Brussell, 30.1.2019

COM(2019) 64 final

2019/0031(APP)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2019 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Minn meta r-Renju Unit innotifika l-intenzjoni tiegħu ta’ ħruġ, l-Unjoni Ewropea konsistentement iddikjarat li jenħtieġ li l-Unjoni u r-Renju Unit jonoraw l-obbligi rispettivi tagħhom li jirriżultaw mill-perjodu kollu tas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni. Dan il-prinċipju ġie mfakkar fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ April 2017, u rifless fl-introduzzjoni tal-abbozz tal-ftehim dwar il-ħruġ miftiehem bejn is-27 Stat Membru u l-Gvern tar-Renju Unit fl-14 ta’ Novembru 2018. In-nuqqas ta’ ftehim dwar il-ħruġ fid-data tal-ħruġ ma jkollux impatt fuq il-prinċipju gwida.

 

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza” tat-13 ta’ Novembru 2018 1 stipulat il-miżuri ta’ kontinġenza li l-Kummissjoni qed tippjana li tieħu jekk fid-data tal-ħruġ ma jidħol fis-seħħ ebda ftehim dwar il-ħruġ. F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni elenkat l-azzjonijiet li kienet tikkunsidra neċessarji filwaqt li fakkret li jistgħu jkunu meħtieġa azzjonijiet addizzjonali fi stadju aktar tard. Il-Komunikazzjoni ppreżentat ukoll is-sitt prinċipji ġenerali li jenħtieġ li jikkonformaw magħhom il-miżuri kollha ta’ kontinġenza. Dawn jinkludu l-prinċipji li l-miżuri ma jenħtieġx li jirreplikaw il-benefiċċji tas-sħubija mal-Unjoni, lanqas it-termini ta’ xi perjodu ta’ tranżizzjoni, kif previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ; iridu jkunu temporanji fin-natura tagħhom u fil-prinċipju ma jenħtieġx li jmorru lil hinn mill-aħħar tal-2019; kif ukoll iridu jkunu azzjonijiet unilaterali tal-Unjoni Ewropea favur l-interessi tagħha, u għaldaqstant fil-prinċipju l-Unjoni tista’ tirrevokahom fi kwalunkwe ħin.

Xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim se jħalli r-relazzjonijiet baġitarji bejn l-Unjoni u r-Renju Unit mingħajr arranġamenti legali miftiehma, sakemm eventwalment jintlaħaq ftehim. Dan il-vojt ġuridiku jkun joħloq ħafna inċertezza u diffikultajiet għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, għall-benefiċjarji kollha tar-Renju Unit u f’xi każi anki għall-benefiċjarji tal-Istati Membri l-oħra. B’konformità mal-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni, din il-proposta hija miżura ta’ kontinġenza bi tweġiba għal din is-sitwazzjoni.

Wara l-ħruġ, ir-Renju Unit mhux se jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea; it-Trattati u l-leġiżlazzjoni sekondarja mhux se jkunu applikabbli għar-Renju Unit. Ir-Renju Unit jew l-entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit mhux se jibqgħu eliġibbli biex jirċievu finanzjament taħt dawn il-programmi tal-Unjoni, sakemm fl-atti legali tal-programmi ta' nfiq tal-UE ma jiġux inklużi dispożizzjonijiet rilevanti għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġi evitat, jew għall-inqas minimizzat, kull tfixkil bla bżonn għall-benefiċjarji tal-programmi ta' nfiq u għal azzjonijiet oħra tal-UE fil-mument tal-ħruġ, anki bl-aspettattiva li dan ikun jiffaċilita saldu finanzjarju bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.

Il-qafas ta’ kontinġenza propost jipprevedi l-possibbiltà li tinżamm l-eliġibbiltà li, wara d-data tal-ħruġ u għal perjodu ta’ żmien limitat (sal-31 ta’ Diċembru 2019), ir-Renju Unit u l-entitajiet tar-Renju Unit jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni skont impenji legali li jkunu saru qabel id-data tal-ħruġ. Dan huwa soġġett għall-kundizzjoni li r-Renju Unit jieħu impenn bil-miktub u jkompli jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-baġit għall-2019 skont it-termini stabbiliti f’din il-proposta. Barra minn hekk, ir-Renju Unit jenħtieġ li jieħu impenn bil-miktub li jaċċetta l-kontrolli u l-awditi li jkopru l-perjodu ta’ implimentazzjoni kollu tal-programmi jew tal-azzjonaijiet. B’dawn il-kundizzjonijiet, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni se jkunu mħarsa.

Ir-Renju Unit u l-entitajiet tar-Renju Unit, kif ukoll entitajiet mill-Istati Membri l-oħra li l-eliġibbiltà tagħhom hija affettwata mill-ħruġ tar-Renju Unit, ikunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet ta’ din il-proposta. Dan ikun itaffi l-effett ta’ tfixkil li jkollu l-ħruġ fuq ftehimiet u deċiżjonijiet eżistenti. Ikun jippermetti li l-implimentazzjoni tal-baġit issir b’mod ordnat fir-rigward tal-impenji legali mar-Renju Unit u mal-entitajiet tar-Renju Unit li jkunu ġew iffirmati jew adottati qabel id-data tal-ħruġ.

Barra minn hekk, peress li r-Renju Unit ikun qed jiffinanzja l-baġit kollu tal-2019, u b’konformità mal-objettiv li jiġi implimentat kompletament il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 deċiż meta r-Renju Unit kien membru tal-Unjoni, ir-Renju Unit u l-entitajiet tar-Renju Unit ikunu eliġibbli fl-2019 għall-finijiet tal-kundizzjonijiet stipulati biex jipparteċipaw f’sejħiet, offerti, kompetizzjonijiet jew kull proċedura oħra li tista’ twassal għal finanzjament mill-baġit tal-Unjoni. Dan ma jkunx japplika f’każ li jkun hemm restrizzjonijiet fir-rigward tas-sigurtà u ta’ azzjonijiet li jinvolvu l-Bank Ewropew tal-Investiment jew il-Fond Ewropew tal-Investiment.

Il-qafas ta’ kontinġenza propost ikun jippermetti wkoll il-finanzjament ta’ azzjonijiet li fihom l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Istati Membri huma benefiċjarji fejn l-eliġibbiltà tiddependi fuq il-fatt li r-Renju Unit huwa Stat Membru, bil-kundizzjoni li dawn l-azzjonijiet speċifiċi jiġu implimentati skont impenji legali li jkunu ġew iffirmati jew adottati qabel id-data tal-ħruġ.

Din l-eliġibbiltà tar-Renju Unit u tal-entitajiet tar-Renju Unit tibda tapplika biss wara li l-kundizzjonijiet stipulati f’din il-proposta jkunu ġew issodisfati, inkluż li r-Renju Unit ikun għamel l-ewwel pagament tiegħu lill-baġit tal-UE għall-perjodu ta’ wara l-ħruġ tiegħu. Il-qafas ta’ kontinġenza li jipprevedi l-eliġibbiltà tar-Renju Unit u tal-entitajiet tar-Renju Unit ma jibqax japplika jekk ir-Renju Unit ma jibqax iħallas jew jekk ikunu ġew osservati defiċjenzi sinifikanti fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli u tal-awditi.

Il-proposta hija mingħajr preġudizzju għan-negozjar ta’ ftehim mar-Renju Unit dwar saldu finanzjarju li jkopri l-obbligi reċiproċi kollha. Jekk fl-2019 ma jintlaħaq l-ebda ftehim, is-sitwazzjoni fil-bidu tal-2020 se tkun ekwivalenti għal dik fid-data tal-ħruġ għall-impenji reċiproċi li jkunu ħadu l-Unjoni u r-Renju Unit. Fi kwalunkwe każ l-Unjoni u r-Renju Unit ikunu jridu jonoraw l-obbligi rispettivi tagħhom li jirriżultaw mill-perjodu kollu tas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta għandha l-għan li timminimizza l-impatt negttiv tal-ħruġ tar-Renju Unit għall-baġit tal-Unjoni u għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni.

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija kompletament konsistenti mal-mandat tal-Kunsill għan-negozjati mar-Renju Unit rigward il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 352 TFUE u l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom jippermettu li l-Unjoni tadotta miżuri xierqa jekk jirriżulta li huma meħtieġa azzjonijiet mill-Unjoni, fil-qafas tal-politiki, biex jinkiseb wieħed mill-objettivi stipulati fit-Trattati, u t-Trattati ma jkunux ipprovdew is-setgħat meħtieġa. Ir-Regolament propost jikkostitwixxi miżura li tippermetti tranżizzjoni, wara l-ħruġ ta’ Stat Membru, fir-rigward tal-finanzjament u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni f’sitwazzjoni fejn ma jkun ġie konkluż ebda ftehim ma’ dak l-Istat. Tali miżura hija neċessarja sabiex jiġi implimentat il-baġit tal-Unjoni tas-sena finanzjarja kurrenti (2019), ikunu jistgħu jaslu l-pagamenti mingħand l-Istat Membru li qed joħroġ, kif ukoll tipprovdi soluzzjoni għall-azzjonijiet li jinsabu għaddejjin u li huma ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni favur ir-Renju Unit u l-benefiċjarji tar-Renju Unit u għal azzjonijiet ġodda ġġustifikati mill-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-baġit tal-2019. It-Trattati ma jipprevedux is-setgħat neċessarji biex l-Unjoni tadotta tali miżuri tranżitorji u għalhekk l-Artikolu 352 TFUE u l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom huma l-bażi ġuridika xierqa.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-awtorità baġitarja tal-Unjoni adottat il-baġit tal-Unjoni għall-2019 sabiex tiffinanzja l-azzjonijiet u l-programmi ta' nfiq skont il-QFP 2014-2020 kif adottati mill-leġiżlatur tal-Unjoni. L-objettivi tal-azzjoni proposta jistgħu għalhekk jinkisbu permezz ta’ miżura fil-livell tal-Unjoni.

Proporzjonalità

Il-proposta ma teċċedix dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tal-miżura, peress li tasal sal-limitu li tiddetermina l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà tar-Renju Unit u tal-entitajiet tar-Renju Unit, u hija limitata fiż-żmien.

Għażla tal-istrument

Minħabba l-bżonn ta’ att vinkolanti li jkun applikabbli direttament, li jiġi propost regolament huwa l-unika forma adegwata.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ma kienx possibbli li jsiru konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati minħabba l-urġenza biex titħejja l-proposta sabiex tkun tista’ tiġi adottata fil-ħin mill-Kunsill wara li jkun inkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew qabel l-elezzjonijiet Ewropej.

Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba n-natura tal-miżura proposta, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt, b’konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar. Ma hemmx disponibbli alternattivi ta’ politika oħrajn materjalment differenti. Il-qafas ta’ kontinġenza previst ikun jiffaċilita l-implimentazzjoni bla xkiel tal-baġit tal-2019 u ta’ ftehim futur possibbli mar-Renju Unit bl-obbligi rispettivi li jirrizultaw mill-perjodu kollu tas-sħubja tar-Renju Unit fl-Unjoni.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

F’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim permezz ta’ din il-proposta r-Renju Unit u l-benefiċjarji tar-Renju Unit jingħataw lura l-eliġibbilta sakemm ir-Renju Unit jibqa’ jħallas il-kontribuzzjoni tiegħu stabbilita fil-baġit għall-2019. Għaldaqstant ma hemm l-ebda implikazzjoni għall-baġit meta mqabbel mal-baġit tal-2019 kif adottat mill-Parlament Ewropew f’Diċembru 2018.

L-impenn bil-miktub tar-Renju Unit li jaċċetta l-kontrolli u l-awditi neċessarji jkunu kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-qafas ta’ kontinġenza.

2019/0031 (APP)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2019 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew 2 ,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Fid-29 ta’ Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Fin-nuqqas ta’ ftehim mar-Renju Unit dwar il-ħruġ u ta’ estensjoni tal-perjodu ta’ sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati ma baqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih fit-30 ta’ Marzu 2019 Għaldaqstant hemm bżonn li jintlaħaq ftehim dwar saldu finanzjarju fir-rigward tal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw mis-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni fi ftehim internazzjonali futur bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni.

(2)Huwa għalhekk neċessarju li jiġu stipulati r-regoli dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni minn naħa, u r-Renju Unit u l-benefiċjarji tiegħu min-naħa l-oħra fir-rigward tal-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni (“il-baġit”) fl-2019.

(3)It-Trattati ma jipprovdux setgħat għajr dawk skont l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-adozzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit 2019 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

(4)Ir-Renju Unit u persuni u entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit qed jipparteċipaw f’għadd ta’ programmi jew azzjonijiet tal-Unjoni abbażi tas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni. Din il-parteċipazzjoni ssir abbażi ta’ ftehimiet mar-Renju Unit jew ma’ persuni jew entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit jew abbażi ta’ deċiżjonijiet favur ir-Renju Unit jew persuni jew entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit li jikkostitwixxu impenji legali.

(5)Għal ħafna minn dawk il-ftehimiet u deċiżjonijiet, in-normi li jirregolaw l-eliġibbiltà jirrikjedu li l-benefiċjarju jkun Stat Membru jew persuna jew entità stabbilita fi Stat Membru. L-eliġibbiltà tar-Renju Unit jew ta’ persuni jew entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit hija f’każi bħal dawn marbuta mal-fatt li r-Renju Unit huwa Stat Membru. Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni għalhekk jimplika t-telf tal-eliġibbiltà ta’ tali benefiċjarji għall-finanzjament tal-Unjoni skont il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet. Madankollu, dan ma jikkonċernax każijiet fejn persuni jew entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit jipparteċipaw f’azzjoni bħal u skont il-kondizzjonijiet applikabbli skont ir-regoli rispettivi tal-Unjoni għal persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz.

(6)Ikun ta’ benefiċċju kemm għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha kif ukoll għar-Renju Unit u għal persuni u entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit jekk il-baġit għall-2019 jiġi implimentat kif ġie adottat għal dik is-sena. Ikun ukoll ta’ benefiċċju jekk l-impenji legali ffirmati u adottati qabel id-data tal-ħruġ ikomplu jiġu eżegwiti.

(7)Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li skonthom ir-Renju Unit u persuni u entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit ikunu jistgħu jibqgħu eliġibbli fl-2019 fir-rigward tal-ftehimiet iffirmati magħhom u tad-deċiżjonijiet adottati fir-rigward tagħhom sa dik id-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih (“id-data tal-ħruġ”). Il-kundizzjonijiet ikunu li r-Renju Unit ikkonferma l-impenn dwarhom bil-miktub lill-Kummissjoni biex ikompli jħallas kontribuzzjoni għall-baġit fl-2019 abbażi tar-riżorsi proprji stmati mir-Renju Unit fil-baġit approvat għall-2019, li l-ewwel pagament tħallas mir-Renju Unit u li r-Renju Unit ikkonferma l-impenn tiegħu bil-miktub lill-Kummissjoni biex iħalli li jsiru l-awditi u l-verifiki bis-sħiħ mill-Unjoni f'konformità mar-regoli applikabbli. Fid-dawl tal-bżonn ta’ ċertezza huwa xieraq li jiġi limitat iż-żmien għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet.

(8)Sakemm il-kundizzjonijiet għal eliġibbiltà tar-Renju Unit u l-persuni u l-entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit stabbiliti skont dan ir-Regolament ikomplu jiġu ssodisfati, huwa xieraq ukoll li jiġi pprovdut għall-eliġibbiltà tagħhom għall-finijiet ta’ kundizzjonijiet stabbiliti f’sejħiet, offerti, kompetizzjonijiet jew kwalunkwe proċedura oħra li tista’ twassal għall-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta’ każijiet speċifiċi relatati mas-sigurtà u mat-telf ta’ sħubija tar-Renju Unit fil-Bank Ewropew tal-Investiment, u li jiġi pprovdut finanzjament tal-Unjoni lilhom.

(9)Huwa xieraq li jiġi previst li l-eliġibbiltà tar-Renju Unit u l-persuni u l-entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit tkompli bil-kundizzjoni li r-Renju Unit ikompli bil-pagamenti fil-baġit tal-Unjoni 2019 u li l-verifiki u l-awditi jistgħu jsiru b’mod effettiv. Fejn dawn il-kundizzjonijiet ma jibqgħux jiġu ssodisfati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni li tikkonstata t-tali nuqqas. F’każ bħal dan, jenħtieġ li r-Renju Unit u persuni u entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit ma jibqgħux eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni.

(10)Huwa xieraq ukoll li tiġi prevista l-kontinwazzjoni ta’ eliġibbiltà tal-azzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jew entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri jirċievu fondi mill-Unjoni u li huma relatati mar-Renju Unit fl-2019. Madankollu, jenħtieġ li n-nuqqas potenzjali ta’ aċċettazzjoni mir-Renju Unit ta’ verifiki u awditi jikkostitwixxi element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba meta tiġi vvalutata l-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet.

(11)Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba li jikkonċernaw il-baġit tal-Unjoni u programmi u azzjonijiet implimentati mill-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(12)Sabiex jippermetti għal flessibbiltà limitata, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-possibilità ta’ estensjoni tal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (c), u l-emendi għall-iskeda ta’ pagament għax-xhur wara Awwissu 2019. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Fejn, fil-każ ta’ riskju ta’ tfixkil serju tal-implimentazzjoni u tal-finanzjament tal-baġit tal-Unjoni fl-2019, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, jenħtieġ li l-att delegat jidħol fis-seħħ bla dewmien u jenħtieġ li japplika sakemm ma jkun hemm ebda oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(13)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza u jenħtieġ li japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit. Minħabba li fid-data tal-ħruġ baġit tal-Unjoni adottat, li jipprevedi għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-finanzjament tiegħu, ikopri biss l-2019, jenħtieġ li dan japplika biss għall-eliġibbiltà għas-sena tal-2019.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni u l-iffinanzjar tal-baġit ġenerali tal-Unjoni (“il-baġit”) fl-2019 dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u azzjonijiet taħt ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża li għalihom l-eliġibbiltà tkun sodisfatta permezz tas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni fid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw fir-Renju Unit u għar-Renju Unit (“data tal-ħruġ”).

2.Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali koperti mir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 , u għal attivitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim taħt il-programm Erasmus+ koperti bir-Regolament 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 .

Artikolu 2
Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà

1.Fejn ir-Renju Unit jew persuna jew entità stabbilità fir-Renju Unit jirċievu fondi tal-Unjoni fl-ambitu ta’ azzjoni mwettqa b’ġestjoni diretta, indiretta jew kondiviża skont impenji legali ffirmati jew adottati qabel id-data tal-ħruġ u ta’ eliġibbiltà taħt dik l-azzjoni li tiddependi fuq is-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni, huma għandhom ikomplu jkunu eliġibbli fl-2019 wara d-data tal-ħruġ jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ir-Renju Unit ikkonferma mhux aktar tard mit-18 ta’ April 2019 bil-miktub lill-Kummissjoni li huwa se jkompli jikkontribwixxi għall-baġit fl-2019 għall-ammont muri fil-linja “Renju Unit” u l-kolonna “Riżorsi Proprji Totali” tat-Tabella 7 tal-parti “A. Introduzzjoni u finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni” tal-parti tad-dħul tal-baġit għall-2019 stabbiliti fl-adozzjoni Definittiva (UE, Euratom) 2019/... tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 5 imnaqqas bl-ammont ta’ riżorsi proprji magħmula disponibbli mir-Renju Unit fir-rigward tas-sena finanzjarja tal-2019 qabel id-data tal-ħruġ, skont l-iskeda tal-pagament stabbilità f’dan ir-Regolament;

(b)ir-Renju Unit ikun ħallas sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2019 fuq il-kont stabbilit mill-Kummissjoni l-ewwel pagament li jikkorrispondi għall-ħlas parzjali msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu immultiplikat bir-riżultat ta’ dan li ġej: in-numru ta’ perjodi ta’ xhur sħaħ bejn id-data tal-ħruġ u tmiem is-sena 2019 imnaqqas bin-numru ta’ xhur bejn ix-xahar tal-ewwel pagament, ħlief dak ix-xahar, u tmiem is-sena 2019;

(c)ir-Renju Unit ikkonferma mhux aktar tard mit-18 ta’ April 2019 l-impenn bil-miktub lill-Kummissjoni li se jkompli jaċċetta l-kontrolli u l-awditi li jkopru l-perjodu kollu ta’ programmi u azzjonijiet f’konformità mar-regoli applikabbli;

(d)il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) u (c) ġew issodisfati.

L-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandu jinqasam fi ħlasijiet parzjali indaqs. L-għadd ta’ ħlasijiet parzjali għandu jikkorrispondi għan-numru ta’ xhur sħaħ bejn id-data tal-ħruġ u tmiem is-sena 2019. Il-pagamenti tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor tal-baġit tal-Unjoni.

L-impenn imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu jinkludi b’mod partikolari kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fl-aċċettazzjoni tad-drittijiet tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi biex ikollhom aċċess għal data u dokumenti relatati ma’ kontribuzzjonijiet tal-Unjoni, u biex iwettqu verifiki u awditi.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ġewx issodisfati.

3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7 dwar l-estensjoni tal-iskadenzi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Fejn, fil-każ ta’ riskju ta’ tfixkil serju tal-implimentazzjoni u tal-finanzjament tal-baġit tal-Unjoni fl-2019, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 8 għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.

Artikolu 3
Kontinwazzjoni ta’ eliġibbiltà tar-Renju Unit u ta’ persuni u entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit

1.L-eliġibbiltà tar-Renju Unit u ta’ persuni u entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 2 għandha tkompli fis-sena 2019 sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)wara l-ewwel pagament magħmul f’konformità mal-Artikolu 2(1)(b), ir-Renju Unit ikun ħallas fil-kont stabbilit mill-Kummissjoni l-pagament mensili msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ kull xahar sa Awwissu 2019;

(b)ir-Renju Unit ikun ħallas fil-kont stabbilit mill-Kummissjoni fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Settembru 2019 ir-rimanenti pagamenti mensili msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2, ħlief jekk il-Kummissjoni tikkomunika lir-Renju Unit skeda ta’ pagamenti differenti għal dan il-pagament sal-31 ta’ Awwissu 2019;

(c)ma jkun ġie osservat l-ebda nuqqas sinifikanti fit-twettiq tal-verifiki u tal-awditi msemmija fl-Artikolu 2(1)(c).

2.Fejn waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni għal dan il-fini. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 ma għandhomx ikomplu japplikaw.

3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7 dwar skeda ta’ pagamenti differenti għall-pagament imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Fejn, fil-każ ta’ riskju ta’ tfixkil serju tal-implimentazzjoni u tal-finanzjament tal-baġit tal-Unjoni fl-2019, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 8 għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.

Artikolu 4
Parteċipazzjoni fis-sejħa għal proposti

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(d), u sakemm ma tkunx daħlet fis-seħħ deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(2), ir-Renju Unit jew persuni u entitajiet stabbiliti fir-Renju Unit għandhom ikunu eliġibbli fl-2019 għall-finijiet ta’ kundizzjonijiet stabbiliti fi kwalunkwe sejħa għal proposti, offerti, kompetizzjonijiet jew kwalunkwe proċedura oħra li tista’ twassal għal finanzjament mill-baġit tal-Unjoni bl-istess mod bħal Stati Membri u persuni jew entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri, u jkunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni.

L-ewwel paragrafu ma għandux japplika fejn il-parteċipazzjoni hija limitata għall-Istati Membri u persuni jew entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri għal raġunijiet ta’ sigurtà, u għal kwalunkwe azzjoni li tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment jew tal-Fond Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 5
Adattamenti meħtieġa oħra

Jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) jiġu ssodisfatti, u sakemm deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tkun daħlet fis-seħħ, għall-iskop ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe regola li tirregola l-azzjonijiet imwettqa skont l-impenji legali msemmija fl-Artikolu 2(1), is-sejħiet għal proposti msemmija fl-Artikolu 4 u l-azzjonijiet imwettqa skont l-impenji legali ffirmati jew adottati wara s-sejħiet għal proposti msemmija fl-Artikolu 4, li huma meħtieġa biex jagħtu effett lill-Artikoli 2(1) u 4(1), ir-Renju Unit għandu jiġi ttrattat bħala Stat Membru soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Madankollu, ir-Renju Unit jew ir-rappreżentanti tar-Renju Unit ma għandhom jitħallew jipparteċipaw f’ebda kumitat li jassisti fil-maniġment skont ir-regoli tal-att bażiku, jew gruppi ta’ esperti jew korpi oħra li jagħtu pariri dwar il-programmi jew dwar l-azzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta’ monitoraġġ jew kumitati speċifiċi għall-programmi operazzjonali, nazzjonali jew programmi simili f’ġestjoni kondiviża.

Artikolu 6
Eliġibbiltà ta’ azzjonijiet li jirrigwardaw lir-Renju Unit, fejn l-Istati Membri jew il-persuni jew l-entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri jirċievu l-fondi mill-Unjoni.

1.L-azzjonijiet taħt ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża li għalihom l-Istati Membri jew persuni jew entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri jirċievu l-fondi mill-Unjoni skont impenji legali ffirmati jew adottati qabel id-data tal-ħruġ u li għalihom l-eliġibilità tkun issodisfata permezz tas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni fid-data tal-ħruġ għandhom ikunu eliġibbli fl-2019 sa mid-data tal-ħruġ.

L-azzjonijiet li għalihom il-kundizzjoni ta’ eliġibilità ta’ numru minimu ta’ parteċipanti minn Stati Membri differenti f’konsorzju tkun issodisfata fid-data tal-ħruġ minn membru tal-konsorzju li hija persuna jew entità stabbilità fir-Renju Unit, għandhom ikunu eliġibbli fl-2019 meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) ikunu ssodisfati.

2.In-nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) jew ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) rigward in-nuqqas ta’ sodisfazzjon ta’ kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c), għandu jitqies mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ nuqqas serju fil-konformità mal-obbligi ewlenin fl-implimentazzjoni tal-impenn legali msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 7
Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 2 u 3 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il- prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 2 u 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 8
Proċedura ta’ urġenza

1.L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(6). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill- Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mid-data ta’ wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw u fir-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta' politika 

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament mill-baġit 2019 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

1.3.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.3.1.Rekwiżit li jrid jiġi ssodisfat fuq terminu qasir jew twil inkluż kronoloġija dettaljata għall-bidu tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mid-data ta’ wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw u fir-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jkun daħal fis-seħħ sa dik id-data.

1.3.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi diversi, eż. qligħ minn kordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew kumplementaritajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li b’mod ieħor kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Mhux applikabbli

1.3.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux applikabbli

1.3.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-possibilità ta’ sinerġiji ma’ strumenti xierqa oħra

Dan ir-Regolament huwa kompatibbli mal-QFP. Ma għandu l-ebda impatt finanzjarju.

1.3.5.Valutazzjoni tal-opzjonijiet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni għar-riallokazzjoni

Dan ir-Regolament ma għandu l-ebda impatt finanzjarju. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi se tiġi ffinanzjata permezz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni dment li r-Renju Unit jipprovdi r-riżorsi previsti fil-baġit 2019 kif adottat mill-Parlament Ewropew f’Diċembru 2018.

1.4.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

X l-ebda impatt finanzjarju

1.5.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 6  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

X    mill-aġenziji eżekuttivi

X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

X il-pajjiżi terzi jew il-korpi li huma ħatru;

X organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

X il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

X korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

X korpi rregolati bil-liġi pubblika;

X korpi amministrati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

X korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdat lilhom bl-implimentazzjoni ta’ sħubija privata-pubblika u li tipprovdi garanziji finanzjarji adegwati;

X persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Mhux applikabbli

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ verifika 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Mhux applikabbli

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Mhux applikabbli

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Mhux applikabbli

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja Baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 7

mill-pajjiżi tal-EFTA 8

mill-pajjiżi kandidati 9

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

Kollha

Il-programmi kollha tal-qafas finanzjarju pluriennali

Diff./Mhux diff.

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta dwar l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

X    Dan ir-Regolament ma għandu l-ebda impatt finanzjarju.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

EUR

L-intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

13

2019

2020

2021

2022

2023

Snin sussegwenti

TOTAL

Kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

Impenji

=1a+1b +3

Pagamenti

=2a+2b

+3





TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk aktar minn intestatura operazzjonali waħda hija affettwata mill-proposta / l-inizjattiva, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

TOTAL tal-approprazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont referenzjali)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża “d-data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <....... >

• riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 10

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 11

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru Totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 12 ...

- Output

- Output

- Output

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2...

- Output

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 13

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 14
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 15

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-”pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  16

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02/12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta / L-inizjattiva:

X    tista’ tiġi ffinanzjata kollha kemm hi taħt l-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

   tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta / L-inizjattiva:

X ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta / l-inizjattiva ma tħalli l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

X    fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa X    

EUR



Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Mhux applikabbli

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

Iż-żieda ta’ dħul ieħor se tikkorrispondi eżattament għall-istess ammont ta’ riżorsi proprji li għandhom isiru disponibbli mir-Renju Unit għall-perjodu wara d-data tal-ħruġ f’konformità mal-baġit għall-2019 kif adottat mill-Parlament Ewropew f’Diċembru 2018.

(1)    COM/2018/880 final.
(2)    ĠU C , , p. .
(3)    Ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... sabiex jippermetti l-kontinwazzjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u r-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta’ Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
(4)    Ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... li jistabbilixxi provvedimenti għall-kontinwazzjoni ta’ attivitajiet ta' mobbiltà ta’ tagħlim kontinwu taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit) mill-Unjoni Ewropea.
(5)    ĠU...
(6)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(7)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(8)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(9)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(10)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(11)    L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu forniti (eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjat, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(12)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku / speċifiċi…”
(13)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(14)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(15)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(16)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").