IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.11.2019
COM(2019) 586 final
2019/0259(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, il-Kroazja ħadet l-impenn li taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Unjoni u mill-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi. Fost dawk il-ftehimiet hemm il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda u n-Norveġja (“il-Ftehim tal-Erba’ Partijiet”), li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (“l-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti”) għal dawk iż-żewġ pajjiżi.
Dik id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawk il-ftehimiet għandha tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta’ protokoll tal-ftehimiet bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiżi terzi kkonċernati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tinnegozja dawk il-protokolli f’isem l-Istati Membri.
B’hekk il-Kummissjoni nnegozjat protokoll li jemenda l-Ftehim tal-Erba’ Partijiet sabiex jipprevedi l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dak il-ftehim.
L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tinkiseb Deċiżjoni tal-Kunsill, ibbażata fuq l-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-TFUE”) u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, li tawtorizza l-iffirmar tal-protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri, kif ukoll l-applikazzjoni proviżorja tiegħu minnhom f’konformità mal-Artikolu 6 tiegħu, soġġett għall-konklużjoni tiegħu iktar ’il quddiem.
•Kuntest ġenerali
L-impenn tal-Kroazja skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni japplika wkoll għall-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti u għall-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda u n-Norveġja, li jirregola r-relazzjoni bejn dawk il-partijiet skont il-Ftehim tal-Erba’ Partijiet.
B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni nnegozjat protokolli li jemendaw ukoll dawk il-ftehimiet sabiex jipprevedu l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawk il-ftehimiet. Il-proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar, l-applikazzjoni proviżorja u l-konklużjoni ta’ dawk il-protokolli, kif ukoll proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-protokoll li jemenda l-Ftehim tal-Erba’ Partijiet, jiġu ppreżentati b’mod parallel ma’ din il-proposta.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
L-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti kien l-ewwel ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru ma’ sieħeb ewlieni tal-avjazzjoni tal-Unjoni. Dan huwa l-iżjed ftehim importanti fid-dinja dwar it-trasport bl-ajru, u jipprovdi iktar minn 80 miljun post fis-sena għall-passiġġieri tat-trasport bl-ajru; għaldaqstant huwa l-ġebla tax-xewka tal-politika esterna tal-UE dwar l-avjazzjoni. L-importanza tiegħu żdiedet bl-estensjoni tiegħu għall-Iżlanda u għan-Norveġja permezz tal-Ftehim tal-Erba’ Partijiet. Il-protokoll se jippermetti lill-Kroazja tibbenefika minn dak il-ftehim.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta
Il-protokoll jippermetti lill-Kroazja tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni sabiex taderixxi mal-Ftehim tal-Erba’ Partijiet.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tat-TFUE, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-Protokoll se jippermetti lill-Kroazja tibbenefika mill-Ftehim tal-Erba’ Partijiet li joħloq kundizzjonijiet ugwali u uniformi għall-aċċess għas-suq u jservi bħala bażi għal arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni regolatorja u għall-konverġenza f’oqsma essenzjali għat-tħaddim sikur, sigur u effiċjenti tas-servizzi bl-ajru. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni.
•Proporzjonalità
Il-Protokoll huwa limitat għat-trattament tal-kwistjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim tal-Erba’ Partijiet u ma jindirizzax kwistjonijiet oħra.
•Għażla tal-istrument
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
•Valutazzjoni tal-impatt
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
•Drittijiet fundamentali
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.
5.ELEMENTI OĦRA
•Sommarju tal-ftehim propost
Il-Protokoll jikkonsisti minn test ewlieni li jipprevedi l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim tal-Erba’ Partijiet u l-emendi konsegwenzjali għal dak il-ftehim, u Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-awtentikazzjoni ta’ verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali.
2019/0259 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Kummissjoni nnegozjat Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 13351/12 tal-14 ta’ Settembru 2012 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati.
(2)In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Protokoll fit-8 ta’ Marzu 2019.
(3)Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha f’konformità mal-Artikolu 6 tiegħu, soġġett għall-konklużjoni tiegħu iktar ’il quddiem.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jiddeżinja l-persuna/i li bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 3
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha f’konformità mal-Artikolu 6 tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.11.2019
COM(2019) 586 final
ANNESSI
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Anness 1
PROTOKOLL
Li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Uniti”),
bħala l-ewwel parti;
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
L-UNGERIJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
MALTA,
IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Membri”),
u
L-UNJONI EWROPEA,
bħala t-tieni parti;
L-IŻLANDA,
bħala t-tielet parti; u
R-RENJU TAN-NORVEĠJA (minn hawn ’il quddiem, “in-Norveġja”),
bħala r-raba’ parti;
Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011 (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim tal-2011”), għandu japplika għar-Repubblika tal-Kroazja bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
L-Artikolu 2 tal-Ftehim tal-2011 għandu jitħassar fl-intier tiegħu u għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“ARTIKOLU 2
Applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat bil-Protokolli
u l-Anness ta’ dan il-Ftehim
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007 (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru”), kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, u kif emendat b’mod ulterjuri bil-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, iffirmat fi ________ 2019 (minn hawn ’il quddiem, “il-Protokolli”), li b’dan huma inkorporati b’referenza, għandhom japplikaw għall-Partijiet kollha ta’ dan il-Ftehim, soġġetti għall-Anness ta’ dan il-Ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat bil-Protokolli, għandhom japplikaw għall-Iżlanda u għan-Norveġja daqslikieku kienu Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk l-Iżlanda u n-Norveġja għandu jkollhom id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Istati Membri abbażi ta’ dak il-ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Anness ta’ dan il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.”
Artikolu 3
Ir-referenzi kollha għal “il-Protokoll” fl-Anness tal-Ftehim tal-2011 għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għal “il-Protokolli”.
Artikolu 4
Il-paragrafu 6 tal-Anness tal-Ftehim tal-2011 għandu jitħassar fl-intier tiegħu u għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“6. It-test tat-Taqsima 3 tal-Anness I tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat bil-Protokolli, għandu jinqara kif ġej:
“Minkejja l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, il-linji tal-ajru tal-Istati Uniti ma għandux ikollhom id-dritt li jipprovdu servizzi li jġorru merkanzija biss, li ma jkunux parti minn servizz li jaqdi lill-Istati Uniti, lejn l-Istati Membri jew minn punti fihom, għajr lejn ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika Slovakka, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, jew minn punti fihom.””
Artikolu 5
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-iktar waħda tard minn dawn li ġejjin:
1. id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-2011;
2. id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, iffirmat fi ________ 2019; u
3. xahar wara d-data tal-aħħar nota tal-iskambji ta’ noti diplomatiċi fost il-Partijiet li jikkonfermaw li tlestew il-proċeduri neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 6
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Protokoll b’mod proviżorju, sa fejn permess skont il-liġi domestika applikabbli, mid-data tal-firma.
Magħmul fi …………, b’erba’ kopji, fi …………. 2019.
Għall-Istati Uniti tal-Amerka:
Għar-Repubblika tal-Awstrija,
għar-Renju tal-Belġju,
għar-Repubblika tal-Bulgarija,
għar-Repubblika tal-Kroazja,
għar-Repubblika ta’ Ċipru,
għar-Repubblika Ċeka,
għar-Renju tad-Danimarka,
għar-Repubblika tal-Estonja,
għar-Repubblika tal-Finlandja,
għar-Repubblika Franċiża,
għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,
għar-Repubblika Ellenika,
għall-Ungerija,
għall-Irlanda,
għar-Repubblika Taljana,
għar-Repubblika tal-Latvja,
għar-Repubblika tal-Litwanja,
għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu,
għal Malta;
għar-Renju tan-Netherlands,
għar-Repubblika tal-Polonja,
għar-Repubblika Portugiża,
għar-Rumanija,
għar-Repubblika Slovakka,
għar-Repubblika tas-Slovenja,
għar-Renju ta’ Spanja,
għar-Renju tal-Iżvezja,
għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u
għall-Unjoni Ewropea:
Għall-Iżlanda:
Għar-Renju tan-Norveġja:
Anness 2
Dikjarazzjoni Konġunta
Ir-Rappreżentanti tal-Istati Uniti tal-Amerka, tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, tal-Iżlanda u tar-Renju Unit kkonfermaw li t-test tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, iffirmat fi ______ 2019 (“il-Protokoll”), irid jiġi awtentikat f’lingwi oħra kif previst permezz ta’ skambju ta’ ittri, qabel l-iffirmar tal-Protokoll, jew b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, wara l-iffirmar tal-Protokoll.
Ir-Rappreżentanti kkonfermaw ukoll li l-kliem “lingwi oħra” fid-Dikjarazzjoni Konġunta li tifforma parti mill-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, jirreferi wkoll għal-lingwi tal-Istati Membri li jaderixxu fl-Unjoni Ewropea.
Din id-Dikjarazzjoni Konġunta hija parti integrali tal-Protokoll.
Għall-Istati Uniti tal-Amerka:
Għall-Unjoni Ewropea
u għall-Istati Membri tagħha:
Għall-Iżlanda:
Għar-Renju tan-Norveġja: