Brussell, 3.6.2020

COM(2020) 421 final

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 5
TAL-BAĠIT ĠENERALI GĦALL-2020

Tkomplija tal-appoġġ għar-refuġjati u għall-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan, fil-Libanu u fit-Turkija b'rispons għall-kriżi fis-Sirja


Wara li kkunsidrat:

it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (...) 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, kif adottat fis-27 ta’ Novembru 2019 2 ,

il-baġit emendatorju Nru 1/2020 3 , adottat fis-17 ta’ April 2020,

il-baġit emendatorju Nru 2/2020 4 , adottat fis-17 ta’ April 2020,

l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2020 5 , adottat fil-15 ta’ April 2020,

l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2020 6 , adottat fit-30 ta’ April 2020,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 5/2020 tal-baġit tal-2020.

BIDLIET FIR-RAPPORT TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-Taqsima III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).

Werrej

1.    Introduzzjoni    

2.    Appoġġ għar-reżiljenza tar-refuġjati u tal-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan u l-Libanu    

3.    Appoġġ umanitarju urġenti għar-refuġjati fit-Turkija    

4.    Finanzjament    

5.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP    

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    Introduzzjoni

L-għan tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 5 għas-sena 2020 huwa li jitkompla l-għoti ta’ appoġġ lir-refuġjati u lill-komunitajiet ospitanti b’rispons għall-kriżi fis-Sirja. Taħt l-intestatura 4 tal-QFP Ewropa Globali, se jiġu pprovduti EUR 100 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament bħala appoġġ għar-reżiljenza tar-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan u l-Libanu, filwaqt li EUR 485 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 68 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament se jiġu pprovduti biex jiżguraw it-tkomplija tal-appoġġ umanitarju urġenti lir-refuġjati fit-Turkija.

2.    Appoġġ għar-reżiljenza tar-refuġjati u tal-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan u l-Libanu

Fl-2020, il-kunflitt fis-Sirja daħal fl-għaxar sena tiegħu. Mingħajr tmiem immedjat fuq ix-xefaq, din il-kriżi qed tkompli tkun ta’ theddida għall-istabbiltà tar-reġjun kollu kemm hu, b’mod partikolari l-pajjiżi ġirien, il-Ġordan u l-Libanu, li qed jospitaw l-akbar għadd ta’ refuġjati per capita fid-dinja. Iż-żewġ pajjiżi wrew solidarjetà straordinarja mar-refuġjati mill-kunflitt fis-Sirja. Minħabba li diġà qed jissaraw ma’ sitwazzjonijiet domestiċi kumplessi, għadhom jeħtieġu l-assistenza minħabba li l-kriżi qed tieħu fit-tul. Il-EUR 214 miljun allokati għall-appoġġ għar-reżiljenza b'rispons għall-kriżi fis-Sirja għal-Libanu u l-Ġordan għall-2020 diġà huma kompletament impenjati. Dment li ma jkunx hemm kundizzjonijiet għal ritorn sikur tar-refuġjati, l-assistenza tal-UE tibqa’ essenzjali, u tgħin biex iżżomm l-istabbiltà f'ambjenti kumplessi fil-post. Barra minn hekk, l-impatt tal-COVID-19 żied dimensjoni kumplessa ġdida mas-sitwazzjoni diġà diffiċli tal-pajjiżi li qed jospitaw għadd kbir ta’ refuġjati. Il-Libanu qed jaffaċċja kriżi ekonomika u finanzjarja akuta, u l-gvern naqas milli jagħmel rimborż tal-Eurobonds u ħabbar li se jirristruttura l-bonds kollha denominati f’muniti barranin u fil-munita nazzjonali tiegħu. Il-livell attwali tad-dejn huwa madwar 170 % tal-PDG u d-data reċenti tindika li l-ekonomija nxtorbot b’6,9 % fl-2019. Fil-Ġordan, il-kriżi tal-COVID-19 aktarx li se timbotta lill-pajjiż minn sitwazzjoni ta’ tkabbir dgħajjef għal riċessjoni profonda, li se xxekkel id-domanda domestika u esterna, partikolarment fis-settur tat-turiżmu, li jammonta għal madwar 11 % tal-PDG. Il-kriżi se titfa' wkoll pressjoni fuq in-nefqa pubblika, u se tkompli taggrava l-pożizzjoni fiskali Ġordanjana.

Għaldaqstant, huma meħtieġa urġentement EUR 100 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament biex jiffinanzjaw proġetti fl-oqsma tal-aċċess għall-edukazzjoni, appoġġ għall-għajxien u l-forniment ta’ servizzi tas-saħħa, tas-sanitazzjoni, tal-ilma, u tal-iskart, u ta’ protezzjoni soċjali lill-komunitajiet ospitanti u lir-refuġjati (refuġjati Sirjani u refuġjati Palestinjani mis-Sirja) fil-Ġordan u fil-Libanu.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

22 04 01 03

Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta’ fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta’ konflitti

100 000 000

100 000 000

Total    

100 000 000

100 000 000

3.Appoġġ umanitarju urġenti għar-refuġjati fit-Turkija

Skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija, il-Kummissjoni u l-Istati Membri impenjaw EUR 6 biljun f’assistenza tal-UE lir-refuġjati fit-Turkija f’żewġ segmenti għall-2016–2019, imwassla permezz tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija. Il-pakkett finanzjarju ta’ dan il-finanzjament ġie impenjat kollu kemm hu u l-kuntrattar se jiġi ffinalizzat tul l-2020. L-iżborżi laħqu EUR 3,2 biljun sa tmiem April 2020.



It-tieni segment ta’ EUR 3 biljun ġie pprogrammat sabiex jiżgura s-sostenibbiltà tal-Faċilità u teħid tal-kontroll gradwali tal-inizjattivi ffinanzjati mill-Faċilità mill-awtoritajiet Torok. Madankollu, l-awtoritajiet Torok għadhom mhumiex kapaċi jipprovdu assistenza fi flus kontanti lill-iktar vulnerabbli mill-4 miljun refuġjat fit-Turkija fit-terminu medju sa twil. Fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Turkija ta’ Marzu 2019, it-Turkija talbet appoġġ mingħand l-UE lil hinn mill-Faċilità biex tappoġġa r-refuġjati. Kien hemm ukoll bosta Stati Membri li talbu li jkomplu jappoġġaw lir-refuġjati fit-Turkija fix-xhur reċenti.

F’dan il-kuntest, hemm ħtieġa urġenti li jingħataw EUR 485 miljun biex jiffinanzjaw it-tkomplija taż-żewġ azzjonijiet ta’ appoġġ umanitarju ewlenin tal-UE, ix-Xibka ta’ Sikurezza Soċjali ta’ Emerġenza (Emergency Social Safety Net – ESSN) u t-Trasferiment Kondizzjonali ta’ Flus għall-Edukazzjoni (Conditional Cash Transfer for Education – CCTE).

§L-ESSN tipprovdi trasferimenti fi flus lil madwar 1,7 miljun refuġjat u huwa mistenni li l-flus sa jkunu spiċċawlha mhux aktar tard minn Marzu tal-2021. Hemm bżonn EUR 400 miljun biex tiġi estiża sa tmiem l-2021. Bosta kwistjonijiet kumplessi, bħar-reviżjoni tal-kriterji tal-immirar u l-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni strateġika għall-programmazzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp jeħtieġu konsultazzjoni u koordinazzjoni fil-ħin mal-awtoritajiet Torok u s-Sħab ta’ Implimentazzjoni. Għal din ir-raġuni u biex l-ikkuntrattar jitħejja fil-ħin, l-impenn ikollu bżonn isir sas-sajf tal-2020.

§Is-CCTE jipprovdi l-flus lill-familji li t-tfal tagħhom jattendu l-iskola minflok jaħdmu. Il-kuntratt attwali jintemm f’Ottubru 2020. Hemm bżonn EUR 85 miljun urġentement biex il-programm ikun jista’ jaħdem għal sena oħra sa tmiem Diċembru 2021.

Il-persunal tal-appoġġ għal dawn iż-żewġ proġetti umanitarji kienu preċedentement iffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet bilaterali tal-Istati Membri taħt il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija. Minħabba li issa qed jiġi propost li t-tkomplija tal-kuntratti jiġu ffinanzjati għalkollox mill-baġit tal-UE, se jkun hemm il-ħtieġa li l-aġenti kuntrattwali involuti direttament fl-implimentazzjoni jkomplu jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE. Huwa stmat li se jkun għad hemm bżonn 15-il aġent kuntrattwali FTE (ekwivalenti full-time) mill-2021 għal tliet snin għall-implimentazzjoni sħiħa u s-segwitu finanzjarju. Il-baġit għal dan il-persunal, u l-għadd tagħhom, se jiġi ggarantit għal dan il-għan fi ħdan in-nefqa għas-sostenn amministrattiv tal-programm.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

23 02 01

Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u assistenza alimentari rapidi, effikaċi u bżonnjużi

485 000 000

68 000 000

Total    

485 000 000

68 000 000

Barra minn hekk, proġetti umanitarji fil-protezzjoni, is-saħħa u l-edukazzjoni fl-emerġenzi se jintemmu fis-sajf tal-2020. EUR 50 miljun se jiġu pprovduti mill-baġit eżistenti tal-2020 għall-għajnuna umanitarja biex dawn l-attivitajiet jitkomplew għal sena oħra.

Qed jintalbu EUR 68 miljun f’approprjazzjonijiet ta' pagament sabiex ikopru l-prefinanzjament skont is-CCTE fl-2020.

4.    Finanzjament

Il-possibbiltajiet kollha ta’ riallokazzjoni taħt l-intestatura 4 Ewropa Globali ġew eżawriti. Il-marġni mhux allokat taħt din l-intestatura ta’ EUR 103,4 miljun jippermetti l-finanzjament ta’ EUR 100 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-appoġġ tar-reżiljenza tal-komunitajiet ospitanti fil-Ġordan u l-Libanu. Il-porzjon li jifdal ta’ dan il-marġni (EUR 3,4 miljun) madankollu mhuwiex biżżejjed biex ikopri l-għajnuna umanitarja urġenti għar-refuġjati fit-Turkija.



Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Marġni ta’ Kontinġenza, l-istrument speċjali tal-aħħar għażla, għall-bilanċ (EUR 481,6 miljun), bi tpaċija korrispondenti mal-marġni disponibbli fl-2020 taħt l-intestatura 5 Amministrazzjoni (EUR 16,2 miljun) u l-intestatura 2 Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali (EUR 465,3 miljun) 7 .

5.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

F’EUR

Intestatura

Baġit 2020

Abbozz ta' Baġit Emendatorju  5/2020

Baġit 2020

(inkl. BE 1-3 u ABE 3 sa 4/2020)

(inkl. BE 1-2 u ABE 3 sa 5/2020)

AI

AP

AI

AP

AI

AP

1.

Tkabbir intelliġenti u inklużiv

83 930 597 837

72 353 828 442

 

 

83 930 597 837

72 353 828 442

Limitu massimu

83 661 000 000

 

 

 

83 661 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

1a

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

25 284 773 982

22 308 071 592

 

 

25 284 773 982

22 308 071 592

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

93 773 982

 

 

 

93 773 982

 

Limitu massimu

25 191 000 000

 

 

 

25 191 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

1b

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

58 645 823 855

50 045 756 850

 

 

58 645 823 855

50 045 756 850

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

175 823 855

 

 

 

175 823 855

 

Limitu massimu

58 470 000 000

 

 

 

58 470 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

2.

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

59 907 021 051

57 904 492 439

 

 

59 907 021 051

57 904 492 439

Limitu massimu

60 421 000 000

 

 

 

60 421 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

 

 

- 465 323 871

 

- 465 323 871

 

Marġni

513 978 949

 

 

 

48 655 078

 

Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

43 410 105 687

43 380 031 798

 

 

43 410 105 687

43 380 031 798

Sottolimitu

43 888 000 000

 

 

 

43 888 000 000

 

Differenza dovuta għall-arrotondament eskluża mill-kalkolu tal-marġni

888 000

 

 

 

888 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

 

 

- 428 351 235

 

- 428 351 235

 

Marġni tal-FAEG

477 006 313

 

 

 

48 655 078

 

3.

Sigurtà u ċittadinanza

7 152 374 489

5 278 527 141

 

 

7 152 374 489

5 278 527 141

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

1 094 414 188

 

 

 

1 094 414 188

 

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

2 392 402 163

 

 

 

2 392 402 163

 

Li minnhom taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

714 558 138

 

 

 

714 558 138

 

Limitu massimu

2 951 000 000

 

 

 

2 951 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

4.

Ewropa Globali

10 406 572 239

8 944 061 191

585 000 000

168 000 000

10 991 572 239

9 112 061 191

Li minnhom taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

 

 

481 572 239

 

481 572 239

 

Limitu massimu

10 510 000 000

 

 

 

10 510 000 000

 

Marġni

103 427 761

 

 

 

 

 

5.

Amministrazzjoni

10 271 193 494

10 274 196 704

 

 

10 271 193 494

10 274 196 704

Limitu massimu

11 254 000 000

 

 

 

11 254 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

- 966 558 138

 

- 16 248 368

 

- 982 806 506

 

Marġni

16 248 368

 

 

 

 

 

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

7 955 303 132

7 958 306 342

 

 

7 955 303 132

7 958 306 342

Sottolimitu

9 071 000 000

 

 

 

9 071 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

- 966 558 138

 

- 16 248 368

 

- 982 806 506

 

Marġni

149 138 730

 

 

 

132 890 362

 

Total

171 667 759 110

154 755 105 917

585 000 000

168 000 000

172 252 759 110

154 923 105 917

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

1 094 414 188

1 017 029 444

 

 

1 094 414 188

1 017 029 444

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

2 662 000 000

 

 

 

2 662 000 000

 

Li minnhom taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

714 558 138

 

481 572 239

 

1 196 130 377

 

Limitu massimu

168 797 000 000

172 420 000 000

 

 

168 797 000 000

172 420 000 000

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

- 966 558 138

 

- 481 572 239

 

-1 448 130 377

 

Marġni

633 655 078

18 681 923 527

 

 

48 655 078

18 513 923 527

 

Strumenti speċjali oħra

860 261 208

690 998 208

 

 

860 261 208

690 998 208

Total b’kollox

172 528 020 318

155 446 104 125

585 000 000

168 000 000

173 113 020 318

155 614 104 125

(1)      ĠU L 193, 30.7.2018.
(2)      ĠU L 57, 27.2.2020.
(3)      ĠU L 126, 21.4.2020.
(4)      ĠU L 126, 21.4.2020.
(5)      COM(2020) 180, 15.4.2020.
(6)      COM(2020) 190, 30.4.2020.
(7)      COM(2020) 422, 3.6.2020.