11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/3


L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ ABDOLLAHI Hamed, ARBABSIAR Manssor, BOUYERI, Mohammed, SHAHLAI Abdul Reza, SHAKURI Ali Gholam, SOLEIMANI Qasem, COMMUNIST PARTY OF THE PHILIPPINES (il-“Partit Komunista tal-Filippini”), inkluż in-NEW PEOPLES ARMY — “NPA” (l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu”), il-Filippini, EJÉRCITO DE LIBERACIÓN NACIONAL (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”), SENDERO LUMINOSO — “SL” (it-“Triq li Tiddi”) persuni u gruppi miżjuda fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Annessi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337)

(2019/C 382/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u tal-gruppi msemmija hawn fuq elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 (1) fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337 (2).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (3) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni kkonċernati u li l-ebda fond, ass finanzjarju u riżors ekonomiku ieħor ma jista’ jsir disponibbli għalihom, kemm direttament kif ukoll indirettament.

Il-Kunsill ingħata tagħrif ġdid rilevanti għall-elenkar tal-persuni u l-gruppi msemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni l-ġdida, il-Kunsill għandu l-ħsieb li jemenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.

Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fl-indirizz li ġej, biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għaliex dawn inżammu fuq il-lista msemmija hawn fuq:

Council of the European Union (Attn: COMET designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Tali talba għandha tiġi ppreżentata sal-15 ta’ Novembru 2019.

Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet jiġu kkunsidrati meta jaslu. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għar-reviżjoni regolari tal-lista mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (4).

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 209, 9.8.2019, p. 1.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(4)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.