23.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9483 — Engie/Powerlines)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 285/04)

1.   

Fis-16 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Engie S.A. (Franza, “Engie”),

Powerlines Group (l-Awstrija, “Powerlines”)

Engie takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Powerlines kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Engie hija kumpanija industrijali attiva fl-oqsma tal-gass, l-elettriċità u servizzi tal-enerġija. Hija attiva tul il-katina kollha ta’ valur tal-enerġija.

Powerlines hija attiva fl-elettrifikazzjoni tal-ferroviji u tas-soluzzjonijiet tal-wires li jgħaddu fuq il-ferroviji prinċipalment fir-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Awstrija u hija attiva fit-trasmissjoni tal-eneġija u fl-istallazzjoni tal-wires tad-distribuzzjoni fil-Ġermanja u l-Awstrija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9483 — Engie/Powerlines

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).