13.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-aġġornament tad-data użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-pagament ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċedimenti ta’ ksur

(2019/C 309/01)

I.   Introduzzjoni

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE (1) (issa l-Artikolu 260 (1) u (2) tat-TFUE) stabbiliet il-bażi li fuqha l-Kummissjoni tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (ħlasijiet ta’ somma f’daqqa jew inkella l-pagament ta’ penali) li hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tapplika meta tressaq każ quddiem il-Qorti skont l-Artikolu 260(2) TFUE, fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ ksur kontra Stat Membru.

F’Komunikazzjoni sussegwenti tal-2010 (2) dwar l-aġġornament tad-data użata għal dan il-kalkolu, il-Kummissjoni stabbiliet li din id-data makroekonomika tkun suġġetta għal reviżjoni kull sena, biex tqis l-iżvilupp tal-inflazzjoni u tal-PDG.

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE (3) u tal-2017 bit-titolu “Id-dritt tal-UE: riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar” (4), il-Kummissjoni tenfasizza li l-istess metodoloġija stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-2005 tapplika għall-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tapplika skont l-Artikolu 260(3) TFUE.

L-aġġornament ta’ kull sena pprovdut f’din il-Komunikazzjoni huwa bbażat fuq l-iżviluppi fl-inflazzjoni u fil-PDG ta’ kull Stat Membru (5), li jirrifletti l-kapaċità tal-Istat Membru kkonċernat li jħallas. Ir-rata rilevanti tal-inflazzjoni u l-istatistiċi tal-PDG li għandhom jintużaw huma dawk stabbiliti sentejn qabel l-aġġornament (“ir-regola t-2”), billi l-perjodu minimu meħtieġ għall-ġbir ta’ data makroekonomika relattivament stabbli huwa ta’ sentejn. Barra minn hekk, wara l-komunikazzjoni ta’ Frar 2019 (6), il-piż istituzzjonali tal-Istati Membri li qabel kienu bbażati fuq l-għadd ta’ voti miżmuma minn kull Stat Membru skont ir-regoli dwar l-ippeżar tal-voti fil-Kunsill issa huwa bbażat fuq in-numru ta’ siġġijiet allokati lil kull Stat Membru għar-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament Ewropew.

Din il-Komunikazzjoni hija għalhekk ibbażata fuq id-data ekonomika għall-PDG nominali u d-deflatur tal-PDG għall-2017 (7) u fuq l-għadd ta’ siġġijiet allokati lil Stat Membru fil-Parlament Ewropew.

II.   L-elementi tal-aġġornament

Il-lista ta’ kriterji ekonomiċi li għandhom jiġu riveduti hija kif ġej:

l-ammont standard b’rata fissa għall-pagament ta’ penali (8), li bħalissa huwa stabbilit għal EUR 3 105 kuljum, li għandu jiġi rivedut skont l-inflazzjoni;

l-ammont standard b’rata fissa għall-kalkolu tal-ammont ta’ kuljum biex tiġi ffissata s-somma f’daqqa (9), li bħalissa huwa ffissat għal EUR 1 035, għandu jiġi aġġustat skont l-inflazzjoni;

il-fattur speċjali “n” (10), li għandu jiġi rivedut f’konformità mal-PDG tal-Istat Membru inkwistjoni wara li jitqies l-għadd tad-drittijiet tal-vot li għandu fil-Parlament Ewropew; dan huwa identiku għall-kalkolu tas-somma f’daqqa u ta’ penali għal kull ġurnata;

il-ħlasijiet minimi ta’ somma f’daqqa (11), li għandhom jiġu riveduti f’konformità mal-inflazzjoni.

III.   Aġġornamenti

Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati segwenti biex tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (ħlasijiet ta’ somma f’daqqa jew inkella ta’ penali) meta tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260(2) u (3) TFUE:

1.

l-ammont standard b’rata fissa għall-kalkolu tal-pagament ta’ penali huwa stabbilit għal EUR 3 116 kuljum;

2.

L-ammont fiss standard uniformi għall-kalkolu tal-ammont ta’ kuljum li jistabbilixxi s-somma f’daqqa huwa stabbilit għal EUR 1 039;

3.

Il-fattur speċjali “n” u s-somma f’daqqa minima għat-28 Stat Membru tal-UE huma stabbiliti kif ġej:

Stat Membru

Fattur speċjali “n”

Somma f’daqqa minima

(EUR 1 000 )

Il-Belġju

0,79

2 037

Il-Bulgarija

0,24

619

Iċ-Ċekja

0,52

1 341

Id-Danimarka

0,51

1 315

Il-Ġermanja

4,62

11 915

L-Estonja

0,10

258

L-Irlanda

0,47

1 212

Il-Greċja

0,51

1 315

Spanja

2,07

5 338

Franza

3,39

8 743

Il-Kroazja

0,19

490

L-Italja

2,92

7 530

Ċipru

0,09

232

Il-Latvja

0,12

309

Il-Litwanja

0,18

464

Il-Lussemburgu

0,15

387

L-Ungerija

0,42

1 083

Malta

0,07

181

In-Netherlands

1,14

2 940

L-Awstrija

0,67

1 728

Il-Polonja

1,27

3 275

Il-Portugall

0,53

1 367

Ir-Rumanija

0,64

1 651

Is-Slovenja

0,15

387

Is-Slovakkja

0,27

696

Il-Finlandja

0,44

1 135

L-Iżvezja

0,80

2 063

Ir-Renju Unit

3,40

8 768

Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati għad-deċiżjonijiet li tieħu biex tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260 tat-TFUE sa mill-adozzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni. Kif diġà ġie ddikjarat fil-punt 3 tal-Komunikazzjoni ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni se taġġusta ċ-ċifri ta’ hawn fuq meta l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jkun ipproduċa l-effetti legali tiegħu.


(1)  SEC (2005) 1658; (ĠU C 126, 7.6.2007, p. 15).

(2)  SEC(2010) 923/3. Din il-Komunikazzjoni ġiet aġġornata fl-2011 [SEC(2011) 1024 final], fl-2012 [C(2012) 6106 final], fl-2013 [C(2013) 8101 final], fl-2014 [C(2014) 6767 final], fl-2015 [C(2015)5511 final], fl-2016, fl-[C(2016) 5091 final] fl-2017 [C(2017) 8720 final] u fl-2018 [C(2018) 5851 final] għall-aġġustament annwali tad-data ekonomika.

(3)  ĠU C 12, 15.1.2011, p. 1.

(4)  ĠU C 18, 19.1.2017, p. 10.

(5)  Skont ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet tal-2005 u tal-2010.

(6)  C(2019)1396 final (ĠU C 70, 25.2.2019, p. 1).

(7)  Id-deflatur tal-prezz tal-PDG jintuża bħala kejl tal-inflazzjoni. L-ammonti uniformi tal-pagamenti ta’ somom f’daqqa u ta’ penali huma aġġustati għall-eqreb multiplu ta’ għaxra. Is-somom f’daqqa minimi huma aġġustati għall-eqreb elf. Il-fattur “n” huwa aġġustat sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

(8)  L-ammont standard b’rata fissa jew uniformi għall-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum huwa definit bħala l-ammont bażiku fiss li għalih jiġu applikati ċerti koeffiċjenti tal-korrezzjoni multiplikaturi. Il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni huma l-koeffiċjenti tal-gravità u d-dewmien tal-ksur, u l-fattur speċjali “n” li jikkorrispondi għall-Istat Membru kkonċernat li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu ta’ pagament ta’ penali ta’ kuljum.

(9)  L-ammont b’rata fissa jrid jiġi applikat meta tiġi kkalkolata s-somma f’daqqa. Fir-rigward tal-Artikolu 260(2) TFUE, is-somma f’daqqa tirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum (li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont standard b’rata fissa għall-ħlasijiet ta’ somom f’daqqa bil-koeffiċjenti tal-gravità u r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jiġi mmultiplikat bil-fattur speċjali “n”) bin-numru ta’ jiem għal kemm il-ksur idum għaddej bejn id-data tal-ewwel sentenza u d-data li fiha jintemm il-ksur jew id-data ta’ meta tingħata s-sentenza skont l-Artikolu 260(2) TFUE. Fir-rigward tal-Artikolu 260(3) TFUE, skont il-punt 28 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l- “Implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) tat-Trattat” (SEC (2010) 1371 final (ĠU C 12, 15.1.2011, p. 1)), is-somma f’daqqa tirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum (li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont standard b’rata fissa għal pagamenti ta’ somma f’daqqa bil-koeffiċjenti tal-gravità u r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jiġi mmultiplikat bil-fattur speċjali “n”) bl-għadd ta’ jiem mill-jum wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni stipulat fid-Direttiva sad-data li fiha jintemm il-ksur jew id-data tal-għoti tas-sentenza skont l-Artikoli 258 u 260 (3) TFUE. Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi hawn fuq jaqbeż is-somma f’daqqa minima, għandha tapplika s-somma f’daqqa kkalkulata abbażi tal-ammont ta’ kuljum.

(10)  Il-fattur speċjali “n” iqis il-kapaċità tal-Istati Membri li jħallsu (il-prodott domestiku gross (PDG)) u n-numru ta’ voti li jkollhom fil-Kunsill.

(11)  Il-ħlas tas-somma f’daqqa minima fissa minima huwa ddeterminat għal kull Stat Membru skont il-fattur speċjali “n”. Is-somma f’daqqa fissa minima se tiġi proposta lill-Qorti meta t-total tal-ħlasijiet tas-somma f’daqqa ta’ kuljum ma jaqbiżx is-somma f’daqqa minima fissa.