Brussell, 31.10.2019

COM(2019) 581 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)    it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Ewwel parti: Tqassim tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (2014 sa 2020)”; 

(2)    taħt it-tabella jiżdiedu t-titlu u l-kolonna li ġejjin:

“It-Tieni parti: Tqassim tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (2021) 

(prezzijiet kurrenti f’EUR)

2021

Il-Belġju

67 178 046

Il-Bulgarija

281 711 396

Iċ-Ċekja

258 773 203

Id-Danimarka

75 812 623

Il-Ġermanja

989 924 996

L-Estonja

87 875 887

L-Irlanda

264 670 951

Il-Greċja

509 591 606

Spanja

1 001 202 880

Franza

1 209 259 199

Il-Kroazja

281 341 503

L-Italja

1 270 310 371

Ċipru

15 987 284

Il-Latvja

117 307 269

Il-Litwanja

195 182 517

Il-Lussemburgu

12 290 956

L-Ungerija

416 202 472

Malta

12 207 322

In-Netherlands

73 151 195

L-Awstrija

480 467 031

Il-Polonja

1 317 890 530

Il-Portugall

493 214 858

Ir-Rumanija

965 503 339

Is-Slovenja

102 248 788

Is-Slovakkja

227 682 721

Il-Finlandja

292 021 227

L-Iżvezja

211 550 876

Total tal-UE

11 230 561 046

Assistenza Teknika

28 146 770

Total

11 258 707 816

ANNESS II

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati kif ġej:

(1)    fl-Anness II, tiżdied il-kolonna li ġejja:

   

2021

485 604

773 772

838 844

846 125

4 823 108

167 722

1 163 938

1 856 029

4 710 172

7 147 787

344 340

3 560 186

46 750

299 634

510 820

32 131

1 219 770

4 507

703 870

664 820

2 972 978

584 650

1 856 173

129 053

383 806

506 000

672 761

”; 

(2)    fl-Anness III, tiżdied il-kolonna li ġejja:

   

2021

485,6

776,3

838,8

846,1

4 823,1

167,7

1 163,9

2 036,6

4 768,7

7 147,8

344,3

3 560,2

46,8

299,6

510,8

32,1

1 219,8

4,5

703,9

664,8

2 973,0

584,8

1 856,2

129,1

383,8

506,0

672,8

ANNESS III

“ANNESS VI

LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PROGRAMMI TA’ APPOĠĠ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 44(1)

f’1000 EUR kull sena tal-baġit

 

2014

2015

2016

2017-2020

mill-2021 ’il quddiem

Il-Bulgarija

26 762

26 762

26 762

26 762

25 721

Iċ-Ċekja

5 155

5 155

5 155

5 155

4 954

Il-Ġermanja

38 895

38 895

38 895

38 895

37 381

Il-Greċja

23 963

23 963

23 963

23 963

23 030

Spanja

353 081

210 332

210 332

210 332

202 147

Franza

280 545

280 545

280 545

280 545

269 628

Il-Kroazja

11 885

11 885

11 885

10 832

10 410

L-Italja

336 997

336 997

336 997

336 997

323 883

Ċipru

4 646

4 646

4 646

4 646

4 465

Il-Litwanja

45

45

45

45

43

Il-Lussemburgu

588

L-Ungerija

29 103

29 103

29 103

29 103

27 970

Malta

402

L-Awstrija

13 688

13 688

13 688

13 688

13 155

Il-Portugall

65 208

65 208

65 208

65 208

62 670

Ir-Rumanija

47 700

47 700

47 700

47 700

45 844

Is-Slovenja

5 045

5 045

5 045

5 045

4 849

Is-Slovakkja

5 085

5 085

5 085

5 085

4 887

Ir-Renju Unit

120


Brussell, 31.10.2019

COM(2019) 581 final

2019/0254(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

(a)Estensjoni tal-applikabbiltà tar-regolamenti eżistenti

Il-proposti ta’ riforma tal-Kummissjoni 1 dwar il-politika agrikola komuni (PAK) lil hinn mill-2020 jipprevedu li l-Istati Membri jibdew jimplimentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2021. Dan jimplika li l-Istati Membri jippreżentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020 u li l-Kummissjoni tapprova dawn il-pjanijiet matul is-sena. Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali kemm fil-Parlament kif ukoll fil-Kunsill, huwa ċar li l-atti bażiċi u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw mhumiex se jiġu adottati formalment sa Jannar 2020 u li, għalhekk, se jkun meħtieġ li jiġi ppjanat perjodu tranżitorju.

Dan il-perjodu tranżitorju se jirrikjedi l-estensjoni tal-applikabbiltà tal-qafas legali eżistenti u l-adattamenti ta’ ċerti regoli biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-PAK sakemm tiddaħħal fis-seħħ is-sistema l-ġdida.

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, 1306/2013, 1307/2013 u 1308/2013 formalment mhumiex limitati fiż-żmien u, għalhekk, se jkomplu japplikaw sakemm jitħassru. Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 se jkompli japplika għall-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament 1305/2013.

Madankollu, ir-Regolament dwar Pagamenti Diretti (UE) Nru 1307/2013 u r-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali (UE) Nru 1305/2013 ma jinkludux l-ammont ta’ appoġġ tal-Unjoni jew il-limiti massimi nazzjonali għas-snin wara l-2020. Dan huwa minnu wkoll għar-Regolament (UE) Nru 228/2013 dwar miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u r-Regolament (UE) Nru 229/2013 dwar miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew. Għalhekk, mill-2021 ’il quddiem, dawn ir-Regolamenti fil-prattika mhux se jibqgħu japplikaw. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu emendati biex jinkludu l-ammonti/limiti massimi rilevanti, meta jiġu deċiżi għall-QFP il-ġdid għall-2021-2027. Barra minn hekk, fir-Regolament dwar Pagamenti Diretti (UE) Nru 1307/2013, ċerti regoli kienu limitati għall-perjodu sal-2019. Ir-Regolament (UE) 2019/288 li jemenda r-Regolament dwar Pagamenti Diretti jipprevedi regoli għas-sena kalendarja 2020. Dawn ir-regoli se jkollhom bżonn jiġu estiżi għal darb’oħra għall-perjodu tranżitorju. Għall-finijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, jeħtieġ li jiżdiedu wkoll ċerti regoli jew li ċerti regoli eżistenti jiġu emendati sabiex tiġi żgurata l-kontinwità.

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jipprevedi regoli fir-rigward tal-programmazzjoni 2014-2020. Peress li l-perjodu ta’ programmazzjoni attwali fl-iżvilupp rurali se jkollu jiġi estiż lil hinn minn dan il-perjodu, ċerti skadenzi regolatorji definiti f’dak ir-regolament se jkunu jeħtieġu li jiġu aġġustati kif xieraq.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-PAK stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqgħu japplikaw, iżda jenħtieġ li jsiru ċerti modifiki biex tiġi żgurata l-kontinwità fil-perjodu tranżitorju.

Din il-proposta għandha l-għan li tipprovdi ċertezza u kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ lill-bdiewa Ewropej u li tiżgura appoġġ kontinwu għall-iżvilupp rurali fil-perjodu tranżitorju għal dawk l-Istati Membri li jkunu użaw l-allokazzjonijiet tagħhom tal-FAEŻR 2014-2020 billi testendi l-qafas legali attwali sakemm il-PAK il-ġdida ssir applikabbli. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu l-adattamenti meħtieġa fil-livell nazzjonali, dawn il-bidliet jeħtieġ li jiġu adottati mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew sa nofs l-2020.

(b)It-tranżizzjoni għall-perjodu li jmiss tal-PAK

Il-PAK il-ġdida qiegħda tinbidel b’mod sinifikanti. Hemm bżonn ta’ regoli tranżitorji biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mill-perjodu attwali għall-perjodu li jmiss tal-PAK.

Fir-rigward tat-tieni pilastru, id-definizzjoni tar-regoli tranżitorji bejn iż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni tirrappreżenta prattika standard. Ġeneralment huma meħtieġa regoli tranżitorji biex jintrabtu żewġ perjodi konsekuttivi ta’ programmazzjoni. Fid-dawl tal-bidliet sinifikanti li jirriżultaw mill-proposti ta’ riforma tal-Kummissjoni, hemm ħtieġa akbar għal arranġamenti tranżitorji, b’mod partikolari rigward il-kontinwazzjoni tal-impenji pluriennali meħuda fil-perjodi ta’ programmazzjoni attwali u preċedenti.

Ir-Regolament dwar l-OKS Unika (UE) Nru 1308/2013 jistipula r-regoli għall-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli, inkluż skemi ta’ għajnuna għal setturi speċifiċi. Dan jistabbilixxi l-parametri għall-intervent fis-swieq agrikoli u għall-għoti ta’ appoġġ speċifiku lis-settur. Biex tiġi żgurata l-koerenza, ħafna mill-interventi tal-PAK il-ġdida se jkunu parti minn pjan wieħed ta’ appoġġ strateġiku tal-PAK għal kull Stat Membru, inklużi diversi interventi settorjali li qabel kienu stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Skont ir-regoli attwali, il-programmi settorjali differenti jsegwu perjodi ta’ żmien differenti. Biex tiġi żgurata l-koerenza, il-kontinwità u t-tranżizzjoni bla xkiel bejn l-iskemi ta’ għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tipi ta’ interventi settorjali skont il-PAK il-ġdida, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull waħda minn dawn l-iskemi ta’ għajnuna fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri. Għal skemi ta’ għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, jeħtieġ li jiġu rregolati l-kontinwazzjoni u l-modifika tal-programmi operattivi u tal-programmi ta’ ħidma.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta' politika

L-emendi proposti huma konsistenti mar-Regolamenti eżistenti (UE) Nru 1305/2013, 1307/2013 u 1308/2013, u għalhekk il-proposta hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika tal-PAK.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-emendi proposti huma konsistenti mal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (QFP) 2 u l-proposta għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) 3 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikoli 43(2) u l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

It-TFUE jipprevedi li l-kompetenza għall-agrikoltura tinqasam bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. L-Unjoni teżerċita l-kompetenza tagħha permezz tal-adozzjoni ta’ diversi atti leġiżlattivi, u b’hekk tiddefinixxi u timplimenta politika agrikola komuni tal-UE kif previst fl-Artikoli 38 sa 44 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġi kopert il-perjodu sakemm il-PAK il-ġdida ssir applikabbli billi jiġi estiż il-qafas legali attwali u li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mill-perjodu attwali għall-perjodu li jmiss tal-PAK. Dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu biss permezz ta’ emenda tar-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, Nru 1306/2013, Nru 1307/2013, Nru 1308/2013, Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 kif ukoll billi jiġu stipulati ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali.

Proporzjonalità

Il-proposta ma tinvolvix xi żviluppi ġodda fil-politika meta mqabbla mal-atti leġiżlattivi li għandha l-għan li temenda u l-qafas leġiżlattiv li għandha l-għan li ssir it-tranżizzjoni għalih. Il-proposta timmodifika r-Regolamenti eżistenti biss sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi deskritti hawn fuq.

Għażla tal-istrument

Peress li l-atti leġiżlattivi oriġinali huma regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-emendi jridu jiġu introdotti wkoll bħala regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-proposta tindirizza l-ħtiġijiet legali li jirriżultaw mill-applikazzjoni tard tal-PAK il-ġdida minħabba s-sitwazzjoni attwali tad-diskussjonijiet bejn l-Istituzzjonijiet fir-rigward tar-riforma tal-PAK. Mingħajr leġiżlazzjoni bħal din, il-bdiewa u benefiċjarji oħrajn tal-PAK jinsabu f’riskju li ma jirċevux appoġġ fl-2021. Huwa għalhekk li l-Istati Membri qed jitolbu lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni bħal din. Din tipproponi wkoll aġġustamenti tranżitorji li huma meħtieġa minħabba l-bidliet sinifikanti li jsiru bil-proposti ta’ riforma tal-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, valutazzjoni tal-impatt mhijiex pertinenti.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Ir-Regolamenti attwali (UE) Nru 1305/2013 dwar l-iżvilupp rurali u (UE) Nru 1307/2013 dwar pagamenti diretti ma jistipulawx allokazzjonijiet għall-perjodu tranżitorju (wara s-sena kalendarja 2020). Għalhekk, l-inizjattiva għandha impatt baġitarju fis-sens li żżid l-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali għall-perjodu tranżitorju rilevanti biex tiġi żgurata kontinwità bla xkiel. Dawn l-allokazzjonijiet huma ugwali għal dawk fil-proposta tal-Pjan tal-PAK u huma koerenti mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-QFP 2021-2027. Fejn l-Istati Membri ma jiddeċidux li jestendu l-programmi tal-iżvilupp rurali attwali tagħhom, l-allokazzjonijiet tal-FAEŻR tal-2021 se jiġu trasferiti għall-allokazzjonijiet tal-FAEŻR tal-2022 – 2025.

B’mod simili, għall-perjodu tranżitorju, l-allokazzjonijiet inklużi fir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 jeħtieġ li jiġu aġġustati biex jiġu rrispettati l-ammonti globali għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) inklużi fil-proposta tal-QFP.

Qed jiġi propost li r-riżerva għall-kriżijiet agrikoli msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tinżamm tul il-perjodu tranżitorju kollu biex tiġi żgurata l-kontinwità. Dan irid jiġi ffinanzjat permezz ta’ dixxiplina finanzjarja applikata fuq il-pagamenti diretti. Bħala tali, dan ma jinvolvix nefqa addizzjonali.

Din il-proposta hija newtrali f’termini ta’ impenji baġitarji globali. L-impatt fir-rigward tal-iskeda stmata għall-approprjazzjonijiet għal pagament se jiddependi fuq id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-estensjoni tal-programmi attwali ta’ żvilupp rurali.

Bl-istess mod, kwalunkwe deċiżjoni tal-Istati Membri li jittrasferixxu fondi bejn il-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali se tkun newtrali f’termini ta’ impenji baġitarji globali iżda jista’ jkollha impatt f’termini taż-żmien meta jsiru l-pagamenti li madankollu ma jistgħux jiġu stmati.

Aktar dettalji dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ din il-proposta huma pprovduti fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża mal-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Is-sistema eżistenti bil-pjanijiet inerenti tagħha ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u rapportar tiġi estiża.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux rilevanti.



Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tikkonċerna seba’ regolamenti:

·Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (minn hawn ’il quddiem: CPR)

·Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolament RD)

·Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolament Orizzontali)

·Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolament DP)

·Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolament dwar l-OKS)

·Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006

·Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006

Il-proposta hija maqsuma f’żewġ titoli.

L-ewwel titolu jinkludi erba’ kapitoli, li jkopru dispożizzjonijiet li jestendu l-qafas legali attwali sabiex jiġi kopert il-perjodu addizzjonali sakemm ikun applikabbli l-Pjan tal-PAK u dispożizzjonijiet tranżizzjonali speċifiċi sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mill-perjodu attwali għall-perjodu li jmiss tal-PAK.

It-tieni titolu jkopri prinċipalment dispożizzjonijiet li jestendu l-qafas legali attwali.

It-Titolu I jistabbilixxi dispożizzjonijiet awtonomi ġodda.

It-Titolu II jemenda d-dispożizzjonijiet eżistenti.

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (CPR)

Huwa meħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li jistabbilixxi regoli komuni għal diversi fondi, fosthom il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), ikompli japplika għall-programmi appoġġjati mill-FAEŻR għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 kif ukoll għal dawk il-programmi appoġġjati mill-FAEŻR li l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu għall-perjodu tranżitorju. F’dan ir-rigward, ċerti skadenzi regolatorji jeħtieġ li jiġu adattati biex ikopru l-perjodu tranżitorju.

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

L-emendi proposti għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jikkonċernaw l-estensjoni fakultattiva tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2014-2020 b’sena oħra. Dawn jinkludu l-ammonti rilevanti tal-appoġġ tal-Unjoni għall-perjodu estiż wara l-2020 f’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-QFP 2021-2027.

Din il-proposta tiżgura wkoll li l-impenji pluriennali mill-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (l-Artikoli 28, 29 u 33) jistgħu jitkomplew fil-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid. L-Istati Membri se jkollhom jiddeterminaw perjodu iqsar għal impenji ġodda.

Barra minn hekk, dan jiżgura l-finanzjament kontinwu ta’ impenji bbażati fuq ir-regoli attwali kif ukoll dawk preċedenti bil-pakketti finanzjarji tal-FAEŻR tal-perjodu li jmiss.

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

L-aġġustament ewlieni jikkonċerna r-riżerva għall-kriżijiet agrikoli msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li hija proposta li għandha tinżamm matul il-perjodu tranżitorju biex tiġi żgurata l-kontinwità. Il-proposta tindirizza wkoll ċerti skadenzi regolatorji li jeħtieġ li jiġu adattati biex ikopru l-perjodu tranżitorju.

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Ir-Regolament bħalissa jinkludi limiti massimi nazzjonali u netti għall-pagamenti diretti sas-sena kalendarja 2020, bit-tali sena inkluża. Għalhekk, jenħtieġ li jiżdiedu l-limiti massimi għas-sena kalendarja 2021 u l-ammonti ta’ referenza għall-pagament speċifiku għall-għelejjel fil-każ tal-qoton għas-sena kalendarja 2021 jenħtieġ li jiġu adattati wkoll. Il-proposta għandha wkoll l-għan li tindirizza l-iżbalji li saru mill-Istati Membri fl-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament, kemm fir-rigward tal-għadd kif ukoll fir-rigward tal-valur tad-drittijiet għall-pagament. Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li mill-2021 tad-drittijiet għall-pagament jiġu regolarizzati. Il-proposta tinkludi l-possibbiltà li l-Istati Membri jkomplu jittrasferixxu l-fondi bejn il-pilastri wara s-sena kalendarja 2020. Din tagħmel ukoll l-għażla għall-Istati Membri li jkomplu l-proċess ta’ konverġenza interna wara l-2019, waħda espliċita. Din tipprevedi l-estensjoni tal-SAPS fil-perjodu tranżitorju.

Ir-Regolament (UE) 1308/2013

L-emendi proposti għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jaġġustaw l-ammonti ta’ appoġġ tal-Unjoni għal skemi ta’ għajnuna speċifiċi għall-perjodu tranżitorju f’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2021-2027. Dawn jistipulaw ukoll regoli dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull waħda minn dawn l-iskemi ta’ għajnuna fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tal-Pjanijiet Strateġiċi futuri għall-PAK tal-Istati Membri u għal skemi ta’ għajnuna f’ċerti setturi, regoli dwar il-kontinwazzjoni u l-modifika tal-programmi operattivi u l-programmi ta’ ħidma.

Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013

L-emendi proposti għar-Regolament (UE) Nru 228/2013 jikkonċernaw l-ammonti rilevanti ta’ appoġġ tal-Unjoni disponibbli għal miżuri speċifiċi għall-perjodu tranżitorju f’konformità mal-QFP 2021-2027.

Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013

L-emendi proposti għar-Regolament (UE) Nru 229/2013 jikkonċernaw l-ammonti rilevanti ta’ appoġġ tal-Unjoni disponibbli għal miżuri speċifiċi għall-perjodu tranżitorju f’konformità mal-QFP 2021-2027.

2019/0254 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 4 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 5 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni 6 dwar il-politika agrikola komuni (PAK) wara l-2020 kellhom l-għan li jagħmlu l-PAK aktar reattiva għall-isfidi attwali u futuri bħat-tibdil fil-klima jew it-tiġdid ġenerazzjonali, filwaqt li jkomplu jappoġġjaw lill-bdiewa fl-Unjoni għal settur agrikolu sostenibbli u kompetittiv. Dawn il-proposti huma marbuta mill-qrib mal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-Unjoni għas-snin 2021 sal-2027.

(2)Il-Kummissjoni pproponiet li torbot il-PAK mal-implimentazzjoni tal-prestazzjoni (“mudell ta’ implimentazzjoni”). Skont il-qafas legali l-ġdid, l-Unjoni trid tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħall-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jridu jerfgħu responsabbiltà akbar fir-rigward ta’ kif jilħqu l-objettivi u jiksbu l-miri. Għalhekk, l-Istati Membri jridu jfasslu Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, li jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni u implimentati mill-Istati Membri.

(3)Il-proċedura leġiżlattiva ma ġietx konkluża fil-ħin biex tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jħejju l-elementi kollha meħtieġa biex japplikaw il-qafas legali l-ġdid u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mill-1 ta’ Jannar 2021, kif kien propost inizjalment mill-Kummissjoni.

(4)Għalhekk, sabiex jiġi żgurat li jista’ jingħata appoġġ lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħrajn mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-2021, l-Unjoni jenħtieġ li tkompli tagħti tali appoġġ għal sena oħra skont il-kundizzjonijiet tal-qafas legali eżistenti, li jkopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. Il-qafas legali eżistenti huwa stipulat b’mod partikolari fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 7 , (UE) Nru 1305/2013 8 , (UE) Nru 1306/2013 9 , (UE) Nru 1307/2013 10 , (UE) Nru 1308/2013 11 , (UE) Nru 228/2013 12 u (UE) Nru 229/2013 13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni minn skemi ta’ appoġġ eżistenti għall-qafas legali l-ġdid li jkopri l-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2022, jenħtieġ li jiġu stipulati regoli li jirregolaw kif ċertu appoġġ mogħti fuq bażi pluriennali se jiġi integrat fil-qafas legali l-ġdid.

(5)Fid-dawl tal-fatt li l-Unjoni jenħtieġ li tkompli tappoġġja l-iżvilupp rurali fl-2021, l-Istati Membri, li juru r-riskju li jispiċċawlhom il-fondi u li ma jkunux jistgħu jwettqu impenji legali ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jestendu l-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom jew uħud mill-programmi ta’ żvilupp rurali reġjonali tagħhom appoġġjati mill-FAEŻR sal-31 ta’ Diċembru 2021 u li jiffinanzjaw dawn il-programmi estiżi mill-allokazzjoni baġitarja korrispondenti għas-sena 2021. Il-programmi estiżi jenħtieġ li jkollhom l-għan li jżommu tal-anqas l-istess livell ġenerali ta’ ambizzjoni ambjentali u klimatika.

(6)Peress li ċerti Stati Membri jista’ jkun għad għandhom fondi pprovduti mill-Unjoni fis-snin ta’ qabel, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li ma jestendux il-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom jew li ma jestendux uħud mill-programmi ta’ żvilupp rurali reġjonali tagħhom. Dawn l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jittrasferixxu l-allokazzjoni baġitarja tal-FAEŻR għall-2021 jew il-parti tal-allokazzjoni baġitarja tal-FAEŻR li tikkorrispondi għall-programmi ta’ żvilupp reġjonali rurali li ma jkunux ġew estiżi, għall-allokazzjonijiet finanzjarji għas-snin mill-2022 sal-2025, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) …/…[Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027] 14 .

(7)Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tipprovdi l-ippjanar finanzjarju meħtieġ u l-aġġustamenti korrispondenti tat-tqassim annwali tal-appoġġ tal-Unjoni stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jekk jiddeċiedu li jestendu l-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom u, fil-każ ta’ programmi ta’ żvilupp rurali reġjonali, liema minn dawn il-programmi jiddeċiedu li jestendu, u konsegwentement, liema ammont korrispondenti tal-allokazzjoni baġitarja għall-2021 ma jridx jiġi ttrasferit għas-snin ta’ wara.

(8)Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistipula regoli komuni applikabbli għall-FAEŻR u għal ċerti Fondi oħrajn, li joperaw taħt qafas komuni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli japplika għall-programmi appoġġjati mill-FAEŻR għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 kif ukoll għal dawk il-programmi appoġġjati mill-FAEŻR li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu dan il-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2021. Għal dawn l-Istati Membri, il-Ftehim ta’ Sħubija mfassal għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jenħtieġ li jibqa’ jintuża bħala dokument strateġiku mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-appoġġ mogħti mill-FAEŻR għas-sena ta’ programmazzjoni 2021.

(9)Ċerti skadenzi stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-rapporti ta’ implimentazzjoni, tal-laqgħat annwali ta’ rieżami, tal-evalwazzjonijiet ex-post u tar-rapporti ta’ sinteżi, tal-eliġibbiltà tan-nefqa u d-diżimpenn kif ukoll tal-impenji baġitarji huma limitati għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Dawn l-iskadenzi jenħtieġ li jiġu adattati biex jitqies it-tul ta’ żmien estiż tal-perjodu li matulu jistgħu jiġu implimentati l-programmi relatati mal-appoġġ mill-FAEŻR.

(10)Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 16 jipprevedu li n-nefqa għal ċerti impenji fit-tul meħuda skont ċerti regolamenti li taw appoġġ għall-iżvilupp rurali qabel ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jenħtieġ li tibqa’ titħallas mill-FAEŻR fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 taħt ċerti kundizzjonijiet. Din in-nefqa jenħtieġ li tkompli tkun eliġibbli wkoll għat-tul tal-impenn legali rispettiv tagħhom bl-istess kundizzjonijiet fis-sena ta’ programmazzjoni 2021. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-impenji legali meħuda skont miżuri li jikkorrispondu għall-miżuri tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li għalihom tapplika s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal din is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u li l-pagamenti relatati ma’ dawn l-impenji legali jridu jsiru fil-perjodu mill-1 ta’ Diċembru sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara.

(11)Għal raġunijiet ta’ koerenza mal-Fondi l-oħra rregolati mir-Regolament (UE) XXXX/XXXX [CPR ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] 17 . , il-FAEŻR jenħtieġ li jkun jista’ jappoġġja l-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità stabbilit f’konformità mar-regoli l-ġodda stipulati f’dak ir-Regolament.

(12)Fl-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament (jew fil-kalkolu mill-ġdid għall-Istati Membri li jżommu d-drittijiet eżistenti) fl-2015 skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, xi Stati Membri għamlu żbalji fl-istabbiliment tan-numru jew tal-valur tad-drittijiet għall-pagament. Ħafna minn dawn l-iżbalji, anke meta seħħew għal bidwi wieħed, jinfluwenzaw il-valur tad-drittijiet għall-pagament għall-bdiewa kollha u għas-snin kollha. Xi Stati Membri għamlu żbalji anke wara l-2015, meta allokaw drittijiet mir-riżerva (eż. fil-kalkolu tal-valur medju). Normalment, dawn in-nuqqasijiet ta’ konformità jkunu soġġetti għal korrezzjoni finanzjarja sakemm jittieħdu miżuri korrettivi mill-Istat Membru kkonċernat. Fid-dawl taż-żmien li għadda mill-ewwel allokazzjoni, l-isforzi li għamlu l-Istati Membri biex jistabbilixxu, u fejn rilevanti, jikkoreġu d-drittijiet, u anke fl-interess taċ-ċertezza legali, l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament jenħtieġ li jitqiesu bħala legali u regolari b’effett minn ċerta data.

(13)Madankollu, il-konferma tad-drittijiet għall-pagament ma tirrappreżentax eżenzjoni mir-responsabbiltà tal-Istati Membri taħt il-ġestjoni kondiviża tal-FAEG biex jiżguraw il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni minn nefqa irregolari. Għalhekk, il-konferma tad-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa qabel l-1 ta’ Jannar 2020, mill-1 ta’ Jannar 2021, jenħtieġ li ma tippreġudikax is-setgħa tal-Kummissjoni li tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’rabta ma’ pagamenti irregolari mogħtija fir-rigward ta’ kwalunkwe sena kalendarja sal-2020, bit-tali sena inkluża, li jirriżultaw minn żbalji fl-għadd jew fil-valur ta’ dawn id-drittijiet għall-pagament.

(14)Fid-dawl tal-fatt li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li għandhom jitħejjew mill-Istati Membri skont il-qafas legali l-ġdid għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022, jenħtieġ li jiġu stipulati regoli tranżitorji biex jirregolaw it-tranżizzjoni minn skemi ta’ appoġġ eżistenti għall-qafas legali l-ġdid, b’mod partikolari r-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  18 [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

(15)Ċerta nefqa għal ċerti impenji fit-tul meħuda skont ir-Regolamenti li taw appoġġ għall-iżvilupp rurali qabel ir-Regolament (UE) 1305/2013 kienet għadha eliġibbli fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Bl-eċċezzjoni ta’ każijiet fejn ikun għadda ż-żmien ta’ dawn l-impenji fit-tul, din in-nefqa jenħtieġ li tibqa’ eliġibbli matul il-perjodu kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK għat-tul ta’ żmien tal-impenji legali rispettivi soġġetti għar-rata ta’ kontribuzzjoni applikabbli f’dan il-perjodu u diment li tiddaħħal fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u li n-nefqa titħallas skont ir-Regolament (UE) [HzR]. L-istess jenħtieġ li japplika għal ċerti impenji fit-tul meħuda skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013. F’dan il-kuntest jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-impenji legali meħuda skont miżuri li jikkorrispondu għal tipi ta’ interventi bbażati fuq iż-żona u l-annimal iddeterminati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jkunu soġġetti għas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u li l-pagamenti relatati ma’ dawn l-impenji legali jridu jsiru fil-perjodu mill-1 ta’ Diċembru sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara.

(16)Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula regoli għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u jinkludi ċerti skemi ta’ għajnuna fl-Artikoli 29 sa 60. Dawn l-iskemi ta’ għajnuna jenħtieġ li jiġu integrati fil-Pjanijiet Strateġiċi futuri tal-PAK tal-Istati Membri bħala interventi settorjali msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Biex jiġu żgurati l-koerenza, il-kontinwità u t-tranżizzjoni bla xkiel bejn dawk l-iskemi ta’ għajnuna tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tipi ta’ interventi settorjali tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull waħda minn dawk l-iskemi ta’ għajnuna fir-rigward tad-data minn meta l-Pjanijiet Strateġiċi futuri tal-PAK tal-Istati Membri jkollhom effetti legali.

(17)Fir-rigward tal-iskema ta’ għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, il-programmi ta’ ħidma eżistenti mfassla għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2021 jenħtieġ li jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021. Għal skemi ta’ għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar il-modifika jew is-sostituzzjoni ta’ programmi operattivi.

(18)Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità fir-rigward tal-iskemi ta’ għajnuna fis-settur tal-inbid u s-settur tal-apikultura, jeħtieġ li jiġu stipulati regoli li jippermettu li dawn l-iskemi ta’ għajnuna jkomplu jiġu implimentati sa tmiem il-perjodi ta’ programmazzjoni rispettivi tagħhom. Għalhekk, għal dan il-perjodu, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jenħtieġ li jkomplu japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara l-31 ta’ Diċembru 2021 u sa tmiem dawk l-iskemi ta’ għajnuna.

(19)Sabiex jiġi limitat it-trasferiment sinifikanti ta’ impenji mill-perjodu ta’ programmazzjoni attwali għall-iżvilupp rurali għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, it-tul tal-impenji pluriennali ġodda fir-rigward tal-klima agroambjentali, tal-biedja organika u tal-ambjent forestali jenħtieġ li jkun limitat għal perjodu massimu ta’ tliet snin. L-estensjoni tal-impenji eżistenti jenħtieġ li tkun limitata għal sena.

(20)Il-FAEŻR jenħtieġ li jkun f’pożizzjoni li jappoġġja l-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità stabbilit f’konformità mar-regoli l-ġodda stipulati mir-Regolament (UE) XXXX/XXXX [CPR ġdid]. Madankollu, sabiex jiġu evitati fondi mhux minfuqa għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità fis-sena ta’ programmazzjoni 2021, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jestendu l-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2021 u li jużaw ukoll il-possibbiltà li jittrasferixxu l-ammonti minn pagamenti diretti għall-iżvilupp rurali, jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw l-allokazzjoni minima ta’ 5 % għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità biss għall-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali estiż sal-31 ta’ Diċembru 2021 ikkalkulat qabel ma jkun sar it-trasferiment tal-ammonti mill-pagament dirett.

(21)Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-perjodu tranżitorju, jenħtieġ li tinżamm ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu għall-2021 u jenħtieġ li jiġi inkluż l-ammont rilevanti tar-riżerva għall-2021.

(22)Fir-rigward tal-arranġamenti ta’ prefinanzjament mill-FAEŻR, jenħtieġ li jiġi ċċarat li fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021, dan jenħtieġ li ma jwassalx għal xi prefinanzjament addizzjonali mogħti għall-programmi kkonċernati.

(23)L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bħalissa jipprevedi biss l-obbligu ta’ notifika għall-Istati Membri fir-rigward tad-deċiżjonijiet tagħhom u l-prodott stmat relatat mat-tnaqqis tal-parti tal-ammont ta’ pagamenti diretti li għandhom jingħataw lil bidwi għal sena kalendarja partikolari li jaqbeż EUR 150 000 għas-snin 2015 sal-2020. Bil-għan li tiġi żgurata kontinwazzjoni tas-sistema eżistenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw ukoll id-deċiżjonijiet tagħhom u l-prodott stmat tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2021.

(24)L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermetti lill-Istati Membri jittrasferixxu fondi bejn il-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali fir-rigward tas-snin kalendarji 2014 sal-2020. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-istrateġija tagħhom stess, il-flessibbiltà bejn il-pilastri jenħtieġ li ssir disponibbli wkoll għas-sena kalendarja 2021 (jiġifieri s-sena finanzjarja 2022).

(25)Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji skont l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji skont l-iskema għas-sena kalendarja 2021 sal-1 ta’ Awwissu 2020.

(26)L-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi aġġustament lineari tal-valur tad-drittijiet f’każ ta’ bidla fil-limitu massimu għall-iskema ta’ pagament bażiku minn sena għall-oħra minħabba ċerti deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri u li jaffettwaw il-limitu massimu għall-iskema ta’ pagament bażiku. L-estensjoni tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament dwar il-limiti massimi nazzjonali wara s-sena kalendarja 2020 u l-bidliet annwali possibbli minn din id-data jista’ jkollhom impatt fuq il-limitu massimu għall-iskema ta’ pagament bażiku. Għalhekk, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrispettaw l-obbligu li t-total tal-valur tad-drittijiet u r-riżerva/i jkun ugwali għal-limitu massimu għall-iskema ta’ pagament bażiku stipulata fl-Artikolu 22(4) ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi previst aġġustament lineari biex jadatta għall-estensjoni tal-Anness II jew għall-bidliet fih matul il-perjodu tranżitorju. Barra minn hekk, sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà akbar lill-Istati Membri, jidher li huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jadattaw il-valur tad-drittijiet jew tar-riżerva, possibbilment b’rati differenti ta’ aġġustament.

(27)F’konformità mal-qafas legali attwali, l-Istati Membri fl-2014 innotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom sas-sena kalendarja 2020, dwar id-diviżjoni tal-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku bejn ir-reġjuni u l-modifiki progressivi annwali possibbli għall-perjodu kopert mir-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw ukoll dawk id-deċiżjonijiet għas-sena kalendarja 2021.

(28)Il-mekkaniżmu ta’ konverġenza interna huwa l-proċess ewlieni għal distribuzzjoni aktar ekwa ta’ appoġġ dirett għad-dħul fost il-bdiewa. Differenzi individwali sinifikanti bbażati fuq referenzi storiċi antiki jsiru aktar u aktar diffiċli biex jiġu ġġustifikati. Fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-mudell bażiku ta’ konverġenza interna jikkonsisti fl-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ rata fissa uniformi għad-drittijiet għall-pagament kollha, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, mill-2015. Madankollu, għall-finijiet tal-iżgurar ta’ tranżizzjoni aktar bla xkiel għal valur uniformi, ġiet stabbilita deroga li tippermetti lill-Istati Membri jiddifferenzjaw il-valuri tad-drittijiet għall-pagament billi japplikaw konverġenza parzjali, li tissejjaħ ukoll il-“mudell mina”, bejn l-2015 u l-2019. Xi Stati Membri għamlu użu minn din id-deroga. Sabiex jitkompla l-proċess lejn distribuzzjoni aktar ekwa tal-pagamenti diretti, l-Istati Membri jistgħu jikkonverġu aktar lejn medja nazzjonali jew reġjonali wara l-2019 minflok ma jmorru għal rata fissa uniformi jew iżommu l-valur tad-drittijiet fil-livell tagħhom tal-2019. Dawn jenħtieġ li jinnotifikaw kull sena d-deċiżjoni tagħhom għas-sena ta’ wara.

(29)L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi l-modifiki progressivi annwali fil-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva biex jirriflettu l-passi annwali tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, li jirriflettu l-ġestjoni “pluriennali” tar-riżerva. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jiġu adattati sabiex jirriflettu li huwa possibbli li jiġu emendati kemm il-valur tad-drittijiet allokati kollha kif ukoll tar-riżerva biex jaġġustaw għal bidla fl-ammont f’dak l-Anness II bejn sentejn. Barra minn hekk, f’xi Stati Membri li ma laħqux rata fissa sal-2019, il-konverġenza interna tiġi implimentata fuq bażi annwali. Għas-snin kalendarji 2020 u 2021, il-valur tad-drittijiet għall-pagament tas-sena attwali biss jeħtieġ li jiġi ddeterminat fis-sena tal-allokazzjoni. Il-valur tal-unità tad-drittijiet li jridu jiġu allokati mir-riżerva f’sena partikolari jenħtieġ li jiġi kkalkulat wara aġġustament possibbli tar-riżerva f’konformità mal-Artikolu 22(5) ta’ dak ir-Regolament. Fi kwalunkwe sena sussegwenti, il-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva jenħtieġ li jiġi adattat f’konformità ma’ dak l-Artikolu 22(5).

(30)L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (SPUE) sal-31 ta’ Diċembru 2020. Ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK (UE) …/… [Ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK] jippermetti lill-Istati Membri jimplimentaw appoġġ għall-introjtu bażiku bl-istess modalitajiet, jiġifieri mingħajr l-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament abbażi ta’ referenzi storiċi. Għalhekk, huwa xieraq li fl-2021 is-SPUE tkun tista’ tiġi estiża.

(31)Għall-finijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermettu lill-Istati Membri jirrieżaminaw, fuq bażi annwali, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-pagament ridistributtiv.

(32)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 jiġu emendati kif xieraq.

(33)Fir-rigward tal-kjarifika dwar il-konverġenza mis-sena 2020, il-punt 6 tal-Artikolu 10 jenħtieġ li japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2020.

(34)Barra minn hekk, l-emendi għar-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021 f’konformità mar-Regolament (UE) …/…[Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Titolu I
Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali

Kapitolu I
Applikazzjoni kontinwa tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għas-sena ta’ programmazzjoni 2021 u l-estensjoni ta’ ċerti perjodi skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1310/2013

Artikolu 1

Estensjoni tal-perjodu għall-programmi appoġġjati mill-FAEŻR

1.Għall-programmi appoġġjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), l-Istati Membri li qegħdin f’riskju, minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji, li ma jkunux jistgħu jwettqu impenji legali ġodda f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jistgħu jestendu l-perjodu stipulat fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw il-possibbiltà pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien 10 ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Fejn l-Istati Membri jkunu ssottomettew sett ta’ programmi reġjonali f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, dik in-notifika għandha tinkludi wkoll tagħrif dwar liema mill-programmi reġjonali jridu jiġu estiżi u dwar l-allokazzjoni baġitarja korrispondenti fit-tqassim annwali għas-sena 2021 kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Fejn il-Kummissjoni tqis li estensjoni tal-perjodu skont l-ewwel subparagrafu ma tkunx ġustifikata, din għandha tinforma lill-Istat Membru tagħha fi żmien sitt ġimgħat minn meta tirċievi n-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu.

In-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li titressaq talba biex jiġi emendat programm ta’ żvilupp rurali għas-sena 2021 kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din l-emenda għandu jkollha l-għan li żżomm tal-anqas l-istess livell ġenerali tan-nefqa tal-FAEŻR għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 59(6) ta’ dak ir-Regolament.

2.Għall-Istati Membri li ma jiddeċidux li jużaw il-possibbiltà prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) …/…[Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027] għandu japplika għall-allokazzjoni mhux użata għas-sena 2021 kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-possibbiltà prevista fil-paragrafu 1 biss fir-rigward ta’ ċerti programmi reġjonali, l-allokazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun l-ammont stabbilit għal dak l-Istat Membru għall-2021 fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 imnaqqas bl-allokazzjonijiet baġitarji nnotifikati f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għall-programmi reġjonali li jiġu estiżi. 

Artikolu 2

Applikazzjoni kontinwa tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-programmi

1.Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jkompli japplika għal programmi appoġġjati mill-FAEŻR skont il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u għall-programmi li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 f’konformità mal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.Għall-programmi li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 f’konformità mal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-perjodi taż-żmien jew l-iskadenzi fl-Artikoli 50(1), 51(1), 57(2), 65(2) u (4), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jiġi estiż b’sena oħra.

3.Għall-Istati Membri li jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 f’konformità mal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, il-Ftehim ta’ Sħubija mfassal għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jibqa’ jintuża bħala dokument strateġiku mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-appoġġ mogħti mill-FAEŻR għas-sena 2021.

4.Id-data finali sa meta l-Kummissjoni trid tipprepara rapport ta’ sinteżi li jispjega l-konklużjonijiet ewlenin tal-evalwazzjonijiet ex-post tal-FAEŻR stabbiliti fl-Artikolu 57(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2026.

Artikolu 3

Eliġibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ nfiq fl-2021

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, għall-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament u għall-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, in-nefqa msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 u fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 807/2014, għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR mill-allokazzjoni tal-2021 għal programmi appoġġjati mill-FAEŻR li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu tal-2014-2020 f’konformità mal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)tali nefqa tkun prevista fil-programm rispettiv tal-iżvilupp rurali għall-2021;

(b)hija applikabbli r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-miżura korrispondenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kif stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 u fl-Anness I tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 807/2014;

(c)is-sistema msemmija fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tapplika għall-impenji legali meħuda taħt miżuri li jikkorrispondu għall-appoġġ mogħti skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) u l-Artikoli 28 sa 31, 33, 34 u 40 ta’ dan ir-Regolament u l-operazzjonijiet rilevanti jiġu identifikati b’mod ċar; u

(d)il-pagamenti għall-impenji legali msemmija fil-punt (c) isiru fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Kapitolu II
Applikazzjoni tal-Artikoli 25 sa 28 tar-Regolament (UE) [CPR ĠDID] għas-sena ta’ programmazzjoni 2021

Artikolu 4

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

Għall-programmi appoġġjati mill-FAEŻR fil-perjodu 2014-2020 u għall-programmi li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 skont l-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, il-FAEŻR jista’ jappoġġja l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità li jinvolvi ħafna fondi skont l-Artikoli 25 sa 28 tar-Regolament (UE) [CPR ĠDID].

Kapitolu III
Drittijiet għall-pagament għal pagamenti diretti lill-bdiewa

Artikolu 5

Drittijiet għall-pagament definittivi

1.Id-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 għandhom jitqiesu legali u regolari mill-1 ta’ Jannar 2021. Il-valur ta’ dawn id-drittijiet li għandhom jitqiesu bħala legali u regolari għandu jkun il-valur għas-sena kalendarja 2020 validu fil-31 ta’ Diċembru 2020. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-valur tad-drittijiet għall-pagament għas-snin kalendarji 2021 ’il quddiem, b’mod partikolari l-Artikoli 22(5) u 25(12) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa abbażi ta’ applikazzjonijiet fattwalment inkorretti, ħlief f’każijiet fejn l-iżball ma setax jiġi raġonevolment identifikat mill-bidwi.

3.Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jippreġudika s-setgħa tal-Kummissjoni li tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’rabta man-nefqa mġarrba għall-pagamenti mogħtija fir-rigward tas-snin kalendarji sal-2020, b’tali sena inkluża.

Kapitolu IV
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali relatati mar-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

Taqsima 1
Żvilupp Rurali

Artikolu 6

Eliġibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ nfiq fil-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

1.In-nefqa relatata mal-impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri msemmija fl-Artikoli 23, 39 u 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 19 li qed jirċievu appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jibqgħu eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR fil-perjodu 2022-2027 kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)tali nefqa hija prevista fil-Pjan Strateġiku rispettiv tal-PAK għall-2022-2027 f’konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan tal-PAK] u hija konformi mar-Regolament (UE) [HzR];

(b)hija applikabbli r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-intervent korrispondenti stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]; Jekk ma jkunx hemm intervent korrispondenti, għandha tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Artikolu 85(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

(c)is-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) [HzR] tapplika għall-impenji legali meħuda taħt miżuri li jikkorrispondu għat-tipi ta’ interventi bbażati fuq iż-żona u l-annimal elenkati fil-Kapitoli II u IV tat-Titolu III tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u l-operazzjonijiet rilevanti jiġu identifikati b’mod ċar; u

(d)il-pagamenti għall-impenji legali msemmija fil-punt (c) isiru matul il-perjodu stipulat fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) [HzR].

2.In-nefqa relatata mal-impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri pluriennali msemmija fl-Artikoli 28, 29, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u n-nefqa relatata mal-impenji legali għal perjodu ta’ żmien lil hinn mill-1 ta’ Jannar 2024, jew lil hinn mill-1 ta’ Jannar 2025 fl-Istati Membri li ddeċidew li jestendu l-perjodu 2014-2020 f’konformità mal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikoli 14 sa 18, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 20, l-Artikoli 22 sa 27, 35, 38, 39 u 39a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR fil-perjodu 2022-2027 kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)tali nefqa hija prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rispettiv għall-2022-2027 f’konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u hija konformi mar-Regolament (UE) [HzR];

(b)hija applikabbli r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-intervent korrispondenti stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

(c)hija applikabbli s-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) [HzR] għall-impenji legali meħuda taħt miżuri li jikkorrispondu għat-tipi ta’ interventi bbażati fuq iż-żona u l-annimal elenkati fil-Kapitoli II u IV tat-Titolu III tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u l-operazzjonijiet rilevanti jiġu identifikati b’mod ċar; u

(d)il-pagamenti għall-impenji legali msemmija fil-punt (c) isiru matul il-perjodu stipulat fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) [HzR].

Taqsima 2
skemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 29 sa 60 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 7

Applikazzjoni estiża tal-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 29 sa 60 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

1.Il-programmi ta’ ħidma għall-appoġġ tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imfassla għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2021, għandhom jiġu estiżi u għandhom jintemmu fil-31 ta’ Diċembru 2021. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rilevanti rikonoxxuti skont l-Artikolu 152 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assoċjazzjonijiet rilevanti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 156 ta’ dak ir-Regolament u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rilevanti rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta’ dak ir-Regolament għandhom jimmodifikaw il-programmi ta’ ħidma tagħhom biex jikkunsidraw din l-estensjoni. Il-programmi ta’ ħidma modifikati għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.Organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta fis-settur tal-frott u l-ħxejjex li jkollha programm operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġie approvat minn Stat Membru għal tul ta’ żmien wara l-31 ta’ Diċembru 2021 għandha, sal-15 ta’ Settembru 2021, tissottometti talba lil dak l-Istat Membru sabiex il-programm operazzjonali tiegħu:

(a)jiġi modifikat biex jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]; jew

(b)jiġi sostitwit bi programm operazzjonali ġdid approvat skont ir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Fejn organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta ma tissottomettix talba bħal din sal-15 ta’ Settembru 2021, il-programm operazzjonali tagħha approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021.

3.Il-programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jintemmu fil-15 ta’ Ottubru 2023. L-Artikoli 39 sa 54 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2021 fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għal operazzjonijiet implimentati skont dak ir-Regolament qabel is-16 ta’ Ottubru 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 39 sa 52 ta’ dak ir-Regolament.

4.Il-programmi nazzjonali fis-settur tal-apikultura msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jintemmu fil-31 ta’ Lulju 2022. L-Artikoli 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2021 fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għal operazzjonijiet implimentati skont dak ir-Regolament qabel l-1 ta’ Awwissu 2022 fl-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament.

5.Mid-data li minnha Pjan Strateġiku tal-PAK għandu effetti legali f’konformità mal-Artikolu 106(7) tar-Regolament (UE) …./…. [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], it-total tal-pagamenti li jsiru f’sena finanzjarja f’kull waħda mill-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 29 sa 31 u l-Artikoli 39 sa 60 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; u fi ħdan kull tip ta’ intervent settorjali msemmi fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) …./… [ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK] ma għandux jaqbeż l-allokazzjonijiet finanzjarji stipulati għal kull sena finanzjarja għal kull tip ta’ interventi settorjali msemmi fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) …./…. [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

6.Fir-rigward tal-iskemi ta’ għajnuna msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 7(3), 9, 21, 43, 51, 52, 54, 59, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99, 100, 102(2), 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni relatati ma’ dawn l-Artikoli għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2021 b’rabta man-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara din id-data u sa tmiem l-iskemi ta’ għajnuna msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

Titolu II Emendi

Artikolu 8

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 28(5), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Sabiex jittieħdu impenji ġodda mill-2021 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu iqsar ta’ bejn sena u tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom. Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali tal-impenji wara t-tmiem tal-perjodu inizjali f’konformità mal-ewwel subparagrafu, mill-2021 l-estensjoni ma għandhiex tkun itwal minn sena. Mill-2021, għal impenji ġodda direttament wara impenn imwettaq fil-perjodu inizjali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu ta’ sena fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.”;

(2)fl-Artikolu 29(3), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Biex jittieħdu impenji ġodda mill-2021, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu iqsar ta’ bejn sena u tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom. Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali għaż-żamma tal-biedja organika wara t-tmiem tal-perjodu inizjali f’konformità mal-ewwel subparagrafu, mill-2021 l-estensjoni ma għandhiex tkun itwal minn sena. Mill-2021, għal impenji ġodda rigward il-manutenzjoni li jsegwu direttament l-impenn imwettaq fil-perjodu inizjali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu ta’ sena fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.”;

(3)fl-Artikolu 33(2) jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“Biex jittieħdu impenji ġodda mill-2021 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu iqsar ta’ bejn sena u tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom. Jekk l-Istati Membri jipprevedu tiġdid annwali ta’ impenji wara t-tmiem tal-perjodu inizjali skont l-ewwel subparagrafu, mill-2021 it-tiġdid ma għandux ikun itwal minn sena.”;

(4)fl-Artikolu 42, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u, fejn applikabbli kif imsemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) [CPR ĠDID] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, il-gruppi ta’ azzjoni lokali jistgħu wkoll iwettqu kompiti addizzjonali ddelegati lilhom mill-Awtorità ta’ Ġestjoni u/jew l-aġenzija tal-pagamenti.

-------

*    Ir-Regolament (UE) [CPR ĠDID] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] […] (ĠU …..).”;

(5)fl-Artikolu 44, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-appoġġ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u, fejn applikabbli, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) [CPR ĠDID], għandu jingħata lil:”;

(6)L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej;

(a)fil-paragrafu 1, jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5, 6 u 7, l-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali skont dan ir-Regolament għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 għandu jkun massimu ta’ EUR 11 258 707 816, fi prezzijiet kurrenti, f’konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027.”;

(b)il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi relatati mat-tqassim annwali msemmi fil-paragrafu 4, inklużi t-trasferimenti msemmija fil-paragrafi 5 u 6 u t-trasferimenti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) XXXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [Dan ir-Regolament], biex isiru aġġustamenti tekniċi mingħajr ma jinbidlu l-allokazzjonijiet ġenerali, jew biex titqies kwalunkwe bidla oħra prevista minn att leġiżlattiv wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 83 ta’ dan ir-Regolament, biex tirrieżamina l-limiti massimi stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

-----

*    Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] […] (ĠU …..).”;

(7)fl-Artikolu 59(5), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Meta l-Istati Membri jużaw il-possibbiltà prevista fis-sitt subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-perċentwali stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm ta’ żvilupp rurali mingħajr l-appoġġ addizzjonali li jsir disponibbli f’konformità mas-sitt subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013”;

(8)fl-Artikolu 75(1), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Għal programmi li għalihom Stat Membru jiddeċiedi li jestendi l-perjodu 2014-2020 f’konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) [XXXX/XXXX] [Dan ir-Regolament], dak l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni r-rapport annwali ta’ implimentazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-31 ta’ Diċembru 2025.”;

(9)fl-Artikolu 78, jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Għal programmi li għalihom Stat Membru jiddeċiedi li jestendi l-perjodu 2014-2020 f’konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) [XXXX/XXXX] [Dan ir-Regolament], dak l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni r-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-31 ta’ Diċembru 2025.”;

(10)L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.



Artikolu 9

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 25, jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“Għall-2021, l-ammont tar-riżerva għandu jkun ta’ EUR 400 miljun (bil-prezzijiet tal-2011) u għandu jiġi inkluż taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) [xxxx/xxxx]*[QFP].

-----

*    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) […] ta’ […] [li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 (ĠU …..)”;

(2)L-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 33

Impenji baġitarji

Fir-rigward tal-impenji baġitarji tal-Unjoni għal programmi ta’ żvilupp rurali, għandu japplika l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn applikabbli flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) [XXXX/XXXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [Dan ir-Regolament].

*    Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] […] (ĠU …..).”;

(3)fl-Artikolu 35, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.    Għall-programmi li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 f’konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) [XXXX/XXXX] [Dan ir-Regolament], l-ebda prefinanzjament ma għandu jingħata għall-allokazzjoni tal-2021.”;

(4)fl-Artikolu 37, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Wara li tirċievi l-aħħar rapport ta’ progress annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ żvilupp rurali, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi, abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ, il-kontijiet annwali għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni għall-programm ta’ żvilupp rurali rilevanti u tad-deċiżjoni korrispondenti dwar l-approvazzjoni. Dawn il-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data finali tal-eliġibbiltà tan-nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn applikabbli flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) [XXXX/XXXX] [Dan ir-Regolament]. Dawn għandhom ikopru n-nefqa effettwata mill-aġenzija tal-pagamenti sal-aħħar data ta’ eliġibbiltà tan-nefqa.”;

(5)fl-Artikolu 38, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Il-parti tal-impenji tal-baġit li tkun għadha miftuħa fl-aħħar data ta’ eliġibbiltà tan-nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u fejn applikabbli flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) [XXXX/XXXX] [Dan ir-Regolament], li għaliha ma tkun saret l-ebda dikjarazzjoni tal-infiq fi żmien sitt xhur minn dik id-data għandha tkun awtomatikament diżimpenjata.”.



Artikolu 10

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 11(6), jiżdied ir-raba’ subparagrafu li ġej:

“Għas-sena 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikolu u bi kwalunkwe prodott stmat ta’ tnaqqis sal-1 ta’ Awwissu 2020.”;

(2)L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej;

(a)fil-paragrafu 1, jiżdied is-seba’ subparagrafu li ġej:

“Sal-1 ta’ Awwissu 2020, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli, bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat mill-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2022, sa 15 % tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2021 stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti ta’ pagamenti diretti. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2020 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul.”;

(b)fil-paragrafu 2, jiżdied is-seba’ subparagrafu li ġej:

“Sal-1 ta’ Awwissu 2020, l-Istati Membri li ma jiħdux id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għas-sena finanzjarja 2022, jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti sa 15 %, jew fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja sa 25 %, tal-ammont allokat għall-appoġġ iffinanzjat taħt il-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2022 bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) [xxxx/xxxx]*[QFP]. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2020 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul.

-----

*    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) […] ta’ […] [li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 (ĠU …..).”;

(3)l-Artikolu 15a li ġej jiżdied fl-aħħar tal-Kapitolu 1:

“Artikolu 15a

Notifiki għas-sena kalendarja 2021

Għas-sena kalendarja 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikoli 22(2), 42(1), 49(1), 51(1) u 53(6) sal-1 ta’ Awwissu 2020.”;

(4)fl-Artikolu 22(5), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Għas-sena kalendarja 2021, jekk il-limitu massimu għal Stat Membru stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ikun differenti minn dak tas-sena preċedenti bħala riżultat ta’ bidla fl-ammont stabbilit fl-Anness II jew bħala riżultat ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn dan l-Istat Membru f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 14(1) jew (2), l-Artikolu 42(1), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 51(1), jew l-Artikolu 53, dak l-Istat Membru għandu jnaqqas jew iżid b’mod lineari l-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament u/jew inaqqas jew iżid ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali sabiex tiġi żgurata konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.”;



(5)fl-Artikolu 23(6), jiżdied ir-raba’ subparagrafu li ġej:

“Għas-sena kalendarja 2021, l-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2020 bid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.”;

(6)fl-Artikolu 25, jiżdied il-paragrafu 11 li ġej:

“11. Wara li jkunu applikaw l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 22(5), l-Istati Membri li jkunu użaw id-deroga prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet għall-pagament li għandhom il-bdiewa fil-31 ta’ Diċembru 2019 b’valur aktar baxx mill-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali għas-sena 2020 kif ikkalkulat f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiżdidilhom il-valur ta’ unità tagħhom għall-valur ta’ unità nazzjonali jew reġjonali fis-sena 2020. Iż-żieda għandha tiġi kkalkulata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-metodu ta’ kalkolu għaż-żieda deċiża mill-Istat Membru huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji;

(b) biex tiġi ffinanzjata ż-żieda, id-drittijiet kollha għall-pagament jew parti minnhom li huma proprjetà tal-bdiewa, jew li huma mikrija lilhom fil-31 ta’ Diċembru 2019, li għandhom valur ogħla mill-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fis-sena 2020 kif ikkalkulat f’konformità mat-tieni subparagrafu, għandhom jitnaqqsu. Dan it-tnaqqis għandu japplika għad-differenza bejn il-valur ta’ dawk id-drittijiet u l-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fis-sena 2020. L-applikazzjoni ta’ dan it-tnaqqis għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jistgħu jinkludu l-iffissar ta’ tnaqqis massimu.

Il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali għas-sena 2020 imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta’ pagament bażiku jkun diviż kif stabbilit f’konformità mal-Artikolu 22(1) jew 23(2) għas-sena 2020, minbarra l-ammont tar-riżerva/i nazzjonali jew reġjonali, bin-numru ta’ drittijiet għall-pagament li huma proprjetà ta’ jew li huma mikrija lill-bdiewa fil-31 ta’ Diċembru 2019.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li użaw id-deroga prevista fil-paragrafu 4 jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-valur tal-drittijiet għall-pagament ikkalkulati f’konformità ma’ dan il-paragrafu soġġett għall-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 22(5).

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-bdiewa fi żmien debitu dwar il-valur tad-drittijiet tagħhom għall-pagament kif ikkalkulati skont dan il-paragrafu.”;

(7)fl-Artikolu 25, jiżdied il-paragrafu 12 li ġej:

“12. Għas-sena kalendarja 2021, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw aktar konverġenza interna billi japplikaw il-paragrafu 11 għas-sena rispettiva.”;

(8)L-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Notifiki dwar il-valur tad-drittijiet għall-pagament u l-konverġenza

Għas-sena kalendarja 2020, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 25(11) minn [OPOCE fi żmien xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament Tranżitorju].

Għas-sena kalendarja 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 25(12) sal-1 ta’ Awwissu 2020.”;



(9)fl-Artikolu 30(8), jiżdied ir-raba’ subparagrafu li ġej:

“Għal allokazzjonijiet mir-riżerva fl-2021, l-ammont tar-riżerva li għandu jiġi eskluż skont it-tieni subparagrafu għandu jiġi aġġustat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(5). Għal allokazzjonijiet mir-riżerva fl-2021, it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika.”;

(10)fl-Artikolu 36(1), jiddaħħal it-tieni subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri li fl-2020 se japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għandhom ikomplu jagħmlu dan wara l-31 ta’ Diċembru 2020.”;

(11)fl-Artikolu 41(1) jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ qabel is-sena ta’ applikazzjoni. Dawn għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni sa din id-data.”;

(12)fl-Artikolu 42(1), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ qabel is-sena ta’ applikazzjoni. Dawn għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni sa dik id-data.”;

(13)fl-Artikolu 58, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    Għall-2020, l-ammont tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli għandu jiġi kkalkulat billi l-ħsad stabbilit fil-paragrafu 2 jiġi mmultiplikat bl-ammonti ta’ referenza li ġejjin:

Il-Bulgarija: EUR 649,45,

Il-Greċja: EUR 234,18,

Spanja: EUR 362,15,

Il-Portugall: EUR 228,00.

Għall-2020, l-ammont tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli għandu jiġi kkalkulat billi l-ħsad stabbilit fil-paragrafu 2 jiġi mmultiplikat bl-ammonti ta’ referenza li ġejjin:

Il-Bulgarija: EUR 624,11,

Il-Greċja: EUR 225,04,

Spanja: EUR 348,03,

Il-Portugall: EUR 219,09.”;

(14)L-Annessi II u III huma emendati f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Għall-2020, il-finanzjament mill-Unjoni tal-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun:

(a) EUR 11 098 000 għall-Greċja;

(b) EUR 576 000 għal Franza;

(c) EUR 35 991 000 għall-Italja.

Għall-2021, il-finanzjament mill-Unjoni għall-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun:

(a) EUR 10 666 000 għall-Greċja;

(b) EUR 554 000 għal Franza;

(c) EUR 34 590 000 għall-Italja.”;

(2)fl-Artikolu 58, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Għall-2020, il-finanzjament mill-Unjoni għall-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi previst fil-paragrafu 1 għandu jkun EUR 2 277 000 għall-Ġermanja.

Għall-2021, il-finanzjament mill-Unjoni għall-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi previst fil-paragrafu 1 għandu jkun EUR 2 188 000 għall-Ġermanja.”;

(3)L-AnnessVI huwa sostitwit bit-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 228/2013

Fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1. Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu intervent maħsub biex jistabbilizza s-swieq agrikoli fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, bl-eċċezzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikoli 22 u 24 ta’ dan ir-Regolament.

2. Fir-rigward ta’ kull sena finanzjarja, l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa total annwali ta’:

-fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 267 580 000,

-L-Azores u Madeira: EUR 102 080 000,

-Il-Gżejjer Kanarji: EUR 257 970 000.

3. L-ammonti totali allokati għal kull sena finanzjarja biex jiġu ffinanzjati l-miżuri previsti fil-Kapitolu III ma jistgħux jaqbżu l-ammonti li ġejjin:

-fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 25 900 000,

-L-Azores u Madeira: EUR 20 400 000,

-Il-Gżejjer Kanarji: EUR 69 900 000.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti li f’konformità magħhom l-Istati Membri jistgħu jemendaw l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati kull sena għall-prodotti differenti li jibbenefikaw mill-arranġamenti tal-provvista. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

--

*    Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).”.

Artikolu 13

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 229/2013

Fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa ammont ta’ EUR 23 000 000.

3. L-ammont allokat għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista msemmija fil-Kapitolu III ma għandux jaqbeż EUR 6 830 000.” .

Titolu III
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu,

il-punt (6) tal-Artikolu 10 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020;

l-Artikoli 12 u13 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

A) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (UE), (UE) Nru 229/2013 (UE) u Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fis-sena 2021 u li jemenda Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikabbiltà tagħhom fis-sena 2021

B) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena 2020

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Raggruppament ta’ programmi 8 - Il-Politika Agrikola u Marittima taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027 – Ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 20  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn xulxin/azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura l-kontinwità ta’ ċerti elementi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal perjodu tranżitorju ta’ sena mill-perjodu 2014-2020 sal-applikazzjoni tar-regoli għall-pjanijiet strateġiċi tal-PAK wara l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2018) 392 final). Spjegazzjonijiet ulterjuri huma parti mill-memorandum ta’ spjegazzjoni għal dawn il-proposti u fil-punt 1.4.1 tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu wara l-2020 COM(2018) 392 final).

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Ara l-punt 1.4.1 tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva għal COM(2018) 392 final.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux Applikabbli

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Mhux Applikabbli

1.5.Durata u impatt finanzjarju

 durata limitata

   fis-seħħ mill-01/01/2021 sal-31/12/2021

   L-impatt finanzjarju fl-2021 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn (2022 għall-pagamenti diretti) u għall-2021 u wara għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS, segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 21

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

L-ebda emenda sostantiva meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali, jiġifieri l-parti l-kbira tan-nefqa fuq il-PAK se tiġi ġestita b’ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri. Madankollu, parti żgħira ħafna se tkompli taqa’ taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-ebda emenda sostantiva meta mqabbel mal-leġiżlazzjoni eżistenti

2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Bil-ħsieb li tiġi żgurata kontinwità bla xkiel fit-tranżizzjoni meħtieġa għall-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, din il-proposta żżomm il-modi ta’ ġestjoni eżistenti permezz ta’ ġestjoni kondiviża kif ukoll il-modalitajiet ta’ pagament u ta’ kontroll għall-perjodu meħtieġ. Għalhekk, din tibni fuq is-sistemi li jaħdmu tajjeb li diġà ġew stabbiliti mill-Istati Membri.

2.2.2.Tagħrif dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern li ġew stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-livelli baxxi u kostanti tar-rati ta’ żbalji taħt il-PAK f’dawn l-aħħar snin juru li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti mill-Istati Membri jaħdmu tajjeb u jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli. Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali jipprevedu status quo fir-rigward tas-sistemi ta’ kontroll.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija ta’ riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-proposti jżommu l-istatus quo fir-rigward tal-kontrolli.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Ma ġiet proposta l-ebda bidla għall-miżuri eżistenti.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

L-ammonti inklużi fil-proposta tranżizzjonali huma konformi mal-ammonti proposti għall-PAK taħt l-Intestatura 3 fil-proposta li tkopri l-Qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2021-2027 għas-snin finanzjarji rilevanti f’COM (2018) 322 final/2.

Għalhekk, għan-nefqa relatata mas-suq iffinanzjata mill-FAEG, l-allokazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 se jiġu aġġustati għal-livell li kien propost għall-istess setturi fil-proposta dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi tal-PAK (COM(2018) 392 final), għas-sena finanzjarja 2021. Barra minn hekk l-allokazzjonijiet għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer tal-Eġew fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 huma aġġustati għal-livell diġà propost għas-sena 2021 (ara COM(2018) 394 final).

L-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti proposti għas-sena kalendarja 2021, li huma ffinanzjati fis-sena finanzjarja 2022, jammontaw għall-allokazzjonijiet proposti għat-tipi ta’ pagamenti diretti ta’ interventi għas-sena kalendarja 2021 f’COM(2018) 392 final.

Għall-finijiet li tiġi żgurata l-kontinwità tal-iżvilupp rurali, il-proposta żżid allokazzjonijiet għall-2021. Dawn huma daqs l-ammonti li ġew proposti għat-tipi ta’ interventi għall-iżvilupp rurali għall-istess sena f’COM(2018) 392 final. Fil-każ fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jestendux il-programmi ta’ żvilupp rurali 2014-2020 tagħhom, l-allokazzjonijiet mhux użati għall-2021 iridu jiġu programmati mill-ġdid għall-allokazzjonijiet tal-2022-2025 għall-Pjan strateġiku tal-PAK.

Qed jiġi propost li tinżamm ir-riżerva għall-kriżijiet agrikoli msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 kif kienet fil-perjodu 2014-2020 għall-perjodu tranżitorju.

B’mod ġenerali, din il-proposta tfisser li, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn, il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju għall-perjodu 2021-2027 meta mqabbel ma’ dak li kien propost u deskritt fid-dikjarazzjoni finanzjarja li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu wara l-2020 (COM (2018) 392 final). Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament, l-impatt potenzjali stmat huwa spjegat hawn taħt, iżda se jiddependi fuq id-deċiżjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-estensjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali 2014-2020.

L-implikazzjonijiet finanzjarji mogħtija hawn taħt jirriflettu l-bidliet stmati meta mqabbla mal-implikazzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu wara l-2020 (COM (2018) 392 final).



3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i ġdida/ġodda tan-nefqa proposta/i

Intesatatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Type of nefqa

Kontribuzzjoni

 
Intestatura 3:

Riżorsi Naturali u Ambjent

Diff./Mhux diff. 22

minn pajjiżi tal-EFTA 23

minn pajjiżi kandidati 24

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

3

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

3

Riżorsi naturali u ambjent

Għall-FAEG, il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq in-nefqa globali meta mqabbla mal-istimi deskritti fid-dikjarazzjoni finanzjarja li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu wara l-2020 (COM (2018) 392 final). Il-proposta tranżizzjonali, li tiżgura l-kontinwità ta’ għadd ta’ programmi ta’ għajnuna settorjali skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (jiġifieri frott u ħxejjex, żejt taż-żebbuġa, apikultura, inbid u ħops) sakemm dawn il-programmi jiġu integrati skont il-Pjan tal-PAK, timplika li l-impenji stmati għat-tipi settorjali ta’ interventi skont il-Pjan tal-PAK se jibqgħu bħala nefqa relatata mas-suq barra mill-Pjan tal-PAK għall-perjodu tranżitorju. L-istess japplika għall-pagamenti diretti fejn l-impenji previsti skont il-Pjan tal-PAK se jibqgħu bħala pagamenti diretti barra mill-Pjan tal-PAK għall-perjodu tranżitorju. Dawn il-bidliet, kif ukoll il-finanzjament tar-riżerva għall-kriżijiet proposta li għandha tinżamm fil-perjodu tranżitorju, huma newtrali fir-rigward tal-impenji ġenerali ta’ kull sena u għall-perjodu u għalhekk koerenti mal-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sottolimitu tal-FAEG għall-perjodu 2021 – 2027.

Fir-rigward tal-FAEŻR, il-proposta tibqa’ newtrali f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-perjodu. Id-deċiżjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-estensjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali 2014-2020 se taffettwa ż-żmien tal-impenji peress li l-allokazzjonijiet tal-FAEŻR 2021 għandhom jiġu ttrasferiti għall-allokazzjonijiet tal-FAEŻR 2022-2025 fejn ma tintalab ebda estensjoni mill-Istati Membri.

L-impatt nett fuq iż-żmien tal-approprjazzjonijiet tal-pagament ma jistax jiġi kkwantifikat fil-preżent peress li se jiddependi fuq id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jistgħu jew idewmu jew jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-pagamenti meta mqabbel maż-żmien stmat fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu wara l-2020 (COM (2018) 392 final): l-estensjonijiet tal-programmi tal-iżvilupp rurali 2014-2020 huma mistennija jaċċelleraw il-profil tal-pagamenti għall-Istati Membri/programmi partikolari filwaqt li t-trasferimenti tal-allokazzjonijiet mhux użati tal-2021 għall-allokazzjonijiet tal-2022-2025 se jdewmu l-pagamenti. B’mod ġenerali, l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti jibqgħu l-istess għall-perjodu.

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

SUBTOTAL TAL-FAEG

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

SUBTOTAL TAL-FAEŻR

Impenji

(3)

Pagamenti

(4)

TOTAL tal-approprazzjonijiet għall-PAK 

Impenji

(5)=(1+3)

Pagamenti

(6)=(2+4)



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURI

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Il-proposta ma timmodifikax l-impatt stmat fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu wara l-2020 (ara COM(2018) 392).

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

HEADING 7tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal HEADING 7tal-qafas finanzjarju pluriennali

Outside HEADING 7 25 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Other expenditure ta’ natura amministrattiva

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti minn approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Il-proposta ma timmodifikax ir-rekwiżiti stmati fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu wara l-2020 (ara COM(2018) 392).

L-istima li trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni

Delegazzjonijiet

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  26

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  27

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 28

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

67 01 & 67 02 29

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Minbarra l-linji msemmija fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu wara l-2020 (COM (2018) 392 final), il-linja baġitarja li ġejja se tiġi affettwata fil-perjodu tranżitorju

08 02 SS Pagamenti diretti barra l-Pjan tal-PAK

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kalunkwe tagħrif ieħor).

(1)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, COM/2018/392 final - 2018/0216 (COD); Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, COM/2018/393 final - 2018/0217 (COD); Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew COM/2018/394 final/2.
(2)    COM(2018) 322.
(3)    COM(2018) 375.
(4)    ĠU C , , p. .
(5)    ĠU C , , p. .
(6)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, COM/2018/392 final - 2018/0216 (COD); Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, COM(2018)393 final - 2018/0217 (COD); Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, COM(2018)394 final/2.
(7)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(8)    Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(9)    Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(10)    Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(11)    Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(12)    Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).
(13)    Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).
(14)    Ir-Regolament dwar il-QFP ĠU L , , p. .
(15)    Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 865).
(16)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1).
(17)    Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [titolu sħiħ] (ĠU L …, …, p. …).
(18)    Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Pjan Strateġiku tal-PAK] (ĠU L …, …, p. …).
(19)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
(20)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(21)    Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(22)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(23)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(24)    Pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.
(25)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(26)    AC= Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Żagħżagħ fid-Delegazzjonijiet.
(27)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(28)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.
(29)    L-impatt fuq id-dħul ma jistax jiġi kkwantifikat fil-preżent. Se ssir stima inizjali fil-qafas tal-Abbozz tal-Baġit 2021.