Brussell, 30.8.2019

COM(2019) 376 final

2019/0172(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea 1 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2011 2 u baqa’ jiġġedded b’mod taċitu minn dak iż-żmien ’l hawn. L-aħħar Protokoll tal-Ftehim, li daħal fis-seħħ fit-23 ta’ Mejju 2014, skada fit-22 ta’ Mejju 2018.

Abbażi tad-Direttivi tan-negozjati rilevanti 3 , il-Kummissjoni nnegozjat mal-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe (minn hawn ’il quddiem imsejħa “São Tomé u Príncipe”) bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll ġdid tal-Ftehim. Wara dawn in-negozjati, fis-17 ta’ April 2019 ġie inizjalat Protokoll ġdid. Il-Protokoll ikopri perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, jiġifieri mid-data tal-iffirmar tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 15 tiegħu.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Skont il-prijoritajiet tar-riforma tal-politika tas-sajd 4 , il-Protokoll il-ġdid joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u filwaqt li jħares ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT). Dan il-Protokoll il-ġdid iqis ir-riżultati ta’ evalwazzjoni tal-aħħar Protokoll (tal-2014 sal-2018) u ta’ evalwazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni dwar jekk għandux jiġi konkluż Protokoll ġdid. Dawn iż-żewġ evalwazzjonijiet saru minn esperti esterni. Il-Protokoll se jippermetti wkoll lill-Unjoni Ewropea u lil São Tomé u Príncipe jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe u se jippermettilhom jappoġġaw l-isforzi ta’ São Tomé u Príncipe biex jiżviluppaw l-ekonomija l-blu tagħhom, fl-interess taż-żewġ partijiet.

Il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:

- 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża;

- sitt bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

In-negozjar ta’ Protokoll ġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd ma’ São Tomé u Príncipe jidħol fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-UE mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (il-pajjiżi AKP), u jqis b’mod partikulari l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika magħżula hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-Artikolu 43(2) tiegħu jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd u l-Artikolu 218(5) tiegħu jistabbilixxi l-istadju tal-iffirmar tal-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u l-possibbiltà li dawn jiġu applikati b’mod provviżorju.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tidħol fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.

Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata mal-għan li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridiku, ambjentali, ekonomiku u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Artikolu 31 tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd. Hija tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2017, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tal-Protokoll attwali tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd ma’ São Tomé u Príncipe, kif ukoll evalwazzjoni ex ante tat-tiġdid potenzjali tal-Protokoll. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni huma ppreżentati f’dokument ta’ ħidma separat 5 .

Mill-evalwazzjoni ħareġ li s-settur tas-sajd għat-tonn tal-UE huwa interessat ferm fis-sajd f’São Tomé u Príncipe u li t-tiġdid tal-Protokoll jikkontribwixxi biex jissaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u biex tittejjeb il-governanza tas-sajd fir-reġjun. L-importanza taż-żona ekonomika esklużiva fil-Golf tal-Guinea tikkontribwixxi għar-rilevanza tal-Protokoll il-ġdid previst kemm għas-settur tas-sajd għat-tonn tal-UE kif ukoll għall-pajjiż sieħeb.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-Istati Membri, ir-rappreżentanti tas-settur, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili ta’ São Tomé u Príncipe ġew ikkonsultati fil-kuntest tal-evalwazzjoni. Saru wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni użat konsulent indipendenti għall-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd.

4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni Ewropea hija ta’ EUR 840 000, abbażi ta’:

(a) tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 8 000 tunnellata fis-sena, li għalih ġie stabbilit ammont marbut mal-aċċess ta’ EUR 400 000 fis-sena għall-perjodu kollu tal-Protokoll;

(b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe ta’ EUR 440 000 fis-sena għall-perjodu kollu tal-Protokoll. Dan l-appoġġ jilħaq l-għanijiet tal-politika nazzjonali b’rabta mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd kontinentali u tal-baħar ta’ São Tomé u Príncipe għall-perjodu kollu tal-Protokoll.

L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa stabbilit fil-proċedura baġitarja annwali, fosthom għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkun għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena 6 .

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ huma stabbiliti fil-Protokoll.

2019/0172 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Fit-23 ta’ Lulju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 894/2007 7 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) 8 . Dan il-Ftehim daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2011 u għadu fis-seħħ.

(2)L-aħħar Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim skada fit-22 ta’ Mejju 2018.

(3)Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tibda negozjati mar-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) Dawn in-negozjati ntemmu b’suċċess u l-Protokoll ġie inizjalat fis-17 ta’ April 2019.

(4)L-għan tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-Unjoni Ewropea u lil São Tomé u Príncipe jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe u li jippermettilhom jappoġġaw l-isforzi ta’ São Tomé u Príncipe biex jiżviluppaw is-settur tas-sajd tagħhom.

(5)Għalhekk jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(6)Sabiex il-bastimenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jibdew iwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom malajr, jenħtieġ li l-Protokoll jiġi applikat b’mod provviżorju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) huwa awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tat-tali Protokoll.

It-test tal-Protokoll li jrid jiġi ffirmat huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument ta’ setgħat sħaħ li jawtorizza lill-persuna jew lill-persuni li n-negozjatur tal-Protokoll ikun indika biex jiffirmaw il-Protokoll, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Skont l-Artikolu 15 tiegħu, jenħtieġ li dan il-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu sa ma jidħol fis-seħħ.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:

1.4.Għanijiet

1.4.1.Għanijiet ġenerali

1.4.2.Għanijiet speċifiċi

1.4.3.Riżultati u impatti mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

11 – L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

11.03 – Kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn u għall-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli (SFAs)

11.03.01 – L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:

X azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 9  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma’ azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Għanijiet

1.4.1.Għanijiet ġenerali

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-għan ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għal żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-għan li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni.

Il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-politika komuni tas-sajd u l-impenji meħudin fil-kuntest ta’ politiki Ewropej oħrajn (l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).

1.4.2.Għanijiet speċifiċi

Għan speċifiku

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ Stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

1.4.3.Riżultati u impatti mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Bil-konklużjoni tal-Protokoll ikun jista’ jissawwar qafas ta’ sħubija strateġika dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u São Tomé u Príncipe u se jinħolqu opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ dan il-pajjiż.

Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali u mal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.

Fl-aħħar nett, il-Protokoll se jikkontribwixxi għall-ekonomija l-blu ta’ São Tomé u Príncipe, billi jippromwovi t-tkabbir marbut mal-attivitajiet marittimi u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar tagħhom.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala perċentwali tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll);

id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim;

il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-Unjoni, kif ukoll għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni (flimkien ma’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli oħrajn);

il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd min-naħa tal-pajjiż sieħeb u tal-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Hu maħsub li l-Protokoll il-ġdid jibda japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu ħalli jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-interruzzjonijiet tal-attivitajiet tas-sajd li għaddejjin skont il-Protokoll attwali.

Il-Protokoll il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe, u se jawtorizza lis-sidien tal-bastimenti tal-UE japplikaw għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd biex jistadu f’dik iż-żona. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u São Tomé u Príncipe bil-għan li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. B’mod partikulari, dan jipprevedi l-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tal-VMS u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-qabdiet. L-appoġġ settorjali disponibbli skont il-Protokoll se jgħin lil São Tomé u Príncipe fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd tagħhom, inkluża fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Jekk l-Unjoni ma tikkonkludix Protokoll ġdid, il-bastimenti tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fi ħdan il-qafas iddefinit minn protokoll tal-Ftehim. Għalhekk il-valur miżjud huwa espliċitu għall-flotta tal-UE ta’ distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u São Tomé u Príncipe.

1.5.3.Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-analiżi tal-qabdiet li saru fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe fl-imgħoddi u tal-qabdiet li saru dan l-aħħar fil-qafas ta’ protokolli simili f’dan ir-reġjun, kif ukoll il-valutazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli wasslu biex il-partijiet jistabbilixxu tunnellaġġ ta’ referenza għat-tonn u għal speċijiet li jixbhuh ta’ 8 000 tunnellata fis-sena b’opportunitajiet tas-sajd għal 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u għal sitt bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ. L-appoġġ settorjali huwa relattivament għoli sabiex iqis il-ħtiġijiet f’termini tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe u l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd, kif ukoll il-pjanijiet għall-appoġġ tal-ekonomija l-blu ta’ dan l-istat kostali.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-fondi allokati għall-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali ta’ São Tomé u Príncipe. Madankollu, il-fondi allokati għall-appoġġ settorjali jiġu assenjati lill-Ministeru responsabbli għas-sajd (ġeneralment billi jiddaħħlu fil-liġi annwali dwar il-baġit), minħabba li din hija kundizzjoni għall-konklużjoni u għall-monitoraġġ tal-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament mingħand donaturi internazzjonali oħrajn tal-fondi biex jitwettqu proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

 

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

X durata limitata

X    Fis-seħħ mill-2019 sal-2024

X    Impatt finanzjarju mill-2019 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2019 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 10

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lil pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lil korpi tal-liġi pubblika;

lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lil korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, flimkien mal-uffiċjal tas-sajd tagħha responsabbli għal dan ir-reġjun) se tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd min-naħa tal-operaturi, mad-data dwar il-qabdiet u mal-ħarsien tal-kundizzjonijiet tal-appoġġ settorjali.

Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li matulha l-Kummissjoni u São Tomé u Príncipe jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u, jekk ikun meħtieġ, jaġġustaw l-ipprogrammar u, jekk ikun il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-pagamenti għandhom isiru b’mod diżakkoppjat għall-kontribuzzjoni marbuta mal-aċċess u għall-kontribuzzjoni marbuta mal-appoġġ settorjali.

Il-pagamenti għall-aċċess huma pagamenti annwali li jridu jsiru fid-data tal-anniversarju tal-Protokoll, ħlief għall-pagament għall-ewwel sena li jrid isir fit-tliet xhur ta’ wara li l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju. L-aċċess tal-bastimenti huwa kkontrollat bil-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

Il-pagament tal-appoġġ isir għall-ewwel darba fit-tliet xhur ta’ wara li jintlaħaq qbil dwar programm annwali u pluriennali ta’ implimentazzjoni u wara jsir abbażi tar-riżultati li jinkisbu. Il-kontroll isir fuq ir-rata ta’ implimentazzjoni, li tiġi stabbilita abbażi ta’ rapporti jew ta’ provi li l-pajjiż sieħeb jibgħat u abbażi ta’ żjarat tekniċi li jagħmel l-uffiċjal tas-sajd.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mis-sidien tal-bastimenti tal-UE u n-nuqqas ta’ użu jew id-dewmien fl-użu tal-fondi maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd minn São Tomé u Príncipe.
Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. L-analiżi konġunta tar-riżultati, imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Protokoll, ukoll tifforma parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll.

Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tagħhom, skont ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkustanzi.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-pagamenti marbutin mal-kostijiet tal-aċċess li jsiru fil-kuntest tal-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jsirulhom kontrolli biex ikun żgurat li dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali. Il-kontrolli marbutin mal-appoġġ settorjali għandhom l-għan li jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ. Il-monitoraġġ isir mill-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-Delegazzjoni kif ukoll waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Il-progress jiġi evalwat permezz ta’ matriċi tal-ipprogrammar pluriennali. F’każ li ma jkunx sar biżżejjed progress, il-pagament akkont li jkun imiss jiġi sospiż jew possibbilment jitnaqqas. Huwa stmat li b’kollox il-kontrolli għall-ftehimiet kollha ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jiswew madwar 1.8 % (tal-kontribuzzjonijiet tal-2018). Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proċeduri ta’ kontroll tal-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ġejjin minn rekwiżiti regolamentari essenzjali. Jekk ma jinstab l-ebda nuqqas li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-legalità u fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-kontrolli jitqiesu li huma effettivi. Huwa stmat li r-rata medja tal-iżbalji hija ta’ 0.0 %.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku ma’ São Tomé u Príncipe u li tikkoordina b’mod regolari ma’ dan il-pajjiż bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li ssaħħaħ il-kontribut tal-Unjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kull pagament li l-Kummissjoni tagħmel fil-kuntest ta’ ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd huwa suġġett għar-regoli u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikulari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja jiġu identifikati bis-sħiħ. Skont l-Artikolu 3(10) tal-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess għandha titħallas lit-Teżor Pubbliku ta’ São Tomé u Príncipe u l-parti maħsuba għall-iżvilupp tas-settur għandha titħallas f’kont pubbliku apposta tal-Fond għall-iżvilupp tas-sajd.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 11

mill-pajjiżi tal-EFTA 12

mill-pajjiżi kandidati 13

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

11.03.01

L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (SFAs)

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitlubin

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

In-numru 2

Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali

Id-DĠ: Affarijiet Marittimi u Sajd

Fl-
2019

Fl-
2020

Fl-
2021

Fl-
2022

Fl-
2022

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Il-linja baġitarja 14  11.03.01

Impenji

(1a)

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

Pagamenti

(2a)

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 15  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
tad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd

Impenji

=1a+1b +3

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

Pagamenti

=2a+2b

+3

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2





TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

Pagamenti

(5)

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

Pagamenti

=5+ 6

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

Jekk il-proposta/l-inizjattiva tolqot iktar minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

Pagamenti

(5)

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

Pagamenti

=5+ 6

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima għandha timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li għandu jittella’ fil-pjattaforma elettronika “DECIDE” għall-finijiet tal-konsultazzjoni bejn is-servizzi.

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Fl-
2019

Fl-
2020

Fl-
2021

Fl-
2022

Fl-
2023

TOTAL

Id-DĠ: Affarijiet Marittimi u Sajd

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Fl-
2019

Fl-
2020

Fl-
2021

Fl-
2022

Fl-
2023

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

Pagamenti

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,2

3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Fl-
2019

Fl-
2020

Fl-
2021

Fl-
2022

Fl-
2023

TOTAL

Tip 16

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 17

- Aċċess

Annwali

0,400

0,400

0,400

0,400

0,400

2,000

- Appoġġ settorjali

Annwali

0,440

0,440

0,440

0,440

0,440

2,200

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

TOTALI

0,840

0,840

0,840

0,840

0,840

4,200

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Fis-sena
N 18

Fis-sena
N+1

Fis-sena
N+2

Fis-sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 19
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Fis-sena
N

Fis-sena
N+1

Fis-sena N+2

Fis-sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 20

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  21

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02/12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-QFP).

Dan għandu x’jaqsam mal-użu tal-linja ta’ riżerva (il-Kapitolu 40).

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti li qed jiġi propost li jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Fis-sena
N 22

Fis-sena
N+1

Fis-sena
N+2

Fis-sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

XIl-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

jekk jogħġbok indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa     

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 23

Fis-sena 
N

Fis-sena
N+1

Fis-sena
N+2

Fis-sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    ĠU L 205, 7.8.2007, p. 36.
(2)    ĠU L 31, 31.1.2013, p. 1.
(3)    Li ġew adottati waqt il-laqgħa tal-Kunsill tat-Trasport, tat-Telekomunikazzjoni u tal-Enerġija li saret fit-18 ta’ Diċembru 2017.
(4)    ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(5)    SWD(2017) 434 final, 1.12.2017.
(6)    Skont il-Ftehim interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni f’materji tal-baġit (bin-numru ta’ referenza 2013/C 373/01).
(7)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/2007 tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 35).
(8)    ĠU L 205, 7.8.2007, p. 36.
(9)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(10)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(11)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(12)    L-EFTA = l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(13)    Il-pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(14)    Skont in-nomenklatura uffiċjali tal-baġit.
(15)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(16)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(17)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan/għanijiet speċifiku/speċifiċi…”.
(18)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi “is-sena N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: l-2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(19)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(20)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = Persunal tal-aġenziji; JED = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(21)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(22)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi “is-sena N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju l-2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(23)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 30.8.2019

COM(2019) 376 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea


ANNESS
PROTOKOLL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA FIS-SETTUR TAS-SAJD BEJN IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE U L-KOMUNITÀ EWROPEA

Artikolu 1
Prinċipji

1.L-għan ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea. Dan il-Protokoll jinkludi Anness u Appendiċijiet li jiffurmaw parti integrali minnu.

2.Iż-żewġ Partijiet għandhom jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe abbażi tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni. São Tomé u Príncipe għandhom jintrabtu li japplikaw l-istess miżuri tekniċi u ta’ konservazzjoni għall-flotot industrijali barranin kollha li jistadu għat-tonn fiż-żona tas-sajd tagħhom bil-għan li jikkontribwixxu għall-governanza t-tajba tas-sajd.

3.Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jiżguraw li dan il-Protokoll jiġi implimentat skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou dwar l-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-istat tad-dritt u dwar l-element fundamentali marbut mal-amministrazzjoni t-tajba.

4.Huma għandhom jintrabtu wkoll li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni ambjentali sostenibbli u b’saħħitha.

5.Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jippubblikaw l-informazzjoni dwar kull ftehim li jippermetti lill-bastimenti barranin jidħlu fiż-żona tas-sajd tagħhom u l-informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd marbut miegħu, dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet li jinħarġu u dwar il-qabdiet li jkunu saru, u li jaqsmu din l-informazzjoni bejniethom.

6.Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll skont il-proċeduri deskritti fl-Anness tiegħu.

Artikolu 2
Perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd

1.L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mid-data meta tibda l-applikazzjoni provviżorja biex jippermettu l-qabdiet tal-ispeċijiet li jpassu ħafna (l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982, b’mod partikulari t-tonn, il-pixxispad u l-klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi), bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet protetti jew ipprojbiti mill-ICCAT.

2.L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jingħataw lil:

- 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni;

- sitt bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

3.Il-paragrafi 1 u 2 ta’ hawn fuq għandhom japplikaw suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7 u 9 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 3
Kontribuzzjoni finanzjarja — metodi ta’ pagament

1.Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd għandha tkun ta’ EUR 4 200 000.

2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:

(a)ammont annwali ta’ EUR 400 000 għall-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 8 000 tunnellata fis-sena; u

(b)ammont speċifiku ta’ EUR 440 000 fis-sena għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe.

3.Barra minn hekk, l-ammont stmat tal-imposti ġġenerati matul sena mill-attivitajiet tal-bastimenti awtorizzati skont il-Protokoll, ikkalkulat abbażi tat-tunnellaġġ ta’ referenza indikat fil-paragrafu 2(a), jammonta għal medja ta’ EUR 560 000.

4.Il-paragrafu 2 ta’ hawn fuq għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 6, 7 u 9 ta’ dan il-Protokoll u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd.

5.Matul il-perjodu kollu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, l-Unjoni Ewropea għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 bir-rata ta’ EUR 840 000 fis-sena, li tikkorrispondi għas-somma tal-ammonti annwali msemmijin fil-paragrafu 2(a) u (b).

6.Jekk il-kwantità totali annwali ta’ qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe taqbeż it-tunnellaġġ annwali ta’ referenza indikat fil-paragrafu 2(a), il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali marbuta miegħu għandha tiżdied b’EUR 50 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda.

7.Il-ħlas għall-qabdiet addizzjonali għandu jsir skont il-ftehim dwar ir-rendikont finali previst fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness. Madankollu, l-ammont annwali li l-Unjoni Ewropea tħallas għal dawn il-qabdiet addizzjonali ma jistax jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a). Meta l-ammont dovut mill-Unjoni għal dawn il-qabdiet addizzjonali jkun iktar mid-doppju tal-ammont annwali msemmi fil-paragrafu 2(a), l-ammont żejjed għandu jitħallas is-sena ta’ wara.

8.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll fl-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll fis-snin ta’ wara.

9.L-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa b’rabta mal-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a), skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

10.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f’kontijiet pubbliċi kif ġej: il-kontribuzzjoni prevista fil-paragrafu 2(a) għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali ta’ São Tomé u Príncipe; dik prevista fil-paragrafu 2(b) u dik prevista fil-paragrafu 7 għandhom jitħallsu fil-kont tal-Fond għall-iżvilupp tas-sajd u għandhom jiddaħħlu fil-baġit. Kull sena, l-awtoritajiet ta’ São Tomé għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet bankarji rilevanti.

Artikolu 4
Appoġġ settorjali

1.L-appoġġ settorjali mogħti fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd u għall-iżvilupp tal-ekonomija marittima. L-għan tiegħu hu li jkun hemm ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u li jiġi żviluppat is-settur, l-iktar permezz tal-affarijiet li ġejjin:

it-titjib tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;

it-titjib tal-għarfien xjentifiku dwar ir-riżorsi tas-sajd;

it-titjib fil-kwalità tal-prodotti tas-sajd;

l-appoġġ għall-iżvilupp tas-sajd fuq skala żgħira;

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali;

l-appoġġ għall-iżvilupp tal-akkwakultura.

2.Sa mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta dan il-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju, il-Partijiet għandhom jaqblu, fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd, dwar programm settorjali pluriennali u dwar il-metodi tal-applikazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari dwar dan li ġej:    

(a)il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(b);

(b)l-għanijiet annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex jingħata kontribut għal sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet li São Tomé u Príncipe esprimew b’rabta mal-politika tas-sajd;

(c)il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin fuq bażi annwali.

3.L-emendi fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li jinsabu fil-programm settorjali annwali jew pluriennali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea minn qabel. F’każ li din toġġezzjona għalihom, il-Kumitat Konġunt jista’ jiġi infurmat dwar dan u jintalab jieħu pożizzjoni dwar l-emenda prevista bil-ħsieb li l-Partijiet japprovawha u, jekk ikun hemm bżonn, għandu jagħmel dan permezz ta’ skambju ta’ ittri.

4.Kull sena, iż-żewġ Partijiet għandhom jevalwaw ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programm settorjali pluriennali abbażi ta’ rapport bil-miktub ipprovdut mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe. F’każ li din l-evalwazzjoni tindika li l-kisba tal-għanijiet mhijiex konformi mal-ipprogrammar jew jekk il-Kumitat Konġunt iqis li l-implimentazzjoni mhijiex suffiċjenti, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja jista’ jiġi rivedut jew sospiż.

5.Il-pagament ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jerġa’ jibda wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ Partijiet malli l-Kumitat Konġunt iqis li jkun sar progress sodisfaċenti fl-implimentazzjoni, jekk ikun hemm bżonn permezz ta’ skambju ta’ ittri. Madankollu, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 3(2)(b) ma tistax titħallas wara perjodu ta’ sitt xhur minn meta jiskadi l-Protokoll.

Artikolu 5
Kooperazzjoni xjentifika u teknika għal sajd responsabbli

1.Tul il-perjodu li jkopri dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u São Tomé u Príncipe għandhom jintrabtu li jikkooperaw biex jissorveljaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe.

2.Iż-żewġ Partijiet għandhom jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni b’rabta mas-sajd responsabbli fil-livell tar-reġjun tal-Afrika Ċentrali.

3.Iż-żewġ Partijiet għandhom jintrabtu li jħarsu r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT).

4.Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet li l-ICCAT tadotta u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd dwar miżuri li jistgħu jittieħdu li jkollhom l-għan li jiżguraw ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan il-Protokoll u li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea.

5.Sabiex ikun hemm ġestjoni tajba u konservazzjoni tal-klieb il-baħar, il-Partijiet għandhom jaqblu li jimmonitorjaw mill-qrib il-qabdiet ta’ dawn l-ispeċijiet permezz tal-iskambju tad-data dwar il-qabdiet kif previst fil-Kapitolu III tal-Anness. Meta dan ikun xieraq, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta miżuri addizzjonali ta’ ġestjoni li jippermettulu jirregola aħjar l-attivitajiet tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz.

6.Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkollaboraw bejniethom sabiex isaħħu l-mekkaniżmi ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat f’São Tomé u Príncipe.

Artikolu 6
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-miżuri tekniċi

1.Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 1 sakemm din ir-reviżjoni tkun konformi mal-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan il-Protokoll.

2.F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) għandha tiġi aġġustata pro rata temporis u l-emendi għandhom jiddaħħlu f’dan il-Protokoll u fl-Annessi tiegħu.

3.Il-Kumitat Konġunt jista’ jeżamina u, jekk ikun meħtieġ, jadatta jew jemenda, bi qbil reċiproku, id-dispożizzjonijiet marbutin mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u l-miżuri tekniċi li jimplimentaw dan il-Protokoll.

Artikolu 7
Opportunitajiet ġodda tas-sajd

1.Biex isir sajd li mhux kopert minn dan il-Protokoll, l-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe jistgħu jitolbu lill-Unjoni Ewropea tqis il-possibbiltà li jsir it-tali sajd. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed data dwar il-qagħda tal-istokkijiet, il-Partijiet għandhom jiftehmu bejniethom dwar il-kundizzjonijiet li bihom jista’ jsir vjaġġ tas-sajd esploratorju, filwaqt li jqisu l-aqwa pariri xjentifiċi li jkunu ngħataw lill-esperti xjentifiċi taż-żewġ Partijiet.

2.Skont dawn ir-riżultati, u jekk l-Unjoni Ewropea tesprimi interess f’dan it-tip ta’ sajd, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt qabel ma l-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe jagħtu xi awtorizzazzjoni. Jekk ikun il-każ, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u għandhom jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jekk ikun hemm bżonn.

Artikolu 8
Inċentivi għall-ħatt l-art u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi

1.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom biex itejbu l-possibbiltajiet biex il-qabdiet jinħattu l-art fil-portijiet ta’ São Tomé u Príncipe.

2.São Tomé u Príncipe għandhom jagħmlu ħilithom biex jimplimentaw strateġija u inċentivi biex iħeġġu l-ħatt l-art. Bħala parti minn din l-istrateġija, il-flotta tal-Unjoni Ewropea għandha tagħmel ħilitha biex tħott l-art parti mill-qabdiet tagħha, b’mod partikulari l-qabdiet inċidentali.

3.Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex joħolqu l-kundizzjonijiet favorevoli għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali bejn l-impriżi u biex jippromwovu ambjent adattat għall-iżvilupp tal-kummerċ u tal-investiment.

Artikolu 9
Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda miż-żewġ Partijiet jekk ikun hemm xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar:

(a)jekk ikun hemm ċirkustanzi mhux tas-soltu, kif iddefinit fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd, li jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd milli jsiru fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe;

(b)jekk ikun hemm tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll;

(c)jekk waħda miż-żewġ Partijiet tinnota ksur tal-elementi essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem previsti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou, wara l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 ta’ dak il-Ftehim;

(d)jekk l-Unjoni Ewropea tonqos milli tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 3(2)(a) għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti f’dan l-Artikolu;

(e)jekk ikun hemm tilwima serja mhux solvuta bejn iż-żewġ Partijiet dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

2.Biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-Protokoll, il-Parti kkonċernata trid tavża bil-miktub l-intenzjoni tagħha, mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ.

3.F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim ta’ bejniethom. Meta tinstab it-tali soluzzjoni, il-Protokoll għandu jerġa’ jibda jiġi applikat u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni tal-Protokoll.

Artikolu 10
Leġiżlazzjoni applikabbli

1.Il-liġijiet applikabbli ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jirregolaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jistadu fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe, sakemm il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd jew dan il-Protokoll flimkien mal-Anness u mal-Appendiċijiet tiegħu ma jipprevedux mod ieħor.

2.L-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jgħarrfu lill-Unjoni Ewropea b’kull bidla jew b’kull liġi ġdida li taffettwa s-settur tas-sajd. Il-bidliet għandhom jibdew japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fi żmien 60 jum minn meta ssir din in-notifika.

3.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe b’kull bidla jew b’kull liġi ġdida li taffettwa l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea ta’ distanzi twal.

Artikolu 11
Skambju elettroniku tal-informazzjoni

1.São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea għandhom jintrabtu li jibdew iħaddmu u jżommu s-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

2.Il-verżjoni elettronika ta’ dokument f’kull każ għandha titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.

3.São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F’dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jintbagħtu b’mod awtomatiku b’mod ieħor ta’ komunikazzjoni.

Artikolu 12
Kunfidenzjalità tad-data

1.São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea għandhom jintrabtu li jittrattaw f’kull ħin id-data personali kollha marbuta mal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim skont il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.

2.Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe biss titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet tal-ICCAT f’dan il-qasam.

3.Id-data li tista’ titqies bħala kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti biss għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-kontroll u tas-sorveljanza.

4.F’dak li għandu x’jaqsam mad-data personali li tibgħat l-Unjoni, il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi s-salvagwardji x-xierqa u r-rimedji legali skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (ir-Regolament (UE) 2016/679 tas-27 ta’ April 2016).

Artikolu 13
Tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll għandu japplika għal perjodu ta’ ħames snin minn meta jibda japplika b’mod provviżorju skont l-Artikolu 15, sakemm ma jintemmx skont l-Artikolu 14.

Artikolu 14
Terminazzjoni

1.F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra li hija jkun beħsiebha tagħmel dan mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha tkun se tidħol fis-seħħ din it-terminazzjoni.

2.L-għoti tan-notifika kif imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel għandu jagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Artikolu 15
Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu.

Artikolu 16
Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.



ANNESS

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe

KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.Ħatra tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għal São Tomé u Príncipe bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun hemm bżonn permezz tad-delegazzjoni tal-UE responsabbli għal São Tomé u Príncipe;

għal São Tomé u Príncipe: id-Direttorat tas-Sajd fil-Ministeru għas-Sajd.

2.Żona tas-sajd

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom fiż-żona ekonomika esklużiva (iż-ŻEE) ta’ São Tomé u Príncipe, ħlief għaż-żoni riżervati għas-sajd fuq skala żgħira u għas-sajd semi-industrijali.

Il-koordinati taż-ŻEE huma dawk li ġew innotifikati lin-Nazzjonijiet Uniti fis-7 ta’ Mejju 1998.

São Tomé u Príncipe għandhom jgħarrfu lill-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien b’kull bidla fiż-żona tas-sajd.

3.Żoni li fihom ma jistax isir sajd u tbaħħir

Għandha tkun ipprojbita mingħajr eċċezzjoni kull attività tas-sajd fiż-żona maħsuba li tintuża b’mod konġunt minn São Tomé u Príncipe u n-Niġerja. Il-koordinati ta’ din iż-żona huma mogħtija fl-Appendiċi 1.

4.Kont bankarju

Qabel ma jidħol fis-seħħ il-Protokoll, São Tomé u Príncipe għandhom jibagħtu lill-UE d-dettalji tal-kont jew tal-kontijiet bankarji li fihom għandhom jitħallsu l-ammonti finanzjarji li l-bastimenti tas-sajd għandhom iħallsu skont il-Ftehim. L-ammonti li jridu jitħallsu b’rabta mat-trasferimenti bankarji għandhom iħallsuhom is-sidien tal-bastimenti.

5.Punti ta’ kuntatt

Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-punti ta’ kuntatt rispettivi tagħhom li jippermettu li tiġi skambjata l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll, b’mod partikulari dwar il-kwistjonijiet marbutin mal-iskambju tad-data aggregata dwar il-qabdiet u dwar l-isforz tas-sajd, dwar il-proċeduri marbutin mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.

6.Lingwi ta’ ħidma

Il-Partijiet jaqblu li, safejn ikun possibbli, il-lingwi ta’ ħidma li għandhom jintużaw fil-laqgħat maħsubin biex jiġi implimentat dan il-Protokoll għandhom ikunu l-Portugiż u l-Franċiż.

KAPITOLU II
AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, il-frażi “awtorizzazzjoni tas-sajd” għandha tkun ekwivalenti għall-frażi “liċenzja tas-sajd” fil-leġiżlazzjoni ta’ São Tomé u Príncipe.

Taqsima 1: Proċeduri applikabbli

1.Prerekwiżiti biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd

Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni biex jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe.

Sabiex bastiment ikun eliġibbli, sid il-bastiment, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma jridux ikunu pprojbiti milli jistadu f’São Tomé u Príncipe. Huma jridu jkunu f’qagħda regolari mal-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe, fis-sens li jridu jkunu ssodisfaw kull obbligu preċedenti li jkun ġej mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’São Tomé u Príncipe fil-kuntest tal-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, huma jridu jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/2403 dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-flotot tas-sajd esterni.

2.Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jibagħtu talba lill-Ministeru għas-Sajd ta’ São Tomé u Príncipe, b’mod elettroniku, għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd, mill-inqas 15-il jum tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub, u għandhom jibagħtu kopja ta’ din it-talba lid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għal São Tomé u Príncipe.

It-talbiet għandhom jintbagħtu lill-Ministeru għas-Sajd fuq formoli mfasslin skont il-mudell mogħti fl-Appendiċi 2.

Kull talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:

prova li tħallsu l-ħlas b’rata fissa bil-quddiem u l-kontribuzzjonijiet b’rata fissa għall-osservaturi għall-perjodu ta’ validità tagħha;

ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, meħud mill-ġenb;

kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment;

jekk ikun il-każ, kull dokument ieħor meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għal dak it-tip ta’ bastiment, innotifikat minn São Tomé u Príncipe fil-Kumitat Konġunt.

L-imposta annwali b’rata fissa għandha titħallas fl-istess kont tat-Teżor Pubbliku li jintuża għall-kontribuzzjoni prevista fl-Artikolu 3(2)(a).

L-imposti jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż għall-provvista tas-servizzi.

L-ispeċijiet fil-mira jridu jiġu indikati b’mod ċar f’kull talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd.

It-talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd tista’ tinkludi notifika dwar l-intenzjoni li jinqatgħu b’mod parzjali x-xewk tal-klieb il-baħar abbord il-bastiment u li jsiru ħidmiet oħrajn abbord il-bastiment, bħat-tiswija tal-ħut.

3.Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

Il-Ministeru għas-Sajd ta’ São Tomé u Príncipe għandu joħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievi d-dokumenti kollha msemmijin fil-punt 2 ta’ hawn fuq.

L-awtorizzazzjonijiet oriġinali għandhom jintbagħtu lill-Unjoni permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għal São Tomé u Príncipe.

L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-ispeċijiet jew il-kategoriji li jistgħu jiġu mistada (it-tonn, il-pixxispad u l-klieb il-baħar awtorizzati).

Sabiex ma jkunx hemm dewmien fil-possibbiltà tal-bastimenti li jistadu fiż-żona, għandha tintbagħat kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd lis-sidien tal-bastimenti b’mod elettroniku. Din il-kopja tista’ tintuża għal perjodu massimu ta’ 60 jum mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja se titqies bħala ekwivalenti għall-oriġinal.

4.Sostituzzjoni tal-awtorizzazzjoni tas-sajd b’mod eċċezzjonali

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ f’isem bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun tista’ tiġi ttrasferita. Madankollu, fuq talba tal-Unjoni Ewropea u f’każ ta’ prova ta’ forza maġġuri, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’ tiġi rtirata u tista’ tinħareġ awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għal bastiment ieħor tal-istess kategorija għall-bqija tal-perjodu ta’ validità, skont proċeduri li jridu jiġu ddefiniti.

Sid il-bastiment għandu jirritorna l-awtorizzazzjoni tas-sajd inizjali lill-Ministeru għas-Sajd ta’ São Tomé u Príncipe. L-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastiment li se jissostitwixxi lill-ieħor għandha tibda tgħodd minn dik id-data. São Tomé u Príncipe għandhom jgħarrfu lill-Unjoni Ewropea bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd u bid-data minn meta din tibda tgħodd.

5.Żamma abbord tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjoni tas-sajd trid tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3 ta’ din it-Taqsima.

6.Bastimenti ta’ appoġġ

Fuq talba tal-Unjoni Ewropea u wara analiżi mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe, dan il-pajjiż għandu jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex jiġu megħjuna minn bastimenti ta’ appoġġ.

Il-bastimenti ta’ appoġġ ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd. It-tali appoġġ la jista’ jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet.

Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija f’dan il-Kapitolu, safejn din tkun tapplika għalihom. São Tomé u Príncipe għandhom jistabbilixxu l-lista tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u jibagħtuha minnufih lill-Unjoni Ewropea.

Għandha titħallas imposta annwali ta’ EUR 3 500 għal dawn il-bastimenti, li trid titħallas lill-Fond għall-iżvilupp tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

Taqsima 2: Imposti u ħlasijiet bil-quddiem

1.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena.

2.Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, l-imposta f’euro għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe hija ta’ EUR 70 għall-perjodu kollu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.

3.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu wara li jitħallsu l-imposti annwali b’rata fissa li ġejjin:

(a)għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: EUR 9 100 għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal 130 tunnellata;

(b)għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: EUR 3 255 għal kull bastiment, li huma daqs l-imposti dovuti għal 46,5 tunnellata.

L-imposti għandhom jitħallsu fil-kont tat-Teżor Pubbliku li jintuża għall-ħlas tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) marbuta mal-aċċess.

4.Abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet tiegħu, għal kull bastiment l-Unjoni għandha tistabbilixxi kalkolu tal-qabdiet u kalkolu tal-imposti li jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’ qabel. Hija għandha tibgħat dawn il-kalkoli finali lill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe, u lil sid il-bastiment permezz tal-Istati Membri, qabel it-30 ta’ Ġunju tas-sena li tkun għaddejja. São Tomé u Príncipe jistgħu jikkontestaw dawn il-kalkoli finali fi żmien 30 jum minn meta jirċevuhom, abbażi ta’ evidenza ddokumentata. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin, jekk ikun hemm bżonn fil-Kumitat Konġunt. Jekk São Tomé u Príncipe ma joġġezzjonawx fi żmien it-30 jum imsemmijin hawn fuq, il-kalkoli finali għandhom jitqiesu li ġew adottati.

5.Meta l-kalkolu finali jkun ikbar mill-imposta b’rata fissa li tkun tħallset minn qabel biex inkisbet l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lil São Tomé u Príncipe fi żmien 45 jum, sakemm ma jikkontestax il-kalkolu huwa stess. Il-bilanċ pendenti għandu jitħallas fil-kont tal-Fond għall-iżvilupp. Madankollu, meta l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b’rata fissa li tkun tħallset minn qabel, sid il-bastiment ma jkunx jista’ jirkupra l-ammont li jifdal.

KAPITOLU III
MONITORAĠĠ U DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET

Taqsima 1: Ġurnali elettroniċi ta’ abbord tas-sajd

1.Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd integrat f’sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS).

2.Bastiment li ma jkunx mgħammar b’ERS ma għandux ikun awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.

3.Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jkun konformi mar-riżoluzzjonijiet u mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT applikabbli.

4.Kuljum, il-kaptan għandu jniżżel l-istima tal-kwantitajiet ta’ kull speċi maqbuda jew miżmuma abbord jew mormija lura l-baħar, għal kull ħidma tas-sajd. L-istimi tal-kwantitajiet ta’ speċi maqbuda jew mormija lura l-baħar għandhom jiddaħħlu jkun xi jkun il-piż ikkonċernat.

5.Jekk bastiment ikun fiż-żona tas-sajd mingħajr ma jwettaq attività tas-sajd, għandha tiġi rreġistrata l-pożizzjoni tiegħu f’nofsinhar.

6.Id-data tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat kuljum, b’mod awtomatiku, liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera. It-trażmissjonijiet għandhom jinkludu tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)in-numri ta’ identifikazzjoni tal-bastiment tas-sajd u ismu;

(b)il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi;

(c)iż-żona ġeografika rilevanti fejn saru l-qabdiet;

(d)id-data meta nqabad il-ħut u, jekk ikun il-każ, il-ħin li fih ikun inqabad;

(e)id-data u l-ħin tat-tluq mill-port u tal-wasla fih u t-tul taż-żmien tal-vjaġġ tas-sajd;

(f)it-tip ta’ rkaptu li jkun intuża, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-daqsijiet;

(g)l-istima tal-kwantitajiet ta’ kull speċi miżmuma abbord, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, fl-għadd ta’ ħut individwali;

(h)l-istima tal-kwantitajiet ta’ kull speċi mormija lura l-baħar, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, fl-għadd ta’ ħut individwali.

7.L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li din id-data tasal u tiġi rreġistrata f’bażi tad-data elettronika li tippermetti li din id-data tinżamm b’mod sigur għal mill-inqas 36 xahar.

8.L-Istat tal-bandiera u São Tomé u Príncipe għandhom jiżguraw li huma jkollhom it-tagħmir tal-informatika u s-softwer meħtieġa għat-trażmissjoni awtomatika tad-data tal-ERS. It-trażmissjoni tad-data tal-ERS trid issir bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambji standardizzati tad-data dwar is-sajd. L-emendi fl-istandards għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt xhur.

9.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li l-ġurnali ta’ abbord tas-sajd jitqiegħdu b’mod awtomatiku għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe permezz tal-ERS, kuljum għall-perjodu li matulu l-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd, anki meta dan ma jkun qabad xejn.

10.L-arranġamenti biex l-informazzjoni dwar il-qabdiet tintbagħat permezz tal-ERS u l-proċeduri f’każ li din ikollha l-ħsara huma ddefiniti fl-Appendiċi 4.

11.L-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jittrattaw id-data dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti individwali b’mod kunfidenzjali u sigur.

Taqsima 2: Data aggregata dwar il-qabdiet

1.Kull tliet xhur, l-Istat tal-bandiera għandu jdaħħal il-kwantitajiet tal-qabdiet u tal-qbid skartat ta’ kull bastiment, aggregati għal kull xahar, fil-bażi tad-data miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea. Għall-ispeċijiet li għalihom hemm qabdiet totali permissibbli skont il-Protokoll jew skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, il-kwantitajiet għandhom jingħataw kull xahar għax-xahar ta’ qabel.

2.L-Istat tal-bandiera għandu jivverifika d-data permezz ta’ kontroverifiki mad-data dwar il-ħatt l-art, dwar il-bejgħ, dwar l-ispezzjonijiet jew dwar l-osservazzjonijiet, kif ukoll ma’ kull informazzjoni rilevanti li l-awtoritajiet ikunu jafu biha. L-aġġornamenti tal-bażi tad-data li jkunu meħtieġa wara dawn il-verifiki għandhom isiru mill-aktar fis possibbli. Għall-verifiki għandhom jintużaw il-koordinati ġeografiċi taż-żona tas-sajd kif stabbiliti skont dan il-Protokoll.

3.Qabel jintemm kull perjodu ta’ tliet xhur, l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi data aggregata meħuda mill-bażi tad-data lill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe għall-perjodi ta’ tliet xhur tas-sena li tkun għaddejja li jkunu għaddew, li tkun tindika l-kwantitajiet tal-qabdiet għal kull bastiment, għal kull xahar ta’ qabda u għal kull speċi. Din id-data hija provviżorja u tista’ tinbidel.

4.Il-pajjiż sieħeb għandu janalizzaha u jindika kull inkonsistenza kbira li jista’ jkun hemm mad-data tal-ġurnali elettroniċi ta’ abbord tas-sajd ipprovduti permezz tal-ERS. L-Istati tal-bandiera għandhom jinvestigaw dan u jaġġornaw id-data kif meħtieġ.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ, KONTROLL U SORVELJANZA 
Taqsima 1: Kontroll u spezzjoni

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jridu jħarsu l-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT f’dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu tas-sajd, mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u ma’ kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom u għall-qabdiet tagħhom.

1.Dħul fiż-żona tas-sajd u ħruġ minnha

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jaħdmu fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé u Príncipe, mill-inqas tliet sigħat qabel, li huma jkun beħsiebhom jidħlu fiż-ŻEE ta’ São Tomé u Príncipe jew li jkun beħsiebhom joħorġu minnha.

Meta jkunu qed jinnotifikaw id-dħul tagħhom fiż-ŻEE ta’ São Tomé u Príncipe jew il-ħruġ tagħhom minn din iż-żona, il-bastimenti jridu jibagħtu wkoll, fl-istess ħin, il-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll il-qabdiet li diġà jkollhom abbord, identifikati bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħhom, mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, fl-għadd ta’ ħut individwali.

Din l-informazzjoni trid tintbagħat permezz tal-ERS jew inkella permezz tal-posta elettronika fl-indirizz li jkunu bagħtu l-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe.

Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun innotifika l-intenzjoni tiegħu li jidħol fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe għandu jitqies bħala bastiment mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd u għandu jkun suġġett għall-konsegwenzi previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

2.Proċeduri ta’ spezzjoni

L-ispezzjoni fuq il-baħar, fil-port jew fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn spetturi ta’ São Tomé u Príncipe li jkunu identifikati b’mod ċar bħala spetturi maħturin sabiex iwettqu l-verifiki tas-sajd, u li jużaw bastimenti li jkunu għas-servizz tal-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe.

Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi ta’ São Tomé u Príncipe għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni Ewropea bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u tal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

L-ispetturi ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni Ewropea għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment u fuq l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

L-immaġnijiet (ir-ritratti jew il-vidjows) li jittieħdu waqt l-ispezzjonijiet huma maħsubin għall-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll u għas-sorveljanza tas-sajd. Dawn ma jistgħux jiġu ppubblikati sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix mod ieħor.

Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi ta’ São Tomé u Príncipe u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi ta’ São Tomé u Príncipe għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu d-dritt jagħmel xi kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea.

L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ sid il-bastiment li jiddefendi ruħu waqt xi proċedura ta’ ksur li jista’ jkun hemm. Meta tkun qed issir il-proċedura tal-ispezzjoni, il-kaptan tal-bastiment għandu jikkoopera. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel il-kliem “irrifjuta li jiffirma” fuq id-dokument. L-ispetturi ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea qabel ma jinżlu minn fuq il-bastiment. L-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jgħarrfu lill-Unjoni Ewropea bl-ispezzjonijiet li jkunu wettqu fi żmien 24 siegħa minn meta jkunu twettqu u bil-ksur li seta’ ġie nnutat, u għandhom jibagħtulha r-rapport tal-ispezzjoni. Jekk ikun il-każ, kopja tal-att ta’ akkuża li joħroġ minn dawn l-ispezzjonijiet għandha tintbagħat lill-Unjoni Ewropea fi żmien massimu ta’ sebat ijiem minn meta l-ispettur jerġa’ lura fil-port.

3.Ħidmiet awtorizzati abbord

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li São Tomé u Príncipe joħorġu għandhom jindikaw liema huma l-ħidmiet awtorizzati abbord, bħat-tiswija tal-ħut u l-qtugħ parzjali tax-xewk tal-klieb il-baħar.

4.Trażbord u ħatt l-art

Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jaħdmu fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll li jwettqu trażbord fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jagħmlu dan fil-portijiet ta’ Fernão Dias, Neves u Ana Chaves.

Jekk is-sidien ta’ dawn il-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu jixtiequ jwettqu trażbord jew ħatt l-art, għandhom jibagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé u Príncipe mill-inqas 48 siegħa qabel:

(a)l-ismijiet tal-bastimenti tas-sajd involuti fit-trażbord jew fil-ħatt l-art;

(b)isem il-bastiment tal-merkanzija;

(c)it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun se jiġi ttrażbordat jew li jkun se jinħatt l-art;

(d)il-jum tat-trażbord jew tal-ħatt l-art;

(e)id-destinazzjoni tal-qabdiet li jkunu ġew ittrażbordati jew li jkunu nħattu l-art.

In-notifika lil São Tomé u Príncipe tista’ ssir permezz tal-ERS jew bil-posta elettronika.

It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit.

Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé u Príncipe u għandhom jgħarrfuhom jekk hux beħsiebhom ikomplu jistadu jew hux beħsiebhom joħorġu mill-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe.

Fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe ma jista’ jsir l-ebda trażbord jew ħatt l-art tal-qabdiet li mhux imsemmi fil-punti ta’ hawn fuq. Kull persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni previsti mir-regolamenti ta’ São Tomé u Príncipe li jkunu fis-seħħ.

Taqsima 2: Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti bis-satellita (VMS)

Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea awtorizzat skont dan il-Protokoll irid ikun mgħammar b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita, minn hawn ’il quddiem imsejħa “VMS” (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti — VMS).

Huwa pprojbit li wieħed iċaqlaq, jitfi, jeqred, jagħmel ħsara jew jiddiżattiva s-sistema ta’ monitoraġġ kontinwu tal-pożizzjoni permezz tal-komunikazzjoni bis-satellita li tkun abbord il-bastiment għat-trażmissjoni tad-data, jew li wieħed jibdel bi ħsieb, ibagħbas jew jiffalsifika d-data li din is-sistema tittrażmetti jew tirreġistra.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jibagħtu l-pożizzjoni tagħhom b’mod awtomatiku u kontinwu liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tagħhom, tal-inqas kull siegħa fil-każ tal-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni u tal-inqas kull sagħtejn fil-każ tal-bastimenti l-oħrajn kollha. Din il-frekwenza tista’ tiżdied bħala parti minn miżuri ta’ investigazzjoni tal-attivitajiet ta’ bastiment.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li l-pożizzjonijiet tal-VMS ikunu disponibbli b’mod awtomatiku għall-perjodu li matulu l-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni jrid ikun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(b)il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni u l-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %;

(c)id-data u l-ħin li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(d)il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa.

L-arranġamenti biex l-informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet tal-bastimenti tintbagħat permezz tal-VMS u l-proċeduri f’każ li din ikollha l-ħsara huma ddefiniti fl-Appendiċi 5.

Iċ-ĊMS għandhom jikkomunikaw bejniethom fil-kuntest tas-sorveljanza tal-attivitajiet tal-bastimenti.

KAPITOLU V
IMBARK TAL-BAĦRIN

1.Għadd ta’ baħrin li għandhom jittellgħu abbord:

Huma u jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea huma obbligati jtellgħu abbord baħrin minn São Tomé u Príncipe bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:

(a)fil-każ tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, sitt baħrin b’kollox għall-flotta kollha għall-ewwel sena tal-Protokoll, tmien baħrin b’kollox għat-tieni sena tal-Protokoll u għaxar baħrin fis-sena b’kollox għall-aħħar tliet snin tal-Protokoll;

(b)fil-każ tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, żewġ baħrin fis-sena b’kollox għall-flotta kollha.

2.Dan l-obbligu ta’ mbark jiddependi mill-fatt li l-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe jibagħtu lista ta’ baħrin kapaċi u kkwalifikati lill-Unjoni Ewropea qabel ma jibda japplika l-Protokoll, u mbagħad f’Jannar ta’ kull sena. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jimpjegaw lill-baħrin minn fost dawk imniżżlin f’din il-lista.

3.Il-kwalifiki meħtieġa għall-baħrin minn São Tomé u Príncipe huma mogħtija fl-Appendiċi 6.

4.Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jibgħat ismijiet il-baħrin li jkunu ttellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat lill-awtorità kompetenti ta’ São Tomé u Príncipe, filwaqt li jsemmi l-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

5.Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol għandha tapplika bis-sħiħ għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea. Din għandha x’taqsam b’mod partikulari mal-libertà tal-assoċjazzjoni, mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u max-xogħol.

6.Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin minn São Tomé u Príncipe għandhom jitfasslu bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom, u l-Ministeru għax-Xogħol, il-Ministeru għas-Sajd u l-firmatarji ta’ dawn il-kuntratti għandhom jingħataw kopja tagħhom. Lill-baħrin, dawn il-kuntratti għandhom jiżgurawlhom il-benefiċċju ta’ sistema tas-sigurtà soċjali li tkun tapplika għalihom, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, fosthom assigurazzjoni fuq il-ħajja, assigurazzjoni medika u assigurazzjoni f’każ ta’ inċident.

7.Il-pagi tal-baħrin għandhom iħallsuhom is-sidien tal-bastimenti. Dawn il-pagi għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tal-pagi tal-baħrin ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikati għall-ekwipaġġi tal-pajjiżi rispettivi tagħhom u, fi kwalunkwe każ, ma jistgħux ikunu agħar minn dawk stabbiliti fl-istandards tal-ILO.

8.Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jrid jirrapporta lill-kaptan tal-bastiment li għalih ikun ingħażel lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jitfaċċax fid-data u fil-ħin previsti għall-imbark, jew jekk il-baħri ma jkollux il-kwalifiki meħtieġa, sid il-bastiment għandu jinħeles b’mod awtomatiku mill-obbligu tiegħu li jtellgħu abbord.

9.Jekk għal raġunijiet eċċezzjonali ġġustifikati mis-sidien tal-bastimenti, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ma jkunux jistgħu jtellgħu abbord l-għadd ta’ baħrin minn São Tomé u Príncipe previst fil-punt 1, huma jridu jħallsu ammont b’rata fissa ta’ EUR 20 għal kull baħri li ma jkunx ittella’ abbord u għal kull jum li matulu l-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe. Il-Kumitat Konġunt għandu jfassal rapport regolari dwar l-imbark tal-baħrin minn São Tomé u Príncipe.

KAPITOLU VI

OSSERVATURI

1.Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Sa ma tiġi implimentata sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe skont il-Ftehim għandhom itellgħu abbord, minflok l-osservaturi reġjonali, osservaturi magħżulin minn São Tomé u Príncipe skont ir-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

2.Bastimenti u osservaturi magħżulin

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jaħdmu fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom itellgħu abbord osservaturi magħżulin mill-Ministeru għas-Sajd ta’ São Tomé u Príncipe bil-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt:

(a)fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé u Príncipe, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom itellgħu abbord osservatur magħżul minnha li jkollu l-kompitu li jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe;

(b)l-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jistabbilixxu l-lista ta’ bastimenti magħżulin biex fuqhom jittella’ osservatur abbord, kif ukoll il-lista tal-osservaturi magħżulin biex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea malli jiġu stabbiliti u wara kull tliet xhur f’każ li jiġu aġġornati;

(c)meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista biex l-osservatur jittella’ abbord, l-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jgħarrfu lill-Unjoni Ewropea u lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati, jekk jista’ jkun permezz tal-posta elettronika, bl-isem tal-osservatur magħżul biex jittella’ abbord il-bastiment;

(d)l-osservatur għandu jibqa’ abbord il-bastiment għal vjaġġ wieħed tas-sajd. Madankollu, fuq talba espliċita tal-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé u Príncipe, dan iż-żmien abbord jista’ jitqassam fuq diversi vjaġġi skont it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikulari. Din it-talba għandha tagħmilha l-awtorità kompetenti meta tinnotifika isem l-osservatur li jkun intgħażel biex jittella’ abbord il-bastiment ikkonċernat.

3.Kundizzjonijiet tal-imbark u tal-iżbark

(a)Il-kundizzjonijiet biex l-osservatur jittella’ abbord għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtorità kompetenti.

(b)L-osservatur għandu jittella’ abbord u jitniżżel f’port magħżul minn sid il-bastiment. L-osservatur għandu jittella’ abbord fil-bidu tal-ewwel vjaġġ fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe wara li tiġi nnotifikata l-lista tal-bastimenti magħżulin.

(c)Fi żmien ġimagħtejn u b’avviż ta’ għaxart ijiem minn qabel, is-sidien tal-bastimenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-sottoreġjun previsti għall-imbark u għall-iżbark tal-osservaturi.

(d)Jekk l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż ieħor minbarra São Tomé u Príncipe, l-ispejjeż tal-vjaġġ tiegħu għandu jħallashom sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu osservatur abbord joħroġ miż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe, iridu jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi żgurat li l-osservatur jirritorna lura lejn pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, u l-ispejjeż għal dan għandu jħallashom sid il-bastiment.

(e)Jekk l-osservatur ma jitfaċċax fil-post u fil-ħin miftehma u fi żmien 12-il siegħa minn dak il-ħin, sid il-bastiment għandu jinħeles b’mod awtomatiku mill-obbligu tiegħu li jtellgħu abbord.

(f)Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu li jista’ biex jiżgura s-sikurezza fiżika u morali tal-osservatur waqt li jkun qed jaqdi dmirijietu.

(g)L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbutin b’mod dirett mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment inkluż, b’mod partikulari, il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment li huma meħtieġa biex ikun jista’ jwettaq b’mod iktar faċli l-kompiti tiegħu.

(h)Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservaturi bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skont il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.

(i)Il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom iħallsuhom São Tomé u Príncipe.

4.Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa

Sabiex jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta’ implimentazzjoni marbutin mal-kollokament tal-osservaturi, meta jħallas il-ħlas b’rata fissa bil-quddiem, sid il-bastiment għandu jħallas ammont ta’ EUR 250 fis-sena għal kull bastiment fl-istess kont użat għall-ħlasijiet b’rata fissa bil-quddiem.

5.Kompiti tal-osservatur

Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jaħdem fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe, huwa għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)huwa għandu josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

(b)għandu jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti li jkunu qed iwettqu l-ħidmiet tas-sajd;

(c)għandu jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

(d)għandu jivverifika d-data dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe li tkun irrappurtata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd;

(e)għandu jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet skartati tal-ispeċijiet tal-ħut li huma tajbin għall-kummerċ;

(f)għandu jibgħat id-data dwar is-sajd lill-awtorità kompetenti tiegħu b’kull mezz xieraq, inkluża l-kwantità tal-qabdiet ewlenin u tal-qabdiet inċidentali abbord.

6.Obbligi tal-osservatur

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

(a)jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex il-kundizzjonijiet tal-imbark tiegħu, kif ukoll il-preżenza tiegħu abbord il-bastiment, la jinterrompu u lanqas ma jfixklu l-ħidmiet tas-sajd;

(b)iħares il-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument ta’ dak il-bastiment;

(c)fi tmiem il-perjodu tal-osservazzjoni u qabel ma jinżel minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jfassal rapport tal-attivitajiet li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé u Príncipe u li kopja tiegħu għandha tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Huwa għandu jiffirmah quddiem il-kaptan, li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu l-kummenti kollha li jidhirlu li jkunu utli u jiffirma warajhom. Il-kaptan għandu jingħata kopja tar-rapport meta l-osservatur jitniżżel l-art.

KAPITOLU VII
KSUR TAR-REGOLI

1.Trattament tal-ksur

Kull ksur li jwettaq bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness irid jissemma f’rapport ta’ akkuża li jintbagħat lill-Unjoni Ewropea u lill-Istat tal-bandiera mill-aktar fis possibbli.

2.Detenzjoni jew devjazzjoni ta’ bastiment — laqgħa ta’ informazzjoni

(a)Meta l-leġiżlazzjoni ta’ São Tomé u Príncipe li tkun fis-seħħ dwar il-ksur allegat tkun tippermetti dan, kull bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port ta’ São Tomé u Príncipe, f’każ li jkun qed ibaħħar.

(b)São Tomé u Príncipe għandhom jgħarrfu lill-Unjoni Ewropea, fi żmien 24 siegħa, b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Ma’ din in-notifika għandhom jingħataw provi tal-ksur allegat.

(c)Qabel ma jieħdu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri maħsubin biex iħarsu l-evidenza, São Tomé u Príncipe għandhom jorganizzaw, fuq talba tal-Unjoni Ewropea, fi żmien jum tax-xogħol minn meta tiġi nnotifikata d-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3.Pieni għall-ksur — proċedura ta’ kompromess

(a)São Tomé u Príncipe għandhom jistabbilixxu l-piena għall-ksur allegat skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun fis-seħħ.

(b)Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċedimenti legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha. F’din il-proċedura ta’ kompromess jistgħu jieħdu sehem rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm sa mhux iktar tard minn tlett ijiem min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.

4.Proċedimenti legali — garanzija bankarja

Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul minn São Tomé u Príncipe, li l-ammont tagħha, kif stabbilit minn São Tomé u Príncipe, għandu jkun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista’ jkun hemm ’il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata’ s-sentenza:

(a)kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;

(b)skont l-ammont tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

São Tomé u Príncipe għandhom jgħarrfu lill-Unjoni Ewropea bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien sebat ijiem minn meta tingħata s-sentenza.

5.Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.

APPENDIĊIJIET

Appendiċi 1    Koordinati taż-żona maħsuba li tintuża b’mod konġunt minn São Tomé u Príncipe u n-Niġerja

Appendiċi 2    Formola tat-talba għal awtorizzazzjoni għal bastiment tas-sajd jew għal bastiment ta’ appoġġ

Appendiċi 3    Skeda teknika

Appendiċi 4    Implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar tal-attivitajiet tas-sajd (l-ERS)

Appendiċi 5    Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS)

Appendiċi 6    Kwalifiki meħtieġa biex il-baħrin minn São Tomé u Príncipe jiġu impjegati abbord bastimenti tas-sajd bit-tartaruni u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-Unjoni Ewropea



Appendiċi 1
Koordinati taż-żona maħsuba li tintuża b’mod konġunt minn São Tomé u Príncipe u n-Niġerja.

Latitudni    Lonġitudni

(fi gradi, minuti u sekondi)

03 02 22 N    07 07 31 E

02 50 00 N    07 25 52 E

02 42 38 N    07 36 25 E

02 20 59 N    06 52 45 E

01 40 12 N    05 57 54 E

01 09 17 N    04 51 38 E

01 13 15 N    04 41 27 E

01 21 29 N    04 24 14 E

01 31 39 N    04 06 55 E

01 42 50 N    03 50 23 E

01 55 18 N    03 34 33 E

01 58 53 N    03 53 40 E

02 02 59 N    04 15 11 E

02 05 10 N    04 24 56 E

02 10 44 N    04 47 58 E

02 15 53 N    05 06 03 E

02 19 30 N    05 17 11 E

02 22 49 N    05 26 57 E

02 26 21 N    05 36 20 E

02 30 08 N    05 45 22 E

02 33 37 N    05 52 58 E

02 36 38 N    05 59 00 E

02 45 18 N    06 15 57 E

02 50 18 N    06 26 41 E

02 51 29 N    06 29 27 E

02 52 23 N    06 31 46 E

02 54 46 N    06 38 07 E

03 00 24 N    06 56 58 E

03 01 19 N    07 01 07 E

03 01 27 N    07 01 46 E

03 01 44 N    07 03 07 E

03 02 22 N    07 07 31 E



Appendiċi 2
Formola tat-talba

TALBA GĦAL AWTORIZZAZZJONI GĦAL BASTIMENT TAS-SAJD JEW GĦAL BASTIMENT TA’ APPOĠĠ
IL-FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE U L-UNJONI EWROPEA

- L-APPLIKANT

1.Isem sid il-bastiment:…………………    Nazzjonalità:        

2.Isem l-assoċjazzjoni jew ir-rappreżentant ta’ sid il-bastiment:        

…………………………………………………………………..

3.Indirizz tal-assoċjazzjoni jew tar-rappreżentant ta’ sid il-bastiment:    

………………………………………………………………..

4.Numru tat-telefown:        

5.Indirizz tal-posta elettronika:        

6.Isem il-kaptan:…………………..    Nazzjonalità:        

7.Isem l-aġent f’São Tomé u Príncipe u l-indirizz tiegħu (jekk ikun hemm):    

…………………………………………………………………………………..

- IL-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU

8.Isem il-bastiment:……………………………………………….    

9.Stat tal-bandiera:……………………………………….    

10.Il-bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm):    …………………………..

11.Data meta nkisbet il-bandiera attwali:………………………..    

12.Numru estern tar-reġistrazzjoni:…………………………    

13.Port tar-reġistrazzjoni:………………..    MMSI: ………….    

14.Numru tal-OMI:…………    Numru tal-ICCAT:    …………….

15.Sena u post tal-kostruzzjoni:……………………………………….    

16.Sinjal tas-sejħa bir-radju:…………    Frekwenza tas-sejħa bir-radju:……….    

17.Materjal tal-buq:    □ azzar    □ injam     □ poliester    □ materjal ieħor

- IL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U T-TAGĦMIR

18.Tul totali:…………………………    Wisa’: ……….    

19.Tunnellaġġ (mogħti f’TG): …………………………….

20.Saħħa tal-magna ewlenija f’kW:……    Għamla:……..    Tip:……….

21.Tip ta’ bastiment:………    Kategorija tas-sajd: …………

22.Irkaptu tas-sajd:……………………………………………………    

23.Żoni tas-sajd:…………………………………….……….    

24.Speċijiet fil-mira: □ tonn □ pixxispad u ħut tal-familja Istiophoridae □ klieb il-baħar awtorizzati    

25.Speċijiet li jinqabdu b’mod inċidentali: □ tonn □ pixxispad u ħut tal-familja Istiophoridae □ klieb il-baħar awtorizzati

26.Ipproċessar previst abbord: □ it-tiswija tal-ħut □ il-qtugħ parzjali tax-xewk

27.    □ tip ta’ pproċessar ieħor (speċifika liem’hu):………………………….

28.Għadd totali ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord:………………………………..    

29.Metodu ta’ konservazzjoni abbord: □ iż-żamma fil-frisk    □ ir-refriġerazzjoni    □ metodu mħallat    □ l-iffriżar

30.Kapaċità tal-friża għal kull 24 siegħa (f’tunnellati):………………    

31.Kapaċità tal-istivi:……………………    Għadd:………………………    

Magħmul fi    , nhar il-        

Firma tal-applikant



Appendiċi 3
Skeda teknika

Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u l-bastimenti tas-sajd bil-konz

1.Speċijiet ipprojbiti

Is-sajd għall-manta ġganta (Manta birostris), għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja tal-iSphyrnidae (ħlief għall-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) u għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis) huwa pprojbit skont il-Konvenzjoni dwar l-ispeċijiet tal-ħut li jpassi u skont ir-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT. Barra minn hekk, is-sajd għall-kelb il-baħar tat-tip Rhincondon typus huwa pprojbit.

F’konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta’ Ġunju 2003), huwa pprojbit li wieħed ineħħi x-xewka tal-kelb il-baħar abbord il-bastimenti u li wieħed iżomm abbord, jittrażborda jew iħott l-art ix-xewka tal-kelb il-baħar. Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, sabiex tkun iffaċilitata l-ħażna abbord, ix-xewka tal-kelb il-baħar tista’ tinqata’ b’mod parzjali u tintewa għal fuq il-karkassa, iżda ma tistax titneħħa minn mal-karkassa qabel ma din tinħatt l-art.

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-impatt aċċidentali tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-fkieren u fuq l-għasafar tal-baħar billi jimplimentaw miżuri li jżidu kemm jista’ jkun il-possibbiltà li l-annimali li jinqabdu bi żball isalvaw.

IL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUNI

(1)Irkaptu awtorizzat: it-tartaruni.

(2)Speċijiet fil-mira: it-tonn isfar (Thunnus albacares), it-tonn obeż (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis).

(3)Qabdiet inċidentali: il-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.

IL-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-WIĊĊ

(1)Irkaptu awtorizzat: il-konzijiet tal-wiċċ.

(2)Speċijiet fil-mira: il-pixxispad (Xiphias gladius), il-ħuta kaħla (Prionace glauca), it-tonn isfar (Thunnus albacares) u t-tonn obeż (Thunnus obesus).

(3)Qabdiet inċidentali: il-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.

2.Imposti li jridu jħallsu sidien il-bastimenti — l-għadd ta’ bastimenti

Imposta addizzjonali għal kull tunnellata maqbuda

EUR 70 għal kull tunnellata għall-perjodu kollu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll

Imposta annwali b’rata fissa

Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: EUR 9 100

Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: EUR 3 255

Imposta b’rata fissa marbuta mal-osservaturi

EUR 250 għal kull bastiment kull sena

Imposta għal kull bastiment ta’ appoġġ

EUR 3 500 għal kull bastiment kull sena

L-għadd ta’ bastimenti

28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni

li huma awtorizzati jistadu

sitt bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Appendiċi 4
Implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar tal-attivitajiet tas-sajd (l-ERS)

1.Trażmissjonijiet tal-ERS

(1)L-Istat tal-bandiera u São Tomé u Príncipe għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li għandu jservi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. L-Istat tal-bandiera u São Tomé u Príncipe għandhom jibagħtu lil xulxin id-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondent tal-ERS rispettiv tagħhom u, jekk ikun hemm bżonn, għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni mingħajr dewmien.

(2)Il-bastiment għandu jibgħat id-data tal-ERS lill-Istat tal-bandiera tiegħu, li għandu jiżgura li din titqiegħed b’mod awtomatiku għad-dispożizzjoni ta’ São Tomé u Príncipe.

(3)Id-data għandha tkun bil-format UN/CEFACT u għandha tiġi trażmessa permezz tan-netwerk FLUX li l-Kummissjoni Ewropea tqiegħed għad-dispożizzjoni.

(4)Madankollu, il-Partijiet jistgħu jaqblu fuq perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu d-data għandha tiġi trażmessa permezz tad-DEH (id-“Data Exchange Highway”) fil-format EU-ERS (fil-verżjoni 3.1 tiegħu).

(5)Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi istantanji li jkun qed jibgħat il-bastiment (il-messaġġi COE, COX u PNO) liċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe. It-tipi ta’ messaġġi l-oħrajn ukoll għandhom jintbagħtu awtomatikament darba kuljum mid-data meta jibda jintuża b’mod effettiv il-format UN-CEFACT jew, sa ma jseħħ dan, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe mingħajr dewmien meta ssir talba awtomatika għalihom liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera permezz tan-nodu ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea. Minn meta jiġi implimentat b’mod effettiv il-format il-ġdid, dan il-mod ta’ trażmissjoni msemmi l-aħħar għandu jintuża biss għal talbiet speċifiċi għal data storika.

(6)Iċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe għandu jikkonferma li rċieva d-data istantanja tal-ERS li tkun intbagħtitlu billi jibgħat messaġġ ta’ ritorn li fih jikkonferma l-wasla tad-data u l-validità tal-messaġġ li huwa rċieva. Ma għandha tintbagħat l-ebda konferma tal-wasla fil-każ tad-data li São Tomé u Príncipe jirċievu bi tweġiba għal talba li jkunu għamlu huma stess. São Tomé u Príncipe għandhom jittrattaw id-data kollha tal-ERS b’mod kunfidenzjali.

2.Falliment tas-sistema ta’ trażmissjoni elettronika abbord il-bastiment jew tas-sistema ta’ komunikazzjoni

(1)Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jgħarrfu lil xulxin mingħajr dewmien b’kull avveniment li jista’ jaffettwa t-trażmissjoni tad-data tal-ERS ta’ bastiment wieħed jew iktar.

(2)Jekk iċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe ma jirċevix id-data li bastiment suppost jibgħat, għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera mingħajr dewmien b’dan. Dan għandu jipprova jara malajr kemm jista’ jkun għalfejn dan ma rċeviex id-data tal-ERS u għandu jgħarraf liċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe bir-riżultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet.

(3)Meta t-trażmissjoni bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tfalli, dan iċ-ĊMS għandu jgħarraf lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew, fin-nuqqas tiegħu, lir-rappreżentant tiegħu mingħajr dewmien b’dan. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data li tkun nieqsa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera b’kull mezz xieraq ta’ telekomunikazzjoni kuljum sa mhux iktar tard minn nofs il-lejl.

(4)F’każ ta’ ħsara fis-sistema ta’ trażmissjoni elettronika installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li l-ERS tinbidel fi żmien għaxart ijiem minn meta jindunaw bil-ħsara. Ladarba jgħaddi dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd u jkollu joħroġ minnha jew jidħol f’port ta’ São Tomé u Príncipe fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment għandu jkun jista’ jitlaq minn dak il-port jew jerġa’ jidħol fiż-żona tas-sajd biss meta ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun aċċerta ruħu li l-ERS qed terġa’ taħdem kif suppost.

(5)Jekk São Tomé u Príncipe ma jkunux irċevew id-data tal-ERS minħabba ħsara fis-sistemi elettroniċi li jkunu taħt il-kontroll tal-Unjoni Ewropea jew taħt il-kontroll tagħhom, il-Parti kkonċernata għandha tieħu mill-ewwel il-miżuri kollha meħtieġa biex issolvi l-ħsara mill-aktar fis possibbli. Il-Parti l-oħra għandha tiġi mgħarrfa mill-ewwel malli tissolva l-problema.

(6)Kull 24 siegħa, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat id-data kollha tal-ERS li l-Istat tal-bandiera jkun irċieva mill-aħħar trażmissjoni liċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe b’kull mezz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli. L-istess proċedura tista’ tintuża fuq talba ta’ São Tomé u Príncipe f’każ ta’ ħidma ta’ manutenzjoni ta’ iktar minn 24 siegħa li taffettwa s-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tal-Unjoni Ewropea. São Tomé u Príncipe għandhom javżaw lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tagħhom sabiex il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ma jitqisux li qed jonqsu milli jħarsu l-obbligu tagħhom li jibagħtu d-data tal-ERS tagħhom. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li jdaħħal id-data li tkun nieqsa fil-bażi tad-data elettronika tiegħu skont il-punt 1 tal-Appendiċi 5.

3.Mezzi ta’ komunikazzjoni alternattivi

L-indirizz tal-posta elettronika taċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe li għandu jintuża f’każ li t-trażmissjonijiet tal-ERS jew tal-VMS ifallu għandu jintbagħat qabel ma jibda japplika l-Protokoll.

Dan għandu jintuża:

għan-notifiki tad-dħul u tal-ħruġ u għan-notifiki dwar il-qabdiet li jkun hemm abbord fil-mument tad-dħul u tal-ħruġ;

għan-notifiki dwar il-ħatt l-art u t-trażbord u dwar il-qabdiet li jkunu ġew ittrażbordati, li jkunu nħattu l-art jew li jkun għad hemm abbord;

għat-trażmissjonijiet temporanji tal-ERS u tal-VMS ta’ sostituzzjoni previsti f’każ ta’ falliment.



Appendiċi 5
SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI (VMS)

1.Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — il-VMS

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona ta’ São Tomé u Príncipe għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona ta’ São Tomé u Príncipe, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun hemm bżonn, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

2.Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fil-VMS

Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li l-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

F’każ ta’ ħsara fil-VMS tal-bastiment, din is-sistema għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien 30 jum. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona ta’ São Tomé u Príncipe.

Il-bastimenti li jkunu qed jistadu fiż-żona ta’ São Tomé u Príncipe b’VMS difettuża għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ ittra elettronika, bir-radju jew permezz ta’ faks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba’ sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.

3.Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil São Tomé u Príncipe

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull bidla f’dawn l-indirizzi.

It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura tal-komunikazzjoni.

Iċ-ĊMS ta’ São Tomé u Príncipe għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni minnufih b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

4.Ħsara fis-sistema ta’ komunikazzjoni

São Tomé u Príncipe għandhom jiżguraw li t-tagħmir elettroniku tagħhom ikun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandhom jgħarrfu lill-Unjoni Ewropea minnufih b’kull ħsara fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.

Il-kaptan għandu jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat ta’ din is-sistema jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ São Tomé u Príncipe li tkun fis-seħħ.

5.Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Abbażi ta’ evidenza ddokumentata li tipprova ksur, São Tomé u Príncipe jistgħu jistaqsu liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibagħtu kopja wkoll lill-Unjoni Ewropea, inaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull nofsiegħa għal perjodu partikulari tal-investigazzjoni. São Tomé u Príncipe għandhom jibagħtu din l-evidenza ddokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibda jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil São Tomé u Príncipe bil-frekwenza l-ġdida.

Fi tmiem il-perjodu partikulari tal-investigazzjoni, São Tomé u Príncipe għandhom jgħarrfu liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea b’kull monitoraġġ li jista’ jkun meħtieġ.

6.Komunikazzjoni tal-messaġġi tal-VMS lil São Tomé u Príncipe

Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ.

Element tad-data

Kodiċi

Obbligatorju/

Fakultattiv

Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)

Speditur

FR

O

Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166)

Stat tal-bandiera

FS

O

Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166)

Tip ta’ messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ — It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI,

MAN)

Sinjal tas-sejħa bir-radju (l-IRCS)

RC

O

Dettall dwar il-bastiment — Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (l-IRCS)

Numru ta’ referenza intern tal-parti kontraenti

IR

O

Dettall dwar il-bastiment — In-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru

Numru

tar-reġistrazzjoni

estern

XR

O

Dettall dwar il-bastiment — In-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

Latitudni

LT

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali N/S GG.ggg (WGS84)

Lonġitudni

LG

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali E/W GG.ggg (WGS84)

Rotta

CO

O

Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°grad

Veloċità

SP

O

Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

Fil-format NAF, it-trażmissjoni tad-data hija strutturata kif ġej:

il-karattri użati jridu jkunu konformi mal-istandard tal-ISO 8859.1; linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ;

kull element tad-data jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħrajn tad-data permezz ta’ linja mmejla doppja (//);

linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-data.

Qabel ma l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju, São Tomé u Príncipe għandhom javżaw jekk id-data tal-VMS għandhiex tiġi trażmessa permezz tal-FLUX TL fil-format UN/CEFACT jew le.

Appendiċi 6
Kwalifiki meħtieġa biex il-baħrin minn São Tomé u Príncipe jiġu impjegati abbord bastimenti tas-sajd bit-tartaruni u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-Unjoni Ewropea

L-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jiżguraw li l-persunal li jiġi impjegat biex jaħdem fuq bastimenti tal-UE jkun jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

1.il-baħrin irid ikollhom mill-inqas 18-il sena;

2.il-baħrin irid ikollhom ċertifikat mediku validu li jikkonferma li huma jinsabu f’kundizzjoni medika tajba biex iwettqu dmirijiethom fuq il-baħar. Dan iċ-ċertifikat irid ikun ħarġu tabib ikkwalifikat kif xieraq;

3.il-baħrin iridu jkunu ħadu t-tilqim meħtieġ għall-finijiet ta’ prekawzjoni fil-qasam tas-saħħa fir-reġjun, u dan it-tilqim irid ikun għadu validu;

4.il-baħrin irid ikollhom mill-inqas ċertifikat validu għat-taħriġ bażiku li ġej marbut mas-sikurezza:

(a)it-tekniki ta’ sopravivenza tal-persuni, inkluż kif jintużaw il-ġkieket tas-salvataġġ;

(b)il-prevenzjoni tan-nirien u t-tifi tan-nar;

(c)l-ewwel għajnuna bażika;

(d)is-sikurezza personali u r-responsabbiltà soċjali; u

(e)il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar;

5.b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-bastimenti tas-sajd il-kbar, il-baħrin:

(a)iridu jkunu jafu t-termini tat-tbaħħir u l-ordnijiet li normalment jintużaw fuq il-bastimenti tas-sajd;

(b)iridu jkunu jafu l-perikli marbutin mal-ħidmiet tas-sajd;

(c)iridu jkunu jifhmu sewwa l-kundizzjonijiet li bihom jaħdmu l-bastimenti tas-sajd u l-perikli li jista’ jkun hemm b’rabta magħhom;

(d)iridu jkunu familjari mal-irkaptu tas-sajd li jridu jużaw waqt is-sajd bit-tartaruni tal-borża u jkunu mdorrijin jużawh;

(e)irid ikollhom għarfien u fehim ġenerali tal-istabbiltà ta’ bastiment u tal-istat ta’ navigabbiltà tiegħu; u

(f)irid ikollhom għarfien ġenerali tal-irmiġġ u tal-immaniġġjar tal-ħbula tal-irmiġġ u tal-użijiet rispettivi tagħhom.