Brussell, 2.4.2020

COM(2020) 170 final

ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU NRU 2
TAL-BAĠIT ĠENERALI 2020

Li jipprovdi appoġġ ta’ emerġenza lill-Istati Membri u tisħiħ ulterjuri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili/rescEU bħala rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19


Wara li kkunsidrat:

it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (...) 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, kif adottat fis-27 ta’ Novembru 2019 2 ,

l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 1/20 3 , adottat fis-27 ta’ Marzu 2020,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 2 tal-baġit tal-2020.

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-Taqsima III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).

Werrej

1.    Introduzzjoni    

2.    L-għoti ta’ appoġġ ta’ emerġenza lill-Istati Membri permezz tar-riattivazzjoni tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza fi ħdan l-Unjoni    

2.1.    Kuntest    

2.2.    Azzjonijiet li se jiġu ffinanzjati permezz tal-IAE    

3.    It-tisħiħ ulterjuri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (fi ħdan l-Unjoni)    

4.    Finanzjament    

5.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP    

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    Introduzzjoni

L-għan tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 2 għas-sena 2020 huwa li jipprovdi EUR 3 000,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 1 530,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza biex jiġi ffinanzjat l-għoti tal-appoġġ ta’ emerġenza fi ħdan l-Unjoni tramite l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, li r-riattivazzjoni tiegħu qed tiġi proposta biex jgħin fil-ġlieda kontra l-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 u biex isaħħaħ iktar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili/rescEU biex ikunu possibbli kumulazzjoni iktar estensiva u koordinazzjoni tad-distribuzzjoni tar-riżorsi essenzjali fl-Ewropa 4 .

2.    L-għoti ta’ appoġġ ta’ emerġenza lill-Istati Membri permezz tar-riattivazzjoni tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza fi ħdan l-Unjoni

2.1.    Kuntest

B’kunsiderazzjoni tal-gravità tal-kriżi li ssegwi t-tifqigħa tal-COVID-19 kif ukoll tal-portata u tan-natura tal-eżiġenzi li jirrikjedu appoġġ mill-baġit tal-UE fil-futur immedjat, il-Kummissjoni, b’mod parallel għal dan l-ABE, tipproponi li l-Kunsill jirriattiva u jemenda r-Regolament (UE) 2016/369 dwar l-għoti ta’ appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni 5 biex l-UE jkollha sett ikbar ta’ għodod adegwati għall-firxa kbira tal-pandemija attwali tal-COVID-19.

L-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (IAE) inħoloq f’Marzu 2016 u ġie attivat għal perjodu ta’ tliet snin biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta’ emerġenza li nħolqot wara l-influss massiv ta’ refuġjati fil-Greċja. Huwa kien imfassal bħala għodda ta’ skop ġenerali biex tiġġieled il-kriżijiet fl-UE u tintervjeni biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ diffikultajiet serji. Huwa jista’ jiġi mobilizzat biex jindirizza kull kriżi li teħtieġ għajnuna umanitarja u jkopri ambitu wiesa’ ta’ azzjonijiet eliġibbli: “L-appoġġ ta’ emerġenza [...] jista’ jinkludi kwalunkwe azzjoni ta’ għajnuna umanitarja [...] u konsegwentement jista’ jinkludi assistenza, sokkors u, fejn meħtieġ, operazzjonijiet ta’ protezzjoni biex tiġi salvata u ppreżervata l-ħajja f’diżastri jew immedjatament warajhom” 6 . 

Il-miżuri previsti fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescEU), tal-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili, tal-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus għall-invokazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u strumenti oħra tal-Unjoni qed jikkontribwixxu biex parzjalment jindirizzaw l-emerġenza tas-saħħa pubblika; madankollu, fid-dawl tal-iskala u tal-ambitu tal-isfida jeħtieġ li l-konsegwenzi umanitarji tat-tifqigħa relatati mas-saħħa pubblika fl-Unjoni jiġu indirizzati b’mod effettiv. L-appoġġ ta’ emerġenza mogħti permezz tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza jippromwovi l-komplimentarjetà u l-koerenza mal-miżuri tal-Istati Membri affettwati, kif ukoll sinerġiji mal-proġetti ffinanzjati fil-livell tal-UE fil-qafas ta’ fondi u strumenti oħra.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa propost li jiġi attivat l-appoġġ fil-qafas tar-Regolament ta’ Appoġġ ta’ Emerġenza (Regolament (UE) 2016/369) u li l-istrument relatat jingħata l-approprjazzjonijiet meħtieġa mill-aktar fis possibbli. Dan se jippermetti lill-Unjoni tadotta miżuri li jipprevjenu u jimmitigaw konsegwenzi severi f’wieħed jew iktar Stati Membri u tindirizza b’mod ikkoordinat il-ħtiġijiet relatati mad-diżastru tal-COVID-19, billi tikkomplementa l-assistenza mogħtija fil-qafas ta’ strumenti oħra tal-UE.

2.2.    Azzjonijiet li se jiġu ffinanzjati permezz tal-IAE

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni u n-natura serja tal-kriżi marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19 fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tipproponi li tipprovdi lill-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza EUR 2 700,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 1 380,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

L-appoġġ jista’ jintuża biex jiffinanzja, fost l-oħrajn, l-azzjonijiet li ġejjin:

kumulazzjoni iktar estensiva u rapida u l-koordinazzjoni tad-distribuzzjoni ta’ riżorsi essenzjali fl-Ewropa;

l-issodisfar tal-ħtiġijiet tat-trasport għal tagħmir protettiv li se jiġi importat mis-sħab internazzjonali kif ukoll it-trasport fl-UE kollha;

it-trasportazzjoni ta’ pazjenti fil-bżonn lejn sptarijiet transfruntiera li jistgħu jipprovdu postijiet liberi;

kooperazzjoni transfruntiera biex tittaffa l-pressjoni fuq is-sistemi tas-saħħa fir-reġjuni tal-UE milquta l-iktar;

l-akkwist permezz ta’ proċeduri ċentralizzati u distribuzzjoni lill-isptarijiet ta’ provvisti mediċi essenzjali u tagħmir protettiv li jrid jiġi pprovdut b’mod urġenti lill-persunal tal-isptar, bħar-respiratorji, ventilaturi, tagħmir protettiv personali, maskri użabbli mill-ġdid, mediċini, terapiji u provvisti tal-laboratorju kif ukoll diżinfettanti;

iż-żieda u konverżjoni tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-intrapriżi tal-UE biex jiġu żgurati produzzjoni u distribuzzjoni rapida tat-tagħmir u tal-materjal meħtieġ biex jiġi indirizzat b’mod urġenti n-nuqqas fil-provvista ta’ prodotti essenzjali u mediċini;

it-tisħiħ tal-faċilitajiet u tar-riżorsi tal-kura, inkluż sptarijiet fuq il-post temporanji u semipermanenti u appoġġ għall-faċilitajiet konvertiti mill-ġdid;

żieda tal-produzzjoni ta’ kits tal-ittestjar u l-għoti ta’ appoġġ għall-akkwist tas-sustanzi bażiċi ewlenin;

il-promozzjoni tal-iżvilupp rapidu ta’ medikazzjoni u ta’ metodi tal-ittestjar;

l-iżvilupp, l-akkwist u d-distribuzzjoni ta’ provvisti għall-ittestjar (kits tal-ittestjar, reaġenti, hardware).

Il-Kummissjoni se tiżgura koordinazzjoni sħiħa sabiex l-azzjonijiet iffinanzjati fil-qafas tal-IAE jikkomplementaw strumenti oħra eżistenti bħar-rescEU jew il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) f’ċerti oqsma (pereżempju fil-faċilitajiet ta’ akkoljenza għall-migranti). Ir-realizzazzjoni tal-azzjonijiet se tkun adegwata għall-andament tat-tifqigħa u se tiġi kkoordinata ma’ miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jimmassimizzaw l-impatt.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

18 01 04 05

Nefqa ta’ appoġġ għall-appoġġ ta’ emerġenza fi ħdan l-Unjoni

54 000 000

54 000 000

18 07 01

Appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni

2 646 000 000

1 326 000 000

Total    

2 700 000 000

1 380 000 000



3.    It-tisħiħ ulterjuri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (fi ħdan l-Unjoni)

Bħala parti mir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-COVID-19, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Minbarra l-akkwist konġunt u bħala xibka oħra ta’ sikurezza, il-Kummissjoni adottat Att ta’ Implimentazzjoni ġdid fil-qafas tar-rescEU/tal-UPCM biex tappoġġja lill-Istati Membri fl-akkwist ta’ xi tagħmir meħtieġ (inklużi terapiji, tagħmir mediku, tagħmir protettiv personali, provvisti tal-laboratorju), ħalli jiżdied il-volum u jiġi kkomplementat u estiż l-ambitu tal-oġġetti ta’ prijorità mixtrija permezz tal-akkwist konġunt. L-għotja diretta tar-rescEU se tipprovdi finanzjament ta’ 100 % mill-baġit tal-UE, li jinkludi finanzjament sħiħ għall-iżvilupp ta’ dawn il-kapaċitajiet u finanzjament sħiħ tad-distribuzzjoni. It-tagħmir mixtri se jkun ospitat minn Stat Membru wieħed jew iktar, filwaqt li t-teħid tad-deċiżjonijiet huwa organizzat fil-livell tal-UE, għall-forniment ta’ oġġetti ta’ emerġenza lil hinn mill-istokkijiet nazzjonali. Dan se jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha u se jintuża f’każ ta’ kapaċità nazzjonali insuffiċjenti.

Kif imħabbar fl-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 1/2020 7 , il-Kummissjoni qassmet mill-ġdid EUR 10,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn ipprovduti mill-baġit attwali tal-2020 tal-UCPM/rescEU (prevenzjoni u tħejjija fi ħdan l-Unjoni) biex tappoġġja l-finanzjament tal-kontromiżuri u tat-tagħmir mediku tal-COVID-19 u pproponiet tisħiħ ta’ EUR 70,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 40,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Fid-dawl tal-iżvilupp rapidu tal-kriżi u l-ħtiġijiet assoċjati fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jkomplu jissaħħu l-attivitajiet ta’ kumulazzjoni tal-istokks tagħna. Ir-rescEU jista’ jikkontribwixxi għal kumulazzjoni iktar estensiva, il-koordinazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ provvisti mediċi essenzjali li hemm domanda għolja għalihom lill-isptarijiet, inkluż tagħmir protettiv għall-persunal tal-isptar (maskri, gogils, overalls, nanomaterjali għall-użu mediku, diżinfettanti), ventilaturi (ventilaturi invażivi kif ukoll mhux invażivi) meħtieġa għal rispons effettiv. L-istokkijiet għandhom jintużaw biex f’temp qasir jintbagħat it-tagħmir mediku meħtieġ b’mod suċċessiv lill-Istati Membri u lir-reġjuni li qed jirreġistraw qċaċet fl-infezzjonijiet, billi jsir użu effiċjenti u effettiv tat-tagħmir li jista’ jintuża mill-ġdid fejn ikun l-aktar meħtieġ.

Għaldaqstant huwa propost tisħiħ ulterjuri ta’ EUR 300,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 150,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

It-tisħiħ tar-rescEU u r-riattivazzjoni tal-IAE se jkunu komplementari u se jiżguraw il-provvista l-iktar effiċjenti tat-tagħmir mediku meħtieġ.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

23 03 01 01

Prevenzjoni tad-diżastri u preparatezza għalihom fl-Unjoni

300 000 000

150 000 000

Total    

300 000 000

150 000 000

4.    Finanzjament

Minħabba n-nuqqas ta’ marġinijiet u spazju ta’ manuvra għall-assenjament mill-ġdid fil-qafas tal-intestatura 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), il-Kummissjoni tipproponi li jiġu mobilizzati l-istrumenti speċjali li ġejjin għal ammont totali ta’ EUR 3 000,0 miljun:

·Il-Marġini Globali għal Impenji li jifdal għal ammont ta’ EUR 2 042,4 miljun 8 . B’mod parallel għal dan il-Baġit Emendatorju qed tiġi proposta emenda tar-Regolament dwar il-QFP li tneħħi l-limitazzjonijiet tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-istrument 9 ;

·L-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 243,0 miljun 10 ; u

·Il-marġini ta’ kontinġenza għall-bilanċ (EUR 714,6-il miljun) bi tpaċija korrispondenti mill-marġini disponibbli fl-2020 taħt l-intestatura 5 Amministrazzjoni 11 .

5.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

F’EUR

Intestatura

Baġit 2020

Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 2/2020

Baġit 2020

(inkl. ABE 1/2020)

(inkl. ABE 1-2/2020)

AI

AP

AI

AP

AI

AP

1.

Tkabbir intelliġenti u inklussiv

83 930 597 837

72 353 828 442

83 930 597 837

72 353 828 442

Limitu massimu

83 661 000 000

 

 

83 661 000 000

 

Marġini

 

 

 

 

1a

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjegi

25 284 773 982

22 308 071 592

 

 

25 284 773 982

22 308 071 592

Li minnhom taħt il-marġini globali għal impenji

93 773 982

 

 

 

93 773 982

 

Limitu massimu

25 191 000 000

 

 

 

25 191 000 000

 

Marġini

 

 

 

 

1b

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

58 645 823 855

50 045 756 850

 

 

58 645 823 855

50 045 756 850

Li minnhom taħt il-marġini globali għal impenji

175 823 855

 

 

 

175 823 855

 

Limitu massimu

58 470 000 000

 

 

 

58 470 000 000

 

Marġini

 

 

 

 

2.

Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali

59 907 021 051

57 904 492 439

 

 

59 907 021 051

57 904 492 439

Limitu massimu

60 421 000 000

 

 

 

60 421 000 000

 

Marġini

513 978 949

 

 

 

513 978 949

 

Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

43 410 105 687

43 380 031 798

 

 

43 410 105 687

43 380 031 798

Sottolimitu

43 888 000 000

 

 

 

43 888 000 000

 

Differenza dovuta għall-arrotondament eskluża mill-kalkolu tal-marġini

888 000

 

 

 

888 000

 

Marġini tal-FAEG

477 006 313

 

 

 

477 006 313

 

3.

Sigurtà u ċittadinanza

4 152 374 489

3 748 527 141

3 000 000 000

1 530 000 000

7 152 374 489

5 278 527 141

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

851 374 489

 

243 039 699

 

1 094 414 188

 

Li minnhom taħt il-marġini globali għal impenji

350 000 000

 

2 042 402 163

 

2 392 402 163

 

Li minnhom taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

 

714 558 138

 

714 558 138

 

Limitu massimu

2 951 000 000

 

 

 

2 951 000 000

 

Marġini

 

 

 

 

4.

Ewropa Globali

10 406 572 239

8 944 061 191

 

 

10 406 572 239

8 944 061 191

Limitu massimu

10 510 000 000

 

 

 

10 510 000 000

 

Marġini

103 427 761

 

 

 

103 427 761

 

5.

Amministrazzjoni

10 271 193 494

10 274 196 704

 

 

10 271 193 494

10 274 196 704

Limitu massimu

11 254 000 000

 

 

 

11 254 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġini ta’ Kontinġenza

- 252 000 000

 

- 714 558 138

 

- 966 558 138

 

Marġini

730 806 506

 

 

 

16 248 368

 

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

7 955 303 132

7 958 306 342

 

 

7 955 303 132

7 958 306 342

Sottolimitu

9 071 000 000

 

 

 

9 071 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġini ta’ Kontinġenza

- 252 000 000

 

- 714 558 138

 

- 966 558 138

 

Marġini

863 696 868

 

 

 

149 138 730

 

Total

168 667 759 110

153 225 105 917

3 000 000 000

1 530 000 000

171 667 759 110

154 755 105 917

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

851 374 489

893 079 197

243 039 699

123 950 247

1 094 414 188

1 017 029 444

Li minnhom taħt il-marġini globali għal impenji

619 597 837

 

2 042 402 163

 

2 662 000 000

 

Li minnhom taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

 

714 558 138

 

714 558 138

 

Limitu massimu

168 797 000 000

172 420 000 000

 

168 797 000 000

172 420 000 000

Li minnhom paċuti mal-Marġini ta’ Kontinġenza

- 252 000 000

 

- 714 558 138

 

- 966 558 138

 

Marġini

1 348 213 216

20 087 973 280

 

 

633 655 078

18 681 923 527

 

Strumenti speċjali oħra

587 763 000

418 500 000

587 763 000

418 500 000

Total Kumplessiv

169 255 522 110

153 643 605 917

3 000 000 000

1 530 000 000

172 255 522 110

155 173 605 917

(1)      ĠU L 193, 30.7.2018.
(2)      ĠU L 57, 27.2.2020.
(3)      COM(2020) 145, 27.3.2020.
(4)      Apparti t-tisħiħ (EUR 80,0 miljun, li EUR 10,0 miljun minnhom ġew skjerati mill-ġdid fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili) inkluż fl-ABE Nru 1/2020 (COM (2020) 145, 27.3.2020).
(5)      COM(2020) 175, 2.4.2020.
(6)      Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369, l-Artikolu 3(2).
(7)      COM(2020) 145 final, 27.3.2020.
(8)    Dan l-ammont iqis il-marġini li jifdal tal-2019 (EUR 1 316,9-il miljun) magħmul disponibbli għall-2020 fl-“aġġustament tekniku fir-rigward tal-istrumenti speċjali” COM(2020) 173, 2.4.2020.
(9)    COM(2020) 174, 2.4.2020. Jenħtieġ li din l-emenda tar-Regolament Nru 1311/2013 tidħol fis-seħħ mhux aktar tard mill-istess jum tal-adozzjoni finali ta’ dan l-ABE.
(10)      COM(2020) 171, 2.4.2020.
(11)      COM(2020) 172, 2.4.2020.