Brussell, 25.9.2019

COM(2019) 422 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

IT-12-IL RAPPORT FINANZJARJU TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL








dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI (FAEŻR)








IS-SENA FINANZJARJA 2018


Werrej

1.Proċedura tal-baġit

1.1.Qafas finanzjarju

1.2.Abbozz tal-baġit (AB) tal-2018

1.3.Adozzjoni tal-Baġit tal-2018

1.4.Adozzjoni tal-Baġits Emendatorji

2.Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet

2.1.Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

2.1.1.Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

2.1.2.Assistenza teknika

2.2.Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

2.2.1.Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

2.2.2.Assistenza teknika

3.Implimentazzjoni tal-baġit tal-2018 tal-FAEŻR

3.1.Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

3.1.1.Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

3.1.2.Assistenza teknika

3.2.Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

3.2.1.Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

3.2.2.Assistenza teknika

3.3.Analiżi tan-nefqa ddikjarata skont il-miżura

3.4.Implimentazzjoni tal-programmi tal-FAEŻR

3.4.1.Perjodu ta’ programmazzjoni tal-2007-2013

3.4.2.Perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-2020

1.    Proċedura tal-baġit

1.1.    Qafas finanzjarju 

In-nefqa għall-iżvilupp rurali fl-2018 hija ffinanzjata fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020. Il-qafas finanzjarju huwa previst mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1311/2013. L-allokazzjoni għall-iżvilupp rurali u l-allokazzjoni għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti wara l-aġġustament tekniku annwali tal-QFP huma ppreżentati fit-Tabella 1.

Tabella 1 – Qafas finanzjarju 2014-2020

INTESTATURA 2.

F’miljuni ta’ EUR; prezzijiet kurrenti

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

TOTAL

49 857

64 692

64 262

60 191

60 267

60 344

60 421

li minnhom:

- Żvilupp rurali a), b), c), d), e)

5 299

18 184

18 684

14 371

14 381

14 691

14 709

- Nefqa relatata mas-suq u għajnuniet diretti, a), b), c), d)

43 778

44 190

43 950

44 146

44 162

43 880

43 887

a) Wara trasferiment nett ta’ EUR 351.9 miljun bejn il-FAEG u l-FAEŻR għas-sena finanzjarja 2014 (ara n-nota f għad-dettalji)

b) Wara trasferiment nett ta’ EUR 51.6 miljun bejn il-FAEG u l-FAEŻR għas-sena finanzjarja 2015 (ara n-nota f għad-dettalji)

c) Wara trasferiment nett ta’ EUR 28 miljun bejn il-FAEG u l-FAEŻR għas-snin finanzjarji 2014-2020 (ara n-nota f għad-dettalji)

d) Wara trasferiment nett ta’ EUR 4 313.9 miljun bejn il-FAEG u l-FAEŻR għas-snin finanzjarji 2015-2020 (ara n-nota f għad-dettalji)

e) Wara r-riprogrammazzjoni tal-allokazzjoni tal-FAEŻR għall-2014 wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament QFP (UE) Nru 1311/2013, ammont totali ta’ EUR 8 705 miljuni mnaqqas mill-impenji tal-2014, ġie distribwit b’mod ugwali bejn l-impenji tal-2015 u tal-2016

f) It-trasferimenti fl-iżvilupp rurali (FAEŻR) imsemmija fin-noti minn a) sa d) hawn fuq jinvolvu: EUR 4 miljuni ttrasferiti fis-sena għall-perjodu sħiħ 2014-2020 mis-settur tal-qoton (il-Greċja) abbażi tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, EUR 296.3 miljun stabbiliti għall-aġġustament volontarju ttrasferiti għas-sena finanzjarja 2014 (UK) abbażi tal-Artikolu 10b u 10c(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, EUR 51.6 miljun għall-ammonti li ma ntefqux ittrasferiti kull sena għas-snin finanzjarji 2014 u 2015 (SE u DE) abbażi tal-Artikoli 136 u 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u EUR 4 313.9 miljun għat-tnaqqis tal-pagamenti u l-flessibbiltà bejn il-pilastri abbażi tal-Artikoli 7(2) u 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

1.2.    Abbozz tal-baġit (AB) tal-2018

L-Abbozz tal-baġit (AB) tal-2018 ġie adottat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità Baġitarja fid-29 ta’ Ġunju 2017.

L-Abbozz tal-baġit kien jinkludi EUR 14 372 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 11 848 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-baġit tal-2018 fl-4 ta’ Settembru 2017 u l-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fil-25 ta’ Ottubru 2017. Fi żmien 21 jum kellha tissejjaħ laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u l-Kumitat qabel dwar test konġunt. Fit-30 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew approvaw b’mod separat it-test konġunt .

1.3.    Adozzjoni tal-Baġit tal-2018

Il-Baġit tal-2018 li ġie adottat fit-30 ta’ Novembru 2017 kien, fir-rigward tal-FAEŻR, ugwali għall-proposta inizjali tal-Kummissjoni.

Tabella 2

Baġit adottat tal-2018

Partita tal-baġit

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

(f’EUR)

(f’EUR)

2014-2020

05.046001 (Programmi ta’ żvilupp rurali)

14 346 899 509

11 822 000 000

05.010404 (Assistenza teknika nonoperazzjonali)

4 689 000

4 689 000

05.046002 (Assistenza teknika operazzjonali)

20 770 000

21 037 093

1.4.    Adozzjoni tal-Baġits Emendatorji

Fil-Baġit Emendatorju Nru 6, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-assistenza teknika tal-FAEŻR 2014-2020 tnaqqsu għal EUR 0.7 miljun.

Tabella 3

Baġit tal-2018 wara l-emendi

Partita tal-baġit

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

(f’EUR)

(f’EUR)

2014-2020

05.046001 (Programmi ta’ żvilupp rurali)

14 346 899 509

11 822 000 000

05.010404 (Assistenza teknika nonoperazzjonali)

4 689 000

4 689 000

05.046002 (Assistenza teknika operazzjonali)

20 070 000

21 037 093

2.    Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet

2.1.    Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

2.1.1.    Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-programmi tal-iżvilupp rurali tal-FAEŻR marbuta mal-programmi għall-2014-2020, il-baġit ivvutat għall-2018 kien jammonta għal EUR 14 347 miljun.

Tabella 4

Ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-2018 – FAEŻR

Partita tal-baġit

05.046001

(f’EUR)

Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2018

14 346 899 509

Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2018

14 346 899 509

Approprjazzjonijiet li ntużaw fl-2018

14 346 899 509

2.1.2.    Assistenza teknika

L-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jipprevedi li l-FAEŻR jista’ juża sa 0.25 % tal-allokazzjoni annwali tiegħu biex jiffinanzja l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Fil-Baġit tal-2018, l-ammont inizjali disponibbli għal dan l-iskop kien ta’ EUR 4.7 miljun għall-assistenza teknika nonoperazzjonali u ta’ EUR 20.8 miljun għall-assistenza teknika operazzjonali. Permezz tal-Baġit Emendatorju Nru 6, dan tal-aħħar tnaqqas b’EUR 0.7 miljun.

2.2.    Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

2.2.1.    Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

Għall-programmi ta’ żvilupp rurali għall-2014-2020, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-baġit ivvutat tal-2018 kienu jammontaw għal EUR 11 822 miljun. Barra minn hekk, id-dħul assenjat disponibbli ttrasferit mis-sena ta’ qabel kien jammonta għal EUR 18.1 miljun u d-dħul assenjat miġbur matul is-sena kien jammonta għal EUR 12.4 miljun. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu rinforzati bit-trasferiment ta’ (a) EUR 4 miljun mil-linja tal-assistenza teknika, (b) EUR 150 miljun bit-trasferiment globali u (c) EUR 64 miljun bit-trasferiment tal-aħħar tas-sena. Barra minn hekk, it-trasferiment ta’ EUR 119.0 miljun tad-dħul assenjat mill-FAEŻR 2007-2013 ġie eżegwit biex ikopri b’mod sħiħ id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tal-Istati Membri tat-tielet trimestru tal-2018. Meta wieħed iqis it-trasferimenti kollha, l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2018 kien ta’ EUR 12 189.5 miljun. B’kollox, intużaw EUR 12 173.5 miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament u EUR 12.4 miljun ta’ dħul assenjat ġew awtomatikament riportati mill-2018 għall-2019.



Tabella 5

Ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2018

(f’EUR)

 

FAEŻR (2014-2020)

Partita tal-baġit - 05.046001

Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2018

11 822 000 000

Trasferiment mil-linja tal-Assistenza Teknika tal-FAEŻR 2014-2020

4 000 000

Trasferiment globali

150 000 000

Trasferiment tal-aħħar tas-sena

64 000 000

Dħul assenjat riportat mill-2017

18 098 156

Dħul assenjat miġbur fl-2018

12 400 084

Trasferiment tad-Dħul assenjat mill-FAEŻR 2007-2013

119 046 270

Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2018

12 189 544 509

Approprjazzjonijiet li ntużaw fl-2018

12 173 540 691

2.2.2.    Assistenza teknika

Fir-rigward tal-assistenza teknika lill-FAEŻR, it-total tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-2018 kien jammonta għal EUR 25.7 miljun. Ġew ittrasferiti EUR 4.0 miljun lil-linja tal-programmi tal-FAEŻR 2014-2020 biex ikopru bis-sħiħ id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tat-tielet kwart tal-2018 tal-Istati Membri. L-ammont finali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament kien ta’ EUR 21.7 miljun.

3.    Implimentazzjoni tal-baġit tal-2018 tal-FAEŻR

3.1.    Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

3.1.1.    Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR    

L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli fil-baġit tal-2018 għall-programmi tal-2014-2020 tal-FAEŻR (EUR 14 346.9 miljun) ġie impenjat.

It-Tabella 6 turi l-allokazzjoni stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 kif emendat l-aħħar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/71 u l-ammonti impenjati fl-2018, għal kull Stat Membru.



Tabella 6

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (kif emendat) imqabbel mal-ammonti impenjati fl-aħħar tal-2018

Partita tal-baġit: 05.046001

(f’EUR)

Stat Membru

Regolament (UE) Nru 1305/2013

Ammonti impenjati fl-2018

Allokazzjoni tal-2018

 

(a)

(b)

BE

97 066 202

97 066 202

BG

339 966 052

339 966 052

CZ

343 033 490

343 033 490

DK

153 125 142

153 125 142

DE

1 400 926 899

1 400 926 899

EE

125 552 583

125 552 583

IE

312 891 690

312 891 690

GR

701 719 722

701 719 722

ES

1 184 419 678

1 184 419 678

FR

1 668 304 328

1 668 304 328

HR

282 342 500

282 342 500

IT

1 495 583 530

1 495 583 530

CY

18 892 389

18 892 389

LV

157 236 528

157 236 528

LT

230 472 391

230 472 391

LU

14 415 051

14 415 051

HU

488 027 342

488 027 342

MT

13 893 023

13 893 023

NL

118 225 747

118 225 747

AT

564 084 777

564 084 777

PL

1 190 589 130

1 190 589 130

PT

580 721 241

580 721 241

RO

1 184 725 381

1 184 725 381

SI

120 033 142

120 033 142

SK

215 106 447

215 106 447

FI

341 593 485

341 593 485

SE

249 552 108

249 552 108

UK

754 399 511

754 399 511

Total

14 346 899 509

14 346 899 509


3.1.2.    Assistenza teknika

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-assistenza teknika operazzjonali fil-Baġit tal-2018 kien ta’ EUR 20.8 miljun. Din il-linja tnaqqset b’EUR 0.7 miljun fil-Baġit Emendatorju Nru 6. It-Tabella 7 turi l-konsum tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għall-assistenza teknika operazzjonali fl-2018. L-iżjed parti importanti tirrigwarda n-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali kif ukoll il-Pjattaforma ta’ Konsulenza Teknika għall-Istrumenti Finanzjarji.

Tabella 7

Assistenza teknika – Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

Partita tal-baġit: 05.046002

(f’EUR)

Deskrizzjoni

Ammont impenjat

Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

4 629 652

Pjattaforma ta’ Konsulenza Teknika għall-Istrumenti Finanzjarji

4 523 225

Teknoloġija tal-informazzjoni*

2 979 178

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni

2 730 006

Komunikazzjoni Korporattiva

2 140 000

Netwerk Ewropew tal-Evalwazzjoni

1 900 113

Bażi tad-data dwar l-agrikoltura organika

432 796

Awditjar u Kontrolli

249 774

Protezzjoni tal-LOGO

50 000

Total

19 634 744

* Inklużi l-BCO (Uffiċċji ta’ Kompetenza fil-Banda Wiesgħa)

3.2.    Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

3.2.1.    Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-2020, ġew implimentati EUR 12 173.5 miljun tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament mill-EUR 12 189.5 miljun disponibbli. It-Tabella 8 turi t-tqassim tal-pagamenti li saru fl-2018 skont il-perjodu tad-dikjarazzjoni:


Tabella 8

Pagamenti tal-2018 għall-programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR (f’miljuni ta’ EUR)

2007-2013

2014-2020

 

 

 

Prefinanzjament 2014-2020

-

19.5

Rimborż tat-talbiet għall-pagamenti qabel ir-raba’ kwart tal-2017

-

6.3

Rimborż tat-talbiet għall-pagamenti fir-raba’ kwart tal-2017

-

4 460.8

Rimborż tat-talbiet għall-pagament fl-ewwel kwart tal-2018

-

2 616.1

Rimborż tat-talbiet għall-pagament fit-tieni kwart tal-2018

-

2 402.3

Rimborż tat-talbiet għall-pagament fit-tielet kwart tal-2018

-

2 668.6

Pagamenti tal-għeluq u/jew pożittivi għall-2007-2013

271.9

-

Total tal-2018

271.9

12 173.5

Il-graff ta’ hawn taħt turi l-konsum ta’ kull xahar ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament matul is-sena (minn Jannar sa Diċembru tal-2018).

Graff 1



It-tqassim għal kull Stat Membru u għal kull perjodu ta’ dikjarazzjoni tal-ammonti mħallsa mill-Kummissjoni fis-sena baġitarja tal-2018 jidher fit-Tabelli 9a u 9b.

Tabella 9a: FAEŻR 2007-2013

Pagamenti li fil-fatt saru bejn l-01/01/2018 u l-31/12/2018

FAEŻR 2007-2013 - Partita tal-baġit 05.040501 (f’EUR)

Stat Membru

Pagamenti pożittivi, b’mod prinċipali wara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja

Għeluq

Total

BE

 

5 792 053

5 792 053

BG

 

 

0

CZ

 

 

0

DK

 

 

0

DE

 

 

0

EE

 

 

0

IE

 

 

0

GR

 

 

0

ES

 

15 034 161

15 034 161

FR

47 107 564

 

47 107 564

IT

 

203 941 787

203 941 787

CY

 

 

0

LV

 

 

0

LT

 

 

0

LU

 

 

0

HU

53 488

 

53 488

MT

 

 

0

NL

 

 

0

AT

 

 

0

PL

 

 

0

PT

 

 

0

RO

 

 

0

SI

 

 

0

SK

 

 

0

FI

 

 

0

SE

 

 

0

UK

 

 

0

Total

47 161 052

224 768 001

271 929 053



Tabella 9b: FAEŻR 2014-2020

Pagamenti li fil-fatt saru bejn l-01/01/2018 u l-31/12/2018

FAEŻR 2014-2020 - Partita tal-baġit 05.046001

(f’EUR)

Stat Membru

Prefinanzjament

Qabel ir-raba’ kwart tal-2017

Q4 2017

Q1 2018

Q2 2018

Q3 2018

Total

BE

 

 

14 769 727

15 140 622

25 364 796

13 820 384

69 095 529

BG

 

 

23 123 216

51 560 230

90 811 734

40 188 138

205 683 318

CZ

 

 

51 401 899

99 910 206

121 404 790

51 930 327

324 647 223

DK

 

 

25 150 543

23 743 732

24 203 641

16 589 239

89 687 155

DE

 

 

518 178 026

282 762 184

166 020 708

150 707 971

1 117 668 890

EE

 

 

26 393 744

62 414 101

21 516 515

17 779 705

128 104 065

IE

 

9 957

140 312 902

37 845 485

30 944 655

109 596 149

318 709 149

GR

 

 

379 215 655

54 885 586

53 542 080

92 301 511

579 944 832

ES

 

 

416 008 619

96 475 713

187 940 300

199 301 454

899 726 086

FR

16 198 977

 

796 540 026

373 403 181

173 535 226

365 371 103

1 725 048 512

HR

 

 

28 786 041

34 672 812

97 924 640

44 766 900

206 150 392

IT

 

 

165429 113

257 078 670

263 057 102

360 192 154

1 045 757 040

CY

 

28 200

4 935 917

958 689

1 518 427

7 088 938

14 530 171

LV

 

 

100 480 707

34 413 859

23 541 015

34 228 519

192 664 101

LT

1 502 340

 

92 618 423

49 513 684

40 021 563

35 815 191

219 471 201

LU

 

 

4 472 366

5 509 319

1591 621

2 957 429

14 530 735

HU

 

 

126 974 681

78 165 237

78 248 639

102 540 987

385 929 544

MT

 

 

1 664 858

773 245

404 825

6 548 266

9 391 195

NL

1 800 000

 

14 461 718

48 496 359

3 301 137

12 613 164

80 672 378

AT

 

 

297 250 603

42 654 465

129 876 825

43 022 265

512 804 158

PL

 

 

188 299 185

290 179 630

284 299 863

181 791 044

944 569 722

PT

 

440 121

298 337 459

95 012 944

65 110 741

44 132 058

503 033 323

RO

 

5 775 526

291 226 430

322 544 208

206 914 475

319 691 776

1 146 152 415

SI

 

 

32 016 502

14 193 563

52 304 883

12 428 401

110 943 349

SK

 

 

55 560 398

43 342 784

53 662 898

47 630 789

200 196 868

FI

 

 

139 384 686

24 270 973

60 320 920

127 811 352

351 787 931

SE

 

 

126 607 330

25 820 902

19 873 752

23 340 897

195 642 880

UK

 

 

101 215 145

150 380 307

125 030 443

204 372 633

580 998 528

Total

19 501 317

6 253 804

4 460 815 920

2 616 122 689

2 402 288 216

2 668 558 745

12 173 540 691



It-Tabella 10 tqabbel il-pagamenti tal-FAEŻR 2014-2020 li saru fl-2018, mal-pagamenti tal-2017, għal kull Stat Membru. B’mod ġenerali, il-pagamenti żdiedu b’10 % meta mqabbla mal-2017 (EUR 12.2-il biljun vs. EUR 11.1-il biljun).

Tabella 10

Pagamenti li saru lill-Istati Membri - Tqabbil bejn l-2018 u l-2017 - FAEŻR 2014-2020

(f’EUR)

 

Stat Membru

2017

2018

Differenza bejn l-2018 u l-2017

Pagamenti interim

Prefinanzjament

Total

Pagamenti interim

Prefinanzjament

Total

(f’EUR)

(f’%)

BE

37 131 717

0

37 131 717

69 095 529

 

69 095 529

31 963 812

86.08 %

BG

194 514 062

0

194 514 062

205 683 318

 

205 683 318

11 169 256

5.74 %

CZ

259 351 803

0

259 351 803

324 647 223

 

324 647 223

65 295 420

25.18 %

DK

99 878 000

0

99 878 000

89 687 155

 

89 687 155

-10 190 845

-10.20 %

DE

950 952 706

0

950 952 706

1 117 668 890

 

1 117 668 890

166 716 185

17.53 %

EE

99 413 291

0

99 413 291

128 104 065

 

128 104 065

28 690 774

28.86 %

IE

254 572 032

0

254 572 032

318 709 149

 

318 709 149

64 137 117

25.19 %

GR

708 045 934

0

708 045 934

579 944 832

 

579 944 832

-128 101 102

-18.09 %

ES

702 633 093

0

702 633 093

899 726 086

 

899 726 086

197 092 993

28.05 %

FR

1 753 707 994

0

1 753 707 994

1 708 849 535

16 198 977

1 725 048 512

-28 659 482

-1.63 %

HR

150 173 479

0

150 173 479

206 150 392

 

206 150 392

55 976 914

37.27 %

IT

790 272 508

0

790 272 508

1 045 757 040

 

1 045 757 040

255 484 533

32.33 %

CY

14 573 450

0

14 573 450

14 530 171

 

14 530 171

-43 279

-0.30 %

LV

162 496 969

0

162 496 969

192 664 101

 

192 664 101

30 167 132

18.56 %

LT

253 974 006

0

253 974 006

217 968 861

1 502 340

219 471 201

-34 502 805

-13.59 %

LU

8 863 575

0

8 863 575

14 530 735

 

14 530 735

5 667 160

63.94 %

HU

196 592 509

0

196 592 509

385 929 544

 

385 929 544

189 337 035

96.31 %

MT

2 170 973

0

2 170 973

9 391 195

 

9 391 195

7 220 222

332.58 %

NL

57 613 814

0

57 613 814

78 872 378

1 800 000

80 672 378

23 058 564

40.02 %

AT

478 470 408

0

478 470 408

512 804 158

 

512 804 158

34 333 750

7.18 %

PL

573 604 590

0

573 604 590

944 569 722

 

944 569 722

370 965 133

64.67 %

PT

524 233 177

0

524 233 177

503 033 323

 

503 033 323

-21 199 854

-4.04 %

RO

1 569 168 715

0

1 569 168 715

1 146 152 415

 

1 146 152 415

-423 016 301

-26.96 %

SI

80 253 608

0

80 253 608

110 943 349

 

110 943 349

30 689 741

38.24 %

SK

167 863 196

0

167 863 196

200 196 868

 

200 196 868

32 333 673

19.26 %

FI

319 207 655

0

319 207 655

351 787 931

 

351 787 931

32 580 276

10.21 %

SE

104 276 200

0

104 276 200

195 642 880

 

195 642 880

91 366 680

87.62 %

UK

537 774 629

0

537 774 629

580 998 528

 

580 998 528

43 223 899

8.04 %

Total

11 051 784 091

0

11 051 784 091

12 154 039 375

19 501 317

12 173 540 691

1 121 756 600

10.15 %



3.2.2.    Assistenza teknika 

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-ammont għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-assistenza teknika operazzjonali kien ta’ EUR 21.0 miljun. Parti minn dawn l-approprjazzjonijiet (EUR 4.0 miljun) ġiet ittrasferita biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ pagament marbuta mal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR 2014-2020.

It-Tabella 11 li ġejja turi l-pagamenti raggruppati skont l-attivitajiet prinċipali. L-iżjed parti importanti tirrigwarda n-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Tabella 11

 

Assistenza teknika – Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

Partita tal-baġit: 05.046002

(f’EUR)

Deskrizzjoni

Ammont imħallas

Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

3 914 519

Teknoloġija tal-informazzjoni*

2 822 364

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni

2 468 602

Pjattaforma ta’ Konsulenza Teknika għall-Istrumenti Finanzjarji

1 800 000

Netwerk Ewropew tal-Evalwazzjoni

1 589 121

Awditjar u Kontrolli

410 785

Bażi tad-data dwar l-agrikoltura organika

135 317

Protezzjoni tal-LOGO

40 000

Total

13 180 708

    * Inklużi l-Uffiċċji ta’ Kompetenza fil-Banda Wiesgħa

3.3.    Analiżi tan-nefqa ddikjarata skont il-miżura

It-Tabella 12 turi t-talbiet għal pagamenti ddikjarati mill-Istati Membri u skont il-miżura għall-iżvilupp rurali fl-2018 (mir-raba’ kwart tal-2017 sat-tielet kwart tal-2018), in-nefqa kumulattiva ddikjarata mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, kif ukoll il-pjan finanzjarju tal-programmi tal-FAEŻR 2014-2020.

In-nefqa għall-FAEŻR 2014-2020 fl-2018 kienet ikkonċentrata b’mod prinċipali fil-Miżura 13 (Pagamenti għal żoni b’restrizzjonijiet naturali jew b’restrizzjonijiet speċifiċi oħra), fil-Miżura 04 (Investimenti f’assi fiżiċi) u fil-Miżura 10 (Agrikoltura-ambjent-klima).



Tabella 12

Nefqa ddikjarata tal-FAEŻR fl-2018 (mir-raba’ kwart tal-2017 sat-tielet kwart tal-2018) u n-nefqa totali kumulattiva (mir-raba’ kwart tal-2014 sat-tielet kwart tal-2018)

imqabbla mal-Pjanijiet Finanzjarji - FAEŻR 2014-2020

 

Nefqa ddikjarata tal-2018 (mir-raba’ kwart tal-2017 sat-tielet kwart tal-2018)

In-nefqa kumulattiva ddikjarata (mir-raba’ kwart tal-2014 sat-tielet kwart tal-2018)

Pjanijiet Finanzjarji 2014-2020

Miżura tal-FAEŻR

(miljun EUR)

(%)

(miljun EUR)

(%)

(miljun EUR)

(%)

Miżura 01

Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni

83.8

0.7 %

157.1

0.5 %

1 093.9

1.1 %

Miżura 02

Servizzi konsultattivi, servizzi ta’ ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta’ għajnuna għall-azjendi agrikoli

20.0

0.2 %

47.3

0.1 %

675.6

0.7 %

Miżura 03

Skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

23.7

0.2 %

52.5

0.2 %

378.7

0.4 %

Miżura 04

Investimenti f’assi fiżiċi

2 354.1

19.4 %

5 165.5

15.5 %

22 748.9

22.7 %

Miżura 05

Tiġdid tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li tkun saritilha ħsara b’diżastri naturali u b’avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet xierqa ta’ prevenzjoni

48.9

0.4 %

160.5

0.5 %

920.9

0.9 %

Miżura 06

Żvilupp tal-azjendi agrikoli u tan-negozji

750.3

6.2 %

2 027.7

6.1 %

6 929.4

6.9 %

Miżura 07

Servizzi bażiċi u mmodernizzar tal-villaġġi fiż-żoni rurali

691.8

5.7 %

1 380.6

4.1 %

6 809.6

6.8 %

Miżura 08

Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

354.8

2.9 %

1 024.8

3.1 %

4 470.3

4.5 %

Miżura 09

Twaqqif ta’ gruppi u ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi

16.0

0.1 %

49.4

0.1 %

307.0

0.3 %

Miżura 10

Agrikoltura-ambjent-klima

2 234.6

18.4 %

7 359.9

22.1 %

16 481.3

16.5 %

Miżura 11

Biedja organika

1 147.1

9.4 %

2 886.4

8.7 %

7 046.2

7.0 %

Miżura 12

Pagamenti tan-Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

82.8

0.7 %

248.3

0.7 %

582.8

0.6 %

Miżura 13

Pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi

2 727.8

22.4 %

9 261.5

27.8 %

16 510.9

16.5 %

Miżura 14

Trattament Xieraq tal-Annimali

323.3

2.7 %

842.6

2.5 %

1 727.9

1.7 %

Miżura 15

Servizzi ambjentali u klimatiċi b’rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti

11.4

0.1 %

31.5

0.1 %

222.6

0.2 %

Miżura 16

Kooperazzjoni

78.4

0.6 %

139.0

0.4 %

1 753.1

1.8 %

Miżura 17

Ġestjoni tar-riskju

343.5

2.8 %

525.8

1.6 %

1 638.0

1.6 %

Miżura 18

Finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja

-0.1

0.0 %

108.4

0.3 %

111.9

0.1 %

Miżura 19

Appoġġ għall-iżvilupp lokali LEADER — żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD)

579.2

4.8 %

996.3

3.0 %

7 003.6

7.0 %

Miżura 20

Assistenza teknika għall-Istati Membri

223.9

1.8 %

515.6

1.5 %

2 158.4

2.2 %

Miżura 113

Irtirar bikri

64.2

0.5 %

359.3

1.1 %

507.6

0.5 %

Miżura 131

Issodisfar tal-istandards ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni Komunitarja

0.0

0.0 %

0.0

0.0 %

0.0

0.0 %

Miżura 341

Akkwiżizzjoni tal-ħiliet, animazzjoni u implimentazzjoni

0.0

0.0 %

0.4

0.0 %

0.6

0.0 %

Total kumplessiv

 

12 159.6

100.0 %

33 340.7

100.0 %

100 079.1

100.0 %

*L-Istati Membri jiddikjaraw in-nefqa tagħhom kull tliet xhur. Madankollu, għas-sena n, id-dikjarazzjonijiet tar-raba’ kwart jiġu ppreżentati f’Jannar tas-sena n+1. B’hekk, ir-rimborżi korrispondenti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri fis-sena n isiru mir-raba’ kwart tas-sena n-1 sat-tielet kwart tas-sena n.



3.4.    Implimentazzjoni tal-programmi tal-FAEŻR

3.4.1.    Perjodu ta’ programmazzjoni tal-2007-2013

Il-Graff 2 tippreżenta r-rata ta’ assorbiment tal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-2007-2013 għal kull Stat Membru: il-pagamenti mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2018, inklużi l-pagamenti tal-għeluq għall-programmi li jkunu diġà ngħalqu sa din id-data, imqabbla mal-allokazzjoni totali tal-2007-2013.

Sa tmiem l-2018, l-ammont diżimpenjat ammonta għal EUR 1 974 miljun.

3.4.2.    Perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-2020

Il-Graff 3 tippreżenta r-rata ta’ assorbiment tal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-2014-2020 għal kull Stat Membru: il-pagamenti mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni inklużi l-pagamenti li saru għar-raba’ kwart tal-2018 li jiġu rimborżati fis-sena finanzjarja 2019 imqabbla mal-allokazzjoni totali tal-2014-2020.