4.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 125/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9288 — CACF/BBPM/Agos Ducato/ProFamily)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 125/06)

1.   

Fid-29 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CA Consumer Finance S.A. (“CACF”, Franza), ikkontrollata biss minn Crédit Agricole S.A. (Franza),

Banco BPM S.p.A (“BBPM”, l-Italja),

Agos Ducato S.p.A. (“Agos Ducato”, l-Italja), ikkontrollata b’mod konġunt minn CACF u BBPM,

ProFamily S.p.A. (“ProFamily”, l-Italja), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ BBPM.

CACF u BBPM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ProFamily permezz ta’ Agos Ducato, kumpanija ta’ riskju konġunta li kienet teżisti qabel. Bħalissa ProFamily hija esklussivament ikkontrollata minn BBPM.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CACF hija attiva fis-settur finanzjarju tal-konsumaturi fi Franza u f’diversi pajjiżi Ewropej oħra, kif ukoll fiċ-Ċina u fil-Marokk,

BBPM huwa grupp bankarju attiv prinċipalment fl-Italja,

Agos Ducato topera fis-settur tal-kreditu tal-konsumatur fl-Italja,

ProFamilja toffri prodotti ta’ kreditu għall-konsumatur fl-Italja. In-negozju ta’ ProFamily, li mhuwiex distribwit permezz tan-network bankarju tal-BBPM, mhuwiex parti mill-konċentrazzjoni proposta.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9288 — CACF/BBPM/Agos Ducato/ProFamily

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).