tal-użu tad-droga kemm għall-persuni li jużaw id-droga kif ukoll għall-familji u għall-komunitajiet tagħhom. Fl-Aġenda l-ġdida tal-UE dwar id-Drogi, jingħata rikonoxximent speċifiku għall-appoġġ għal approċċ ibbilanċjat u komprensiv sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-użu tad-droga fil-kuntest tal-ħabsijiet; f’qasam li, minħabba l-kuntest speċifiku tiegħu, jeħtieġ approċċ strateġiku, strutturat u kkoordinat.

L-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi hija akkumpanjata minn Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drogi fl-Anness 1, li jkopri passi u attivitajiet konkreti u operazzjonali, li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tat-tmien prijoritajiet strateġiċi

III.Prijoritajiet strateġiċi

a)Sigurtà mtejba – tfixkil tas-swieq tad-droga

1. It-tfixkil u l-iżmantellar ta’ gruppi tal-kriminalità organizzata b’riskju kbir relatati mad-droga li joperaw fl-Istati Membri tal-UE, jew li joriġinaw minnhom jew li jixħtuhom fil-mira tagħhom, u l-indirizzar tar-rabtiet ma’ theddidiet oħra għas-sigurtà  

Is-swieq tad-droga huma ta’ natura transfruntiera u l-gruppi tal-kriminalità organizzata identifikati bħala relatati mad-droga ta’ spiss ikollhom karattru polikriminali. Fl-UE, aktar minn terz minn dawn huma direttament involuti fis-swieq tad-droga, li minnhom madwar żewġ terzi għandhom rabtiet ma’ attivitajiet kriminali usa’ li jinkludu l-korruzzjoni 20 u l-ħasil tal-flus, li jippermettulhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom. It-traffikar illeċitu tad-droga għandu wkoll rabtiet ma’ oqsma kriminali serji oħra, pereżempju t-traffikar tal-bnedmin, 21 il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta’ armi tan-nar, kif ukoll il-kummerċ f’mediċini ffalsifikati, foloz, ta’ standard baxx u mhux awtorizzati. F’għadd limitat ta’ każijiet ġew identifikati rabtiet possibbli mal-iffinanzjar tat-terroriżmu / mat-terroriżmu.

Għaldaqstant, operazzjonijiet fuq skala kbira f’termini ta’ volum ta’ drogi jew ta’ profitti, kif ukoll dawk li huma fuq skala iżgħar iżda li huma ta’ ħsara partikolari minħabba l-potenza tad-drogi li joperaw fihom, bħal opjojdi sintetiċi, jenħtieġ li jkunu mira ta’ prijorità fil-livell tal-UE. Dan jenħtieġ li jiġi prijoritizzat f’sinerġija maċ-ċiklu ta’ politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja (EMPACT) 22 li jidentifika, jagħti prijorità u jindirizza t-theddidiet fuq approċċ ibbażat fuq il-komoditajiet. Barra minn hekk, kemm il-miri tal-ogħla livell kif ukoll dawk stabbiliti fil-livell medju li huma importanti għas-sostenn tal-kontinwità operazzjonali tal-gruppi tal-kriminalità organizzata jenħtieġ li jkunu prijorità sabiex ifixklu l-istruttura ta’ kmand tagħhom. L-atturi kollha fil-katina li għandhom esperjenza biżżejjed sabiex jipprovdu kontinwità tal-operazzjonijiet kriminali jenħtieġ li jkunu fil-mira.

Jenħtieġ li tinxteħet attenzjoni fuq is-segwiment, l-iffriżar u l-konfiska tal-profitti kriminali enormi mit-traffikar tad-drogi u minn reati relatati sabiex titneħħa l-kapaċità tal-gruppi tal-kriminalità organizzata li jieħdu sehem f’reati futuri u li jinfiltraw l-ekonomija legali. Sabiex jiġi miġġieled b’mod effettiv it-traffikar tad-drogi, irridu niżguraw li l-profitti illegali ma jmorrux lura fil-katina tal-provvista tad-droga u ma jippermettux imġiba kriminali bħall-korruzzjoni u l-vjolenza, jew forom oħra ta’ kriminalità serja u organizzata, bħat-traffikar tal-bnedmin jew saħansitra t-terroriżmu. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll miżuri sabiex jiġi limitat l-użu kriminali ta’ strumenti li jippermettu l-kummerċ tad-drogi bħal tagħmir fil-laboratorji tad-drogi għall-finijiet tal-produzzjoni tad-drogi, armi tan-nar, dokumenti ffalsifikati u teknoloġija ta’ kriptaġġ. Fl-aħħar nett, il-mezzi strumentali maqbuda u kkonfiskati u r-rikavati mir-reati relatati mad-drogi jistgħu jintużaw fl-appoġġ ta’ miżuri li jnaqqsu l-provvista tad-droga u d-domanda għad-droga.

It-tielet, jenħtieġ li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni eżistenti u ssir ħidma biex ikun hemm kooperazzjoni strutturata ma’ pajjiżi u reġjuni sors u ta’ tranżitu tad-droga, u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti inkluż permezz ta’ aktar programmi mmirati ta’ appoġġ u ta’ kooperazzjoni li sistematikament jinvolvu l-aġenziji rilevanti tal-UE speċjalment il-Europol u l-EMCDDA, fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kriminalità relatata mad-droga u tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, kif ukoll billi jiġu indirizzati r-rabtiet ma’ forom oħra tal-kriminalità organizzata. Huwa importanti li l-Europol u l-EMCDDA jissaħħu bir-riżorsi rilevanti meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jsostnu l-azzjonijiet operazzjonali relatati mad-droga meħuda mill-Istati Membri. F’dan il-kuntest, se jkun meħtieġ ukoll li jissaħħu l-azzjonijiet operazzjonali tal-EMPACT. Lil hinn mill-promozzjoni u l-appoġġ tal-infurzar tal-liġi fuq livell internazzjonali u tal-kooperazzjoni bejn osservatorji tad-droga, il-miżuri f’din il-prijorità se jfittxu kontinwament li jindirizzaw il-kawżi fundamentali u l-muturi prinċipali tal-kriminalità organizzata u jsaħħu r-reżiljenza tal-komunitajiet lokali.

Oqsma prijoritarji biex jiġu indirizzati:

1.1. L-immirar ta’ gruppi tal-kriminalità organizzata b’riskju għoli attivi madwar l-UE u fi swieq transfruntiera tad-droga, u t-tfixkil ta’ mudelli tan-negozju kriminali speċjalment dawk li jrawmu l-kollaborazzjoni bejn gruppi differenti tal-kriminalità organizzata.

1.2. Ir-rikavati u l-mezzi strumentali tal-gruppi tal-kriminalità organizzata involuti fis-swieq tad-droga, u l-użu mill-ġdid soċjali tal-assi kkonfiskati.

1.3. Il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi jew ma’ reġjuni terzi u l-involviment tal-aġenziji rilevanti tal-UE.

2. Iż-żieda tad-detezzjoni tat-traffikar illeċitu bl-ingrossa tad-drogi u tal-prekursuri tad-droga fil-punti tad-dħul u tal-ħruġ tal-UE 

Hemm bżonn li s-swieq tad-droga fl-UE jiġu kkunsidrati kemm mill-perspettivi globali kif ukoll minn dawk reġjonali 23 Hemm sfidi speċifiċi assoċjati ma’ reġjuni differenti li jagħmlu ċerti punti tad-dħul bil-baħar, bl-art jew bl-ajru lejn u mill-UE prijorità għolja f’termini ta’ traffikar illeċitu bl-ingrossa tad-drogi u tal-prekursuri, li jinkludu sustanzi kimiċi prekursuri ġodda u mhux ikkontrollati jew taħt monitoraġġ. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil “prekursuri qraba” (“designer-precursors”) 24 peress li dawn is-sustanzi kimiċi bħalissa jintużaw b’mod predominanti fil-produzzjoni illeċita ta’ drogi sintetiċi fl-UE u joħolqu sfidi partikolari għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Il-punti tad-dħul u tal-ħruġ (ċentri) użati għat-traffikar tad-drogi f’kontejners jew f’merkanzija jistgħu jikkawżaw tfixkil fil-kummerċ tal-UE, jaġevolaw il-korruzzjoni u jimminaw il-governanza tajba. Barra minn hekk, il-fruntieri esterni tal-UE (tal-baħar, tal-art u tal-ajru) għandhom vulnerabbiltajiet inerenti li jistgħu jiġu sfruttati fil-kuntest tal-kummerċ tad-droga. B’mod partikolari, l-oqsma marittimi u tal-avjazzjoni madwar il-fruntieri tal-UE huma strateġikament importanti għall-monitoraġġ f’termini ta’ abbuż mit-traffikanti tad-droga. Aktar minn 70 % tal-fruntieri esterni tal-UE huma marittimi.

Għaldaqstant, il-portijiet, l-ajruporti u l-punti tad-dħul u tal-ħruġ fuq l-art importanti magħrufa fl-UE li jintużaw bħala ċentri għat-traffikar bl-ingrossa tad-droga jenħtieġ li jitqiegħdu f’lista ta’ prijorità għolja għal azzjonijiet li jimmiraw it-traffikar tad-droga. Jenħtieġ li l-miżuri jinkludu titjib fl-analiżi tar-riskju doganali tal-kontejners u tal-merkanzija, it-tfassil ta’ profili, il-kondiviżjoni tal-intelligence u kooperazzjoni effettiva fost u bejn l-aġenziji rilevanti tal-UE u l-infurzar tal-liġi, id-dwana u l-kontroll fil-fruntieri tal-Istati Membri u ta’ aġenziji rilevanti ta’ pajjiżi sħab. Skambju mtejjeb ta’ informazzjoni u kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet tad-dwana u l-pulizija ġew identifikati bħala kritiċi fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu tad-droga. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni wkoll għall-iżvilupp ulterjuri u għall-estensjoni tal-miżuri kontra l-korruzzjoni fir-rigward ta’ dawn iċ-ċentri u għall-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe effett ta’ spostament li jirriżulta minn interventi effettivi.

It-tieni huwa importanti li jsir monitoraġġ tal-fruntieri marittimi, tal-art u tal-ajru għall-qsim illeċitu fil-kuntest tal-kummerċ tad-drogi. F’dan l-ambitu, l-attivitajiet ta’ għarfien tas-sitwazzjoni tal-fruntieri esterni kollha tal-UE jenħtieġ li jissaħħu inkluż fil-Frontex f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-fruntieri tal-ajru u dawk marittimi minħabba vulnerabbiltajiet inerenti, monitoraġġ limitat, kif ukoll l-importanza strateġika tal-ispazju tal-avjazzjoni ġenerali 25 , kif ukoll l-Oċean Atlantiku u l-Baħar Mediterran. Matul il-pandemija tal-COVID-19, it-trasport marittimu kompla relattivament mingħajr xkiel u l-opportunitajiet ta’ traffikar baqgħu disponibbli għall-gruppi tal-kriminalità organizzata involuti fit-trasport bl-ingrossa tad-drogi lejn l-Ewropa 26 . Attivitajiet bħal dawk imwettqa miċ-Ċentru għall-Analiżi u l-Operazzjonijiet Marittimi - Narkotiċi (MAOC-N) jenħtieġ li jissaħħu u jiġu estiżi; eż. il-monitoraġġ ta’ bastimenti u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interess li jġorru d-drogi illeċiti fl-ibħra internazzjonali u fl-ispazju tal-ajru madwar il-fruntieri marittimi u l-ispazju tal-ajru tal-UE li hu magħruf li huma abbużati, bl-għan li jiġu interċettati qabel ma jaslu jew malli jaslu fl-ewwel port tad-dħul tagħhom fl-UE. F’dan il-kuntest, l-ispazju tal-avjazzjoni ġenerali wkoll joħloq riskju għas-sigurtà tal-UE u qed isir dejjem aktar abbużat mit-traffikanti tad-droga, filwaqt li għadu mhux sorveljat biżżejjed. Il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam marittimu u tat-traffiku tal-ajru se tibqa’ kruċjali għat-titjib fl-intelligence u għall-kapaċità ta’ azzjoni fil-ħin reali mill-Istati Membri u mill-aġenziji tal-UE inkarigati bis-sigurtà tal-fruntiera.

Oqsma prijoritarji biex jiġu indirizzati:

2.1. Il-kuntrabandu tad-drogi fl-UE u barra mill-UE bl-użu ta’ kanali kummerċjali stabbiliti (mezzi legali).

2.2. Il-qsim illeċitu jew mhux iddikjarat tal-fruntieri tal-UE.

3. Iż-żieda tal-monitoraġġ effettiv tal-kanali loġistiċi u diġitali sfruttati għad-distribuzzjoni tad-drogi f’volum medju u żgħir u ż-żieda tal-qbid ta’ kuntrabandu ta’ sustanzi illeċiti f’dawn il-kanali f’kooperazzjoni msaħħa mas-settur privat

Is-suq tad-droga qed isir dejjem aktar diġitalizzat. Kemm is-swieq tal-internet viżibbli kif ukoll dawk tad-darknet jintużaw għall-bejgħ online tad-drogi, kif ukoll l-apps tal-midja soċjali u tal-komunikazzjoni mobbli. L-użu ta’ dawn it-teknoloġiji għamel id-distribuzzjoni tad-drogi, ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, ta’ prekursuri u ta’ tagħmir meħtieġ għall-produzzjoni tad-droga ferm aktar faċli u ħoloq sfidi ġodda għall-infurzar tal-liġi u għas-saħħa pubblika. It-traffikar tad-drogi bl-użu ta’ servizzi postali u rapidi jaffettwa l-Istati Membri kollha, u għadd ta’ pajjiżi qed jaraw żidiet konsiderevoli fl-ittri u fil-pakketti li jkun fihom id-drogi 27 . Ir-rotot speċifiċi tal-oġġetti postali jistgħu jvarjaw ħafna, u jinkludu rotot diretti mis-sors sad-destinazzjoni jew permezz ta’ ċentri ta’ tranżitu tal-UE u postijiet mhux fl-UE. Dawn l-oġġetti postali jistgħu jew joriġinaw minn ġewwa l-UE jew minn barra l-fruntieri esterni tagħha.

Hemm bżonn ta’ titjib u koordinazzjoni fil-monitoraġġ u fl-analiżi tat-theddidiet li jirriżultaw mill-aċċessibbiltà tad-drogi permezz ta’ pjattaformi tal-midja soċjali, apps, postijiet tas-suq tal-internet / tad-darknet 28 , kif ukoll l-użu ta’ pagamenti online (inklużi kriptovaluti) u komunikazzjoni diġitali kriptata. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jissaħħaħ l-involviment tas-settur privat.

It-tieni,  huwa meħtieġ monitoraġġ aktar strett tal-konsenji li jkun fihom sustanzi illeċiti f’kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi postali u rapidi. Ir-rwol tat-teknoloġiji l-ġodda u tal-intelliġenza artifiċjali jista’ jiġi eżaminat fit-titjib tal-kontrolli u tal-proċeduri li jinkludu l-valutazzjoni tar-riskju ta’ oġġetti postali 29 , bil-possibbiltà li tiġi implimentata b’mod sħiħ data elettronika avvanzata dwar l-oġġetti kollha li jiġu minn pajjiżi ta’ oriġini ewlenin (internazzjonali u fl-UE).

It-tielet, il-konnessjoni tat-trasport ferrovjarju transfruntiera u l-kanali tax-xmajjar kif ukoll l-ispazju tal-avjazzjoni ġenerali jistgħu jiġu sfruttati bħala kanali possibbli għat-traffikar tad-droga u bħalissa mhumiex immonitorjati biżżejjed mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi. Hemm bżonn ta’ aktar għarfien sabiex jissaħħu l-metodi ta’ monitoraġġ u ta’ investigazzjoni ta’ portijiet tal-baħar u portijiet tax-xmajjar iżgħar, ta’ ajrudromi żgħar / lokali, u ta’ stazzjonijiet tal-ferrovija.

Oqsma prijoritarji biex jiġu indirizzati:

3.1. Is-swieq tad-droga diġitalizzati.

3.2. Is-servizzi postali u rapidi.

3.3. Il-kanali ferrovjarji u tax-xmajjar trans-UE u l-ispazju tal-avjazzjoni ġenerali.

4. L-iżmantellar tal-produzzjoni u tal-ipproċessar tad-droga, il-prevenzjoni tad-devjazzjoni u tat-traffikar tal-prekursuri tad-droga għall-produzzjoni illeċita tad-droga, u l-qerda tal-kultivazzjoni illegali

Il-produzzjoni tad-droga tirriżulta f’riskji għas-saħħa u għas-sikurezza kif ukoll fi ħsara ambjentali. Il-prevenzjoni tal-produzzjoni tad-drogi fl-Ewropa u fil-pajjiżi sħab se tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-provvista u tad-disponibbiltà tad-drogi fis-suq domestiku tal-UE u għall-esportazzjoni. Ir-rwol tal-UE bħala żona ta’ produzzjoni sinifikanti għad-drogi sintetiċi u għall-kannabis jirriżulta wkoll fi ħsara lill-ambjent permezz tar-rimi tal-iskart kimiku u joħloq riskji kemm għal dawk involuti kif ukoll għall-komunitajiet fejn isseħħ il-produzzjoni. Kull sena jintremew tunnellati ta’ skart kimiku maħluqa matul il-produzzjoni tad-droga sintetika f’siti ta’ rimi illegali. Pereżempju, huwa stmat li l-produzzjoni ta’ kilogramma amfetamina toħloq bejn 20 u 30 kg skart 30 . Il-produzzjoni ta’ xi prekursuri minn sustanzi kimiċi alternattivi tipproduċi wkoll ammont sinifikanti ta’ skart, saħansitra minn qabel ma jseħħ il-proċess ta’ produzzjoni tad-droga sintetika.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm bżonn li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jagħmlu aktar sforzi sabiex jiskopru u jiżmantellaw l-laboratorji tad-droga sintetika illeċita kif ukoll sabiex iwaqqfu l-esportazzjonijiet tad-drogi prodotti fl-UE. Fir-rigward tal-ħsarat ambjentali, huwa kruċjali li jiġu indirizzati l-impatti ambjentali, il-perikli għas-saħħa u l-ispejjeż assoċjati mal-iskart kimiku ġġenerat mill-produzzjoni tad-droga sintetika, kif rikonoxxut ukoll fl-EMPACT. Il-firxa tal-ħsara ġenerali għall-ambjent hija rikonoxxuta bħala għolja, iżda teħtieġ aktar investiment fil-monitoraġġ u fir-riċerka sabiex ikunu mifhuma aħjar l-isfidi li qed jikbru f’dan il-qasam 31 . Fl-aħħar nett, kwistjonijiet relatati mad-devjazzjoni tal-prekursuri tad-droga u mal-iżvilupp tal-prekursuri qraba jenħtieġ li jiġu indirizzati fil-livell Ewropew.

It-tieni, fl-UE jew fil-viċinat qrib tagħha qed jiġu skoperti u qed jiġi żmantellati dejjem aktar siti tal-kultivazzjoni tal-kannabis 32 . Jenħtieġ li l-miżuri jissaħħu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jindirizzaw aħjar il-kultivazzjoni ta’ drogi illeċiti. Barra minn hekk, il-kultivazzjoni ta’ drogi illeċiti f’pajjiżi terzi b’implikazzjonijiet possibbli għall-UE, b’mod partikolari x-xaħxieħ għall-produzzjoni tal-eroina u l-pjanti tal-koka għall-produzzjoni tal-kokaina, jenħtieġ li tiġi indirizzata wkoll b’impenn ulterjuri għal miżuri alternattivi ta’ żvilupp: l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-ekonomiji tad-drogi illeċiti permezz ta’ approċċ integrat li jgħaqqad l-isforzi dwar l-iżvilupp rurali, it-tnaqqis tal-faqar, l-iżvilupp soċjoekonomiku, il-promozzjoni tal-aċċess għall-art u tad-drittijiet tal-art, il-ħarsien tal-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, tas-sigurtà u tal-governanza tajba f’konformità sħiħa mal-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u ma’ impenn għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Theddidiet potenzjali ġodda, bħall-produzzjoni tal-metamfetamina fuq il-bażi tal-estrazzjoni tal-efedrina u tal-psewdoefedrina minn pjanti mkabbra f’reġjuni tradizzjonali li jipproduċu l-loppju u l-introduzzjoni ta’ razez ġodda, modifikati jew aktar potenti ta’ drogi stabbiliti bbażati fuq il-pjanti, bħall-kannabis u l-koka, jenħtieġ ukoll li jiġu mmonitorjati u li jiġu vvalutati l-implikazzjonijiet possibbli tagħhom għall-UE.

Oqsma prijoritarji biex jiġu indirizzati:

4.1. Il-produzzjoni ta’ drogi sintetiċi u l-ħsara ambjentali.

4.2. Il-kultivazzjoni fl-UE u barra minnha.

b)Prevenzjoni u sensibilizzazzjoni

5. Il-prevenzjoni tal-użu tad-drogi, it-titjib tal-prevenzjoni tal-kriminalità, u s-sensibilizzazzjoni dwar l-effetti negattivi tad-drogi fuq iċ-ċittadini u l-komunitajiet

Id-domanda għad-drogi qed tiżdied. In-natura illegali tas-suq tad-droga tfisser li dawk li jużaw id-droga jistgħu jkunu esposti għal firxa wiesgħa ta’ ħsarat, li jistgħu jestendu wkoll għall-familji u għall-komunitajiet tagħhom. Għaldaqstant programmi komprensivi ta’ prevenzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni huma kruċjali. Ħafna programmi diġà huma disponibbli, iddedikati għad-detezzjoni u l-intervent bikrin, għall-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u għall-prevenzjoni, flimkien ma’ programmi ffinanċjati minn fondi differenti tal-UE 33 . Madankollu, hemm bżonn ta’ strateġiji ulterjuri li jibnu r-reżiljenza fost il-popolazzjoni ġenerali kif ukoll jiffukaw fuq dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Minkejja l-programmi diġà fis-seħħ, tali strateġiji għadhom neqsin minn ċerti oqsma jew jinkludu miżuri li ma għandhomx bażi soda ta’ evidenza biex ikunu effettivi. Il-vjolenza li tirriżulta mill-kummerċ tad-droga, li tinkludi l-omiċidju, tikkontribwixxi għas-sentimenti ta’ nuqqas ta’ sigurtà fil-komunitajiet, kif jagħmel madankollu l-funzjonament tas-swieq tad-droga fl-ispazju pubbliku. Id-data dwar il-omiċidji marbuta mad-droga tidher li tissuġġerixxi li dan huwa fenomenu sinifikanti f’bosta pajjiżi madwar l-UE 34 . Minħabba l-evoluzzjoni tal-mudell ta' negozju li jħaddmu l-gruppi tal-kriminalità organizzata, sar hemm theddida dejjem akbar li s-suq Ewropew tad-droga jsir mutur wara ż-żieda fil-vjolenza fil-komunitajiet tagħna u fil-prattiki korrotti fl-UE. Il-miżuri ta’ lockdown tal-COVID-19 jistgħu jżidu din it-tendenza b’aktar rivalità bejn il-gruppi relatati mad-droga.

Għaldaqstant, miżuri bbażati fuq l-evidenza għall-prevenzjoni u għall-appoġġ ta’ gruppi f’riskju li jesperimentaw bid-drogi u li jiżviluppaw tendenza ta’ kif tintuża d-droga jenħtieġ li jingħataw prijorità fuq il-bażi ta’ fehim xjentifiku kemm ta’ dawk li huma l-aktar f’riskju kif ukoll tal-approċċi li ġew ippruvati effettivi. Gruppi fil-mira importanti għall-attivitajiet ta’ prevenzjoni se jkunu l-iskejjel u ż-żgħażagħ. Madankollu, hemm bżonn ukoll li tingħata attenzjoni speċjali lil dawk il-gruppi li ġew identifikati bħala partikolarment vulnerabbli li jinkludu t-tfal u ż-żgħażagħ li jgħixu f’familji li fihom il-ġenituri għandhom passat ta’ disturbi ta’ abbuż ta’ sustanzi, dawk b’disturbi tas-saħħa mentali, dawk affettwati mill-forom differenti ta’ sindromi ta’ uġigħ / għeja kroniċi, persuni mingħajr dar, migranti u tfal mhux akkumpanjati, u żgħażagħ fis-sistema tal-ġustizzja kriminali. Il-ħtiġijiet tan-nisa li huma vulnerabbli għall-problemi tad-droga ukoll iridu jitqiesu.

It-tieni, huwa importanti li jiġi rikonoxxut l-impatt tal-kriminalità relatata mad-droga u li jiġu miġġielda t-theddidiet ta’ dawn ir-reati bħall-vjolenza u l-intimidazzjoni, kif ukoll il-korruzzjoni u l-effett negattiv assoċjat tagħhom fuq l-ekonomija legali. Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġi miġġieled l-isfruttament ta’ gruppi vulnerabbli u dawk bi problemi ta’ droga minn gruppi tal-kriminalità organizzata. Il-ġlieda kontra dawn it-theddidiet u l-prevenzjoni tagħhom hija sfida sinifikanti li teħtieġ azzjonijiet miftiehma fil-livell tal-UE u bejn għadd ta’ setturi.

It-tielet, sensibilizzazzjoni mmirata li tinkludi l-promozzjoni ta’ għażliet ta’ stil ta’ ħajja tajbin għas-saħħa fost iż-żgħażagħ, it-tfal u l-gruppi vulnerabbli hija importanti sabiex tiżdied ir-reżiljenza tal-popolazzjoni għall-problemi tad-droga. L-għanijiet tas-sensibilizzazzjoni jistgħu jinkludu ż-żieda fl-edukazzjoni ġenerali relatata mal-effetti tad-drogi u mal-vizzju b’mod ġenerali. L-istigmatizzazzjoni marbuta mal-użu tad-droga tista’ tiġi indirizzata wkoll, speċjalment minħabba li din l-istigma jista’ jkollha influwenza detrimentali fuq is-saħħa mentali u fiżika ta’ dawk li jużaw id-droga u tista’ taġixxi wkoll bħala ostaklu għat-tfittix ta’ kura. Is-sensibilizzazzjoni effettiva relatata mad-drogi jenħtieġ li tkun adattata għat-tfal, sabiex it-tfal jifhmu aħjar il-perikli u l-konsegwenzi fit-tul tal-abbuż tas-sustanzi, tisfrutta bis-sħiħ il-kanali ta’ komunikazzjoni diġitali ġodda u innovattivi kif ukoll tkun adattata għall-kuntest soċjali lokali u għall-ħtiġijiet tal-gruppi fil-mira tal-popolazzjoni u tkun informata b’evidenza u b’evalwazzjonijiet xjentifiċi.

Oqsma prijoritarji biex jiġu indirizzati:

5.1. Miżuri preventivi għat-tnaqqis tal-esponiment għad-droga u għat-tisħiħ tal-protezzjoni u tar-reżiljenza ta’ dawk il-gruppi l-aktar vulnerabbli għall-iżvilupp ta’ problemi / ta’ vizzju fit-tul.

5.2. Il-prevenzjoni tal-kriminalità relatata mad-droga b’enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li tiġi evitata l-vjolenza u li tiġi limitata l-korruzzjoni.

5.3. Iż-żieda fir-reżiljenza u t-tnaqqis tal-istigma:

c)L-indirizzar tal-ħsara relata mad-droga

6. It-titjib tal-aċċess għal opzjonijiet ta’ kura li jissodisfaw il-firxa ta’ ħtiġijiet tas-saħħa u ta’ rijabilitazzjoni ta’ nies li jesperjenzaw ħsara mill-użu ta’ sustanzi

L-użu ta’ sustanzi problematiku huwa kundizzjoni kronika u spiss rikorrenti li tista’ tikkawża ħsara sostanzjali mhux biss lill-persuna kkonċernata iżda wkoll lill-familja tagħha u lill-komunità usa’. Fost in-nies li jużaw id-drogi, il-konsum ta’ diversi drogi huwa komuni, li jista’ kemm iżid ir-riskji tas-saħħa kif ukoll jikkomplika t-twassil ta’ interventi effettivi. Fost dawk li l-użu tagħhom tad-droga sar dipendenza, il-kwistjonijiet tas-saħħa mentali u l-komorbiditajiet fiżiċi huma komuni u ħafna jsibu problemi sabiex iżommu impjieg regolari jew abitazzjoni sikura. Madankollu, f’ħafna pajjiżi, id-disponibbiltà tal-kura għad-droga għadha limitata wisq u jeżistu ostakli li jinibixxu t-teħid tal-kura 35 . Huwa importanti wkoll li jiġi rikonoxxut li l-kura għad-droga trid taħdem ma’ servizzi oħra tas-saħħa u ta’ appoġġ soċjali. Huma meħtieġa servizzi komprensivi u integrati li jirrikonoxxu l-użu ta’ sustanzi bħala problema tal-kura tas-saħħa u li jibbażaw ukoll fuq firxa ta’ servizzi oħra tas-saħħa u ta’ appoġġ soċjali, bħal dawk li jindirizzaw l-abitazzjoni, l-impjiegi jew il-ħtiġijiet edukattivi. Dan se jsir dejjem aktar importanti minħabba l-impatt soċjali u ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19.

Għal dawn ir-raġunijiet, hemm bżonn li l-ostakoli għall-aċċess għall-kura jiġu indirizzati billi jiġi żgurat li s-servizzi tal-kura tas-saħħa u dawk soċjali jkunu disponibbli biżżejjed u xierqa għall-ħtiġijiet tal-gruppi ta’ klijenti tagħhom. Jenħtieġ li l-ostakli għall-aċċess jitnaqqsu fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-grupp fil-mira, bħall-fatturi demografiċi (eż. l-età, il-ġeneru, l-edukazzjoni, l-isfond kulturali), il-fatturi tas-sitwazzjoni (eż. il-faqar, iċ-ċirkustanzi tal-familja, iċ-ċirku soċjali, il-migrazzjoni), u l-fatturi personali (eż. is-saħħa fiżika u mentali, il-benesseri psikoloġiku). Hemm bżonn li jitqiesu wkoll il-konsulenza u t-trattament li jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi tat-tfal.

It-tieni, hemm bżonn jittieħdu miżuri biex jiġu identifikati u indirizzati aħjar l-ostakli li n-nisa 36 jiffaċċjaw sabiex jidħlu f’kuntatt mas-servizzi tal-kura u tar-riabilitazzjoni u jżommu l-involviment magħhom. Dawn jinkludu l-vjolenza domestika, it-trawma, l-istigma, problemi tas-saħħa fiżika u mentali, u kwistjonijiet relatati mat-tqala u mal-indukrar tat-tfal, li jistgħu jkunu aggravati mill-fatturi demografiċi, tas-sitwazzjoni u personali msemmija aktar ’il fuq. It-twassil effettiv tas-servizz jenħtieġ li jkun sensittiv għall-ħtiġijiet speċifiċi u għall-esperjenzi tal-ħajja tan-nisa bi problemi tad-droga, jagħraf li x-xejriet ta’ użu tad-droga u l-problemi jistgħu jvarjaw minn dawk tal-irġiel, inkluża inċidenza akbar possibbli ta’ problemi assoċjati mal-użu ta’ mediċini bir-riċetta. Hemm bżonn li jiġu kkunsidrati wkoll opzjonijiet ta’ servizz għan-nisa biss jew forom oħra ta’ alternattivi speċjalizzati, bħal sħubijiet ta’ ħidma mill-qrib ma’ fornituri tal-kura u ma’ servizzi li jaħdmu ma’ nisa vulnerabbli, jew mal-vittmi tal-vjolenza domestika.

It-tielet, jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta d-diversità evidenti fost dawk li jużaw id-droga u jittieħdu sabiex jingħataw servizzi li jistgħu jindirizzaw din id-diversità u jirriflettu l-ħtiġijiet ta’ gruppi differenti fir-rigward tal-użu problematiku tad-droga. Gruppi speċifiċi bi bżonnijiet aktar kumplessi jinkludu: il-parti tal-popolazzjoni li qed tixjieħ li tuża sustanzi fuq medda twila ta’ żmien, il-persuni b’saħħa mentali komorbida u bi problemi ta’ abbuż ta’ sustanzi, il-persuni mingħajr dar u n-nisa vulnerabbli. L-involviment effettiv ta’ dawn il-gruppi jeħtieġ mudelli ta’ kura li jagħrfu l-ħtieġa ta’ sħubijiet bejn servizzi differenti bejn il-fornituri tas-saħħa u tal-kura soċjali, u l-gruppi tal-pazjenti / tal-persuni li jindukraw.

Oqsma prijoritarji biex jiġu indirizzati:

6.1. L-aċċess għal servizzi ta’ kura u ta’ riabilitazzjoni u l-kopertura tagħhom fuq il-bażi tal-ħtiġijiet individwali.

6.2. Kura li tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa.

6.3. Il-mudelli ta’ kura li huma xierqa għal gruppi bi bżonnijiet aktar kumplessi.

7. Iż-żieda tal-effiċjenza tal-interventi ta’ tnaqqis tar-riskju u tal-ħsara sabiex tkun protetta s-saħħa ta’ dawk li jużaw id-droga u tal-pubbliku 

Il-protezzjoni tal-persuni li jużaw id-drogi u tal-pubbliku mill-ħsarat assoċjati mal-użu tad-droga teħtieġ qafas ta’ intervent f’oqsma differenti ta’ ħsara u ta’ riskju potenzjali li jista’ jgħin sabiex jinkisbu eżiti tas-saħħa u soċjali aħjar maż-żmien. Miri potenzjali importanti għall-interventi f’dan il-qasam jinkludu miżuri sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet bl-HIV / AIDS jew bl-epatite virali fost persuni li jinjettaw id-drogi, il-prevenzjoni ta’ doża eċċessiva, u approċċi li jħeġġu lin-nies biex jużaw id-drogi sabiex jadottaw imġiba b’riskju aktar baxx u jippromwovu objettivi relatati mas-saħħa u mas-sikurezza. L-effetti fit-tul tal-użu tad-droga fuq imħuħ żgħażagħ li jkunu għadhom qed jiżviluppaw, bħall-adoloxxenti, huma kwistjoni importanti wkoll. Jenħtieġ li jissaħħu l-miżuri li jillimitaw ir-riskju ta’ inċidenti tat-triq fost il-persuni li jsuqu taħt l-influwenza tad-drogi, jew taħt l-influwenza tad-drogi u tal-alkoħol flimkien. Qafas biex titnaqqas il-ħsara jenħtieġ li jagħti prijorità li jingħataw alternattivi għal miżuri koerċittivi li jistgħu jgħinu sabiex jitnaqqsu l-livelli tal-użu ta’ sustanzi, u jista’ jnaqqas ir-rati tar-reċidività u jtaffi l-piż finanzjarju u amministrattiv u l-ispejjeż soċjali.

Bħala tweġiba, l-inizjattivi ta’ tnaqqis tal-ħsara jridu jiġu estiżi. Programmi ta’ labar u siringi, il-kura ta’ sostituzzjoni għall-opjojdi, kmamar tal-konsum, u miżuri innovattivi oħra għat-tnaqqis tal-ħsara b’evidenza ta’ effettività, u ttestjar aċċessibbli għall-virus tal-epatite C (HCV) jistgħu jkunu interventi effettivi li jipprevjenu infezzjonijiet li jinġarru fid-demm fost persuni li jinjettaw id-drogi. Dawn huma interventi importanti mmirati lejn il-qerda tal-epidemija tal-HIV / AIDS u l-eliminazzjoni tal-epatite virali bħala theddida għas-saħħa pubblika fost il-persuni li jinjettaw id-drogi, peress li jipprevjenu infezzjonijiet ġodda u jipprovdu wkoll opportunità sabiex jintlaħqu popolazzjonijiet b’riskju għoli għall-ittestjar u sabiex dawn jitqarrbu lejn il-kura.

It-tieni, l-użu ħażin ta’ mediċini kkontrollati bir-riċetta jista’ jaffettwa persuni minn kull qasam tal-ħajja, minn sfondi u minn komunitajiet differenti. Id-devjazzjoni ta’ drogi ta’ sostituzzjoni għall-kura tad-dipendenza fuq l-opjojdi, mill-użu maħsub tagħhom fil-kura għad-droga għall-użu mhux mediku u l-bejgħ fi swieq tad-drogi illeċiti hija kawża partikolari ta’ tħassib. Iżda jeżisti wkoll tħassib dwar il-potenzjal li mediċini psikoattivi oħra, speċjalment dawk użati għas-serħan mill-uġigħ, jintużaw ħażin. Huwa wkoll ta’ tħassib li s-sustanzi mediċinali kultant jiġu mmanifatturati jew jinkisbu b’mod illeċitu minn sorsi online minn barra l-UE. L-użu ta’ sustanzi devjati ġie assoċjat ma’ doża eċċessiva fatali u mhux fatali u ma’ inċidenza akbar ta’ dipendenza, spiss ta’ dipendenza fuq l-opjojdi. Madankollu, fl-istess ħin, huwa importanti li l-approċċi f’dan il-qasam jiżguraw li l-mediċini u sustanzi kkontrollati oħra jkunu disponibbli għal skopijiet terapewtiċi u xjentifiċi xierqa.

It-tielet, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, ma’ reġjuni u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti jenħtieġ li tindirizza wkoll aspetti relatati mas-saħħa tal-problema tad-droga, b’mod partikolari l-impatt tal-interventi ta’ tnaqqis tad-domanda u tal-provvista fuq dawk li jużaw id-droga u l-pubbliku. Il-kura, it-tnaqqis tal-ħsara u l-alternattivi għas-sanzjonijiet koerċittivi jenħtieġ li jkunu punti permanenti fl-aġenda ta’ djalogi ddedikati dwar id-drogi ma’ pajjiżi terzi jew ma’ reġjuni, fejn dawn il-miżuri għadhom mhumiex fis-seħħ.

Ir-raba, is-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi huwa problema ta’ sikurezza fit-toroq minħabba li dan ixekkel il-kapaċità li wieħed isuq u jżid ir-riskju tal-inċidenti. Hemm bżonn ta’ aktar sforzi biex jitjieb l-ittestjar ta’ sewwieqa taħt l-effett tad-drogi. Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ sensibilizzazzjoni sabiex jiġu enfasizzati r-riskji tas-sewqan taħt l-effett tad-drogi. Dan il-qasam jeħtieġ aktar riċerka u żvilupp sabiex jiġu identifikati u evalwati risponsi effettivi ta’ politika u operazzjonali, inkluż l-iżvilupp ta’ metodi ta’ ttestjar u għodod orħos għad-detezzjoni tad-droga.

Il-ħames, għalkemm l-Istati Membri kollha jħaddmu tal-anqas miżura kkunsidrata bħala alternattiva għas-sanzjonijiet koerċittivi 37 , hemm bżonn li jiżdiedu l-isforzi u li tiġi integrata l-implimentazzjoni ta’ alternattivi effettivi għal sanzjonijiet koerċittivi għal trasgressuri li jabbużaw mid-droga. F’dan il-qasam hemm bżonn ta’ data aktar komprensiva u fil-fond.

Is-sitta, doża eċċessiva u forom oħra ta’ mortalità li setgħet ġiet evitata assoċjati mal-użu tad-droga huma l-ħsara l-aktar gravi tal-użu tad-droga 38 . L-intervent effettiv sabiex jitnaqqsu d-dożi eċċessivi tad-droga għadu juri diskrepanza ċara fir-risponsi attwali, bin-numru ta’ dożi eċċessivi fatali tad-droga li għadu għoli f’ħafna pajjiżi u saħansitra qed jiżdied f’xi wħud minnhom. Minkejja xi avvanzi potenzjalment importanti li saru dan l-aħħar, pereżempju, l-użu aktar mifrux ta’ antagonisti tal-opjojdi bħal nalosson, l-iżgurar tad-disponibbiltà tiegħu u l-promozzjoni tal-użu xieraq fir-rispons għal dożi eċċessivi tad-droga jew fl-intervent fihom għadu ta’ importanza assoluta. Barra minn hekk, hemm sfidi relatati ma’ data komprensiva dwar l-imwiet minħabba dożi eċċessivi madwar l-UE għal raġunijiet li jinkludu nuqqas sistematiku ta’ rapportar, nuqqas ta’ kapaċità tossikoloġika, u proċessi ta’ reġistrazzjoni li jirriżultaw f’dewmien fir-rapportar.

Oqsma prijoritarji biex jiġu indirizzati:

7.1. Mard infettiv relatat mad-droga.

7.2. L-użu ħażin ta’ mediċini u l-aċċess għal sustanzi kkontrollati esklussivament għal skopijiet mediċi u xjentifiċi u d-devjazzjoni possibbli tagħhom.

7.3. Il-kooperazzjoni internazzjonali bil-ħsieb li tiġi protetta s-saħħa ta’ dawk li jużaw id-droga.

7.4. Is-sewqan taħt l-effett tad-droga.

7.5. Alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi.

7.6. Doża eċċessiva u mwiet relatati mad-droga.

8. L-iżvilupp ta’ approċċ ibbilanċjat u komprensiv għall-użu tad-drogi fil-ħabsijiet (it-tnaqqis tad-domanda u r-restrizzjoni tal-provvista)

Dawk li jużaw id-droga jifformaw parti kbira mill-popolazzjoni ġenerali tal-ħabsijiet. Il-maġġoranza tal-priġunieri użat drogi illeċiti f’xi punt f’ħajjitha, u ħafna minn dawn għandhom xejriet kroniċi u problematiċi ta’ użu tad-drogi. Għalkemm xi individwi jwaqqfu jew inaqqsu l-użu tad-drogi meta jintbagħtu l-ħabs, oħrajn jibdew jużaw id-droga jew iġibu ruħhom b’mod li jdaħħalhom f’aktar inkwiet meta jidħlu l-ħabs. Minbarra l-livelli għoljin ta’ problemi tad-droga, il-priġunieri jesperjenzaw wkoll livell anqas ta’ saħħa meta mqabbla mal-popolazzjoni ġenerali, bi prevalenza ogħla ta’ infezzjonijiet li jinġarru fid-demm kif ukoll rati għolja ta’ mard mentali. Għal dawk li jużaw l-opjojdi, ir-riskju li jmutu minħabba doża eċċessiva ta’ droga jiżdied ħafna fil-perjodu wara li jinħelsu mill-ħabs, minħabba rati għoljin ta’ reċidività u tolleranza aktar baxxa għall-opjojdi. Jenħtieġ li jiġu identifikati u mfixkla l-kanali li jfornu d-drogi fil-ħabsijiet u dawk involuti fis-sostenn ta’ dawn il-kanali.

Għalhekk, hemm bżonn li l-kontinwità tal-kura, tar-riabilitazzjoni u tal-irkupru għad-delinkwenti li jabbużaw mid-droga fil-ħabs tingħata kemm waqt li jkunu l-ħabs u wara li joħorġu kif ukoll, finalment, għall-integrazzjoni soċjali tagħhom mill-ġdid. L-iżvilupp ta’ mudell kontinwu ta’ kura adattat għal kull Stat Membru u għall-kuntest tal-ħabsijiet u ta’ servizz ta’ probation jista’ jkun essenzjali sabiex jippermetti lill-priġunieri jaċċessaw il-firxa ta’ appoġġ li għandhom bżonn sabiex jilħqu l-għanijiet ta’ rkupru personali tagħhom waqt li jkunu l-ħabs, jitnaqqsu r-riskji u tiġi promossa l-parteċipazzjoni kontinwa f’servizzi ta’ kura u ta’ riabilitazzjoni wara li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom.

It-tfixkil tal-kanali li jissuplixxu d-drogi (u oġġetti illegali oħra) fil-ħabsijiet, u l-identifikazzjoni tal-persuni li jipparteċipaw f’dawk il-kanali jenħtieġ li jkunu prijorità. F’dan il-kuntest, il-ħidma mas-servizzi tal-infurzar tal-liġi, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-użu tal-intelligence u l-ittestjar tad-droga jistgħu jifformaw il-bażi ta’ intervent effettiv.

Oqsma prijoritarji biex jiġu indirizzati:

8.1. Il-kontinwità tal-kura fil-ħabs u s-servizzi ta’ probation.

8.2. Ir-restrizzjoni tal-provvista ta’ drogi fil-ħabsijiet.

IV.Il-governanza, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi

L-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi hija akkumpanjata minn Pjan ta’ Azzjoni li jkopri l-istess perjodu sabiex il-Prijoritajiet Strateġiċi tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi jissarrfu fi stadji u f’attivitajiet operazzjonali konkreti. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drogi jiġbor flimkien kemm l-aspetti interni kif ukoll dawk esterni meħtieġa sabiex jiġu implimentati l-objettivi tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi. Bil-ħsieb li jittejbu s-sigurtà u s-saħħa fil-kuntest tal-fenomenu tad-drogi, l-azzjonijiet previsti fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drogi jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, u tal-għanijiet applikabbli tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Il-figura 1 turi l-atturi ewlenin involuti fil-politika dwar id-drogi – l-istabbiliment u l-kontribut għat-twaqqif ta’ prijoritajiet ta’ politika fl-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi; l-implimentazzjoni: it-tattika u l-operazzjonijiet – li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet prijoritizzati fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drogi; il-monitoraġġ – l-appoġġ fl-analiżi tal-progress miksub; u l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni.

Hija meħtieġa koordinazzjoni aktar b’saħħitha fl-istituzzjonijiet tal-UE, fil-korpi u fl-aġenziji rilevanti tal-UE, fl-Istati Membri u s-soċjetà ċivili tal-UE kif ukoll bejniethom. Barra minn hekk, sabiex jiġu segwiti l-approċċ u l-objettivi tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi, hija meħtieġa kooperazzjoni internazzjonali msaħħa bejn l-UE, il-pajjiżi terzi u r-reġjuni, u l-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali, kif ukoll fuq livell multilaterali 39 . Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu rwol qofol fl-għoti ta’ appoġġ għal dawn l-isforzi, inkluż permezz tad-Delegazzjonijiet tal-UE u l-istrumenti tal-l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) bħall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) u n-network tal-esperti dwar il-kontroterroriżmu / is-sigurtà.

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat l-impenn mal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-UE dwar id-Drogi fl-implimentazzjoni, fl-evalwazzjoni u fl-għoti ta’ kontribut għall-iżvilupp tal-politiki dwar id-droga fil-livell tal-UE u dak internazzjonali.

Qabel ma jintemm it-terminu tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi fl-2025, il-Kummissjoni Ewropea se tagħmel evalwazzjoni indipendenti tal-Aġenda u tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi u tqis il-kontribut mill-atturi kollha involuti fil-governanza kif ukoll minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, u fid-dawl tal-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar id-drogi fil-ġejjieni.

Figura 1: Erba’ livelli ta’ governanza

Jenħtieġ li r-riżorsi jkunu allokati b’mod proporzjonali għal dawk il-prijoritajiet strateġiċi, l-oqsma u l-interventi li jkollhom l-akbar probabbiltà li jwasslu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi fil-livelli tal-UE, dawk nazzjonali kif ukoll lokali. Għalhekk, il-ħtieġa għal mod kif titkejjel l-effettività globali tar-rispons għall-problema tad-droga hija importanti. Il-finanzjament li jsostni l-prijoritajiet stabbiliti f’din l-Aġenda jenħtieġ li jiġi allokat minn sorsi ta’ finanzjament transsettorjali tal-UE, inklużi b’mod partikolari l-Fond għas-Sigurtà Interna u l-programm tal-UE għas-Saħħa (EU4Health), il-Fond Soċjali Ewropew+, il-programm dwar il-Ġustizzja, il-parti tar-riċerka dwar is-sigurtà ta’ Orizzont Ewropa, il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, il-programm Ewropa Diġitali u l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri.

Il-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Aġenda u tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi se jkollu l-appoġġ ta’ sistema kkoordinata ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ riċerka. Il-livell ta’ progress milħuq fil-ksib tal-prijoritajiet strateġiċi u tal-azzjonijiet relatati kif deskritti fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drogi, se jkun iddeterminat bl-użu ta’ indikaturi tal-prestazzjoni marbuta ma’ kull prijorità strateġika 40 . Il-Kummissjoni Ewropea, bl-appoġġ tal-EMCDDA, u ta’ aġenziji tal-UE u ta’ korpi oħra tal-UE, skont kif ikun rilevanti, se tissorvelja u tikkoordina l-implimentazzjoni tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi.

V.Konklużjoni

Il-Kummissjoni qed tqiegħed ir-risponsi tal-UE għall-problema tal-kriminalità organizzata u tad-drogi fil-qalba tal-aġenda politika tal-UE, u qed tmexxi approċċ strateġiku ġdid dwar id-drogi. Se jkun kruċjali li naħdmu flimkien. Dan se jirrikjedi kooperazzjoni dejjem aktar b’saħħitha fost l-atturi kollha, kif ukoll fost l-awtoritajiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE. Se nkomplu ngħaqqdu l-forzi tagħna ma’ dawk tas-sħab globali. Fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni se tagħti impetu ġdid lir-rwol tal-EMCDDA biex tiżgura li l-aġenzija tagħti sehem aktar qawwi fil-prijoritajiet kollha tal-politika dwar id-drogi. Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex japprovaw l-Aġenda u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi, u sabiex jappoġġaw u jisfruttaw il-potenzjal sħiħ ta’ kull prijorità strateġika stabbilita. Dan huwa sforz konġunt, għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha.

(1)    L-EMCDDA u l-Europol (2019). EU Drug Markets Report.
(2)      Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(3)      Il-Kummissjoni tan-NU dwar id-Drogi Narkotiċi, Ministerial declaration on strengthening our actions at the national, regional and international levels to accelerate the implementation of our joint commitments to address and counter the world drug problem.
(4)      Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(5)      L-EMCDDA u l-Europol, EU Drug Markets – Impact of COVID-19, Mejju 2020.
(6)      Għal aktar tagħrif, ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(7)      Ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(8)      Għal aktar tagħrif, ara l-EMCDDA (Marzu 2020). The implications of COVID-19 for people who use drugs (PWUD) and drug service providers.
(9)      ĠU C 402, 29.12.2012, p. 1.
(10)      ĠU C 351, 30.11.2013, p. 1 u ĠU C 215, 05.07.2017, p. 21.
(11)      Għall-konstatazzjonijiet tal-evalwazzjoni, ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-PErsunal: Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 u Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drogi 2017-2020, Lulju 2020, SWD(2020) 150.
(12)      COM(2017) 195.
(13)       http://www.emcdda.europa.eu/publications-database?f[0]=field_series_type:404
(14)       http://www.emcdda.europa.eu/publications/joint-publications/eu-drug-markets-report-2019
(15)      UNODC, World Drug Report 2020. https://wdr.unodc.org/wdr2020/.
(16)      Health and social responses to drug problems: a European guide, EMCDDA. http://www.emcdda.europa.eu/responses-guide_en  
(17)      Fosthom l-infurzar tal-liġi, id-dwana inklużi l-laboratorji doganali, il-kontroll fil-fruntieri, il-ġudikatura, il-ħabsijiet u l-faċilitajiet korrettivi, l-avjazzjoni ċivili u l-awtoritajiet marittimi, is-servizzi postali, il-partijiet ikkonċernati involuti fir-riċerka u fl-innovazzjoni, is-servizzi soċjali u tal-kura għad-droga inklużi l-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, is-setturi tal-edukazzjoni u tal-prevenzjoni.
(18)      Aġenziji u korpi oħra tal-UE involuti fi kwistjonijiet relatati mad-droga huma, eż., l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta – il-Frontex, iċ-Ċentru għall-Analiżi u l-Operazzjonijiet Marittimi – Narkotiċi (MAOC-N), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali - il-Eurojust, u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi – is-CEPOL, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali – l-FRA, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini – l-EMA, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard – l-ECDC.
(19)      L-UE ttenni wkoll l-impenn dejjiemi tagħha għall-approċċ deskritt fid-Dokument ta’ Eżitu tal-2016 tas-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-Problema Dinjija tad-Drogi https://undocs.org/A/RES/S-30/1 .
(20)      Il-korruzzjoni fil-qafas tan-negozju tad-drogi għandha sinifikat doppju. Il-gruppi tal-kriminalità organizzata jużaw il-korruzzjoni bħala mezz sabiex jiffaċilitaw il-kuntrabandu tad-drogi u d-dħul enormi miksub mid-drogi illeċiti jaġevola l-kapaċità ġenerali ta’ korruzzjoni tal-gruppi organizzati fl-ekonomija legali.
(21)      Id-drogi u t-traffikar tal-bnedmin jistgħu jkunu interkonnessi fi tliet modi ġenerali, li kultant jidħlu f’xulxin: meta t-traffikar tad-droga u t-traffikar tal-bnedmin jitwettqu mill-istess gruppi tal-kriminalità organizzata; meta individwi ttraffikati jiġu mġiegħla jkollhom rwol fil-kummerċ tad-droga; meta d-drogi jkollhom rwol fil-proċess tat-traffikar tal-bnedmin, jiffaċilitaw u jsostnu l-isfruttament ta’ individwi vulnerabbli. Ara COM(2018) 777; L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Eurojust kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2012-2016 Rapport ta’ evalwazzjoni finali, Eurojust 2017.
(22)       https://www.europol.europa.eu/empact . 
(23)      L-iżviluppi fil-produzzjoni tad-droga fl-Amerika Latina u fl-Afganistan għandhom impatt ċar fuq is-suq tad-droga fl-UE. Iċ-Ċina (u sa ċertu punt, iżda anqas, l-Indja) hija importanti bħala pajjiż sors għall-prekursuri tad-droga u għal sustanzi psikoattivi ġodda. F’xi pajjiżi ġirien, bħall-Marokk, it-Turkija u l-Balkani tal-Punent, hemm gruppi tal-kriminalità organizzata li huma marbuta mill-qrib ma’ gruppi etniċi residenti fl-UE, li qed ibiddlu d-dinamika tal-provvista tad-droga. L-Afrika hija importanti minħabba r-rwol dejjem akbar tagħha bħala żona ta’ traffikar u ta’ tranżitu. Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(24)      Il-prekursuri qraba huma qraba kimiċi ta’ prekursur tad-droga skedata li huma magħmula bl-iskop li jevitaw il-kontrolli mill-awtoritajiet.
(25)      L-avjazzjoni tinkludi t-trasport skedat bl-ajru, inklużi t-titjiriet tal-passiġġieri u tal-merkanzija li joperaw fuq rotot skedati regolarment, u l-avjazzjoni ġenerali, li tinkludi t-titjiriet kummerċjali u ċivili privati l-oħrajn kollha.
(26)      Ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(27)      Għal aktar tagħrif, ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(28)      Pereżempju, huwa stmat li madwar żewġ terzi tal-offerti fuq swieq tad-darknet huma relatati mad-droga, bil-bqija li huma relatati ma’ firxa ta’ prodotti u ta’ servizzi illeċiti oħra. Għal aktar tagħrif dwar is-swieq tad-droga diġitalizzati, ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(29)      Oġġett postali: oġġett indirizzat li jkun se jinġarr minn fornitur tas-servizz postali fil-forma finali tiegħu. Minbarra l-oġġetti ta’ korrispondenza, dawn l-oġġetti jinkludu wkoll, pereżempju, kotba, katalogi, gazzetti, perjodiċi u pakketti postali li jkun fihom merkanzija b’valur kummerċjali jew mingħajru.
(30)      Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna, p. 162-3.
(31)      F’konformità mad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali.
(32)      Għal aktar tagħrif, ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(33)      Għal deskrizzjoni dettaljata tal-programmi ta’ intervent relatati mad-droga, ara l-bażi tad-data ta’ evidenza tal-EMCDDA dwar interventi relatati mad-droga inklużi miżuri ta’ prevenzjoni, li jifforma parti mill-portal tal-Aħjar prattiki. https://www.emcdda.europa.eu/best-practice/evidence-summaries .
(34)      Għal aktar tagħrif, ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(35)      Dan huwa rikonoxxut internazzjonalment bit-tisħiħ tal-prevenzjoni u tal-kura għall-abbuż ta’ sustanzi inklużi bħala mira (3.5) fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.
(36)      F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2020) 152 tal-5.3.2020 Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020-2025.
(37)      Alternattivi għal miżuri koerċittivi huma ddefiniti bħala miżuri li għandhom xi element riabilitattiv jew li jikkostitwixxu nuqqas ta’ intervent (pereżempju, deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ teħid passi legali jew ta’ prosekuzzjoni), kif ukoll dawk użati minflok ħabs jew pieni oħra (pereżempju, sentenza sospiża b’kura għad-droga). Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Marzu 2018 dwar alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi, dokument 6931/18.
(38)      Fl-2017, fl-UE, kien hemm tal-anqas 8,238 mewta minħabba doża eċċessiva li kienu jinvolvu droga illeċita waħda jew aktar. Ara EMCDDA (2019). European Drug Report, p. 79.
(39)      L-attribuzzjoni tal-azzjonijiet lill-Istati Membri fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drogi huwa mingħajr preġudizzju għat-tqassim tal-kompetenzi kif previst fit-Trattati, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-azzjoni esterna li tikkonċerna l-politika dwar id-drogi.
(40)      Ara l-Anness 2.

Brussell, 24.7.2020

COM(2020) 606 final

ANNESSI

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

L-Aġenda u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025


Anness 1

Pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025

A)    SIGURTÀ MTEJBA - TFIXKIL TAS-SWIEQ TAD-DROGA

Prijorità strateġika 1. It-tfixkil u l-iżmantellar ta’ gruppi tal-kriminalità organizzata b’riskju kbir relatati mad-droga li joperaw fl-Istati Membri tal-UE, jew li joriġinaw minnhom jew li jixħtuhom fil-mira tagħhom, u l-indirizzar tar-rabtiet ma’ theddidiet oħra għas-sigurtà

Azzjonijiet

Qasam prijoritarju korrispondenti

Skeda ta’ żmien

Responsabbiltà

Azzjoni 1. Titjib ulterjuri: (i) taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja (EMPACT) abbażi tal-evalwazzjoni tiegħu tal-2020 u b’kunsiderazzjoni tas-SOCTA 1 2021; (ii) tal-konstatazzjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet mir-Rapporti annwali Ewropej dwar id-Droga mill-EMCDDA 2 u mir-Rapport tal-UE dwar is-Swieq tad-Droga mill-EMCDDA u mill-Europol; u (iii) skont it-tagħlimiet meħuda mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-swieq tad-droga. Żieda fil-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni sabiex jinkisbu riżultati investigattivi aktar tanġibbli, inkluż permezz tal-EMPACT, kif ukoll aktar skambju ta’ informazzjoni dwar gruppi, domestiċi u internazzjonali, tal-kriminalità organizzata relatati mad-droga, u użu akbar tal-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA).

1.1

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

EMCDDA

Azzjoni 2: It-tisħiħ tal-kondiviżjoni u tal-analiżi ta’ informazzjoni dwar ir-relazzjoni bejn il-kriminalità relatata mas-swieq tad-droga (il-produzzjoni, it-traffikar u d-distribuzzjoni) u (i) forom oħra ta’ kriminalità serja, inkluż it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-armi tan-nar u t-terroriżmu; (ii) l-aġevolar ta’ forom ta’ kriminalità serja li jinkludu l-vjolenza / l-omiċidju relatati mad-droga, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus .

1.1

1.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

EMCDDA

Frontex

 

Azzjoni 3. Il-prijoritizzazzjoni tal-investigazzjonijiet dwar gruppi u networks tal-kriminalità organizzata relatati mad-droga li joħolqu l-ogħla riskju għas-sigurtà fl-UE permezz ta’ proċess ta’ għażla ta’ mira ta’ valur għoli stabbilit mill-Istati Membri bl-appoġġ tal-Europol. Parti integrali minn dawn l-investigazzjonijiet jenħtieġ li tkun investigazzjonijiet ta’ traċċar tal-assi u finanzjarji li jwasslu għall-konfiska effettiva tar-rikavati minn reati relatati mad-droga. L-iżgurar ta’ aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni tal-attivitajiet operazzjonali fl-UE u bejn l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi rilevanti u l-Europol; iż-żieda wkoll fil-kooperazzjoni mal-Eurojust dwar il-prosekuzzjoni ġudizzjarja relatata.

1.1

1.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

Frontex

Eurojust

Azzjoni 4. L-iżgurar li l-Istati Membri jagħtu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi aċċess rapidu għal informazzjoni finanzjarja sabiex ikunu jistgħu jwettqu investigazzjonijiet finanzjarji effettivi dwar gruppi tal-kriminalità organizzata relatati mad-droga, inkluż billi: (i) Jagħmlu użu sħiħ mill-informazzjoni miżmuma mill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva dwar l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja (id-Direttiva (UE) 2019/1153). (ii) Jagħmlu użu aktar effettiv mill-informazzjoni miġbura mill-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi sabiex jidentifikaw u jintraċċaw il-profitti marbuta mat-traffikar tad-droga, fid-dawl tal-possibbiltà sussegwenti li jiġu ffriżati u kkonfiskati. Iżidu t-taħriġ għas-servizzi tal-infurzar tal-liġi u għall-investigaturi ġudizzjarji u għall-unitajiet speċjalizzati lokali u reġjonali ddedikati għas-sekwestri ta’ assi kriminali.

1.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

Eurojust

CEPOL

Azzjoni 5. Żieda fil-kooperazzjoni u l-istabbiliment ta’ rabtiet aħjar bejn l-awtoritajiet tat-taxxa / doganali u s-servizzi tal-infurzar tal-liġi sabiex (i) jissaħħu l-investigazzjonijiet, (ii) jiġu skoperti attivitajiet ta’ ħasil tal-flus ibbażati fuq il-kummerċ, (iii) jitħarbtu attivitajiet kriminali u (iv) il-profitti mis-swieq tad-droga jitwaqqfu milli jerġgħu jidħlu lura f’attivitajiet kriminali oħrajn jew fl-ekonomija legali. L-Istati Membri huma mħeġġa jibnu l-għarfien espert u r-riżorsi tagħhom fuq sistemi alternattivi ta’ bbankjar u ta’ trasferiment ta’ flus użati minn gruppi tal-kriminalità organizzata relatati mad-droga (eż. Hawala).

1.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

Frontex

Azzjoni 6. L-identifikazzjoni u l-għoti ta’ prijorità għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi b’riskju għoli mill-perspettiva tal-produzzjoni u tal-kuntrabandu tad-droga sabiex (i) jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-Istati Membri għal informazzjoni finanzjarja u għal informazzjoni oħra sabiex issaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu investigazzjonijiet finanzjarji, u (ii) jiġu traċċati u identifikati r-rikavati kriminali relatati mad-drogi u jiġi żgurat li jiġu eżegwiti ordnijiet ta’ qbid u ta’ konfiska bbażati fl-UE.

1.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

Eurojust

Azzjoni 7. Il-kunsiderazzjoni ta’ kif għandhom ikomplu jiġu indirizzati l-kriptaġġ u metodi ġodda oħra relatati mat-teknoloġija użati minn gruppi tal-kriminalità organizzata attivi fis-swieq tad-droga sabiex jevitaw id-detezzjoni u jaħbu l-komunikazzjonijiet tagħhom. Żieda fil-kondiviżjoni f’ħin reali ta’ informazzjoni li abbażi tagħha tista’ tittieħed azzjoni u titmexxa prosekuzzjoni fl-Istati Membri u bejniethom, il-Europol u l-Eurojust.

1.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

Eurojust

EMCDDA

Azzjoni 8. Wara l-konfiska effettiva tal-assi, il-kunsiderazzjoni tal-użu mill-ġdid sikur u sigur tal-mezzi strumentali maqbuda u kkonfiskati bħala appoġġ tal-miżuri għat-tnaqqis tad-domanda u tal-provvista tad-droga. Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli tikkunsidra dan il-punt fl-ambitu tar-reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (id-Direttiva 2014/42/UE).

1.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Azzjoni 9. L-iżgurar li l-programmi ta’ kooperazzjoni madwar id-dinja rilevanti tal-UE dwar id-drogi jkunu fis-seħħ u implimentati ma’ pajjiżi terzi u ma’ reġjuni. Żieda fl-analiżi strateġika u operazzjonali konġunta (i) billi jiġu involuti l-aġenziji rilevanti tal-UE bħall-EMCDDA u l-Europol u (ii) billi jiġi żgurat rapportar regolari u f’waqtu ta’ informazzjoni rilevanti u operazzjonali bejn il-programmi ta’ kooperazzjoni u dawn l-aġenziji tal-UE.

1.3

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

SEAE

Europol

EMCDDA

Azzjoni 10. It-titjib tad-djalogi tal-UE dwar id-drogi li jiffokaw fuq rotot speċifiċi ta’ traffikar tad-droga, li jinvolvu swieq tal-produtturi, ta’ tranżitu u tal-konsumaturi. Jenħtieġ li jsiru djalogi regolari mar-reġjun u mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, mar-reġjun u mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, mar-Russja, mal-Istati Uniti tal-Amerika, mal-Amerika Latina u mar-reġjuni u mal-pajjiżi tal-Karibew. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitnedew djalogi dwar id-drogi maċ-Ċina, l-Iran u l-Kolombja. Se jiġu esplorati aktar djalogi ma’ pajjiżi jew ma’ reġjuni oħra skont l-evoluzzjoni tal-oriġini u tar-rotot tal-provvista tad-droga u l-iżviluppi internazzjonali.

1.3

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

SEAE

Prijorità strateġika 2. Żieda fid-detezzjoni tat-traffikar illeċitu bl-ingrossa tad-drogi u tal-prekursuri tad-droga fil-punti tad-dħul u tal-ħruġ tal-UE

Azzjonijiet

Qasam prijoritarju korrispondenti

Skeda ta’ żmien

Responsabbiltà

Azzjoni 11. Is-sostenn tal-attivitajiet f’punti ewlenin ta’ dħul u ta’ ħruġ għat-traffikar tad-droga billi jissaħħaħ u jiġi promoss l-istabbiliment ta’ analiżi tar-riskju doganali, ta’ metodi ta’ investigazzjoni, u ta’ politiki, ta’ kontrolli u ta’ proċeduri rilevanti oħra għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga. L-iżgurar tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni strutturati kif ukoll tal-iskambju f’ħin reali ta’ intelligence dwar il-kriminalità u ta’ investigazzjonijiet ikkoordinati fl-UE billi jintużaw is-servizzi tal-aġenziji rilevanti tal-UE bħall-Europol u l-Frontex sabiex jappoġġaw lill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-komunikazzjoni sikura tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali jenħtieġ li tiġi attivata sabiex tiġi skambjata informazzjoni mas-SIENA permezz ta’ komunikazzjoni bejn sistema u oħra.

2.1

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Frontex

Europol

Azzjoni 12. L-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji effettivi ta’ skrinjar li kapaċi jindividwaw drogi u prekursuri tad-droga għal kontejners, għal trakkijiet, għal bastimenti, b’enfasi fuq portijiet ewlenin, ajruporti, stazzjonijiet tal-ferrovija u punti ewlenin ta’ qsim tal-fruntiera tal-art.

2.1

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Frontex

Europol

Azzjoni 13. It-titjib tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni strutturati bejn id-dwana u l-Frontex, il-Europol u l-EMCDDA, kif ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni doganali sabiex tkun interoperabbli u kkombinata ma’ dik tal-infurzar tal-liġi u tal-kontroll fil-fruntieri. Żieda fl-għadd ta’ esperti doganali fil-Europol, u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-gwardji tal-fruntiera tal-Frontex sabiex jidentifikaw it-traffikar tad-droga fil-fruntieri tal-UE.

2.1

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Frontex

Europol

EMCDDA

Azzjoni 14. L-istabbiliment tar-rabta u tal-kooperazzjoni meħtieġa mal-awtoritajiet rilevanti tal-avjazzjoni ċivili u dawk marittimi sabiex ikunu żgurati investigazzjonijiet effettivi u effiċjenti u d-detezzjoni tad-drogi fl-ajruporti u fil-portijiet. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali mal-awtoritajiet marittimi u tal-avjazzjoni ċivili f’pajjiżi sħab importanti tul ir-rotot ewlenin tat-traffikar tad-droga.

2.1

2.2

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Frontex

SEAE

Azzjoni 15. It-tkomplija tal-finanzjament u l-forniment ta’ mudell sostenibbli fit-tul ta’ governanza liċ-Ċentru għall-Analiżi u l-Operazzjonijiet Marittimi - Narkotiċi (MAOC-N). L-iżgurar tal-iskambju ta’ informazzjoni u tal-kooperazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-UE.

2.2

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

MAOC-N

Europol

Frontex

EMCDDA

Azzjoni 16. L-istabbiliment ta’ pjattaforma konġunta ta’ fużjoni tal-intelligence dwar id-droga fil-Europol li tinkludi rappreżentanti tal-Istati Membri, u li jkollha punti ta’ kuntatt b’kapaċitajiet siguri ta’ skambju ta’ informazzjoni f’pajjiżi terzi u f’reġjuni li jikkostitwixxu ċentri ta’ traffikar tad-droga. L-iżgurar tal-iskambju ta’ informazzjoni f’ħin reali, l-analiżi u l-appoġġ għal operazzjonijiet f’ħin reali mmirati lejn gruppi internazzjonali tal-kriminalità organizzata li jittraffikaw id-droga li jaffettwaw lill-UE.

2.2

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

Frontex

EMCDDA

Azzjoni 17. Il-konklużjoni ta’ ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi fejn jinsabu ċ-ċentri tat-traffikar tad-droga, li jippermettu lill-aġenziji rilevanti tal-UE bħall-Europol u l-Frontex jiskambjaw informazzjoni u data, inkluża data personali u operazzjonali.

2.2

2021

Kummissjoni Ewropea

Prijorità strateġika 3. Żieda fil-monitoraġġ effettiv tal-kanali loġistiċi u diġitali sfruttati għad-distribuzzjoni tad-drogi f’volum medju u żgħir u ż-żieda tal-qbid ta’ kuntrabandu ta’ sustanzi illeċiti f’dawn il-kanali f’kooperazzjoni msaħħa mas-settur privat

Azzjonijiet

Qasam prijoritarju korrispondenti

Skeda ta’ żmien

Responsabbiltà

Azzjoni 18. Il-monitoraġġ tal-postijiet tas-suq fuq l-internet u d-darknet għad-drogi billi tiġi implimentata l-azzjoni preparatorja proposta mill-Parlament Ewropew dwar il-monitoraġġ 24 siegħa kuljum tad-darknet sabiex jiġu żgurati riżultati komprensivi. 3 It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-EMCDDA u tal-Europol f’dan il-qasam.

3.1

2021

Kummissjoni Ewropea

Europol

EMCDDA

Azzjoni 19. Analiżi operazzjonali tal-fattibilità ta’ kif is-servizzi postali u rapidi jistgħu jidentifikaw u jipprevjenu d-distribuzzjoni ta’ sustanzi illeċiti f’oġġetti postali 4 . Il-konklużjoni ta’ Memoranda ta’ Qbil bl-objettiv li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-infurzar tal-liġi, id-dwana, is-servizzi postali u rapidi u l-fornituri ta’ pagamenti elettroniċi.

3.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

EMCDDA

Azzjoni 20. Il-promozzjoni tal-iżvilupp, tal-użu u tal-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ tagħmir fost l-Istati Membri dwar il-monitoraġġ ta’ oġġetti postali suspettużi billi jintużaw soluzzjonijiet bħal klieb ta’ detezzjoni u / jew magni tar-raġġi X. B’mod partikolari, jenħtieġ jiġi eżaminat ir-rwol tat-teknoloġiji l-ġodda u speċjalment tal-intelliġenza artifiċjali.

3.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Azzjoni 21. Is-sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa li l-azzjonijiet ikunu ffokati fuq il-kanali tat-traffikar tad-drogi li bħalissa mhumiex immonitorjati biżżejjed mill-infurzar tal-liġi, billi jiġu stabbiliti jew jissaħħu l-metodi ta’ monitoraġġ u ta’ investigazzjoni ta’ portijiet marittimi u ta’ portijiet tax-xmajjar iżgħar, ta’ ajrudromi, u ta’ stazzjonijiet ferrovjarji. L-involviment tal-aġenziji rilevanti tal-UE sabiex jappoġġaw lill-Istati Membri f’dawn l-attivitajiet.

3.3

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

EMCDDA

Prijorità strateġika 4. L-iżmantellar tal-produzzjoni u tal-ipproċessar tad-droga, il-prevenzjoni tad-devjazzjoni u tat-traffikar tal-prekursuri tad-droga għall-produzzjoni illeċita tad-droga, u l-qerda tal-kultivazzjoni illegali

Azzjonijiet

Qasam prijoritarju korrispondenti

Skeda ta’ żmien

Responsabbiltà

Azzjoni 22. It-tisħiħ tal-attivitajiet operazzjonali tal-infurzar tal-liġi u tal-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet amministrattivi u ma’ partijiet rilevanti oħra fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali relatata mal-produzzjoni u mat-traffikar illeċiti tad-droga. L-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ detezzjoni, ta’ skambju ta’ informazzjoni u ta’ investigazzjonijiet ikkoordinati billi jiġu involuti l-aġenziji rilevanti tal-UE sabiex jappoġġaw lill-Istati Membri.

4.1

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Europol

EMCDDA

Azzjoni 23. L-indirizzar tal-isfidi ewlenin identifikati mill-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prekursuri tad-droga, b’mod partikolari l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-isfida li jġibu magħhom il-prekursuri qraba.

4.1

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Azzjoni 24. L-identifikazzjoni, it-traċċar u l-iżmantellar ta’ faċilitajiet illeċiti li jipproduċu d-droga fl-UE, inkluż billi jiġu mmirati l-prekursuri u l-prekursuri qraba, billi jittejbu u jsir użu aħjar mill-investigazzjonijiet forensiċi, mill-intelligence u billi jiġu żviluppati u estiżi t-tekniki ta’ detezzjoni.

4.1

2021–2025

Stati Membri

Europol

EMCDDA

Azzjoni 25. Il-kunsiderazzjoni tat-tnedija ta’ studju li jivvaluta l-effettività tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi, bil-ħsieb li jiġu emendati l-aspetti possibbilment skaduti u jissaħħu oqsma kif ikun meħtieġ.

4.1

2022

Kummissjoni Ewropea

Azzjoni 26. It-tkomplija tal-appoġġ u tat-traċċar tar-riżultati ta’ programmi alternattivi ta’ żvilupp u ta’ interventi relatati tal-politika dwar id-droga li jkunu ffokati fuq l-iżvilupp fil-pajjiżi sors tad-drogi illeċiti, inkluż permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-għarfien espert tekniku, permezz tat-tagħlim bejn il-pari, u permezz ta’ impenn fil-livell globali u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

4.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

SEAE

B)    PREVENZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI

Prijorità strateġika 5. Il-prevenzjoni tal-użu tad-drogi, it-titjib tal-prevenzjoni tal-kriminalità, u s-sensibilizzazzjoni dwar l-effetti negattivi tad-drogi fuq iċ-ċittadini u l-komunitajiet

Azzjonijiet

Qasam prijoritarju korrispondenti

Skeda ta’ żmien

Responsabbiltà

Azzjoni 27. Kampanji trans-UE mmirati lejn il-ġenituri, l-għalliema u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali, li jżidu l-għarfien tagħhom dwar il-potenzjal tagħhom sabiex jipprevjenu liż-żgħażagħ u lil gruppi fil-mira oħra milli jieħdu drogi illeċiti u jieħdu sogru u jinvolvu rwieħhom fi kriminalità/f’attivitajiet relatati mas-suq tad-droga.

5.1

5.3

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

Azzjoni 28. Diffużjoni usa’ tal-korsijiet ta’ taħriġ tal-Kurrikulu Ewropew dwar il-Prevenzjoni (EUPC) u l-aġġornament tal-manwal, jekk dan ikun meħtieġ.

5.1.

2022–2025

Stati Membri

EMCDDA

Azzjoni 29. L-espansjoni tat-taqsima dwar mudelli ta’ prevenzjoni u informazzjoni prattika u affidabbli oħra fil-qasam tal-prevenzjoni, disponibbli fil-Portal tal-Aħjar Prattika tal-EMCDDA u t-tħeġġiġ tal-adozzjoni usa’ ta’ programmi ta’ prevenzjoni b’dak li ntwera li huwa effettiv.

5.1

2022–2025

Stati Membri

EMCDDA

Azzjoni 30. Diffużjoni tal-komunikazzjonijiet ta’ twissija rapida mmirati dwar ir-riskju u notifiki ta’ intelligence meta sustanzi perikolużi, li jinkludu sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ), jew theddidiet emerġenti oħra, jidhru fis-suq.

5.1

2021–2025

EMCDDA

Europol

Azzjoni 31. (i) Il-promozzjoni u l-appoġġ tal-ħidma u tal-aħjar prattiki tan-Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) u ta’ proġetti rilevanti oħra bl-għan li jitnaqqas ir-reċidiviżmu ta’ trasgressuri żgħażagħ għal reati relatati mad-droga; (ii) it-tħeġġiġ ta’ strateġiji komprensivi sabiex jiġu ttrattati l-viċinati li jesperjenzaw livelli għoljin ta’ drogi u ta’ kriminalità relatata mad-droga u (iii) l-għoti ta’ appoġġ għal miżuri li joħolqu ambjent aktar protettiv għall-komunitajiet affettwati mill-konsum u mill-bejgħ ta’ drogi jew minn kriminalità relatata mad-droga.

5.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EUCPN

C)    L-INDIRIZZAR TAL-ĦSARAT RELATATI MAD-DROGA

Prijorità strateġika 6. It-titjib tal-aċċess għal għażliet ta’ kura li jissodisfaw il-firxa ta’ ħtiġijiet tas-saħħa u ta’ rijabilitazzjoni ta’ nies li jesperjenzaw ħsara mill-użu ta’ sustanzi

Azzjonijiet

Qasam prijoritarju korrispondenti

Skeda ta’ żmien

Responsabbiltà

Azzjoni 32. L-iżvilupp u t-titjib tal-aċċess għal kura effettiva għad-droga, għal servizzi ta’ tnaqqis tal-ħsara u ta’ riabilitazzjoni, inklużi servizzi għal persuni b’komorbidità, sabiex (i) jitnaqqas l-użu ta’ drogi illeċiti u ta’ sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ); (Ii) l-użu problematiku tad-drogi; (iii) il-prevalenza tad-dipendenza fuq id-drogi u tar-riskji u tal-ħsarat soċjali u tas-saħħa marbuta mad-drogi u (iv) jingħata appoġġ għall-irkupru u għar-ri/integrazzjoni soċjali tal-konsumaturi problematiċi u dipendenti tad-droga.

6.1

6.2

6.3

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Azzjoni 33. (i) L-għoti ta’ appoġġ għall-innovazzjoni fit-twassil tal-kura; (ii) it-titjib u l-promozzjoni tal-użu ta’ għażliet elettroniċi u mobbli ta’ twassil tas-saħħa u ta’ farmakoterapiji ġodda sabiex jiżdied l-aċċess għall-kura għad-droga għall-gruppi kollha fil-mira; u, (iii) tiġi vvalutata l-effettività ta’ dawn is-soluzzjonijiet bil-possibbiltà li jiġu estiżi dawk l-interventi li ntwerew li huma l-aktar effettivi.

6.1

6.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Azzjoni 34. L-identifikazzjoni tal-fiżjoloġija tal-ġeneri tal-vizzju tad-droga. L-identifikazzjoni u t-tnaqqis tal-ostakli għall-kura u għal użu ieħor tas-servizzi għan-nisa li jużaw id-drogi, u t-titjib tal-għażliet ta’ kura sabiex jiġu inklużi approċċi speċifiċi għall-ġeneri. L-iżgurar li dawn is-servizzi jkunu sensittivi għall-ħtiġijiet tan-nisa, eż. jinkludu l-appoġġ għall-indukrar tat-tfal. It-tnedija ta’ sforzi ta’ sensibilizzazzjoni sabiex jintlaħqu n-nisa li jabbużaw mid-droga u sabiex dawn isiru jafu li hemm disponibbli kura ffukata fuq in-nisa.

6.2

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

Azzjoni 35. L-estensjoni tal-bażi tal-evidenza fit-twassil tal-kura inkluż fehim aħjar tal-iskala u tat-tendenzi fl-użu problematiku ta’ stimulanti u tal-kannabis. It-titjib ukoll tal-fehim kemm tal-ħtiġijiet tal-kura kif ukoll ta’ dak li jikkostitwixxi interventi effettivi bħala rispons għal problemi relatati ma’ stimulanti jew mal-kannabis.

6.1

6.2

6.3

2021–2025

Stati Membri

EMCDDA

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Azzjoni 36. Il-forniment lill-ħaddiema multidixxiplinari li jagħtu l-kura (persunal li jaħdem f’servizzi speċjalizzati u dawk li jittrattaw il-problemi tad-droga f’servizzi ġeneriċi tas-saħħa jew ta’ appoġġ soċjali) ta’ kompetenzi aġġornati li jirriflettu l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-popolazzjoni fil-mira u żviluppi ġodda fil-fehim tagħna ta’ x’jikkostitwixxi kura effettiva. (i) It-tħeġġiġ tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki f’termini kemm ta’ ħiliet bażiċi kif ukoll ta’ ħiliet speċjalizzati; (ii) l-għoti ta’ appoġġ għall-istabbiliment ta’ standards ta’ kwalità fit-taħriġ; (iii) it-tħeġġiġ ta’ sħubijiet bejn il-fornituri tat-taħriġ u (iv) l-identifikazzjoni ta’ kurrikuli li jkopru kemm il-kompetenzi ewlenin kif ukoll dawk avvanzati.

6.1

6.2

6.3

2021–2025

Stati Membri

EMCDDA

Azzjoni 37. It-tkomplija tal-iżvilupp u l-iżvilupp ulterjuri tal-implimentazzjoni tal-istandards minimi ta’ kwalità tal-UE adottati mill-Kunsill fl-2015 5 u l-linji gwida bbażati fuq l-evidenza fil-politiki u fil-programmi nazzjonali dwar id-droga.

6.1

6.2

6.3

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

Prijorità strateġika 7. Żieda fl-effiċjenza tal-interventi ta’ tnaqqis tar-riskju u tal-ħsara sabiex tkun protetta s-saħħa ta’ dawk li jużaw id-droga u tal-pubbliku

Azzjonijiet

Qasam prijoritarju korrispondenti

Skeda ta’ żmien

Responsabbiltà

Azzjoni 38. L-iżvilupp, l-espansjoni u t-tisħiħ tal-aċċess għal miżuri effettivi għat-tnaqqis tal-ħsara. L-estensjoni ulterjuri tal-iskambju tal-aħjar prattiki f’dan il-qasam fost l-Istati Membri, u ma’ sħab bħal pajjiżi terzi, reġjuni u organizzazzjonijiet internazzjonali.

7.1

7.3

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

Azzjoni 39. It-titjib u ż-żieda fil-kapaċità ta’ identifikazzjoni, ta’ valutazzjoni u ta’ rispons fil-livelli tal-Istati Membri u tal-UE, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE, għal tifqigħat ta’ epidemiji kif ukoll għal tibdiliet importanti fl-imġiba fl-użu tad-droga u fil-konsum ta’ sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ).

7.1

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

ECDC

Azzjoni 40. It-tħeġġiġ u l-appoġġ għar-riċerka u għall-innovazzjoni dwar għodod għall-identifikazzjoni tad-droga sabiex jiġi evitat sewqan taħt l-effett tad-droga.

7.4

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

Azzjoni 41. Id-determinazzjoni tal-opzjonijiet ta’ politika possibbli fil-kuntest tas-sewqan taħt l-effett tad-drogi, inkluża l-valutazzjoni dwar jekk għandhomx jiġu inklużi kunsiderazzjonijiet dwar id-drogi fir-Rakkomandazzjoni tal-UE dwar il-kontenut ta’ alkoħol fid-demm permess għas-sewwieqa.

7.4

2022

Kummissjoni Ewropea

Azzjoni 42. Żieda fid-disponibbiltà, l-implimentazzjoni effettiva, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miżuri pprovduti bħala alternattiva għas-sanzjonijiet koerċittivi għal trasgressuri li jabbużaw mid-droga, bħal (sentenza sospiża b’) kura, riabilitazzjoni u rkupru, u riintegrazzjoni soċjali. Segwitu tal-Istudju dwar alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi bħala rispons għal reati li jiksru l-liġi dwar id-droga u reati relatati mad-droga konkluż fl-2016, eż. permezz ta’ Rakkomandazzjoni possibbli tal-Kummissjoni dwar is-suġġett. L-inklużjoni ta’ din id-dimensjoni fid-djalogu politiku u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab.

7.5

2021–2025

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

Azzjoni 43. L-introduzzjoni u t-tisħiħ ta’ miżuri sabiex jitnaqqsu dożi eċċessivi fatali u mhux fatali. L-inklużjoni taż-żieda fid-disponibbiltà, fl-użu u fl-aċċess fil-livell komunitarju ta’ antagonisti tal-opjojdi (Nalosson) u miżuri oħra ta’ tnaqqis tal-ħsara u ta’ politika u jingħata appoġġ għall-evalwazzjoni ta’ approċċi effettivi u għall-iskambju tal-aħjar prattiki f’dan il-qasam.

7.2

7.6

2021

Stati Membri

EMCDDA

Azzjoni 44. It-tisħiħ tal-isforzi għall-kondiviżjoni tad-data forensika u tossikoloġika: (i) it-titjib tal-metodi analitiċi, l-ittestjar u l-promozzjoni ta’ tekniki ġodda; (ii) l-iskambjar tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp ta’ taħriġ konġunt; (iii) iż-żieda fil-kooperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u mal-EMCDDA, u permezz ta’ networks eżistenti, bħall-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Drogi tan-Network Ewropew tal-Istituti tax-Xjenza Forensika u n-Network Ewropew tal-Laboratorji Doganali. L-iżvilupp u r-rakkomandazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ sett ta’ linji gwida Ewropej dwar it-tossikoloġija forensika għal investigazzjonijiet ta’ mwiet relatati mad-droga.

7.6

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

Prijorità strateġika 8. L-iżvilupp ta’ approċċ ibbilanċjat u komprensiv għall-użu tad-drogi fil-ħabsijiet (it-tnaqqis tad-domanda u r-restrizzjoni tal-provvista)

Azzjonijiet

Qasam prijoritarju korrispondenti

Skeda ta’ żmien

Responsabbiltà

Azzjoni 45. Il-forniment ta’ linji gwida għall-Istati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ rispons politiku bbilanċjat u komprensiv għall-użu tad-drogi fil-ħabsijiet.

8.1

8.2

2024

Kummissjoni Ewropea

EMCDDA

Azzjoni 46. L-implimentazzjoni ta’ taħriġ għall-persunal tal-ħabsijiet biex titjieb id-detezzjoni tad-drogi li jkunu deħlin fil-ħabsijiet, jiżdied l-għarfien dwar il-problema, u jiġu implimentati risponsi għad-droga relatati mas-saħħa abbażi tal-evidenza fl-ambjent tal-ħabs.

8.2

2023

Stati Membri

CEPOL

EMCDDA

Eurojust

 

Il-governanza, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi

Azzjonijiet

Skeda ta’ żmien

Responsabbiltà

Azzjoni 47. It-titjib tal-monitoraġġ, tal-ġbir tad-data, tal-analiżi u tar-rapportar tar-riċerka, u l-forniment ta’ analiżijiet komprensivi ta’ rilevanza għas-sitwazzjoni tad-droga fl-UE u għas-swieq tad-droga tal-UE, inklużi sfidi ġodda madwar l-iżviluppi tal-politika internazzjonali kemm fl-oqsma leċiti kif ukoll f’dawk illeċiti fir-rigward tal-kannabis. (i) It-tisħiħ tal-EMCDDA u tal-kapaċità analitika tiegħu inkluż f’termini ta’ teknoloġiji u ta’ metodi ġodda u innovattivi. (ii) Il-promozzjoni ta’ evalwazzjonijiet xjentifiċi bbażati fuq l-evidenza tal-politiki u tal-interventi fil-livelli nazzjonali, tal-UE u dak internazzjonali. (iii) L-għoti ta’ appoġġ adegwat għan-network Reitox ta’ Punti Fokali Nazzjonali tal-EMCDDA fl-oqsma kemm tas-saħħa pubblika kif ukoll tas-sigurtà, inkluża s-Sistema ta’ Twissija Bikrija.

Kurrenti

Kummissjoni Ewropea

EMCDDA

Europol

Azzjoni 48. It-tisħiħ tar-risponsi u t-titjib tat-tħejjija għal sfidi futuri possibbli billi jiġu identifikati t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-Covid-19 u billi jiġi ssorveljat l-impatt tagħha fuq perjodu qasir, medju u fit-tul fuq it-twassil tas-servizzi, is-swieq tad-droga, it-tendenzi tal-użu u l-ħsarat assoċjati magħhom.

2021

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

EMCDDA

Azzjoni 49. Il-promozzjoni u t-tisħiħ tad-djalogu mas-soċjetà ċivili u l-involviment tagħha fl-implimentazzjoni, fl-evalwazzjoni u fl-għoti ta’ kontribut għall-iżvilupp tal-politiki dwar id-droga fil-livelli tal-Istati Membri, tal-UE u dak internazzjonali.

Kurrenti

Kummissjoni Ewropea

Stati Membri

Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

Azzjoni 50. Il-kontribut għat-tfassil tal-aġenda internazzjonali għall-politika dwar id-drogi f’konformità mal-approċċ u mal-objettivi tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi, inkluż billi jiżdied il-pass tal-implimentazzjoni ta’ impenji multilaterali konġunti bħad-Dokument ta’ Eżitu tal-2016 tas-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-Problema Dinjija tad-Droga u fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tad-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi fl-2024.

Kurrenti

Kummissjoni Ewropea

SEAE

Azzjoni 51. L-iżgurar li l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ikunu integrati għalkollox fir-relazzjonijiet tal-UE ma’ pajjiżi terzi, ma’ reġjuni u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u fl-assistenza esterna li tingħatalhom. B’mod partikolari, l-UE topponi b’mod qawwi u inekwivoku l-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha, inkluż għal reati relatati mad-droga.

Kurrenti

Kummissjoni Ewropea

SEAE

Azzjoni 52. Ir-rieżami tal-mandat tal-EMCDDA wara l-evalwazzjoni li tlestiet fl-2019. 6  

2021

Kummissjoni Ewropea

Azzjoni 53. It-tnedija ta’ evalwazzjoni tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi u tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drogi.

2024

Kummissjoni Ewropea

Anness 2

Indikaturi tal-Prestazzjoni

Indikatur tal-prestazzjoni 1. Kriminalità organizzata u vjolenza minn gruppi relatati mad-droga (il-Europol, data / indikatur tal-EMCDDA dwar Omiċidji Relatati mad-Droga u studji dwar il-vjolenza u l-intimidazzjoni relatati ma’ gruppi u l-involviment tal-kriminalità organizzata)

Indikatur tal-prestazzjoni 2. It-theddidiet emerġenti bbażati fuq data minn sorsi opportuni u li jħarsu ’l quddiem (fejn disponibbli) inklużi l-livelli ta’ volumi ta’ droga kkunsmati fil-komunità / fl-ibliet mill-analiżi tal-ilma mormi minn dawk l-ibliet li bħalissa qed jipparteċipaw f’dan l-eżerċizzju. (Indikatur kompost tal-EMCDDA fil-livell Ewropew ibbażat fuq ir-rapportar u l-barometru tal-EMCDDA; il-Grupp SCORE u l-EMCDDA; data tas-swali ta’ emerġenza; u studji mmirati)

Indikatur tal-prestazzjoni 3. Tendenzi fl-irkupru tal-assi u fl-għadd ta’ investigazzjonijiet finanzjarji mwettqa li tnedew abbażi ta’ reati relatati mad-droga. (il-Europol, l-EMCDDA u sorsi mmirati)

Indikatur tal-prestazzjoni 4. It-tendenzi fl-għadd u fil-kwantitajiet ta’ drogi illeċiti maqbuda, ta’ sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ) u ta’ sustanzi kimiċi prekursuri – l-indikatur jenħtieġ li jagħmel distinzjoni ċara bejn qabda żgħira u kbira (data tal-EMCDDA u tal-Europol dwar il-Qbid ta’ Droga għal kull sustanza: il-kannabis, flimkien mal-kannabis erbali, l-eroina, il-kokaina, il-crack, l-amfetamina, il-metamfetamina, l-MDMA, u sustanzi psikoattivi ġodda; il-Kummissjoni Ewropea, l-EMCDDA u l-Europol dwar il-prekursuri)

Indikatur tal-prestazzjoni 5. Sistema ta’ Twissija Bikrija dwar sustanzi psikoattivi ġodda (l-EMCDDA/il-Europol) u Valutazzjoni tar-Riskju ta’ sustanzi psikoattivi ġodda (l-EMCDDA). 

Indikatur tal-prestazzjoni 6. Il-perċentwal tal-perċezzjoni taċ-ċittadini tas-sikurezza u tas-sigurtà fir-rigward tal-kriminalità u tal-vjolenza relatati mad-droga u f’termini ta’ drogi, u tad-disponibbiltà u tal-aċċessibbiltà perċepiti, inkluż online, ta’ drogi illeċiti u ta’ sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ) fl-Ewropa. (skont l-età u l-ġeneru) (żewġ studji tal-Ewrobarometru fil-bidu tal-2021 u fl-2025)

Indikatur tal-prestazzjoni 7. Il-perċentwal tan-nies li bħalissa jużaw id-drogi (matul l-aħħar xahar), użaw id-drogi dan l-aħħar (matul l-aħħar sena), u li xi darba użaw id-drogi (użu tul ħajjithom) bi klassifikazzjoni skont id-droga u l-grupp ta’ età (Stħarriġ tal-Popolazzjoni Ġenerali mill-EMCDDA)

Indikatur tal-prestazzjoni 8. Tendenzi fl-età tal-ewwel użu ta’ drogi illeċiti abbażi ta’ data minn stħarriġ fl-iskejjel li jqis il-Proġett Ewropew ta’ Stħarriġ Skolastiku dwar l-Alkoħol u Drogi (ESPAD), l-Imġiba tas-Saħħa fit-Tfal ta’ Età Skolastika (HBSC) jew studji rilevanti oħra, u, fejn applikabbli, l-Istħarriġ dwar l-Użu tad-Droga fost il-Popolazzjoni Ġenerali (Indikatur Epidemjoloġiku Ewlieni tal-EMCDDA)

Indikatur tal-prestazzjoni 9: Tendenzi fil-morbidità u fil-mortalità relatati mad-droga. Rapportar u barometru komposti tal-EMCDDA dwar l-impatt tal-użu tad-droga fuq is-saħħa. Analiżi ta’ kopertura tad-data disponibbli kemm minn sorsi stabbiliti kif ukoll minn sorsi li għadhom qed jiżviluppaw dwar: it-tendenzi fl-imwiet relatati mad-droga, fil-mard infettiv u fil-problemi ta’ saħħa assoċjati mal-komportament, inkluż l-użu tad-droga bl-injezzjoni u użu riskjuż ieħor tad-droga jew imġibiet assoċjati. (l-EMCDDA)

Indikatur tal-prestazzjoni 10. Miżuri ta’ disponibbiltà ta’ servizzi ta’ kura u ta’ tnaqqis tal-ħsara. Id-disponibbiltà u l-kopertura ta’ kura ta’ sostituzzjoni bl-opjojdi, id-disponibbiltà ta’ Programmi ta’ Labar u ta’ Siringi u l-kopertura tal-ittestjar għall-HCV u tal-kura għal dawk li jinjettaw id-droga. (l-EMCDDA)

Indikatur tal-prestazzjoni 11. L-Istati Membri b’politika komprensiva u bbilanċjata dwar id-drogi fil-ħabsijiet – abbażi tal-għadd ta’ Stati Membri bi strateġija bbilanċjata dwar id-drogi għall-ħabsijiet. (Rapportar mill-Istati Membri)

Indikatur tal-prestazzjoni 12. Kontribut għall-Għanijiet applikabbli tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. (Rapport annwali ta’ monitoraġġ tal-Eurostat dwar il-progress lejn l-SDGs f’kuntest tal-UE)

(1)

     Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata.

(2)

     Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

(3)

     Għad-dettalji, ara l-punt 18 02 77 04 — Azzjoni preparatorja — Monitoraġġ tad-Darknet ikkoordinat mill-UE għall-ġlieda kontra attivitajiet kriminali, ipprovdut fil-paġna 61 tal-Anness 3 dwar ir-rimarki baġitarji tal-PP/PA.  

(4)

     Oġġett postali: oġġett indirizzat fil-forma finali li fiha jkun se jinġarr minn fornitur tas-servizz postali. Minbarra l-oġġetti ta’ korrispondenza, tali oġġetti jinkludu wkoll, pereżempju, kotba, katalogi, gazzetti, perjodiċi u pakketti postali li jkun fihom merkanzija b’valur kummerċjali jew mingħajru.

(5)

     Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2013-2016 dwar standards ta’ kwalità minimi fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi fl-Unjoni Ewropea 11985/15.

(6)

     Għal aktar tagħrif, ara Id-Droga u d-dipendenza fuq id-droga – l-espansjoni tal-mandat taċ-ċentru Ewropew ta’ monitoraġġ: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12432-Revision-of-the-mandate-of-the-European-Monitoring-Centre-for-Drugs-and-Drug-Addiction