2.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 259/28


Avviż dwar il-miżuri antidumping u kumpensatorji fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija waħda soġġetta għad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun

(2019/C 259/06)

L-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huma soġġetti għal dazji antidumping u kumpensatorji definittivi imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 (1) (“ir-Regolament (UE) 2018/1579”) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 (2) (“ir-Regolament (UE) 2018/1690”).

Sailun Jinyu Group Co. Ltd, kodiċi addizzjonali TARIC (3)C351, li hija kumpanija li tinsab fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, huma soġġetti għal ammont tad-dazju antidumping ta’ EUR 21,62 għal kull oġġett u ammont tad-dazju kumpensatorju ta’ EUR 27,69 għal kull oġġett, infurmat lill-Kummissjoni li bidlet isimha kif jidher hawn taħt.

Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni tikkonferma li l-bidla fl-isem ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mill-ammont tad-dazju antidumping u mill-ammont tad-dazju kumpensatorju applikat lill-kumpanija taħt l-isem preċedenti tagħha.

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem bl-ebda mod ma taffettwa s-sejbiet tar-Regolament (UE) 2018/1579 u r-Regolament (UE) 2018/1690.

Għaldaqstant, ir-referenza fl-Anness tar-Regolament (UE) 2018/1579 u fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1690 għal:

Sailun Jinyu Group Co., Ltd

C351

jenħtieġ li tinqara:

Sailun Group Co., Ltd

C351

Il-kodiċi addizzjonali TARIC C351, li qabel kien attribwit lil Sailun Jinyu Group Co., Ltd għandu japplika għal Sailun Group Co., Ltd.


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1).

(3)  It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.