5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9317 — ArcelorMittal/CLN/Ilva SSCs)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 83/10)

1.   

Fil-21 ta' Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ArcelorMittal SA (“ArcelorMittal”, il-Lussemburgu),

CLN — Coils Lamiere Nastri SpA (“CLN”, l-Italja),

ArcelorMittal CLN Distribuzione Italia srl (“AMCLN”, l-Italja), ikkontrollata minn ArcelorMittal u CLN, u

iċ-ċentri ta’ servizzi tal-azzar (steel service centres, SSCs) ta’ Ilva f’Legarno u f’Paderno Dugnano (l-“SSCs ta’ Ilva”, l-Italja), li huma kkontrollati minn ArcelorMittal.

ArcelorMittal u CLN jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-SSCs ta’ Ilva.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ trasferiment tas-sjieda minn ArcelorMittal għal AMCLN.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   l-impriża ArcelorMittal: il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar,

—   l-impriża CLN: il-produzzjoni ta’ komponenti awtomobilistiċi tal-azzar u ta’ roti tal-azzar, u d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-azzar permezz ta’ SSCs barra mill-Italja, u

—   l-SSCs ta Ilva: żewġ ċentri tas-servizzi tal-azzar jinsabu f’Legarno u f’Padono Dugnano.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9317 — ArcelorMittal/CLN/Ilva SSCs

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).