Brussell, 27.5.2020

COM(2020) 440 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Programm ta' Ħidma Aġġustat tal-Kummissjoni 2020


1.kuntest ġdid li qiegħed jevolvi

Fid-29 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2020. Dan stabbilixxa l-aktar inizjattivi importanti għal din l-ewwel sena tal-Kummissjoni fil-kariga u ta l-ħajja lis-sitt ambizzjonijiet ewlenin li ġew imfissra fil-Linji Gwida Politiċi tal-President von der Leyen, kif ukoll il-prijoritajiet ewlenin għall-Parlament Ewropew u dawk fl-Aġenda Strateġika tal-Kunsill Ewropew għall-2019-2024.

Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni ġie adottat qabel ma bdiet taħkem fuq l-Ewropa l-kriżi tas-COVID-19. Dik li bdiet bħala każijiet iżolati malajr inbidlet fi kriżi tas-saħħa pubblika, xokk ekonomiku ta’ skala mingħajr preċedent u pandemija ta’ proporzjonijiet globali u traġiċi. Fi żmien ftit ġimgħat, l-Ewropa kellha tiffaċċja sfida immedjata u unika li affettwat f’livelli differenti lil kull pajjiż, reġjun u persuna. Is-sistemi tal-kura tas-saħħa kellhom jiġġebbdu sa kemm setgħu jifilħu u l-ħaddiema tagħhom, li huma dawk li jinsabu fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-virus, intalbu jwettqu kompiti erojċi. Ittieħdu miżuri bla preċedent li poġġew f’lockdown lis-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna u biex jitrażżan it-tixrid tal-virus. L-azzjonijiet komprensivi u li ttieħdu malajr, fil-livell tal-UE, kienu ta’ għajnuna biex id-daqqa setgħet tittaffa.

Matul dan il-perjodu, l-attenzjoni soda tal-Kummissjoni Ewropea kienet fuq il-protezzjoni tal-ħajjiet u l-għajxien. Milli tagħmel disponibbli l-fondi kollha li jifdal mill-baġit tal-UE, għall-istabbiliment ta’ riżerva ta’ tagħmir mediku. Hija użat aktar minn qatt qabel il-flessibbiltà tar-regoli dwar il-baġit u l-għajnuna mill-Istat u pproponiet il-ħolqien ta’ SURE, strument ġdid tal-UE biex jittaffew ir-riskji tal-qgħad u biex jingħata appoġġ lill-ħaddiema. Hija ħadet deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet bħall-importazzjonijiet bla dazju ta’ oġġetti essenzjali u għamlet proposti dwar it-trasport, il-kummerċ, l-appoġġ għall-pajjiżi sħab u ħafna aktar minn hekk. Hija pprovdiet serje ta’ linji gwida dwar kull ħaġa, mill-ġestjoni tal-fruntieri sad-drittijiet tal-passiġġieri u ressqet pjan direzzjonali biex tiżgura li t-tneħħija tal-miżuri ta’ trażżin tkun sikura u gradwali.

Sal-lum, il-Kummissjoni adottat 291 deċiżjoni u atti oħra sa mill-bidu tal-kriżi . Kważi dawn kollha la kienu ppjanati u lanqas ma kienu jissemmew fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2020. Dan jirrifletti l-urġenza u n-natura drammatika tas-sitwazzjoni, kif ukoll il-ħeffa li biha l-Kummissjoni kellha taġġusta mill-ġdid il-ħidma tagħha minn fuq it-twettaq tal-objettivi tagħha għat-tul lejn il-ġestjoni immedjata tal-kriżijiet.

Bis-saħħa tal-isforzi kollettivi, li saru l-ewwel u qabel kollox miċ-ċittadini, biex it-tendenza titreġġa’ lura, l-imxija tal-virus madwar l-Ewropa battiet u naqset. Kull irkupru se jkun jiddependi fuq il-ġestjoni u l-kisba ta’ konvivenza mal-virus għall-futur prevedibbli. Iżda se jkun meħtieġ ukoll li jkun hemm appoġġ u investiment malajr u flessibbli fejn dan ikun l-aktar meħtieġ. Dan huwa dak li l-Kummissjoni qiegħda twassal illum permezz tal-Pjan ta’ Rkupru Ewropew 1 , li jinkludi Strument ta’ Rkupru ġdid f'Qafas Finanzjarju Pluriennali mġedded.

Bħala parti mill-pakkett tal-lum, il-Kummissjoni qiegħda taġġusta wkoll il-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2020. Dan huwa bbażat fuq żewġ prinċipji. L-ewwel nett, il-Kummissjoni hija determinata li twettaq l-impenji li saru fil-Programm ta’ Ħidma tagħha. It-tieni, minħabba n-natura u l-ambitu ta’ din il-kriżi u l-enfasi neċessarja fuq il-ġestjoni tal-kriżijiet, iż-żmien tat-twettiq ta’ xi wħud mill-azzjonijiet proposti jeħtieġ li jiġi rivedut. L-Anness I tal-Programm ta’ Ħidma għall-2020 ġie aġġornat skont dan.

Fl-istess ħin, l-irkupru se jkun jeħtieġ direzzjoni ta’ politika b’saħħitha, kif ukoll investiment. Dan huwa spjegat f’aktar dettall fil-Komunikazzjoni dwar il-Pjan ta’ Rkupru Ewropew. Se jkun rifless ulterjorment bi proposti ġodda msemmija fl-Ittra ta’ Intenzjoni indirizzata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’Settembru fl-okkażjoni tal-indirizz tal-President von der Leyen dwar l-Istat tal-Unjoni. Dawn imbagħad se jidhru bħala parti minn Programm ta’ Ħidma komplut tal-Kummissjoni għall-2021, li għandu jiġi adottat f’Ottubru ta’ din is-sena.

2.it-twettiq tal-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni: skedar, ambizzjonijiet imsaħħa

Il-prijoritajiet stabbiliti fil-Linji Gwida Politiċi tal-President von der Leyen u l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2020 huma aktar importanti minn qatt qabel minħabba l-ħtieġa li l-Ewropa toħroġ mill-kriżi. Il-ħtieġa li jiġu aċċellerati ż-żewġ tranżizzjonijiet marbuta ma’ xulxin: dik ekoloġika u dik diġitali, sabiex tkun tista’ tissawwar Ewropa aktar ġusta b’ekonomija li tikseb riżultati għan-nies, biex jissaħħu s-Suq Uniku u l-awtonomija strateġika tagħna, biex ninġabru madwar il-valuri tagħna, biex inrawmu d-demokrazija tagħna u biex nassumu r-responsabbiltajiet dinjija kollha tagħna bħala attur ġeopolitiku dejjem aktar importanti. Dan se jixpruna l-irkupru tal-Ewropa u jsawwar Ewropa aktar reżiljenti, sostenibbli u ġusta.

Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ li twettaq l-inizjattivi ewlenin kollha tagħha kif espressi fis-sitt ambizzjonijiet ewlenin tagħha. Il-ftit dewmien previst fil-każ ta’ għadd ta’ inizjattivi jirrifletti l-ħtieġa li wieħed jitgħallem u jintegra l-lezzjonijiet mill-kriżi, sabiex ikun hemm ħin għal konsultazzjoni xierqa jew biex jiġi żgurat li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar. Huwa jħalli wkoll żmien biex il-proposti jiġu diskussi bir-reqqa mal-partijiet interessati rilevanti, adottati malajr mill-koleġiżlaturi u implimentati kif xieraq mill-awtoritajiet nazzjonali – dan kollu fi żmien meta għadna għaddejjin minn kriżi tas-saħħa pubblika.

Inizjattivi li huma essenzjali jew li jappoġġaw l-irkupru immedjat se jiġu adottati kif inizjalment ippjanat fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni. Dawn jinkludu l-Istrateġija għall-Integrazzjoni Intelliġenti tas-Setturi, l-Istrateġija tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, l-istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti, l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, it-Tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, jew il-White Paper dwar Strument għas-Sussidji Barranin.

Għadd ta’ inizjattivi ewlenin urġenti, li ddewmu minħabba l-pandemija, se jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun, b’mod partikolari l-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni jew l-Aġenda għall-Ħiliet Aġġornata għall-Ewropa. Oħrajn se jiddewmu sa aktar tard fis-sena jew kmieni s-sena d-dieħla sabiex ikunu jistgħu jitħejjew tajjeb u ssir konsultazzjoni kif jixraq dwarhom.

Il-pożizzjoni ta’ xi inizjattiva fl-annessi aġġustati ma tibdilx ir-responsabbiltajiet kif stabbiliti fl-Ittri ta’ Missjoni mibgħuta lil kull Membru tal-Kulleġġ mill-President von der Leyen.

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-inizjattivi li diġà tnedew din is-sena. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll tinvolvi ruħha mar-reġjuni, il-bliet, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini dwar inizjattivi proposti jew futuri.

3.Regolamentazzjoni aħjar u tbassir strateġiku

Il-kriżi wriet kemm huwa vitali għal dawk li jfasslu l-politika li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati, ibbażati fuq evidenza robusta u valutazzjoni tal-għażliet kollha disponibbli u l-impatti probabbli tagħhom. Din hija r-raġuni għaliex il-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar iridu jibqgħu fil-qalba tat-tfassil tal-liġijiet tagħna. Il-Kummissjoni se tippreżenta l-Komunikazzjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar tagħha aktar tard din is-sena.

Il-kriżi ssaħħaħ ukoll il-ħtieġa li jittaffa l-piż regolatorju mhux meħtieġa fi żmien meta l-Ewropa qiegħda tipprepara biex tagħti spinta lill-ekonomija tagħha. F’dan l-ispirtu, il-Kummissjoni qiegħda tistabbilixxi Pjattaforma Fit-for-Future fil-ġimgħat li ġejjin, biex tinvolvi lill-partijiet interessati u l-livelli kollha tal-gvern fis-simplifikazzjoni u l-immodernizzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

L-ewwel Rapport ta’ Prospettiva Strateġija Annwali se jqis l-impatt tal-kriżi tas-saħħa pubblika fuq ix-xejriet ewlenin u t-tweġibiet politiċi. F’konformità mal-pjan ta’ rkupru tal-Ewropa, ir-rapport se jagħti attenzjoni speċjali lill-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jibnu r-reżiljenza tagħhom għal xokkijiet sistemiċi attwali u futuri, bħalma kienet il-kriżi tal-COVID-19.

Il-fehmiet taċ-ċittadini, tan-negozji u tal-partijiet ikkonċernati huma wkoll kruċjali għall-kwalità tal-proposti tagħna. Madankollu, il-kriżi għamlitha aktar diffiċli għan-nies li jgħidu tagħhom. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni se tespandi l-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-opportunitajiet ta’ feedback lejn inizjattivi li għandhom jiġu ppreżentati fl-2020 jew kmieni s-sena d-dieħla. Fejn ikun possibbli, il-perjodu ta’ konsultazzjoni se jiġi estiż b’sitt ġimgħat addizzjonali. Fil-każ ta’ inizjattivi skedati mill-ġdid għal żmien aktar tard, il-konsultazzjonijiet pubbliċi mhux se jiġu mnedija f’dan l-istadju, sakemm ma jkunux debitament ġustifikati.

4.Konklużjoni

Dan il-Programm ta’ Ħidma aġġustat tal-Kummissjoni għall-2020 juri li l-Ewropa hija determinata li twettaq l-impenji tagħha kif ukoll li b’mod kollettiv titgħallem u tintegra t-tagħlimiet minn din il-kriżi.

Barra minn hekk, permezz tal-proposti li saru llum fil-Pjan ta’ Rkupru tal-Ewropa, kif ukoll permezz tal-inizjattivi li se jiġu proposti aktar tard din is-sena fl-Ittra ta’ Intenzjoni u fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021, l-Ewropa qiegħda turi li lesta tfassal triq biex għada jkun aħjar.

Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ li taħdem fi sħubija kemm mal-Parlament Ewropew kif ukoll mal-Kunsill biex timplimenta l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni. B’hekk, il-Kummissjoni se tiffoka fuq li tintegra fil-ħidma tagħha l-opinjonijiet taċ-ċittadini u li tipproduċi riżultati tanġibbli fil-konkret sabiex tissawwar Ewropa aktar reżiljenti, sostenibbli u ġusta.

(1) Il-mument tal-Ewropa — Tiswija u tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss, COM(2020) 456.

Brussell, 27.5.2020

COM(2020) 440 final

ANNESSI

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI























Programm ta' Ħidma Aġġustat tal-Kummissjoni 2020


Anness I: Inizjattivi ġodda 1

Nru

Objettiv ta’ politika

Inizjattivi

Status / Bidla 2

Patt Ekoloġiku Ewropew

1.

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2019);  
Liġi Ewropea dwar il-Klima li tonqox fiha l-objettiv tan-newtralità klimatika għall-2050 (leġiżlazzjoni, l-Artikolu 192(1) TFUE, Q1 2020);  
Il-Patt Klimatiku Ewropew (mhux leġiżlazzjoni, Q3 2020)

adottat

adottat

Q4 2020

2.

Finanzjament tat-tranżizzjoni sostenibbli

Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020);  
Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta (leġiżlazzjoni, l-Artikolu 175 tat-TFUE, Q1 2020);  
Strateġija Mġedda għal Finanzi Sostenibbli (mhux leġiżlazzjoni, Q3 2020); 

Rieżami tad-Direttiva dwar ir-Rapportar Mhux Finanzjarju (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, Artikolu 114 TFUE, Q4 2020)

adottat

adottat

Q4 2020

Q1 2021

3.

Kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-COP26 fi Glasgow

Pjan ta’ Mira dwar il-Klima 2030 (mhux leġiżlazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt, Q3 2020);  
Strateġija Ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020);

Strateġija Ġdida tal-UE għall-Foresti (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020)

Q3 2020

Q1 2021

Q1 2021

4.

Sostenibbiltà tas-sistemi tal-ikel

Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020)

adottat

5.

Dekarbonizzazzjoni tal-enerġija

Strateġija għal integrazzjoni tas-settur intelliġenti (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020);

Mewġa ta’ Rinnovazzjoni (mhux leġiżlazzjoni, Q3 2020);

Enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020)

Q2 2020

Q3 2020

Q4 2020

6.

Produzzjoni u konsum sostenibbli

Pjan ta’ Azzjoni Ġdid għal Ekonomija Ċirkolari (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020);

Nagħtu s-setgħa lill-konsumatur għat-tranżizzjoni ekoloġika (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q4 2020)

adottat

Q2 2021

7.

Ħarsien tal-ambjent tagħna

Strateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità għall-2030 (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020); 

It-Tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali (leġiżlazzjoni, l-Artikolu 192(3) TFUE, Q2 2020); 
Strateġija għas-sostenibbiltà tas-sustanzi kimiċi (mhux leġiżlazzjoni, Q3 2020)

adottat

Q4 2020

Q3 2020

8.

Mobbiltà sostenibbli u intelliġenti

Strateġija għal mobbiltà sostenibbli u intelliġenti (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020);

ReFuelEU Avjazzjoni - Fjuwils tal-Avjazzjoni Sostenibbli (leġiżlazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 100(2) TFUE u/jew l-Artikolu 192(1) TFUE, Q4 2020);

FuelEU Marittimu - Spazju Marittimu Ekoloġiku Ewropew (leġiżlazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 100(2) TFUE u/jew l-Artikolu 192(1) TFUE, Q4 2020)

Q4 2020

Q4 2020

Q4 2020

Ewropa Adattata għall-Era Diġitali

9..

Ewropa Adattata għall-era diġitali

Strateġija għall-Ewropa - Lesta għall-Era Diġitali (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020), flimkien ma’ għodda ta’ kompetizzjoni ex ante (leġiżlazzjoni, inkl. evalwazzjoni tal-impatt, Artikoli 103 u 1114 tat-TFUE, Q4 2020);

Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (aġġornament) (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020)

adottat, Q4 2020

Q3 2020

10.

Approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali

White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020);

Strateġija Ewropea għad-Data (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020);

Segwitu għall-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, inkluż is-sikurezza, ir-responsabbiltà, id-drittijiet fundamentali u d-data (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q4 2020)

adottat

adottat

Q1 2021

11.

Servizzi Diġitali

Att dwar is-Servizzi Diġitali (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q4 2020)

Q4 2020

12.

Inżidu ċ-ċibersigurtà

Rieżami tad-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni (id-Direttiva dwar iċ-Ċibersigurtà) (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q4 2020)

Q4 2020

13.

Prodotti u servizzi diġitali għall-konsumaturi

Ċarġers komuni għat-telefowns ċellulari u apparat simili (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q3 2020);

Rieżami tar-Regolament dwar ir-Roaming (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q4 2020)

Q1 2021

Q1 2021

14..

Strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa

Strateġija Industrijali (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020);

Rapport dwar l-Ostakoli għas-Suq Uniku (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020); 

Pjan ta’ Azzjoni għall-Infurzar tas-Suq Uniku (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020);

Strateġija għall-SMEs (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020);

White Paper dwar Strument dwar is-Sussidji Barranin (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020)

adottat

adottat

adottat

adottat

Q2 2020

15.

Pakkett dwar is-servizzi tal-avjazzjoni

Reviżjoni tal-imposti tal-ajruporti (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 100(2) TFUE, Q4 2020);

Reviżjoni tal-għoti tas-servizzi tal-ajru (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 100(2) TFUE, Q4 2020)

Q4 2020

Q4 2020

16.

Lejn Żona Ewropea tar-Riċerka

Komunikazzjoni dwar il-Futur tar-Riċerka u l-Innovazzjoni u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020); 

Komunikazzjoni dwar il-missjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020)

Q3 2020

Q4 2020

17.

Finanzi diġitali

Pjan ta’ Azzjoni dwar il-FinTech inkluż Strateġija dwar Suq Integrat tal-Pagamenti tal-UE (mhux leġiżlazzjoni, Q3 2020); 
Proposta dwar il-Kriptoassi (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q3 2020);

Att dwar is-servizzi finanzjarji transsettorjali dwar ir-reżiljenza operazzjonali u ċibernetika (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q3 2020)

Q3 2020

Q3 2020

Q3 2020

Ekonomija għas-Servizz tan-Nies

18.

Ewropa Soċjali

Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020);  
Pagi minimi ġusti għall-ħaddiema fl-UE (mhux leġiżlazzjoni, l-Artikoli 153(1)b, 153(2) u 154 TFUE, Q1/Q3 2020); 
Nirrinforzaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020); 
Skema Ewropea tar-Riassigurazzjoni għall-Qgħad (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, Q4 2020)

adottat

Q1/Q4 2020

Q2 2020

strument temporanju adottat

19.

Governanza Ekonomika

Rieżami tal-Qafas ta’ Governanza Ekonomika (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020)

adottat

20.

Approfondiment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali

Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (mhux leġiżlazzjoni, Q3 2020);

Rieżami tal-qafas regolatorju għad-ditti tal-investiment u għall-operaturi tas-suq (MiFIDII u MiFIR), (leġiżlazzjoni inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 53(1) u 114(1) TFUE, Q3 2020);

Rieżami tar-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114(1) TFUE, Q3 2020)

Q4 2020

Q3 2020

Q3 2020

21.

Tlestija tal-Unjoni Bankarja

Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020);

Rieżami tal-leġiżlazzjoni dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 114 TFUE (CRR) u 53 TFUE (CRD), Q2 2020)

adottat

Q4 2020

22.

Tassazzjoni effettiva

Tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-seklu 21 (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020); 

Pjan ta’ Azzjoni għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u biex it-tassazzjoni ssir sempliċi u faċli (leġiżlazzjoni u mhux leġiżlazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 113 u 115 tat-TFUE, Q2 2020), inclużi il-governanza tajba tat-taxxa fl-UE u lil hinn minnha (mhux leġiżlazzjoni, Q3 2020) u reviżjoni tad-Direttiva dwar l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni (leġiżlazzjoni, Artikoli 113 and 115 TFEU, Q3 2020)

Q4 2020

Q3 2020

23.

Pakkett dwar l-Unjoni Doganali

Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni Doganali (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020);

Proposta dwar it-Tieqa Unika Doganali (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 33 u 114 TFUE, Q3 2020)

Q3 2020

Q4 2020

Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja

24.

Kooperazzjoni internazzjonali

Firma u konklużjoni tal-Ftehim bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (leġiżlazzjoni, l-Artikolu 217 u 218 TFUE, Q3 2020)

Q3 2020

25.

Sovranità finanzjarja

Tisħiħ tas-Sovranità Ekonomika u Finanzjarja tal-Ewropa (mhux leġiżlazzjoni, Q3 2020)

Q4 2020

26.

Strateġija għall-Afrika

Lejn Strateġija komprensiva mal-Afrika (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020)

adottat

27.

Tkabbir

Tisħiħ tal-proċess ta’ adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020);

Żieda fl-interazzjoni tagħna mal-Balkani tal-Punent – Il-kontribut tal-Kummissjoni għas-Summit UE-Balkani tal-Punent (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020)

adottat

adottat / Q4 2020

28.

Sħubija tal-Lvant

Sħubija tal-Lvant wara l-2020 (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020)

adottat

29.

Drittijiet tal-Bniedem, Demokrazija u Ugwaljanza bejn il-Ġeneri

Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2020-2024) (leġiżlazzjoni u mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020); 
Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa fir-Relazzjonijiet Esterni għall-2021-2025 (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020)

adottat

Q4 2020

30.

Politika tal-kummerċ

Rieżami tal-politika tal-kummerċ, inkluża l-inizjattiva ta’ riforma tad-WTO(mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020)

Q4 2020

Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew tagħna

31.

Trawwim tal-ħiliet, l-edukazzjoni u l-inklużjoni

Aġenda aġġornata tal-Ħiliet għall-Ewropa (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020); 
Kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (mhux leġiżlazzjoni, Q3 2020);

Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020)

Q3 2020

Q3 2020

Q4 2020

32.

Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil

Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u l-proposti legali li jakkumpanjawh (mhux leġiżlazzjoni u leġiżlazzjoni, l-Artikolu 78 u 79 TFUE, Q1 2020)

Q2 2020

33.

Trawwim tas-sigurtà tal-Ewropa

Strateġija ġdida għall-Unjoni tas-Sigurtà (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020);

Tisħiħ tal-mandat tal-Europol (leġiżlazzjoni, l-Artikolu 88 TFUE, Q4 2020);  
Proposta għal miżuri addizzjonali dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, Q4 2020);

Strateġija ġdida tal-UE għall-Eradikazzjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020);

Strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020) 

Q3 2020

Q4 2020

Q4 2020

Q1 2021

Q3 2020

34.

Protezzjoni tas-saħħa

Pjan Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Kanċer (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020); 
Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020)

Q4 2020

Q4 2020

Spinta ġdida għad-Demokrazija Ewropea

35.

Aġenda tal-Konsumaturi

Aġenda ġdida tal-Konsumaturi (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020)

Q4 2020

36.

Indirizzar tal-impatt tat-tibdil    demografiku

Rapport dwar l-Impatt tat-Tibdil Demografiku (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020); 
Green Paper dwar it-Tixjiħ Attiv (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020)

Q2 2020

2021

37.

Inizjattivi dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni

Strateġija Ewropea għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020), segwita minn miżuri ta’ trasparenza fil-pagi vinkolanti (leġiżlazzjoni, inkluż valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 157 tat-TFUE, Q4 2020); 
Strateġija għall-Ugwaljanza tal-LGBTI (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020); 
Qafas tal-UE wara l-2020 dwar Strateġiji għall-Ugwaljanza u l-Inklużjoni tar-Rom (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020)

adottat, Q4 2020

Q4 2020

Q4 2020

38.

Demokrazija

Id-Diżinformazzjoni – isiru magħrufa l-affarijiet sew/ Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar id-Demokrazija (leġiżlazzjoni u mhux leġiżlazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt; l-Artikoli 224 u 114 TFUE, Q4 2020)

Q2/Q4 2020

39.

Ġejjieni tal-Ewropa

Tfassil tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (mhux leġiżlazzjoni, Q1 2020)

adottat

40.

Stat tad-Dritt

Rapport Annwali tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt (mhux leġiżlazzjoni, Q3 2020)

Q3 2020

41.

Drittijiet fundamentali

Strateġija Ġdida għall-Implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (mhux leġiżlazzjoni, Q4 2020); 
Strateġija tal-UE għad-Drittijiet tal-Vittmi (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020);

Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020); 
Allinjament tar-regoli rilevanti tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tad-data (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020)

Q4 2020

Q2 2020

Q2 2020

Q2 2020

42.

Tfassil Aħjar tal-Liġijiet

Komunikazzjoni dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020)

Q4 2020

43.

Prospettiva

Rapport Annwali tal-2020 ta’ Prospettiva (mhux leġiżlazzjoni, Q2 2020)

Q3 2020



Anness II: Inizjattivi REFIT 3

Nru

Titolu

Objettiv/potenzjal tas-simplifikazzjoni (spjegazzjoni qasira tal-objettiv REFIT tar-reviżjonijiet, u potenzjal ta’ simplifikazzjoni għall-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità)

Patt Ekoloġiku Ewropew

1.

Evalwazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni (li jinsab fir-Regolament uniku tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq (OKS), id-“Direttivi Breakfast” u l-leġiżlazzjoni sekondarja tal-OKS)

L-evalwazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni se tgħin biex tiġi vvalutata l-koerenza bejn id-diversi biċċiet ta’ leġiżlazzjoni kif ukoll biex jiġi identifikat il-potenzjal għas-simplifikazzjoni. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni jistgħu jservu bħala bażi għar-riflessjoni dwar il-ħtieġa għall-bidliet regolatorji relatati mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

2.

Evalwazzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u l-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti protetti fl-UE

L-evalwazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti se tgħin biex tiġi vvalutata l-koerenza bejn id-diversi biċċiet tal-qafas legali għall-iskemi ta’ kwalità tal-UE u se tagħti l-opportunità li titqies il-ħtieġa għat-titjib tagħha (modernizzazzjoni, simplifikazzjoni u standardizzar). Ir-riżultati tagħha jistgħu jservu bħala bażi għar-riflessjoni dwar il-ħtieġa għall-bidliet regolatorji relatati mal-iskemi ta’ kwalità tal-UE.

3.

Reviżjoni tal-Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2020

L-Istati Membri jistgħu jikkumpensaw lil xi utenti elettrointensivi għal parti mill-ispejjeż ogħla tal-elettriku li jirriżultaw mill-Iskema tal-UE ta’ Skambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. L-objettiv ta’ dan il-kumpens huwa li jiġi minimizzat ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, li jimmaterjalizza ruħu meta l-ispejjeż tal-emissjonijiet jikkawżaw rilokazzjoni mill-UE lejn pajjiżi terzi mingħajr restrizzjonijiet paragunabbli. Ir-regoli eżistenti li jippermettu l-kumpens se jiġu riveduti biex jiġi żgurat li dawn ikunu adattati għall-Iskema l-ġdida ta’ Skambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2030. (mhux leġiżlazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt, Q4 2020)

4.

Reviżjoni tar-Regolament tan-Netwerks Trans-Ewropej tal-Enerġija (TEN-E)

Din l-inizjattiva se tiżgura li r-Regolament TEN-E jkun kompletament konformi mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-objettivi fit-tul tad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni filwaqt li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-settur u tas-suq, għas-sigurtà tal-provvista u għall-kompetizzjoni. (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 170-171 TFUE, Q4 2020)

5.

Evoluzzjoni tad-Direttiva 2011/65/KE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ROHS)

L-evalwazzjoni tad-Direttiva ROHS se tivvaluta l-effettività u l-effiċjenza tagħha f’dak li jirrigwarda l-proċedura għall-adozzjoni ta’ restrizzjonijiet għas-sustanzi u l-għoti ta’ eżenzjonijiet mir-restrizzjonijiet. Se tivvaluta wkoll il-koerenza tagħha ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE u r-rilevanza tagħha għaliha, b’mod partikolari, fid-dawl tal-evalwazzjonijiet tar-REACH u tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn.

6.

Evalwazzjoni tad-Direttiva 2000/53/UE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ELV)

L-evalwazzjoni tad-Direttiva ELV se tivvaluta l-effettività, l-effiċjenza, u l-koerenza tagħha ma’ leġiżlazzjoni oħra u r-rilevanza tagħha fid-dawl tal-objettivi usa’ ta’ politika dwar l-ekonomija ċirkulari, il-plastik, l-effiċjenza fir-riżorsi, il-materja prima, eċċ.

7.

Evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED)

L-evalwazzjoni tad-Direttiva IED se tivvaluta l-effettività, l-effiċjenza, il-valur miżjud tal-UE, il-koerenza ma’ leġiżlazzjoni oħra u r-rilevanza tagħha biex tindirizza sorsi (agro)industrijali importanti ta’ tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija.

8.

Kontroll tal-idoneità tar-regoli tal-UE kontra qtugħ illegali tas-siġar għall-injam (ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam, ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 u r-Regolament FLEGT tal-UE (KE) Nru 2173/2005)

Il-kontroll tal-idoneità se jivvaluta l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE taż-żewġ regolamenti għall-kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra l-qtugħ illegali ta’ siġar madwar id-dinja. It-tagħlimiet meħuda mill-injam se jkunu utli għall-valutazzjoni ta’ miżuri min-naħa tad-domanda għal komoditajiet oħra.

9.

Reviżjoni tad-Direttiva tal-UE dwar il-Batteriji

Kif ġie konkluż mill-evalwazzjoni/mir-rapporti ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Batteriji, jenħtieġ li r-reviżjoni jkollha l-għan li tqis aħjar iċ-ċirkolarità, ittejjeb is-sostenibbiltà u żżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi. Dan huwa previst ukoll fil-Pjan ta’ Azzjoni Strateġika għall-Batteriji. Wara l-konklużjonijiet tar-rapporti dwar id-Direttiva, l-inizjattiva se timmodifika d-Direttiva jew se titħejja proposta għal Regolament ġdid li jħassar id-Direttiva, biex tinkludi notevolment ir-rekwiżiti ta’ tmiem il-ħajja u ta’ sostenibbiltà. (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt; Q4 2020)

10.

Kontroll tal-Idoneità dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar l-interferenti endokrinali

L-interferenti endokrinali huma sustanzi li jbiddlu l-funzjonament tas-sistema endokrinali (ormonali) u jaffettwaw ħażin is-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali. Diversi miżuri tal-UE jirregolaw dawn is-sustanzi. Il-kontroll tal-idoneità se jivvaluta jekk dawn il-miżuri jiksbux l-objettiv ġenerali li jħarsu s-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Se jivvaluta l-koerenza, l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b’enfasi fuq il-koerenza fi ħdan l-acquis dwar is-sustanzi kimiċi.

11.

Reviżjoni tar-Regolament dwar l-Istandards tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli għas-sajd u għall-prodotti tal-akkwakultura fl-UE

Din ir-reviżjoni se tissimplifika l-istruttura legali: Regolament (UE) wieħed se jissostitwixxi tliet regolamenti li bħalissa jkopru wkoll il-prodotti tal-akkwakultura, it-trasparenza u l-informazzjoni lill-konsumaturi. (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 43 TFUE, Politika Komuni tas-Sajd, Q1 2021)

12.

Evalwazzjoni tar-Regolament 913/2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv 
(Regolament dwar il-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija)

Iż-żieda fit-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija hija element ewlieni tal-politika tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 mit-trasport, iżda din qed tiffaċċja diffikultajiet. Ir-Regolament dwar il-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija għandu l-għan li jtejjeb il-kooperazzjoni u l-kordinazzjoni fost għadd ta’ kurituri b’potenzjal partikolari għall-iżvilupp tat-trasport ferrovjarju internazzjonali. 
Ir-Regolament (UE) 913/2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv daħal fis-seħħ fl-2010 u ġew stabbiliti disa’ kurituri ferrovjarji tal-merkanzija, b’żewġ kurituri oħra li żdiedu aktar tard. L-għan ta’ din l-evalwazzjoni huwa li tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa lejn l-implimentazzjoni tar-Regolament kif ukoll valutazzjoni tal-effetti tiegħu. Se jkun utli li jiġi determinat liema azzjoni ulterjuri hija meħtieġa fil-livell tal-UE biex tingħata spinta lit-trasport ferrovjarju.

13.

Evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi

Din l-evalwazzjoni se tħares, fost affarijiet oħra, lejn il-progress li kisbet id-Direttiva fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-pestiċidi u biex tistimola l-adozzjoni ta’ alternattivi b’riskju baxx u mhux kimiċi għall-pestiċidi. Se jitqies ukoll il-potenzjal ta’ simplifikazzjoni, pereżempju dwar ir-regoli għall-ispezzjoni ta’ tagħmir għall-applikazzjoni ta’ pestiċidi u regoli ġodda dwar il-kontroll uffiċjali.

14.

Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Benessri tal-Annimali (2012-2015)

Din l-evalwazzjoni se tħares lejn il-punt sa fejn l-Istrateġija tal-UE għall-Benessri tal-Annimali kkontribwiet biex jiġi ssimplifikat il-qafas tal-UE għall-benessri tal-annimali u lejn il-lok li fadal għal simplifikazzjoni, fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet f’dan il-qasam.

15.

Evalwazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-livelli massimi ta’ residwu għall-pestiċidi 4

Din l-evalwazzjoni tkopri l-implimentazzjoni u l-funzjonament tar-Regolament 1107/2009 dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u r-Regolament 396/2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu fl-Istati Membri kollha mill-applikazzjoni tagħhom f'Ġunju 2011 u f’Settembru 2008, rispettivament. Tipproponi modi possibbli biex tittejjeb l-implimentazzjoni tar-Regolament sabiex jiġi ssimplifikat jew jissaħħaħ il-qafas regolatorju attwali, pereżempju biex jiġi indirizzat dewmien u tiżdied it-trasparenza, tittejjeb is-sistema żonali għall-awtorizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet, tiġi promossa l-protezzjoni sostenibbli tal-pjanti, is-soluzzjonijiet b’riskju baxx u l-mitigazzjoni effiċjenti tar-riskju, kif ukoll biex tiżdied il-koerenza u l-konsistenza bejn ir-Regolament u leġiżlazzjoni oħra tal-UE.

L-evalwazzjoni tħares ukoll lejn il-kwistjonijiet li qamu fl-Opinjoni XI.10.a tal-Pjattaforma REFIT dwar sustanzi b’użu multiplu/b’sors multiplu – il-Klorat li ġiet adottata fis-7/6/2017 u fl- Opinjoni XI.22.a tal-Pjattaforma REFIT  dwar ir-reġistrazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – li ġiet adottata fl-14/03/2019.

16.

Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel fir-rigward ta’ profili nutrittivi u stqarrijiet dwar is-saħħa għall-pjanti u preparati tagħhom u tal-qafas regolatorju ġenerali għall-użu tagħhom fl-ikel4

Din l-evalwazzjoni tħares lejn il-kwistjoni mqajma mill- Opinjoni XI.11.a-b tal-Pjattaforma REFIT dwar it-twaqqif ta’ profili nutrittivi. L-evalwazzjoni vvalutat l-impatti tas-sitwazzjoni attwali (fejn ma jeżistu l-ebda profili nutrittivi fil-livell tal-UE). Tħares lejn jekk il-profili nutrittivi għadhomx adatti għall-iskop tagħhom, meħtieġa u adegwati biex jiżguraw l-objettivi tar-Regolament dwar it-Talbiet. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni huma mistennija wkoll li jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma fuq id-Direttiva dwar il-Prodotti Mediċinali Erbali Tradizzjonali min-negozji, kif inkluż fl- Opinjoni Xi.6.a-b tal-Pjattaforma REFIT .

17.

Evalwazzjoni tal-Materjali li jiġi f’Kuntatt mal-Ikel

Din l-evalwazzjoni tiskrutinizza l-aspetti kollha tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel, inkluż l-effettività tad-dikjarazzjoni ta’ konformità, li attwalment hija meħtieġa għal miżuri speċifiċi fil-livell tal-UE. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni se tqis jekk humiex meħtieġa aktar miżuri fil-livell tal-UE, inkluż kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet differenti bħal dik imqajma mill-Opinjoni XI.1a tal-Pjattaforma REFIT , li tirrakkomanda rekwiżit Ewropew komuni għal dikjarazzjoni ta’ konformità għat-tipi kollha ta’ materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel.

18.

L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità

Is-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) jagħmlu użu mit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) biex jappoġġjaw is-sikurezza, l-effiċjenza u l-ħarsien ambjentali tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni. Id-Direttiva RIS tipprovdi qafas għar-rekwiżiti minimi u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-forniment u l-implimentazzjoni tar-RIS biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni, l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà transfruntieri tas-sistemi tar-RIS tal-Istati Membri għall-passaġġi fuq l-ilma tal-klassi IV jew ogħla. L-evalwazzjoni tagħti ħarsa lejn l-implimentazzjoni tad-Direttiva u lejn l-iżviluppi organizzattivi u teknoloġiċi riċenti tas-settur, b’mod partikolari tat-teknoloġiji diġitali. Tivvaluta wkoll l-oqsma potenzjali għas-simplifikazzjoni fil-proċess li permezz tiegħu l-aġġornamenti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi skont id-Direttiva qed jiġu konċepiti.

Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

19.

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ir-Regolament eIDAS)

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Lulju 2020, kif mitlub mill-Artikolu 49 tar-Regolament. Ir-rapport se jivvaluta l-punt sa fejn il-qafas eIDAS għadu adattat għall-iskop tiegħu li jikseb l-eżiti, ir-riżultati u l-impatti maħsuba u jista’ jidentifika azzjonijiet ulterjuri possibbli biex tittejjeb il-prestazzjoni regolatorja. Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni f’konformità mal-linji gwida għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, li se tinvolvi wkoll konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati pubblika u mmirata.

20.

Rieżami tad-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband (id-Direttiva 2014/61/UE)

Ir-rieżami għandu l-għan li jnaqqas piż amministrattiv mhux meħtieġ u għali, li jista’ jiskoraġġixxi u jdewwem b’mod sinifikanti l-installazzjoni tan-netwerks. Għandu l-għan li jkomplu jtejjeb il-miżura attwali billi jissimplifika l-permessi u l-proċeduri jew billi jagħmel ix-xogħol tal-inġinerija aktar flessibbli billi jtejjeb il-koordinazzjoni ma’ infrastrutturi oħrajn (it-toroq, l-enerġija, eċċ.). Dan jista’ jirrappreżenta opportunità importanti għal leġiżlazzjoni ġdida biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi ġenerali fis-settur.

21.

Rieżami tar-Regolament dwar is-suq intern u l-kummerċ elettroniku transfruntier (Imblukkar Ġeografiku)

Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il-Kummissjoni se qis l-impatt ġenerali tar-Regolament fuq is-suq intern u l-kummerċ elettroniku transfruntier, inkluż, b’mod partikolari, il-piż amministrattiv u finanzjarju addizzjonali potenzjali għan-negozjanti li jirriżulta mill-eżistenza ta’ reġimi legali regolatorji differenti applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-konsumaturi.

22.

Reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-internet ta’ materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (2011/711/UE) *

L-evalwazzjoni li għaddejja tivvaluta wieħed mill-istrumenti ta’ politika ewlenin dwar id-diġitizzazzjoni, l-aċċess fuq l-internet u l-konservazzjoni diġitali ta’ materjal ta’ wirt kulturali bl-objettiv li jinġabru l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati dwar aġġornament possibbli biex jirrifletti aħjar il-ħtiġijiet pubbliċi tal-lum f’dan il-qasam, u jiżdied il-potenzjal tal-wirt kulturali tal-Ewropa għall-benefiċċju taċ-ċittadini. 
Ir-reviżjoni se tħares lejn dawn l-aspetti f’konformità max-xejriet attwali tat-teknoloġija u l-ħtiġijiet tas-settur.

23.

Kontroll tal-idoneità tal-pakkett ta’ modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-2012, il-linji gwida ferrovjarji u l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni

Minħabba l-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, illum, 96 % tal-miżuri ta’ għajnuna implimentati ġodda jinsabu f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali. Dan jippermetti implimentazzjoni aktar rapida mill-Istati Membri u l-enfasi tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat ikun aktar “kbir fuq l-affarijiet il-kbar u żgħir fuq l-affarijiet iż-żgħar”. Il-kontroll tal-idoneità li għaddej ifittex, fost affarijiet oħra, li jivvaluta l-punt sa fejn ir-reġim attwali kkontribwixxa biex ikun hemm tnaqqis fil-piż amministrattiv u jekk hemmx potenzjal ulterjuri ta’ standardizzar u simplifikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

24.

Evalwazzjoni tar-Regolament ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali

L-evalwazzjoni li għaddejja tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali u l-Linji Gwida dwar ir-Restrizzjonijiet Vertikali tfittex li tivvaluta notevolment il-punt sa fejn ir-reġim attwali laħaq l-objettiv tiegħu li jipprovdi sfera ta’ sikurezza għal ftehimiet vertikali li b’mod ġenerali jtejbu l-effiċjenza, u b’hekk joħolqu ċertezza tad-dritt u tnaqqis fil-kostijiet tal-konformità għall-partijiet ikkonċernati. Dan jinkludi l-identifikazzjoni ta’ oqsma li fihom ir-reġim attwali jista’ ma jirriflettix b’mod xieraq żviluppi tas-suq ġodda kif ukoll nuqqasijiet possibbli, li jistgħu jkunu riżultat ta’ inċertezza tad-dritt, inkonsistenzi fl-infurzar tar-regoli vertikali fi Stati Membri differenti tal-UE u għaldaqstant żieda fil-kostijiet tal-konformità għall-partijiet ikkonċernati.

25.

Evalwazzjoni tal-aspetti proċedurali u ġuriżdizzjonali tal-kontroll tal-fużjonijiet tal-UE

L-evalwazzjoni li għaddejja tiffoka fuq is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-burokrazija żejda fejn dan ikun xieraq, l-istandardizzar tas-sistema ta’ riferiment u titjib ieħor ta’ natura teknika. Barra minn hekk, fid-dawl tad-dibattitu riċenti dwar l-effettività tal-limiti ġuriżdizzjonali tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet ibbażati purament fuq il-fatturat, l-evalwazzjoni tfittex ukoll li tivvaluta jekk dawn jippermettux li jinqabdu t-tranżazzjonijiet kollha, li jista’ jkollu impatt fis-suq intern.

26.

Modifikazzjoni mmirata tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa fir-rigward tal-programmi ta’ finanzjament tal-UE

Il-Kummissjoni għandha l-għan li timmodifika r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa b’mod immirat li jakkumpanja l-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Il-proposta se tiżgura li l-finanzjament nazzjonali, mill-fondi tal-Istati Membri jew mill-Fondi SIE ġestiti fil-livell nazzjonali, u l-fondi tal-UE ġestiti ċentralment jistgħu jintużaw flimkien bla xkiel f’dawn l-oqsma: fi prodotti finanzjarji appoġġjati mill-Fond InvestEU; fi proġetti RŻI b’Siġill ta’ Eċċellenza taħt Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, kif ukoll proġetti kofinanzjati u azzjonijiet ta’ timijiet taħt Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa; u fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea. (Q3 2020)

27.

Regolament ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Konsorzji (eżenzjoni mill-Artikolu 101 TFUE għal ċerti tipi ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni fost l-operaturi ta’ kontejners marittimi) 5

L-estensjoni tar-Regolament ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Konsorzji attwali għal erba’ snin oħra se tkompli tissimplifika l-analiżi tal-konformità tal-konsorzji mar-regoli tal-kompetizzjoni, tillimita d-dipendenza fuq pariri esterni u tnaqqas il-kostijiet legali.

28.

Evalwazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE dwar il-Voltaġġ Baxx

Id-Direttiva dwar il-Voltaġġ Baxx (LVD) tiżgura li t-tagħmir elettriku f’ċerti limiti tal-voltaġġ jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni liċ-ċittadini Ewropej, u jibbenefika bis-sħiħ mis-suq uniku. Din ilha applikabbli mill-20 ta’ April 2016. L-iskop ta’ din l-evalwazzjoni huwa li tivvaluta jekk id-Direttiva hijiex adatta għall-iskop tagħha f’termini ta’ effettività, effiċjenza, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE. Abbażi tal-konklużjonijiet dwar il-prestazzjoni tad-Direttiva, il-Kummissjoni se tevalwa liema jistgħu jkunu l-passi meħtieġa li jmiss biex tittejjeb il-prestazzjoni tad-Direttiva.

29.

Evalwazzjoni tad-Direttiva 97/67/KE dwar is-Servizzi Postali*

Is-settur postali għaddej minn tibdil sostanzjali minħabba d-diġitalizzazzjoni. Id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali (97/67/KE) tmur lura għall-1997 u ġiet riveduta fl-2002 u fl-2008. Ir-rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva se jkun akkumpanjat minn evalwazzjoni biex jiġi vvalutat jekk id-Direttiva għadhiex adattata għall-iskop tagħha u għall-futur.

30.

Evalwazzjoni tad-“Definizzjoni ta’ SME”

L-ambitu ta’ din l-inizjattiva huwa r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (2003/361/KE). Tistabbilixxi l-kriterji biex tiddetermina jekk intrapriża hijiex SME (jiġifieri n-numru tal-persunal, il-fatturat/it-total tal-karta tal-bilanċ u l-indipendenza) u ilha tiġi applikata mill-01/01/2005 meta ssostitwiet ir-Rakkomandazzjoni 96/280/KE. Billi r-Rakkomandazzjoni ssir referenza għaliha f’aktar minn 100 att legali tal-UE li jkopru firxa wiesgħa ta’ politiki tal-UE bħall-għajnuna mill-Istat, is-sostitut tagħha jrid jindirizza wkoll dawk ir-referenzi.

31.

Reviżjoni tad-Direttiva 2006/42/KE dwar il-Makkinarju *

L-inizjattiva għandha l-għan li:  
i) tindirizza r-riskji li jirriżultaw minn teknoloġiji ġodda filwaqt li jippermettu progress tekniku, 
ii) tissimplifika r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni billi tippermetti formati diġitali, u b’hekk tnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi, b’impatt pożittiv addizzjonali fuq il-kostijiet ambjentali,
iii) li ttejjeb iċ-ċarezza legali ta’ xi kunċetti u definizzjonijiet maġġuri fit-test tad-Direttiva kif jidher bħalissa, 
iv) tiżgura l-koerenza ma’ Direttivi u Regolamenti oħrajn għall-prodotti u ttejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni permezz tal-allinjament mal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid, 
v) tnaqqas il-kostijiet tat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali billi tikkonverti d-Direttiva f’Regolament. 
(leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q1 2021)

32.

Evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-disinn

L-iskop tal-evalwazzjoni huwa li jiġi analizzat il-punt sa fejn il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-disinn laħqet l-objettivi tagħha f’termini ta’ effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE, u għandha tagħti indikazzjonijiet ċari tal-livell sa fejn dik il-leġiżlazzjoni għadha titqies bħala adatta għall-iskop tagħha. L-evalwazzjoni għandha tidentifika l-opportunitajiet għall-istandardizzar tal-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni sempliċi tal-protezzjoni tad-disinn fl-UE bi tnaqqis potenzjali tal-kostijiet u tal-piżijiet amministrattivi għall-benefiċċju tan-negozji, tad-disinjaturi u tal-SMEs.

33.

Evalwazzjoni tad-Direttiva 2006/126/KE dwar il-Liċenzji tas-Sewqan *

L-evalwazzjoni ex post se tivvaluta l-prestazzjoni tad-Direttiva għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu u t-tnaqqis tal-possibbiltà ta’ frodi. Se teżamina wkoll il-progress tekniku, pereżempju fir-rigward tal-vetturi u d-diġitalizzazzjoni (il-liċenzji diġitali).

Ekonomija li Taħdem għan-Nies

34.

Proposta għal regoli uniformi ta’ arrotondament (Segwitu tar-Rapport dwar l-iżviluppi riċenti rigward il-muniti tal-euro COM (2018) 787 final/2) *

Evalwazzjoni tal-użu ta’ muniti ta’ ċenteżmu wieħed u żewġ ċenteżmi tal-euro u tal-possibbiltà li jiġu introdotti regoli komuni ta’ arrotondament. Proposta possibbli tintroduċi regoli komuni ta’ arrotondament biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-użu ta’ muniti ta’ ċenteżmu wieħed u żewġ ċenteżmi tal-euro (leġiżlazzjoni, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt; l-Artikolu 133 TFUE, Q4 2021)

35.

Kontroll tal-Idoneità fuq ir-Rapportar Korporattiv Pubbliku mill-kumpaniji

L-għan ta’ dan il-kontroll tal-idoneità huwa li jivvaluta jekk il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-rapportar regolari u pubbliku mill-kumpaniji għadux jissodisfa l-ħtieġa tal-partijiet ikkonċernati għal informazzjoni dwar l-attivitajiet, il-prestazzjoni, ir-riskji u l-impatti tal-kumpaniji.

36.

Evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ tal-prekursuri tad-droga

Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 dwar il-prekursuri tad-droga se jiġu evalwati fid-dawl tal-objettiv tagħhom, li huwa li titwaqqaf sistema ta’ monitoraġġ u kontroll tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga biex tiġi evitata d-devjazzjoni tagħhom mill-katina tal-provvista legali għall-produzzjoni tad-droga illeċita. Apparti dawn iż-żewġ Regolamenti, l-evalwazzjoni se tkopri l-atti assoċjati tagħhom, ir-Regolament Delegat 2015/1011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1013.

37.

Evalwazzjoni tar-Regolament Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka f’materji doganali *

Ir-Regolament Nru 515/97 jiżgura l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE. Mir-reviżjoni tar-Regolament Nru 515/97 tal-2015, ġew irreġistrati żviluppi ġodda (bħar-reġim ġdid ta’ protezzjoni tad-data, riskji ġodda ta' frodi). L-evalwazzjoni se tivvaluta l-funzjonament ġenerali tar-Regolament Nru 515/97 billi tagħmel użu wkoll minn konsultazzjoni mmirata.

Ewropa aktar b’Saħħitha fid-Dinja

38.

Evalwazzjoni tal-pilastru kummerċjali ta’ sitt Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni tal-UE mal-pajjiżi EUROMED (it-Tuneżija, il-Marokk, l-Eġittu, il-Ġordan, l-Alġerija u l-Libanu) *

Din l-evalwazzjoni tista’ tidentifika opportunitajiet biex jiġu standardizzati proċeduri bi tnaqqis potenzjali tal-kostijiet u tal-piż amministrattiv u simplifikazzjoni tal-proċessi. Barra minn hekk, dawn il-benefiċċji potenzjali jistgħu jintużaw fi kwalunkwe negozjar mill-ġdid ta’ dan il-ftehim fil-futur jew fin-negozjar tal-ftehimiet ma’ pajjiżi oħrajn.

39.

Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM *

Din l-evalwazzjoni tista’ tidentifika opportunitajiet biex jiġu standardizzati proċeduri bi tnaqqis potenzjali tal-kostijiet u tal-piż amministrattiv u simplifikazzjoni tal-proċessi. Barra minn hekk, dawn il-benefiċċji potenzjali jistgħu jintużaw fi kwalunkwe negozjar mill-ġdid ta’ dan il-ftehim fil-futur jew fin-negozjar tal-ftehimiet ma’ pajjiżi oħrajn.

40.

Kummerċ Liberu mit-Torturi

Rieżami tar-Regolament (KE) 2019/125(“Regolament kontra t-Tortura”) dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. 
Skont l-Artikolu 32 tar-“Regolament kontra t-Tortura”, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni tiegħu sal-31 ta’ Lulju 2020 u kull ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem. Abbażi ta’ rapport ta’ rieżami li għandu jiġi adottat sa Lulju 2020, il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk għandhiex tiġi proposta xi emenda għar-Regolament. Mingħajr preġudizzju għall-eżitu tar-rieżami u filwaqt li jiġi żgurat li l-merkanzija rilevanti tibqa’ soġġetta għal restrizzjonijiet effettivi, jistgħu jitqiesu oqsma potenzjali ta’ simplifikazzjoni rigward, pereżempju, obbligi ta’ rapportar jew skambju ta’ informazzjoni.

Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna

41.

Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 dwar il-Pedjatrija u tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 dwar il-Prodotti Mediċinali Orfni

Din l-evalwazzjoni se tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-istrateġija farmaċewtika futura tal-UE. Abbażi tal-evidenza disponibbli, l-evalwazzjoni tivvaluta l-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet tar-Regolamenti dwar il-Prodotti Mediċinali Orfni u l-Użu Pedjatriku, kemm separatament kif ukoll flimkien. L-evalwazzjoni tiffoka, fost affarijiet oħra, fuq prodotti li jipprovdu għall-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati u fuq kif intużaw l-inċentivi pprovduti fil-leġiżlazzjoni attwali.

Spinta Ġdida għad-demokrazija Ewropea

42.

Proposta tal-Kummissjoni għal rieżami tad-Direttiva 2008/48/KE dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi *

L-evalwazzjoni li għaddejja tad-Direttiva se tiffoka fuq il-progress li sar, il-kostijiet u l-benefiċċji tagħha. Se tiffoka wkoll fuq jekk l-objettivi u l-għodod oriġinali tad-Direttiva jikkorrispondux għall-ħtiġijiet attwali, fuq monitoraġġ ta’ kif id-Direttiva taħdem flimkien ma’ biċċiet oħra ta’ leġiżlazzjoni u jekk l-intervent tal-UE wassalx għal benefiċċju. Abbażi tal-eżitu tal-evalwazzjoni, ir-rieżami se jiżgura informazzjoni għall-konsumatur u fehim aħjar tal-krediti għall-konsumaturi, u jqis id-diġitalizzazzjoni fil-provvediment ta’ dawn il-prodotti. Għandu l-għan li jipprovdi protezzjoni aħjar għall-konsumaturi minn prattiki ta’ self irresponsabbli, partikolarment dawk mifruxa fuq l-internet. (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q2 2021)

43.

Proposta tal-Kummissjoni għal rieżami tad-Direttiva 2002/65/KE dwar it-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi *

L-evalwazzjoni li għaddejja se tivvaluta jekk intlaħqux l-objettivi oriġinali, kif qed tiffunzjona d-Direttiva minn perspettivi ta’ kostijiet/benefiċċji, tnaqqis tal-piż u simplifikazzjoni, u kif id-Direttiva taħdem flimkien ma’ leġiżlazzjoni oħra fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tad-data. L-analiżi se tivvaluta jekk l-għodod tad-Direttiva jikkorrispondux għall-ħtiġijiet oriġinali u attwali u għall-valur miżjud tal-UE tagħha. Abbażi tal-eżitu tal-evalwazzjoni, ir-rieżami se jiżgura fehim aħjar tal-prodotti finanzjarji għall-konsumaturi u jqis id-diġitalizzazzjoni fil-provvediment ta’ dawn il-prodotti. Għandu l-għan li jipprovdi protezzjoni aħjar għall-konsumaturi minn prattiki ta’ self irresponsabbli, partikolarment dawk mifruxa fuq l-internet. (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q4 2021)

44.

Reviżjoni tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti
(Regolament; bażi ġuridika l-Artikolu 114 TFUE) *

L-inizjattiva se tindirizza l-kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-prodotti li jirriżultaw minn teknoloġiji ġodda; tindirizza l-ħtieġa għal aktar azzjonijiet konkreti dwar il-bejgħ online; taġġorna l-qafas legali ġenerali dwar is-sigurtà tal-prodotti; u fid-dawl tar-Regolament (UE) 2019/1020 il-ġdid dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti, timla l-lakuna eżistenti bejn il-prodotti armonizzati u dawk mhux armonizzati fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq. Ir-reviżjoni ttejjeb ukoll l-effettività tas-sejħa lura ta’ prodotti mis-suq u l-kopertura ta’ riskji ġodda għas-sigurtà tal-prodotti. Għandha ssaħħaħ is-setgħat ta’ infurzar tal-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli tal-importazzjoni. (leġiżlazzjoni, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Q2 2021)

(1)    F’dan l-Anness il-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni, sakemm din tkun disponibbli, dwar l-inizjattivi inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tagħha, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Din l-informazzjoni, li hija pprovduta f’parentesi taħt id-deskrizzjoni ta’ kull inizjattiva, hija biss indikattiva u soġġetta għal tibdil matul il-proċess ta’ tħejjija, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-eżitu ta’ proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt.
(2)      Filwaqt li l-kolonna “inizjattivi” fiha d-dati tal-adozzjoni ppjanati inizjali inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2020 kif adottat fid-29 ta’ Jannar 2020, din il-kolonna fiha l-ippjanar attwali, potenzjalment rivedut. Iż-żmien bil-korsiv jindika bidla, dak mhux bil-korsiv jindika li ż-żmien oriġinali ma nbidilx.
(3)    Dan l-anness jistabbilixxi r-reviżjonijiet, l-evalwazzjonijiet u l-Kontrolli tal-Idoneità l-aktar sinifikanti li se twettaq il-Kummissjoni, inkluż ix-xogħol ta’ evalwazzjoni biex isegwi l-Opinjonijiet tal-Pjattaforma REFIT. Dawn se jiġu finalizzati sa tmiem l-2020, għajr dawk l-inizjattivi mmarkati b’asterisk, li se jiġu finalizzati fi stadju aktar tard.
(4) L-evalwazzjoni ġiet ippubblikata fl-20 ta’ Mejju 2020.
(5) L-inizjattiva ġiet adottata fit-24 ta’ Marzu 2020.