11.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9465 — Primus Shareholders/Prudential/Real Estate)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 307/07)

1.   

Fl-4 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

K Plus BV; Givin BV, Muhak BV u 3K Investment BV (“il-Primus Shareholders”, in-Netherlands); kif ukoll

Pramerica Real Estate Capital VI S.à.r.l. (“PRECap”, il-Lussemburgu), ikkontrollata mill-Prudential Financial Inc. (“PFI”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

Il-Primus Shareholders u PRECap jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tar-Real Estate Asset kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   il-Primus Shareholders: veikoli ta’ investiment, miżmuma minn ċerti membri tal-familja Sabancı, li għandhom parteċipazzjoni fl-entità affiljata Esas Holding A.S. (“Esas”), li hija attiva (fl-uffiċċji tagħha f’Istanbul u London) fin-negozju ta’ investiment dinji billi tinvesti f’diversi kategoriji ta’ assi inklużi l-ekwità privata, il-proprjetà immobbli, il-venture capital u fil-liquid assets.

—   PreCAP: il-provvista ta’ kapital biex tkun assistita l-akkwiżizzjoni u r-rifinanzjament ta’ assi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali li huma predominentement lokalizzati fir-Renju Unit u l-Ġermanja. PRECap hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mill-Prudential Financial Inc., istituzzjoni ta’ servizzi finanzjarji li tipprovdi assigurazzjoni, ġestjoni ta’ investiment, u prodotti u servizzi oħra finanzjarji kemm lill-konsumatur u kemm lil klijenti kummerċjali fl-Istati Uniti tal-Amerika u f’aktar minn 40 pajjiż ieħor.

—   ir-Real Estate Asset: proprjetàjiet immobbli li jinsabu fi Groninger Straße 25, 27, Liebenwalder Straße 21, Oudenarder Straße 16, 13347 Berlin, u li huma prinċipalment użati għall-finijiet ta’ uffiċċji u sa ċertu punt anki għall-finijiet ta’ ħwienet, manifattura u loġistika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9465 — Primus Shareholders/Prudential/Real Estate

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.