Brussell, 13.3.2019

COM(2019) 142 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar l-istatus tal-espansjoni tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf rilevanti madwar id-dinja


Werrej

I.Introduzzjoni

II.Qafas legali tal-UE dwar il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa

III.Identifikazzjoni tal-materja prima għal bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa b’riskju għoli ta’ ILUC

III.1Espansjoni globali fil-komoditajiet agrikoli

III.2Stima tal-espansjoni tal-materja prima f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju

III.3Id-determinazzjoni ta’ espansjoni ‘sinifikanti’ f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju

IV.Ċertifikazzjoni tal-bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC

V.Konklużjonijiet



I.Introduzzjoni

Id-Direttiva ġdida dwar l-Enerġija Rinnovabbli 1 (“REDII” jew id-“Direttiva”) daħlet fis-seħħ fl-24 ta’ Diċembru 2018 2 . Din id-Direttiva tippromwovi l-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli fid-deċennju li jmiss permezz ta’ mira vinkolanti għall-enerġija rinnovabbli madwar l-UE ta’ mill-inqas 32 % sal-2030, li għandha tintlaħaq b’mod kollettiv mill-Istati Membri. Sabiex tagħmel dan, id-Direttiva tinkludi numru ta’ miżuri settorjali li jippromwovu l-użu ulterjuri ta’ sorsi rinnovabbli fis-setturi tal-elettriku, tat-tisħin u t-tkessiħ u tat-trasport, bl-għan ġenerali li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra (GHG), ittejjeb is-sigurtà tal-enerġija, issaħħaħ it-tmexxija teknoloġika u industrijali tal-Ewropa fl-enerġija rinnovabbli u toħloq l-impjiegi u t-tkabbir.

Id-Direttiva ssaħħaħ ukoll il-qafas ta’ sostenibbiltà tal-UE għall-bijoenerġija, bl-għan li tiżgura ffrankar robust tal-emissjonijiet ta’ GHG u tnaqqas l-impatti ambjentali mhux intenzjonati. B’mod partikolari, hija tintroduċi approċċ ġdid sabiex jindirizza l-emissjonijiet minn bidla indiretta fl-użu tal-art (“ILUC”) assoċjata mal-produzzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa. Għal dan l-għan, id-Direttiva tistabbilixxi limiti nazzjonali, li ser jonqsu gradwalment għal żero sa mhux aktar tard mill-2030, għal bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa b’riskju għoli ta’ ILUC (“karburanti b’riskju għoli ta’ ILUC”) prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf li għalihom hija osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju. Dawn il-limiti se jaffettwaw l-ammont ta’ dawn il-karburanti li jistgħu jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tas-sehem nazzjonali ġenerali tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tas-sehem tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport. Madankollu, id-Direttiva tintroduċi eżenzjoni minn dawn il-limiti għal bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa li huma ċċertifikati bħala li għandhom riskju baxx ta’ ILUC.

F’dan il-kuntest, id-Direttiva tesiġi li l-Kummissjoni tadotta att delegat li jistabbilixxi l-kriterji kemm (i) għad-determinazzjoni tal-materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC li għaliha hija osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju, kif ukoll (ii) għaċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC (“karburanti b’riskju baxx ta’ ILUC”). L-att delegat mistenni li jakkumpanja r-rapport attwali (ir-“rapport”) dwar l-istatus tal-espansjoni tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf rilevanti madwar id-dinja. Dan ir-rapport jipprovdi informazzjoni marbuta mal-kriterji stabbiliti fl-att delegat imsemmi hawn fuq sabiex jiġu identifikati l-karburanti b’riskju għoli ta’ ILUC minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf b’espansjoni sinifikanti f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju u karburanti b’riskju baxx ta’ ILUC. It-Taqsima 2 ta’ dan ir-rapport tiddeskrivi l-iżviluppi tal-politika tal-UE sabiex jiġu indirizzati l-impatti tal-ILUC. It-Taqsima 3 tirrieżamina l-aħħar data dwar l-istatus tal-espansjoni tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf rilevanti madwar id-dinja. It-Taqsimiet 4 u 5 jiddeskrivu l-approċċ għad-determinazzjoni ta’ karburanti b’riskju għoli ta’ ILUC minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf b’espansjoni sinifikanti f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ karburanti b’riskju baxx ta’ ILUC, rispettivament.


II.Qafas legali tal-UE dwar il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa

Is-settur tat-trasport huwa partikolarment ta’ sfida minn perspettiva tal-enerġija u l-klima: jikkonsma madwar terz tad-domanda totali għall-enerġija tal-UE, huwa kważi dipendenti għal kollox fuq il-karburanti fossili u l-emissjonijiet ta’ GHG tiegħu qegħdin jiżdiedu. Sabiex tindirizza dawn l-isfidi, fil-bidu tas-snin 2000, f’dak iż-żmien, il-leġiżlazzjoni tal-UE 3 kienet diġà talbet lill-Istati Membri sabiex jiffissaw miri nazzjonali indikattivi għall-bijokarburanti u għal karburanti rinnovabbli oħrajn fit-trasport, hekk kif, minħabba l-avvanzi teknoloġiċi, il-magni tal-biċċa l-kbira tal-vetturi fiċ-ċirkolazzjoni fl-Unjoni f’dak iż-żmien kienu diġà adattati sabiex jaħdmu b’karburanti li fihom taħlita baxxa ta’ bijokarburanti. Il-bijokarburanti kienu l-uniku sors ta’ enerġija rinnovabbli disponibbli sabiex tibda d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 kienu mistennija li jiżdiedu b’50 % bejn l-1990 u l-2010.

Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tal-2009 4 (“RED”) kompliet tippromwovi d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport billi ffissat mira vinkolanti speċifika ta’ 10 % għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport sal-2020. Skont id-data u l-istimi rrapportati, l-enerġija rinnovabbli kienet tikkostitwixxi madwar 7 % tal-konsum finali kollu tal-enerġija fit-trasport fl-2017. Permezz tal-elettriku rinnovabbli, il-bijogass u l-materja prima avvanzata bħalissa għandhom biss rwol żgħir fit-trasport, il-parti l-kbira tal-użu tal-enerġija rinnovabbli f’dan is-settur ġej mill-bijokarburanti konvenzjonali 5 .

Barra minn hekk, ir-RED tistabbilixxi kriterji vinkolanti ta’ sostenibbiltà u ffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass serra li l-bijokarburanti 6 u l-bijolikwidi, kif definiti f’din id-Direttiva, iridu jikkonformaw magħhom sabiex jingħaddu mal-miri nazzjonali u tal-UE għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u sabiex jikkwalifikaw għall-iskemi ta’ appoġġ pubbliku. Dawn il-kriterji jiddefinixxu ż-żoni fejn l-aċċess mhux permess (prinċipalment art b’ħażna għolja ta’ karbonju jew b’bijodiversità għolja) li ma jistgħux ikunu s-sors tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi, u jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG li għandhom jinkisbu mill-bijokarburanti u mill-bijolikwidi, meta mqabbla mal-karburanti fossili. Dawn il-kriterji kkontribwixxew għal-limitazzjoni tar-riskju ta’ impatti diretti fuq l-użu tal-art assoċjati mal-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi konvenzjonali, iżda ma jindirizzawx l-impatti indiretti.

ILUC assoċjata ma’ bijokarburanti konvenzjonali

Jistgħu jseħħu impatti indiretti meta l-mergħa jew l-art agrikola li qabel kienet destinata għas-swieq tal-ikel u tal-għalf tiġi ddevjata għall-produzzjoni ta’ karburanti mill-bijomassa. Id-domanda għall-ikel u għall-għalf xorta trid tiġi ssodisfata, permezz ta’ intensifikazzjoni tal-produzzjoni attwali jew inkella billi l-art mhux agrikola tiddaħħal fil-produzzjoni xi mkien ieħor. Fil-każ tal-aħħar, l-ILUC (il-konverżjoni ta’ art mhux agrikola f’art agrikola għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf) tista’ twassal għal emissjonijiet ta’ GHG 7 , speċjalment meta taffettwa art b’ħażna għolja ta’ karbonju bħal foresti, artijiet mistagħdra u torbieri. Dawn l-emissjonijiet ta’ GHG, li ma jinqabdux taħt il-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG stabbiliti fir-RED, jistgħu jkunu sinifikanti, u jistgħu jġibu fix-xejn l-iffrankar kollu tal-emissjonijiet ta’ GHG, jew parti minnu, ta’ bijokarburanti individwali 8 . Dan minħabba li l-produzzjoni kważi kollha tal-bijokarburanti fl-2020 mistennija tiġi minn għelejjel imkabbrin fuq art li tkun tista’ tintuża sabiex taqdi lis-swieq tal-ikel u tal-għalf.

Madankollu, l-ILUC ma jistax jiġi osservat jew imkejjel. Huwa meħtieġ immudellar sabiex jiġu stmati l-impatti potenzjali. Immudellar bħal dan għandu għadd ta’ limitazzjonijiet, madankollu, huwa b’saħħtu biżżejjed sabiex juri r-riskju ta’ ILUC assoċjat ma’ bijokarburanti konvenzjonali. F’dan l-isfond, id-Direttiva dwar l-ILUC tal-2015 9 adottat approċċ ta’ prekawzjoni sabiex timminimizza l-impatt ġenerali tal-ILUC billi stabbilixxiet limitu għas-sehem ta’ bijokarburanti 10 u bijolikwidi konvenzjonali li jistgħu jingħaddu mal-miri nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli u l-mira ta’ 10 % ta’ trasport rinnovabbli. Din il-miżura hija akkumpanjata minn obbligu għal kull Stat Membru li jiffissa mira indikattiva għal karburanti rinnovabbli avvanzati b’valur ta’ referenza ta’ 0.5 % għall-2020, bl-għan li tiġi inċentivata t-tranżizzjoni lejn karburanti bħal dawn, li jitqiesu li għandhom impatti aktar baxxi jew ebda impatt fuq l-ILUC.

Barra minn hekk, id-Direttiva dwar l-ILUC tinkludi fatturi tal-ILUC għal kategoriji differenti ta’ materja prima bbażata fuq l-ikel u l-għalf. Dawn il-fatturi jindikaw l-emissjonijiet mill-ILUC assoċjati mal-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi konvenzjonali u għandhom jintużaw mill-fornituri tal-karburanti għall-finijiet ta’ rapportar, u mhux biex jikkalkolaw l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG mill-produzzjoni tal-bijokarburanti.

L-indirizzar tal-ILUC permezz tar-REDII

Ir-REDII tieħu approċċ aktar immirat sabiex tnaqqas l-impatti tal-ILUC assoċjati ma’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa konvenzjonali 11 . Billi l-emissjonijiet tal-ILUC ma jistgħux jitkejlu bil-livell ta’ preċiżjoni li jeħtieġ li jiġi inkluż fil-metodoloġija tal-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ GHG tal-UE, hija żżomm l-approċċ ta’ limitu fuq l-ammont ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa konvenzjonali 12 kkonsmati fit-trasport, li jistgħu jitqiesu meta jiġu kkalkolati s-sehem globali nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli u s-sehem settorjali fit-trasport. Madankollu, dan il-limitu huwa espress fl-għamla ta’ limiti massimi nazzjonali li jikkorrispondu għal-livelli eżistenti ta’ dawn il-karburanti f’kull Stat Membru fl-2020.

Hija permessa ċerta flessibbiltà, minħabba li dawn il-limiti nazzjonali jistgħu jiżdiedu aktar b’punt perċentwali wieħed, iżda jinżamm massimu globali sabiex ma jkunux jistgħu jaqbżu s-7 % tal-konsum finali tal-enerġija fit-trasport bit-triq u bil-ferrovija sal-2020. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa li huma assoċjati ma’ riskju għoli ta’ ILUC, bħal karburanti prodotti minn għelejjel taż-żejt.

B’mod parallel, il-promozzjoni ta’ bijokarburanti u bijogass avvanzati hija msaħħa permezz ta’ mira vinkolanti speċifika ta’ sehem minimu ta’ 3.5 % għall-2030, b’żewġ stadji importanti intermedji (0.2 % fl-2022 u 1 % fl-2025).

Barra minn hekk, anki jekk l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-bijokarburanti u l-karburanti tal-bijomassa konvenzjonali sabiex jilħqu l-mira rinnovabbli ta’ 14 % tal-konsum tal-enerġija fis-settur tat-trasport, huma jistgħu wkoll inaqqsu l-livell ta’ din il-mira jekk jiddeċiedu li jqisu inqas minn dawn il-karburanti fir-rigward tal-mira. Jekk pereżempju, Stat Membru jiddeċiedi li ma jgħoddx għal kollox il-bijokarburanti u l-karburanti tal-bijomassa konvenzjonali, il-mira tista’ titnaqqas bl-ammont massimu sħiħ ta’ 7 %.

Barra minn hekk, id-Direttiva tintroduċi limitu addizzjonali għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf li għalihom hija osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju, peress li huwa evidenti r-riskju għoli ta’ ILUC ippreżentat mill-bijokarburanti, mill-bijolikwidi u mill-karburanti tal-bijomassa prodotti minn dik il-materja prima 13 . Minħabba li l-espansjoni osservata f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju hija r-riżultat ta’ domanda akbar għall-għelejjel, żieda oħra fid-domanda għal tali materja prima biex jiġu prodotti l-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa ma tista’ tagħmel xejn ħlief tgħarraq is-sitwazzjoni, sakemm ma jiġux applikati miżuri li jipprevjenu l-effetti ta’ spostament, bħaċ-ċertifikazzjoni baxxa tal-ILUC. Konsegwentement, mill-2021, il-kontribuzzjoni ta’ tali karburanti lejn il-mira għat-trasport rinnovabbli (kif ukoll għall-kalkolu tas-sehem globali nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli) se tkun limitata għal-livell ta’ konsum ta’ dawn il-karburanti fl-2019. Mill-31 ta’ Diċembru 2023, il-kontribuzzjoni tagħhom se jkollha titnaqqas gradwalment għal 0 % sa mhux aktar tard mill-2030.

Madankollu, id-Direttiva tagħmilha possibbli li l-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti minn dik il-materja prima jiġu esklużi minn dak il-limitu, sakemm dawn ikunu ċċertifikati li għandhom riskju baxx ta’ ILUC. Din iċ-ċertifikazzjoni hija possibbli għal materja prima għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa li huma prodotti taħt ċirkostanzi li jevitaw l-effetti tal-ILUC, minħabba li ġew ikkultivati fuq art mhux użata jew li ġejjin minn għelejjel li bbenifikaw minn prattiki agrikoli mtejba kif speċifikati aktar f’dan ir-rapport.


III.Identifikazzjoni tal-materja prima għal bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa b’riskju għoli ta’ ILUC 

L-iffissar tal-kriterji għad-determinazzjoni ta’ materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC li għaliha hija osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jinkludi żewġ kompiti:

1.l-identifikazzjoni tal-espansjoni tal-materja prima użata għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju; u

2.id-definizzjoni ta’ x’inhi espansjoni “sinifikanti” ta’ materja prima.

Għal dawn il-fini, il-Kummissjoni wettqet riċerka u konsultazzjoni pubblika estensivi, inklużi:

-rieżami tal-letteratura xjentifika rilevanti;

-valutazzjoni globali bbażata fuq id-data tal-GIS (Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika); u

-konsultazzjoni wiesgħa permezz ta’ għadd ta’ laqgħat ma’ esperti u partijiet ikkonċernati li pprovdew lill-Kummissjoni b’kontribut siewi li tqies meta kienu qed jitħejjew dan ir-Rapport u l-Att Delegat relatat.

III.1Espansjoni globali fil-komoditajiet agrikoli

Matul l-aħħar deċennji, il-popolazzjoni dinjija li dejjem qed tikber u l-livelli ogħla ta’ għajxien wasslu għal żieda fid-domanda għall-ikel, l-għalf, l-enerġija u l-fibra mill-ekosistemi tad-dinja. Din id-domanda estiża wasslet għal ħtieġa akbar għal komoditajiet agrikoli globalment, li hi xejra li mistennija tkompli fil-ġejjieni 14 . Iż-żieda fl-użu tal-bijokarburanti fl-UE kkontribwixxiet għal din id-domanda eżistenti għal komoditajiet agrikoli.

Dan ir-rapport għandu l-għan li jiġbor ix-xejriet globali fl-espansjoni tal-materja prima rilevanti għall-bijokarburanti osservata mill-2008. Din id-data ġiet magħżula biex tiġi żgurata l-koerenza mad-dati ta’ skadenza għall-protezzjoni ta’ art b’bijodiversità għolja u art b’ħażna għolja ta’ karbonju stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva.

Kif jidher fit-Tabella 1, matul il-perjodu 2008-2016, il-produzzjoni tal-komoditajiet agrikoli ewlenin kollha li jintużaw għall-produzzjoni tal-bijokarburanti konvenzjonali żdiedet, bl-eċċezzjoni tax-xgħir u s-segala. It-tkabbir tal-produzzjoni kien partikolarment evidenti għaż-żejt tal-palm, il-fażola tas-sojja u l-qamħirrum, li huwa rifless ukoll fid-data dwar iż-żoni maħsuda. Iż-żieda fil-produzzjoni tal-qamħ, tal-ġirasol, tal-lift u tal-pitrava ħelwa nkisbet l-aktar biż-żieda tal-produttività.

 

Tabella 1: Espansjoni tal-produzzjoni globali tal-materja prima ewlenija tal-bijokarburanti (2008-2016); sors: kalkolu proprju bbażat fuq id-data minn FAOstat u USDA-FAS

Normalment, iż-żidiet fid-domanda għall-agrikoltura jistgħu jintlaħqu permezz ta’ żidiet fir-rendiment u permezz tal-espansjoni tal-art agrikola. F’sitwazzjoni fejn kemm id-disponibbiltà xierqa tal-art agrikola kif ukoll iż-żidiet potenzjali fir-rendiment ikunu limitati, iż-żieda fid-domanda għall-għelejjel agrikoli ssir l-ixprunatur bażiku għad-deforestazzjoni. Huwa probabbli wkoll li xi fatturi ewlenin oħrajn, bħall-kisba ta’ profitt massimu mill-produzzjoni u l-konformità ma’ leġiżlazzjoni relatata, fis-seħħ ikollhom rwol fid-determinazzjoni ta’ kif għandha tintlaħaq id-domanda miżjuda u sa liema punt din tikkawża d-deforestazzjoni.

III.2Stima tal-espansjoni tal-materja prima f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju

Minħabba d-domanda globali dejjem tikber għall-komoditajiet agrikoli, parti mid-domanda għall-bijokarburanti ġiet issodisfata permezz tal-espansjoni ta’ art iddedikata għall-agrikoltura madwar id-dinja. Meta din l-espansjoni sseħħ f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju, din tista’ tirriżulta f’emissjonijiet sinifikanti ta’ GHG u telf kbir ta’ bijodiversità. Sabiex tiġi stmata l-espansjoni tal-materja prima rilevanti f’art b’livell għoli ta’ karbonju (kif definita fir-RED II), iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea wettaq rieżami tal-letteratura xjentifika rilevanti (ara l-Anness I), li kien ikkumplimentat b’valutazzjoni globali bbażata fuq il-GIS (ara l-Anness II).

Rieżami tal-letteratura xjentifika

Ir-rieżami tal-letteratura xjentifika dwar l-espansjoni taż-żoni ta’ produzzjoni ta’ komoditajiet agrikoli f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju sab li ma kien hemm l-ebda studju li jipprovdi riżultati għall-materja prima kollha użata għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa. Minflok, l-istudji normalment jiffokaw fuq reġjuni speċifiċi u għelejjel speċifiċi, u b’mod eżawrjenti fuq is-sojja u fuq iż-żejt tal-palm, filwaqt li d-data għal għelejjel oħra hija skarsa ħafna. Barra minn hekk, studji differenti mhux biss jirrapportaw dwar perjodi differenti għall-espansjoni tal-għelejjel, iżda għandhom ukoll approċċ differenti dwar id-dewmien ta’ żmien li jseħħ bejn id-deforestazzjoni u l-espansjoni tal-għelejjel. Għalhekk, studji li jikkunsidraw il-kopertura tal-art matul sena jew sentejn biss qabel it-tħawwil tal-għelejjel jattribwixxu inqas deforestazzjoni għal għalla minn dawk li jikkunsidraw il-kopertura tal-art minn perjodu aktar kmieni. Dan jista’ jwassal għal sottovalutazzjoni tal-impatt tad-deforestazzjoni ta’ għalla minħabba li, anki jekk iż-żoni ta’ deforestazzjoni ma jintużawx minnufih għall-produzzjoni tal-għelejjel, l-għan aħħari li tintuża l-art għall-produzzjoni tal-għelejjel jista’ jkun wieħed mill-aktar xprunaturi importanti għad-deforestazzjoni. Kull meta kien possibbli, ir-riżultati ta’ dawn l-istudji reġjonali ġew ikkombinati sabiex tinkiseb stima globali tal-espansjoni għal kull għalla individwali, kif indikat fil-qosor hawn taħt.

Fażola tas-sojja

Minħabba n-nuqqas ta’ studji li jipprovdu data riċenti fuq skala globali, id-data ġiet ikkompilata minn studji u minn bażi tad-data mill-Brażil, minn pajjiżi tal-Amerika Latina u mill-bqija tad-dinja. Għall-Brażil, id-data dwar l-espansjoni tas-sojja mill-2008 ittieħdet mill-bażi tad-data Brażiljana ta’ IBGE-SIDRA u ġiet ikkombinata mad-data dwar l-espansjoni fiż-żoni tal-foresti f’Cerrado [Gibbs et al. 2015], bħala medja għall-perjodu 2009-13 fl-Amażonja [Richards et al. 2017] u fil-bqija tal-Brażil [Agroicone 2018]. [Graesser et al. 2015] jipprovdu data għall-espansjoni tas-sojja f’foresti f’pajjiżi oħrajn tal-Amerika Latina. Għall-bqija tad-dinja, fil-pajjiżi fejn ġew osservati l-akbar espansjonijiet tas-sojja mill-2008, jiġifieri l-Indja, l-Ukrajna, ir-Russja u l-Kanada, fil-litteratura ftit instab tħassib li l-kultivazzjoni tas-sojja tista’ tikkawża deforestazzjoni diretta. Għalhekk, kien assunt sehem ta’ espansjoni ta’ 2 % fil-foresti għall-bqija tad-dinja. B’riżultat ta’ dan, il-frazzjoni medja dinjija ta’ espansjoni tas-sojja f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju kienet stmata għal 8 %.

Żejt tal-palm

Bl-użu ta’ teħid ta’ kampjuni ta’ pjantaġġuni taż-żejt tal-palm fid-data satellitarja, [Vijay et al. 2016] għamlu stima tal-frazzjoni tal-espansjoni taż-żejt tal-palm fil-foresti mill-1989 sal-2013, u rrapportaw ir-riżultati skont il-pajjiż. Meta wieħed jistabbilixxi dawk il-medji nazzjonali fir-rigward taż-żidiet fiż-żona maħsuda nazzjonali taż-żejt tal-palm mill-2008 sal-2016, jirriżulta li 45 % tal-espansjoni taż-żejt tal-palm kienet fuq art li kienet foresta fl-1989. Fattur ieħor li jżid il-kunfidenza f’dan ir-riżultat huwa l-fatt li r-riżultati tal-istudju għall-Indoneżja u għall-Malasja huma fil-limiti tas-sejbiet ta’ studji oħra li kienu ffokati fuq dawn ir-reġjuni. Id-data supplimentari ta’ [Henders et al. 2015] allokat għall-perjodu 2008-11 medja ta’ 0.43 Mha/sena tad-deforestazzjoni osservata għall-espansjoni taż-żejt tal-palm. Din tirrappreżenta wkoll 45 % taż-żieda stmata fiż-żona mħawla dinjija ta’ żejt tal-palm f’dak il-perjodu 15 . Diversi studji analizzaw ukoll il-frazzjoni tal-espansjoni taż-żejt tal-palm fuq torbiera. It-tqegħid tal-aktar piż fuq ir-riżultati ta’ [Miettinen et al. 2012, 2016], li jista’ jitqies bħala l-aktar studju avvanzat f’dan il-qasam, u s-suppożizzjoni ta’ skular żero tat-torbiera għall-palm fil-bqija tad-dinja, jagħtu stima medja ponderata ta’ espansjoni ta’ 23 % taż-żejt tal-palm fuq il-pit għad-dinja kollha bejn l-2008 u l-2011.

Kannamiela

Aktar minn 80 % tal-espansjoni globali tal-kannamieli seħħet fil-Brażil bejn l-2008 u l-2015. [Adami et al. 2012] irrapportaw li 0.6 % biss tal-espansjoni tal-kannamieli fiċ-Ċentru-Nofsinhar tal-Brażil marret fil-foresti bejn is-snin 2000 u 2009. Għalkemm ir-reġjun kien jirrappreżenta madwar 90 % tal-espansjoni dinjija tal-kannamiela f’dak il-perjodu ta’ żmien, kien hemm xi espansjoni f’reġjuni oħrajn tal-Brażil mhux koperti minn dan l-istudju. [Sparovek et al. 2008] qablu li fil-perjodu 1996-2006, l-espansjoni tal-kannamieli fiċ-Ċentru-Nofsinhar tal-Brażil kienet kważi kompletament fuq mergħat jew għelejjel oħrajn; madankollu, 27 % oħra tal-espansjoni seħħet f’żoni “periferali” madwar il-bijoma tal-Amażonja u fiha, fil-Grigal u fil-bijoma tal-Foresta tal-Atlantiku. F’dawk ir-reġjuni periferali, kien hemm korrelazzjoni bejn it-telf tal-foresti għal kull muniċipalità u l-espansjoni tal-kannamieli. Madankollu, fid-dokument ma tingħata ebda ċifra dwar is-sehem tal-espansjoni fil-foresti. Bħala riżultat, mil-letteratura ma tista’ tiġi derivata ebda kwantifikazzjoni adegwata tad-deforestazzjoni mill-kannamieli

Qamħirrum

Ċereali bħall-qamħirrum ġeneralment ma jitqisux li jikkawżaw deforestazzjoni, minħabba li l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni sseħħ f’żoni b’temperaturi moderati fejn id-deforestazzjoni tkun ġeneralment modesta. Fl-istess ħin, il-qamħirrum huwa wkoll għalla tropikali, li ħafna drabi titkabbar minn bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar, u ħafna drabi wkoll titkabbar f’rotazzjoni mal-fażola tas-sojja f’azjendi agrikoli kbar. L-espansjoni fiċ-Ċina kienet ikkonċentrata fuq art marġinali fil-Grigal tal-pajjiż [Hansen 2017], li wieħed jissuponi li hija l-aktar bur ta’ steppa, aktar milli foresta. L-espansjoni fil-Brażil u fl-Arġentina tista’ tiġi assenjata l-istess perċentwal (%) ta’ deforestazzjoni bħas-sojja fil-Brażil. [Lark et al. 2015] sabu li mill-espansjoni tal-qamħirrum fl-Istati Uniti bejn l-2008 u l-2012, 3 % kienet għad-detriment tal-foresti, 8 % tal-moxa u 2 % tal-artijiet mistagħdra. Madankollu, fil-letteratura ma nstabet l-ebda stima globali tal-konverżjoni tal-art.

Għelejjel oħrajn

Ftit li xejn hemm data għal għelejjel oħrajn, speċjalment fuq skala globali. L-uniċi settijiet ta’ data għall-espansjoni ta’ għelejjel li jkopru d-dinja kollha tagħti biss riżultati skont il-pajjiż [FAO 2018][USDA 2018]. Għalhekk, approċċ possibbli huwa li l-espansjoni tal-għelejjel f’livell nazzjonali tiġi kkorrelata mad-deforestazzjoni f’livell nazzjonali [Cuypers et al. 2013], [Malins 2018], iżda din ma tistax titqies bħala evidenza suffiċjenti sabiex għalla tintrabat mad-deforestazzjoni, minħabba li jista’ jkun li l-għalla inkwistjoni ma titkabbarx fil-parti tal-pajjiż fejn isseħħ id-deforestazzjoni.

Bħala riżultat tar-rieżami kritiku tal-letteratura xjentifika, jista’ jiġi konkluż li l-aħjar stimi għall-frazzjoni ta’ espansjoni riċenti f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju tinkludi 8 % għas-sojja u 45 % għaż-żejt tal-palm. Fil-letteratura ma kienx hemm biżżejjed data biex jiġu pprovduti stimi robusti għal għelejjel oħra.

Valutazzjoni bbażata fuq il-GIS tal-espansjoni ta’ materja prima f’żoni b’livell għoli ta’ karbonju

Bil-ħsieb li jiġu indirizzati b’mod konsistenti l-għelejjel kollha rilevanti għall-bijokarburanti, ir-rieżami tal-letteratura ġie kkumplimentat b’valutazzjoni globali bbażata fuq il-GIS tal-espansjoni tal-materja prima rilevanti għall-bijokarburanti f’żoni b’livell għoli ta’ karbonju, abbażi ta’ data mill-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI) u mill-Konsorzju għas-Sostenibbiltà fl-Università ta’ Arkansas (ara l-Kaxxa 1).



Kaxxa 1: Metodoloġija tal-valutazzjoni globali bbażata fuq il-GIS

Sabiex tosserva d-deforestazzjoni assoċjata mal-espansjoni tal-għelejjel kollha rilevanti għall-bijokarburanti mill-2008, il-metodoloġija applikata tuża approċċ ta’ mmudellar ġeospazjali li jikkombina mappa tad-deforestazzjoni minn Global Forest Watch (GFW) ma’ mapep tal-għelejjel u l-mergħat minn MapSPAM u EarthStat. Dan l-approċċ ikopri l-espansjoni tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf kollha rilevanti mill-2008 f’żoni b’kopertura ta’ qċaċet tas-siġar ogħla minn 10 %. Id-daqs tal-pixel wieħed kien ta’ madwar 100 ettaru fl-ekwatur. Il-firxa tat-torbiera ġiet definita bl-użu tal-istess mapep bħal [Miettinen et al. 2016]. Għal Sumatra u Kalimantan, [Miettinen et al. 2016] inkludew il-pit mill-atlasijiet tat-torbiera 1:700,000 ta’ Wetlands International [Wahyunto et al. 2003, Wahyunto et al. 2004].

L-analiżi kkunsidrat biss dawk il-pixels fejn l-għelejjel komoditarji kienu l-kawża dominanti tad-deforestazzjoni skont il-mappa riċenti żviluppata minn [Curtis et al. 2018]. Din il-mappa ġiet sovrapposta fuq dawk li juru ż-żoni tal-produzzjoni tal-għelejjel ta’ interess rilevanti għall-bijokarburanti. Id-deforestazzjoni u l-emissjonijiet totali fi ħdan pixel partikolari ta’ kilometru wieħed - 100 ettaru ġew allokati għal għelejjel tal-bijokarburanti differenti fi proporzjon mal-erja tal-għalla ta’ interess, imqabbla mal-erja totali tal-art agrikola fil-pixel, definita bħala s-somma tar-raba’ u l-mergħa. B’dan il-mod, il-kontribuzzjoni relattiva ta’ kull għalla ta’ bijokarburanti għall-impronta agrikola totali tal-pixel, serviet bħala l-bażi għall-allokazzjoni tad-deforestazzjoni fl-istess pixel. Għal aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija segwita ara l-Anness 2.

It-Tabella 2 ta’ hawn taħt tiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-valutazzjoni bbażata fuq il-GIS, fejn turi differenza kbira bejn il-materja prima rilevanti għall-bijokarburanti fir-rigward tal-punt sa fejn l-espansjoni tagħhom hija assoċjata mad-deforestazzjoni. Bejn l-2008 u l-2015, id-data turi li ż-żoni tal-produzzjoni tal-ġirasol, tal-pitrava ħelwa u tal-lift kienu qegħdin jespandu biss bil-mod, u li parti insinifikanti biss tal-espansjoni seħħet f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju. Fil-każijiet tal-qamħirrum, il-qamħ, il-kannamiela u l-fażola tas-sojja, l-espansjoni totali kienet aktar evidenti, iżda l-proporzjonijiet tal-estensjoni fil-foresta ma jilħqux il-5 % għal kull materja prima. B’kuntrast, għaż-żejt tal-palm, l-analiżi wriet kemm l-ogħla veloċità ta’ espansjoni globali tal-art kif ukoll l-ogħla proporzjon ta’ espansjoni fil-foresta (70 %). Iż-żejt tal-palm huwa wkoll l-unika għalla fejn sehem kbir mill-espansjoni sseħħ fuq torbiera (18 %).

Ir-riżultati tal-valutazzjoni bbażata fuq il-GIS jidhru li huma konformi max-xejriet ġenerali osservati fil-letteratura xjentifika rieżaminata għal dan ir-rapport. Fil-każ taż-żejt tal-palm, is-sehem stmat ta’ espansjoni fil-foresta huwa fl-ogħla tarf tas-sejbiet irrapportati fil-letteratura xjentifika, li jindika sehem għoli ta’ espansjoni fil-foresta, normalment fil-medda ta’ 40-50 %. Spjegazzjoni possibbli għad-differenza hija l-intervall latenti bejn it-tneħħija tal-foresta u l-kultivazzjoni tas-siġar tal-palm 16 .

Skont ir-REDII, iż-żoni kollha li kienu foresti f’Jannar 2008, jgħoddu bħala żoni deforestati jekk jintużaw għall-produzzjoni ta’ materja prima tal-bijokarburanti, indipendentement mid-data li fiha tibda l-kultivazzjoni proprja tal-materja prima. Din id-dispożizzjoni tqieset fil-valutazzjoni bbażata fuq il-GIS, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-istudji reġjonali jikkunsidraw dewmien iqsar ta’ żmien bejn id-deforestazzjoni u t-tħawwil tas-siġar tal-palm. Min-naħa l-oħra, is-sehem tal-espansjoni fit-torbiera derivat mill-analiżi huwa ġeneralment konformi mal-istimi misjuba fil-letteratura xjentifika. Għalhekk, l-istimi aktar konservattivi ta’ 45 % bħala s-sehem tal-medja dinjija tal-espansjoni taż-żejt tal-palm fil-foresti u ta’ sehem ta’ 23 % tal-espansjoni taż-żona ta’ produzzjoni tat-torbiera jistgħu jitqiesu bħala l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli.

Iċ-ċifra stmata, ibbażata fuq il-GIS, tal-konverżjoni tal-art ta’ 4 % għas-sojja hija aktar baxxa mill-istimi kkombinati bbażati fuq il-letteratura reġjonali, li jammontaw għal 8 %. Din il-varjazzjoni tista’ tiġi spjegata mill-fatt li l-letteratura reġjonali tuża data lokali, ikkumplimentata minn ġudizzju espert, dwar liema għalla ssegwi direttament id-deforestazzjoni f’pixel partikolari, ħaġa li mhix prattikabbli li tiġi applikata fuq l-iskala globali tal-valutazzjoni bbażata fuq il-GIS. Għal din ir-raġuni, l-istima ta’ sehem ta’ 8 % tal-espansjoni tas-sojja fil-foresti derivata mil-letteratura reġjonali tista’ titqies li tirrifletti l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli. 

 

 Tabella 2: L-espansjoni osservata taż-żoni mħawla 17 ta’ għelejjel tal-ikel u tal-għalf (minn statistika tal-FAO u tal-USDA), u assoċjata mad-deforestazzjoni abbażi tal-valutazzjoni bbażata fuq il-GIS.


Riskji ta’ ILUC assoċjatti ma’ bijokarburanti bbażati fuq l-ikel u l-għalf

Is-sejbiet tar-riċerka bbażata fuq il-GIS ippreżentati hawn fuq huma konformi mar-riżultati tal-immudellar tal-ILUC, li identifika b’mod konsistenti l-għelejjel taż-żejt użati għall-produzzjoni tal-bijokarburanti, bħal żejt tal-palm, lift, sojja u ġirasol, li għandhom jiġu assoċjati ma’ riskju ogħla ta’ ILUC, meta mqabbla ma’ materja prima oħra ta’ karburanti konvenzjonali bħal zokkor jew għelejjel b’livell għoli ta’ lamtu. Din ix-xejra kienet ikkonfermata aktar minn rieżami riċenti tax-xjenza tal-ILUC globali 18 .

Barra minn hekk, l-Anness VIII tar-REDII jinkludi lista ta’ fatturi proviżorji ta’ emissjonijiet stmati tal-ILUC, fejn l-għelejjel taż-żejt għandhom fattur ta’ ILUC bejn wieħed u ieħor erba’ darbiet ogħla minn tipi oħrajn ta’ għelejjel. Konsegwentement, l-Artikolu 26(1) tar-RED II jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu limitu aktar baxx għas-sehem ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf, b’referenza speċifika għall-għelejjel taż-żejt. Madankollu, minħabba l-inċertezza dwar l-immudellar tal-ILUC, f’dan l-istadju huwa aktar xieraq li wieħed jastjeni milli jiddistingwi bejn kategoriji differenti ta’ għelejjel, bħal għelejjel b’livell għoli ta’ lamtu, għelejjel taz-zokkor u għelejjel taż-żejt, meta jiġi biex jistabbilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni tal-karburanti b’riskju ta’ ILUC prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf li għalihom hija osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju.

III.3Id-determinazzjoni ta’ espansjoni ‘sinifikanti’ f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju

Skont il-mandat tar-REDII, il-Kummissjoni hija meħtieġa li tiddetermina x’jikkostitwixxi espansjoni ‘sinifikanti’ ta’ materja prima rilevanti f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju, bl-għan li jiġi żgurat li l-bijokarburanti kollha li jgħoddu għall-mira tal-enerġija rinnovabbli tal-2030 jiksbu ffrankar nett ta’ emissjonijiet ta’ GHG (meta mqabbla mal-karburanti fossili). Għal dawn il-fini, hemm tliet fatturi li għandhom rwol importanti għad-determinazzjoni tas-‘sinifikat’ tal-espansjoni tal-art: id-daqs assolut u rilevanti tal-espansjoni tal-art sa minn sena speċifika, imqabbel maż-żona tal-produzzjoni totali tal-għalla rilevanti; is-sehem ta’ din l-espansjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju; u, it-tip tal-għelejjel rilevanti u taż-żoni b’ħażna għolja ta’ karbonju.

L-ewwel fattur jivverifika jekk materja prima partikolari hijiex verament tespandi f’żoni ġodda. Għal dan l-għan, huwa neċessarju li jiġu kkunsidrati kemm iż-żieda assoluta annwali medja fż-żona tal-produzzjoni (jiġifieri 100,000 ettaru, li tindika espansjoni mdaqqsa), kif ukoll iż-żieda relattiva (jiġifieri 1 % biex tindika żieda medja fil-produttività annwali), mqabbla maż-żona tal-produzzjoni totali ta’ dik il-materja prima. Dan il-livell limitu doppju jippermetti li tiġi eskluża l-materja prima li għaliha ma ġiet osservata l-ebda espansjoni, jew espansjoni limitata ħafna biss, taż-żona tal-produzzjoni totali (l-aktar minħabba li ż-żidiet fil-produzzjoni jiġu ġġenerati billi jittejbu r-rendimenti minflok billi ssir espansjoni taż-żona). Tali materja prima ma tikkawżax deforestazzjoni u, għalhekk, emissjonijiet għolja ta’ GHG minn ILUC. Dan huwa l-każ, pereżempju, taż-żejt tal-ġirasol, peress li fil-perjodu 2008-2016 iż-żona tal-produzzjoni tiegħu espandiet b’inqas minn 100,000 ettaru u b’0.5 % fis-sena, filwaqt li l-produzzjoni totali tiegħu fl-istess perjodu żdiedet bi 3.4 % kull sena.

Għall-għelejjel li jaqbżu dawn il-livelli limitu ta’ espansjoni tal-art, it-tieni element deċiżiv huwa s-sehem tal-espansjoni tal-produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju. Dan is-sehem jiddetermina jekk, u sa liema punt, il-bijokarburanti jistgħu jiksbu ffrankar ta’ emissjonijiet ta’ GHG. F’sitwazzjoni fejn l-emissjonijiet ta’ GHG mill-espansjoni ta’ din il-materja prima f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju jkunu ogħla mill-iffrankar dirett tal-emissjonijiet ta’ GHG ta’ bijokarburanti minn ċertu tip ta’ materja prima, il-produzzjoni ta’ tali bijokarburanti ma twassalx għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG meta mqabbla mal-karburanti fossili.

Skont ir-REDII, il-bijokarburanti huma meħtieġa li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ GHG b’mill-inqas 50 % meta mqabbla mal-karburanti fossili 19 , abbażi ta’ analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja li tkopri l-emissjonijiet diretti kollha, iżda mhux l-emissjonijiet indiretti. Kif diskuss fil-Kaxxa 2, il-bijokarburanti prodotti minn għelejjel li jaqbżu l-livell limitu ġenerali ta’ 14 % tal-espansjoni tal-produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju ma jkunux jistgħu jiksbu ffrankar ta’ emissjonijiet. Abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, jidher li huwa xieraq li jiġi applikat fattur ta’ skont ta’ madwar 30 % għal-livell indikat. Għalhekk, huwa meħtieġ livell limitu aktar konservattiv ta’ 10 % biex jiġi żgurat li l-bijokarburanti jiksbu ffrankar nett ta’ emissjonijiet ta’ GHG notevoli u li t-telf tal-bijodiversità assoċjat mal-ILUC jiġi minimizzat.

It-tielet nett, fid-determinazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi espansjoni ‘sinifikanti’, huwa importanti li jitqiesu d-differenzi konsiderevoli li jeżistu fit-tip taż-żoni b’ħażna għolja ta’ karbonju u fit-tip tal-materja prima meqjusa.

Pereżempju, it-torbieri għandhom jiġu skulati sabiex jiġi stabbilit u jinżamm pjantaġġun taż-żejt tal-palm. Id-dekompożizzjoni tal-pit twassal għal emissjonijiet sinifikanti ta’ CO2, li r-rilaxx tagħhom jibqa’ għaddej sakemm il-pjantaġġun ikun fil-produzzjoni u t-torbiera ma tixxarrabx mill-ġdid. Matul l-ewwel 20 sena wara l-iskular, dawn l-emissjonijiet ta’ CO2 jakkumulaw għal madwar tliet darbiet aktar mill-emissjonijiet assunti hawn fuq għad-deforestazzjoni tal-istess żona. Għaldaqstant, dan l-impatt importanti għandu jitqies meta jiġi kkalkolat is-sinifikat tal-emissjonijiet minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, pereżempju, permezz ta’ multiplikatur ta’ 2.6 għall-espansjoni f’torbiera 20 . Barra minn hekk, l-għelejjel permanenti (tal-palm u tal-kannamieli), kif ukoll il-qamħirrum u l-pitrava ħelwa għandhom rendiment ferm ogħla, f’termini tal-kontenut tal-enerġija tal-prodotti nnegozjati 21 , aktar minn kemm assunt hawn fuq għall-kalkolu tal-livell limitu ta’ 14 % 22 . Dawn jitqiesu permezz tal-“fattur ta’ produttività” fil-Kaxxa 3.

Bħala konklużjoni, il-Kaxxa 3 tipprovdi l-formula magħżula għall-kalkolu ta’ jekk materja prima rilevanti għall-bijokarburanti tkunx fuq jew taħt il-livell limitu indikat ta’ 10 % ta’ espansjoni sinifikanti. Din il-formula tqis is-sehem tal-espansjoni tal-materja prima f’żoni b’livell għoli ta’ karbonju kif definit skont ir-REDII, u l-fattur ta’ produttività ta’ materja prima differenti.



Kaxxa 2: L-impatt ta’ bidla indiretta fl-użu tal-art fuq l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ GHG mill-bijokarburanti

Jekk art b’ħażna għolja ta’ karbonju fil-ħamrija jew fil-veġetazzjoni tagħha tiġi kkonvertita għall-kultivazzjoni ta’ materja prima għall-bijokarburanti, ġeneralment, xi ftit mill-karbonju maħżun jiġi rilaxxat fl-atmosfera, u dan iwassal għall-formazzjoni ta’ diossidu tal-karbonju (CO2). L-impatt negattiv ta’ gassijiet serra li jirriżulta jista’ jkun akbar mill-impatt pożittiv ta’ gassijiet serra tal-bijokarburanti jew tal-bijolikwidi, u f’xi każijiet dan iseħħ b’marġni wiesa’.

Għalhekk, l-effetti kollha tal-karbonju ta’ din il-konverżjoni għandhom jitqiesu għall-fini li jiġi identifikat il-livell ta’ espansjoni sinifikanti tal-materja prima f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju li tirriżulta mid-domanda għall-bijokarburanti. Dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat li l-bijokarburanti jwasslu għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Bl-użu tar-riżultati tal-valutazzjoni bbażata fuq il-GIS, it-telf medju tal-ħażna ta’ karbonju meta l-materja prima tal-bijokarburant tissostitwixxi art b’ħażna għolja ta’ karbonju 23 jista’ jiġi stmat bħala ta’ madwar 107 tunnellati ta’ karbonju (C) għal kull ettaru 24 . Mifrux fuq 20 sena 25 ,, dak l-ammont huwa ekwivalenti għal emissjonijiet annwali ta’ 19.6 tunnellati ta’ CO2 għal kull ettaru.

Għandu jiġi nnotat li l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG jiddependi wkoll mill-kontenut ta’ enerġija tal-materja prima prodotta fl-art kull sena. Għall-għelejjel annwali, għajr għall-qamħirrum u għall-pitrava ħelwa, ir-rendiment ta’ enerġija jista’ jiġi stmat bħala ta’ madwar 55 GJ/ettaru/sena 26 . Meta wieħed jikkombina ż-żewġ ċifri, l-emissjonijiet minħabba bidla fl-użu tal-art assoċjati mal-bijokarburanti prodotti fuq art deforestata jistgħu jiġu stmati bħala ta’ madwar 360 gCO2/MJ. Bħala paragun, l-iffrankar tal-emissjonijiet li jirriżulta mis-sostituzzjoni ta’ karburanti fossili b’bijokarburanti prodotti minn dawn l-għelejjel jista’ jiġi kkwantifikat bħala ta’ madwar 52 gCO2/MJ 27 .

Bħala konsegwenza ta’ dawn is-suppożizzjonijiet, jista’ jiġi stmat li l-emissjonijiet minħabba bidla fl-użu tal-art jinnegaw l-iffrankar ta’ GHG dirett li jirriżulta minn sostituzzjoni ta’ karburanti fossili meta l-espansjoni tal-għelejjel ta’ bijokarburanti f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju tilħaq is-sehem ta’ 14 % (52 gCO2/MJ / 360 gCO2/MJ=0.14).

Kaxxa 3: Formula għall-kalkolu tas-sehem tal-espansjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju

fejn

is-sehem tal-espansjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju;

is-sehem tal-espansjoni fl-art imsemmija fl-Artikolu 29(4)(b) u (c) tar-RED II 28 ;

is-sehem tal-espansjoni fl-art imsemmija fl-Artikolu 29(4)(a) tar-RED II 29 ;

= fattur ta’ produttività.

Il-valur ta’ PF għandu jkun ta’ 1.7 għall-qamħirrum, ta’ 2.5 għaż-żejt tal-palm, ta’ 3.2 għall-pitravi ħelwa, 2.2 għall-kannamieli u ta’ 1 għall-għelejjel l-oħra kollha 30 .

IV.Ċertifikazzjoni tal-bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC 

Taħt ċerti ċirkostanzi, l-impatti ta’ ILUC tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti tal-bijomassa li ġeneralment jitqiesu bħala b’riskju għoli ta’ ILUC jistgħu jiġu evitati u l-kultivazzjoni tal-materja prima relatata tista’ saħansitra tkun ta’ benefiċċju għaż-żoni tal-produzzjoni rilevanti. Kif deskritt fit-Taqsima 2, il-kawża ewlenija tal-ILUC hija d-domanda addizzjonali għall-materja prima li tirriżulta minn konsum akbar ta’ bijokarburanti konvenzjonali. Dan l-effett ta’ spostament jista’ jiġi evitat permezz ta’ bijokarburanti b’riskju baxx ta’ ILUC.

Il-prevenzjoni ta’ spostament tal-art permezz ta’ miżuri ta’ addizzjonalità

Il-bijokarburanti b’riskju baxx ta’ ILUC huma karburanti prodotti minn materja prima addizzjonali li tkun kibret fuq art mhux użata jew li tkun ġejja minn żieda fil-produttività. Il-produzzjoni tal-bijokarburanti minn tali materja prima addizzjonali mhijiex ser tikkawża ILUC, minħabba li l-materja prima mhijiex f’kompetizzjoni mal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf u l-effetti ta’ spostament jiġu evitati. Kif meħtieġ mid-Direttiva, tali materja prima addizzjonali għandha tikkwalifika biss bħala karburant b’riskju baxx ta’ ILUC jekk tiġi prodotta b’mod sostenibbli.

Sabiex jiġi ssodisfat l-objettiv ta’ kunċett ta’ riskju baxx ta’ ILUC, huma meħtieġa kriterji stretti li jinkoraġixxu b’mod effettiv l-aħjar prattika u jevitaw gwadanji imprevisti. Fl-istess ħin, jeħtieġ li l-miżuri jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-prattika u li jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv eċċessiv. Id-Direttiva riveduta tidentifika żewġ sorsi għal materja prima addizzjonali li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ karburanti b’riskju baxx ta’ ILUC. Dawn huma materja prima li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ miżuri li jżidu l-produttività agrikola fuq l-art diġà użata u materja prima li tirriżulta mill-kultivazzjoni ta’ għelejjel f’żoni li qabel ma kinux użati għall-kultivazzjoni ta’ għelejjel.

L-iżgurar ta’ addizzjonalità lil hinn miż-żamma tal-istatus quo

Madankollu, iż-żidiet medji fil-produttività għadhom mhumiex biżżejjed sabiex jiġu evitati r-riskji kollha tal-effetti ta’ spostament, minħabba li l-produttività agrikola qed titjieb b’mod kostanti, filwaqt li l-kunċett ta’ addizzjonalità, li huwa fil-qalba taċ-ċertifikazzjoni baxxa tal-ILUC, jirrikjedi li jittieħdu miżuri li jmorru lil hinn miż-żamma tal-istatus quo. F’dan l-isfond, ir-REDII tistipula li huma biss iż-żidiet fil-produttività li jmorru lil hinn mil-livell mistenni ta’ żieda li għandhom ikunu eliġibbli.

Għal dan l-għan, jeħtieġ li jiġi analizzat jekk il-miżura tmurx lil hinn mill-prattika komuni fil-ħin li tiġi implimentata, kif ukoll li l-eliġibbiltà tal-miżuri tiġi limitata għal perjodu raġonevoli li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jirkupraw l-ispejjeż tal-investimenti u jiżgura l-effettività kontinwa tal-qafas. Għal dan l-għan, jixraq limitu ta’ żmien għall-eliġibbiltà ta’ 10 snin 31 . Barra minn hekk, iż-żidiet realizzati fil-produttività għandhom jiġu mqabbla ma’ linja bażi dinamika, fejn jitqiesu x-xejriet globali fir-rendimenti tal-għelejjel. Dan jindika li xi titjib fir-rendiment xorta waħda jinkiseb maż-żmien minħabba l-iżvilupp teknoloġiku (jiġifieri żrieragħ aktar produttivi), bla ebda azzjoni mill-bidwi.

Madankollu, biex ikun jista’ jiġi implimentat u vverifikat fil-prattika, l-approċċ applikat biex tiġi ddeterminata l-linja bażi dinamika għandu jkun wieħed robust u sempliċi. Għal din ir-raġuni, il-linja bażi dinamika għandha tkun ibbażata fuq il-kombinament bejn ir-rendimenti medji miksuba mill-bidwi fuq il-perjodu tat-tliet snin ta’ qabel is-sena tal-applikazzjoni tal-miżura ta’ addizzjonalità u r-rendimenti osservati għall-materja prima kkonċernata.

L-eliġibbiltà tal-materja prima addizzjonali li tirriżulta minn miżuri li jżidu l-produttività jew mill-kultivazzjoni ta’ materja prima fuq art mhux użata għandha tkun limitata għall-każijiet li jkunu verament addizzjonali meta mqabbla ma’ żamma tal-istatus quo. L-aktar qafas aċċettat għall-valutazzjoni tal-‘addizzjonalità’ tal-proġetti huwa l-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM) żviluppat taħt il-Protokoll ta’ Kjoto (ara l-Kaxxa 4). Għandu jiġi nnotat li s-CDM jiffoka fuq proġetti industrijali, u għalhekk l-approċċ tiegħu ma jistax jiġi rreplikat fl-intier tiegħu, iżda r-rekwiżiti tiegħu fir-rigward tal-investiment u tal-analiżi tal-ostakoli huma rilevanti għall-fini taċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti b’riskju baxx ta’ ILUC. L-applikazzjoni ta’ tali rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ILUC baxxa tkun tfisser li l-miżuri maħsuba sabiex iżidu l-produttività jew għall-kultivazzjoni tal-materja prima fuq art li qabel ma kinitx tintuża ma jkunux finanzjarjament attraenti, jew li jiffaċċaw ostakoli oħrajn li jimpedixxu l-implimentazzjoni tagħhom (eż. ħiliet/teknoloġija eċċ.) mingħajr il-primjum tas-suq assoċjat mad-domanda għall-bijokarburanti tal-UE 32 .

Kaxxa 4: Addizzjonalità skont il-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM)

Is-CDM jippermetti li l-proġetti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw jiksbu krediti ta’ tnaqqis iċċertifikat ta’ emissjonijiet (CER), kull wieħed ekwivalenti għal tunnellata ta’ CO2. Dawn is-CERs jistgħu jiġu nnegozjati u mibjugħa, u jintużaw minn pajjiżi industrijalizzati sabiex jilħqu parti mill-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom skont il-Protokoll ta’ Kjoto.

Taħt is-CDM ġie żviluppat sett komprensiv ta’ metodoloġiji, inklużi regoli li jiżguraw l-addizzjonalità ta’ proġett 33 . Il-verifika tal-addizzjonalità tinkludi erba’ passi.

Pass 1 Identifikazzjoni tal-alternattivi għall-attività tal-proġett;

Pass 2 Analiżi tal-investiment;

Pass 3 Analiżi tal-ostakoli;

Pass 4 Analiżi tal-prattika komuni.

Għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti b’riskju baxx ta’ ILUC, il-verifika tal-konformità mal-Passi 2 u 3 hija biżżejjed, peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri li huma eliġibbli għall-produzzjoni ta’ materja prima għal bijokarburanti b’riskju baxx ta’ ILUC, huwa deskritt b’mod ċar fir-RED II u li r-repetizzjoni tal-istess tip ta’ miżuri li jżidu l-produttività hija maħsuba mil-leġiżlazzjoni.



L-iżgurar ta’ verifika u awditjar robusti tal-konformità

It-turija tal-konformità ma’ dan il-kriterju teħtieġ valutazzjoni fil-fond li tista’ ma tkunx ġustifikata f’ċerti ċirkostanzi u tista’ tirrappreżenta ostakolu għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-approċċ. Il-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar 34 , b’mod partikolari fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, pereżempju, ħafna drabi ma jkollhomx il-kapaċità amministrattiva u l-għarfien sabiex iwettqu valutazzjonijiet bħal dawn, filwaqt li evidentement iħabbtu wiċċhom ma’ ostakoli li jfixklu l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jżidu l-produttività. Bl-istess mod, l-addizzjonalità tista’ tkun assunta għal proġetti li jużaw art abbandunata jew degradata ħafna, minħabba li din is-sitwazzjoni tal-art diġà tirrifletti l-eżistenza ta’ ostakoli li qegħdin ixekklu l-kultivazzjoni tagħha.

Jista’ jkun mistenni li l-iskemi volontarji, li ġabru esperjenza estensiva fl-implimentazzjoni tal-kriterji tas-sostenibbiltà għall-bijokarburanti madwar id-dinja, ikollhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni baxxa tal-ILUC. Il-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet 13-il skema volontarja sabiex tintwera l-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG. L-awtonomizzazzjoni tagħha li tirrikonoxxi l-iskemi ġiet estiża skont ir-REDII sabiex tkopri wkoll karburanti b’riskju baxx ta’ ILUC.

Bl-għan li tiżgura implimentazzjoni robusta u armonizzata, il-Kummissjoni se tistabbilixxi aktar regoli tekniċi rigward approċċi konkreti ta’ verifika u awditjar f’Att ta’ Implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 30(8) tar-REDII. Il-Kummissjoni se tadotta dan l-att ta’ implimentazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2021. L-iskemi volontarji jistgħu jiċċertifikaw il-karburanti b’riskju baxx ta’ ILUC, billi jiżviluppaw l-istandards tagħhom stess individwalment, bħalma jagħmlu għall-fini taċ-ċertifikazzjoni tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà, u l-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi dawn l-iskemi f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-REDII.

V.Konklużjonijiet

Id-domanda globali dejjem tikber għall-għelejjel tal-ikel u tal-għalf qed titlob lis-settur agrikolu jżid il-produzzjoni b’mod kostanti. Din tinkiseb kemm mir-rendimenti dejjem jiżdiedu, kif ukoll minn espansjoni taż-żona agrikola. Jekk din tal-aħħar isseħħ f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju jew f’ħabitats b’bijodiversità għolja, dan il-proċess jista’ jirriżulta f’impatti negattivi fuq l-ILUC.

F’dan l-isfond, ir-REDII tillimita l-kontribuzzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa konvenzjonali kkonsmati fit-trasport, fir-rigward tal-mira għall-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni għall-2030. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa b’riskju għoli ta’ ILUC se tkun limitata fil-livelli tal-2019 mill-2020, u mbagħad titnaqqas gradwalment għal żero bejn l-2023 u mhux aktar tard mill-2030.

Skont l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli dwar l-espansjoni tal-agrikoltura mill-2008, ippreżentata f’dan ir-rapport, iż-żejt tal-palm bħalissa huwa l-unika materja prima fejn l-espansjoni taż-żona tal-produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju tant hija kbira, li l-emissjonijiet ta’ GHG li jirriżultaw mill-bidla fl-użu tal-art jeliminaw l-iffrankar kollu tal-emissjonijiet ta’ GHG tal-karburanti prodotti minn din il-materja prima meta mqabbla mal-użu tal-karburanti fossili. B’hekk, iż-żejt tal-palm jikkwalifika bħala materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC li għaliha hija osservata espansjoni sinifikanti f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju.

Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li mhux il-materja prima kollha taż-żejt tal-palm użata għall-produzzjoni tal-bijoenerġija għandha impatti detrimentali fuq l-ILUC skont it-tifsira stabbilita fl-Artikolu 26 tar-REDII. Għalhekk, xi produzzjoni tista’ titqies li għandha riskju baxx ta’ ILUC. Sabiex tiġi identifikata produzzjoni bħal din, hemm żewġ tipi ta’ miżuri disponibbli, jiġifieri żieda fil-produttività fuq art eżistenti u l-kultivazzjoni ta’ materja prima fuq art mhux użata, bħal art abbandunata, jew art degradata ħafna. Dawn il-miżuri huma kruċjali sabiex jiġi evitat li l-produzzjoni tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti tal-bijomassa tidħol f’kompetizzjoni mal-ħtieġa li tintlaħaq id-domanda dejjem tikber għall-ikel u l-għalf. Id-Direttiva teskludi mill-eliminazzjoni gradwali lill-karburanti kollha ċċertifikati b’riskju baxx ta’ ILUC. Il-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ karburanti b’riskju baxx ta’ ILUC jistgħu jtaffu b’mod effettiv l-effetti ta’ spostament assoċjati mad-domanda għal dawn il-karburanti, jekk titqies biss il-materja prima addizzjonali użata għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa.

Il-Kummissjoni se tkompli tivvaluta l-iżviluppi fis-settur agrikolu, inkluż l-istatus ta’ espansjoni ta’ żoni agrikoli, abbażi ta’ evidenza xjentifika ġdida, kif ukoll tiġbor esperjenza fiċ-ċertifikazzjoni ta’ karburanti b’riskju baxx ta’ ILUC meta tħejji r-rieżami ta’ dan ir-rapport, li għandu jitwettaq sat-30 ta’ Ġunju 2021. Minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni se tirrieżamina d-data inkluża fir-rapport, fid-dawl taċ-ċirkostanzi li qed jevolvu u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli. Huwa importanti li jiġi mfakkar li dan ir-rapport jirrifletti biss is-sitwazzjoni attwali abbażi tax-xejriet riċenti u l-valutazzjonijiet futuri jistgħu jaslu għal konklużjonijiet differenti li fuqhom il-materja prima tiġi kklassifikata li għandha riskju għoli ta’ ILUC skont l-iżvilupp futur tas-settur agrikolu globali.

(1)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
(2)    Jeħtieġ li l-Istati Membri jittrasponu d-dispożizzjonijiet tagħha fil-liġi nazzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2021.
(3)      Id-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2003 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport
(4)      Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE
(5)      Bijokarburanti prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf.
(6)      Id-definizzjoni ta’ “bijokarburanti” fir-RED tinkludi karburanti tal-bijomassa, kemm gassużi kif ukoll likwidi, użati fit-trasport. Dan ma għadux il-każ fir-REDII, fejn “bijokarburanti” hija definita bħala li tinkludi biss karburanti tal-bijomassa likwidi użati fit-trasport.
(7)      Is-CO2 maħżun fis-siġar u l-ħamrija jiġi rilaxxat meta jinqatgħu l-foresti u meta jiskulaw it-torbieri
(8)      SWD(2012) 343 final
(9)      Id-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli
(10)      “Bijokarburanti” kif definiti fir-RED.
(11)      “Karburanti tal-bijomassa” huwa terminu ġdid introdott fir-REDII, li jiddefinixxi dawn il-karburanti bħala karburanti gassużi u solidi prodotti minn bijomassa.
(12)      Billi l-limitazzjoni taffettwa biss il-karburanti tal-bijomassa konvenzjonali kkonsmati fit-trasport, jiġifieri fil-prattika, il-karburanti gassużi għat-trasport (parti mid-definizzjoni ta’ bijokarburanti fir-RED), ma hemm l-ebda bidla sostantiva fuq il-karburanti koperti minn din il-limitazzjoni.
(13)      Ta’ min jinnota li l-espansjoni osservata taż-żona tal-produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju ma tikkostitwixxix bidla fl-użu dirett tal-art skont it-tifsira tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. L-espansjoni pjuttost hija l-konsegwenza tad-domanda ogħla għall-għelejjel li ġejja mis-setturi kollha. Il-bidla fl-użu dirett tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju għall-produzzjoni tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti tal-bijomassa hija projbita mill-kriterji tas-sostenibbiltà tal-UE.
(14)      Rapport tal-JRC tal-2017: “Report Challenges of Global Agriculture in a Climate Change Context by 2050”.
(15)      Id-data dwar iż-żona maħsuda hija disponibbli għall-pajjiżi kollha. Madankollu, din hija iżgħar minn żona mħawla, minħabba li s-siġar tal-palm immaturi ma jagħtu l-ebda frott. Madankollu, il-proporzjon taż-żieda fiż-żona mħawla għal dik fiż-żona maħsuda jiddependi wkoll fuq il-frazzjoni taż-żona tal-palm immatur minn tħawwil mill-ġdid. Fl-istatistika nazzjonali tal-Indoneżja u tal-Malasja, instabu żidiet fiż-żoni mħawla, u dawn ġew ikkombinati maż-żidiet aġġustati fiż-żoni maħsuda għall-bqija tad-dinja.
(16)      Meta mqabbla mad-data mil-letteratura, il-valutazzjoni bbażata fuq il-ĠIS tattribwixxi inqas deforestazzjoni għall-għelejjel li jsegwu immedjatament it-tneħħija tal-foresta, u aktar għall-għelejjel li jistgħu jkunu wkoll xprunaturi lokali ta’ deforestazzjoni, iżda li spiss ikunu tħawlu diversi snin wara t-tneħħija tal-foresta, li huwa konformi mal-approċċ adottat mill-kriterji tas-sostenibbiltà tar-REDII.
(17)      Iż-żieda grossa fiż-żona mħawla hija s-somma ta’ espansjoni fil-pajjiżi kollha fejn iż-żona ma ċkinitx. Għall-għelejjel annwali, iż-żoni kkultivati jiġu approssimati maż-żona maħsuda; għall-għelejjel pluriennali, ingħatat konċessjoni għaż-żona ta’ għelejjel immaturi.
(18)      Woltjer, et al 2017: Analysis of the latest available scientific research and evidence on ILUC greenhouse gas emissions associated with production of biofuels and bioliquids
(19)      Japplikaw kriterji aktar stretti għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-bijokarburanti prodotti f’installazzjonijiet li bdew joperaw wara l-5 ta’ Ottubru 2015 u anke għall-bijokarburanti prodotti f’installazzjonijiet qodma, li ta’ spiss jiksbu ffrankar ogħla.
(20)      It-telf ta’ karbonju mill-iskular tal-pit fuq perjodu ta’ 20 sena huwa stmat li jkun madwar 2.6 drabi tat-telf nett ta’ karbonju stmat mill-konverżjoni ta’ foresta għal żejt tal-palm fuq ħamrija minerali (107 tunnellati kull ettaru).
(21)      B’analoġija għall-approċċ applikat mir-RED II għall-emissjonijiet tal-kultivazzjoni, l-emissjonijiet mill-bidla fl-użu tal-art ġew allokati għall-prodotti kollha nnegozjati mill-għelejjel (pereżempju, żejt veġetali u pasta taż-żrieragħ żejtnin, iżda mhux residwi tal-għelejjel) fi proporzjon mal-kontenut ta’ enerġija tagħhom.
(22)      Meta wieħed iqis ir-rendimenti medji għall-perjodu 2008-2015 fl-għaxar pajjiżi li jesportaw l-aktar (ponderati bl-esportazzjonijiet), ir-rendimenti ta’ dan is-sett ta’ għelejjel huma ogħla mir-“referenza” ta’ 55 Gj/ettaru/sena b’fattur ta’ 1.7 għall-qamħirrum, ta’ 2.5 għaż-żejt tal-palm, ta’ 3.2 għall-pitravi ħelwa u ta’ 2.2 għall-kannamieli.
(23)      Artijiet mistagħdra (inklużi torbieri), żoni forestati kontinwament u foresti b’kopertura ta’ qċaċet ta’ 10-30 %. L-art hija kategorizzata abbażi tal-istatus tagħha fl-2008. Iż-żoni b’kopertura ta’ qċaċet ta’ 10-30 % ma jiġux protetti jekk il-bijokarburanti prodotti mill-materja prima kkultivata fuq l-art wara l-konverżjoni tagħha xorta jkunu jistgħu jikkonformaw mal-kriterji għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, kif jista’ jkun mistenni li jkun il-każ għall-għelejjel perenni.
(24)      L-emissjonijiet mill-foresti tropikali, li ġeneralment jilħqu jinqatgħu b’mod selettiv sakemm jiġu kkonvertiti f’żejt tal-palm, huma konsiderevolment ogħla bħala medja, iżda dan jiġi kkumpensat parzjalment mill-ħażna ogħla ta’ karbonju tal-pjantaġġun innifsu. Il-bidliet netti jqisu wkoll il-karbonju maħżun fil-bijomassa ta’ taħt l-art u fil-ħamrija.
(25)      Diġà ġie stabbilit perjodu ta’ 20 sena bħala ż-żmien ta’ amortizzament għall-kalkolu tal-emissjonijiet mill-bidliet iddikjarati fl-użu dirett tal-art fir-RED.
(26)      Ir-rendiment ta’ enerġija jinkludi l-enerġija (LHV) kemm fil-bijokarburanti kif ukoll fil-prodotti inċidentali, fil-kalkolu tal-valuri prestabbiliti għall-iffrankar tal-enerġija fl-Anness V tad-Direttiva. Ir-rendiment meqjus huwa l-medja għall-perjodu 2008-2015 fl-għaxar pajjiżi li jesportaw l-aktar (ponderat bl-esportazzjonijiet).
(27)      Normalment, il-bijokarburanti jiffrankaw aktar mill-minimu ta’ ffrankar tal-emissjonijiet ta’ 50 %. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, qed tiġi assunta medja ta’ ffrankar ta’ 55 %.
(28)      Żoni forestati kontinwament.
(29)      Artijiet mistagħdra, inkluż torbiera.
(30)      Il-valuri tal-PF huma speċifiċi għall-għalla u ġew ikkalkulati abbażi tar-rendimenti miksuba fl-għaxar pajjiżi li jesportaw l-aktar (ponderati bis-sehem tal-esportazzjoni tagħhom). Iż-żejt tal-palm, il-kannamieli, il-pitrava ħelwa u l-qamħirrum għandhom valur pjuttost ogħla mill-għelejjel l-oħra meqjusa, u għalhekk jingħataw il-“fatturi ta’ produttività” speċifiċi ta’ 2.5, 2.2 3.2 u 1.7 rispettivament, filwaqt li għall-għelejjel l-oħra jista’ jiġi assunt li bejn wieħed u ieħor għandhom fattur ta’ produttività standard ta’ 1.
(31)      Ecofys (2016) Methodologies identification and certification of low ILUC risk biofuels.
(32)      Skont ir-REDII, il-bijokarburanti prodotti minn materja prima b’riskju għoli ta’ ILUC se jiġu eliminati b’mod gradwali sal-2030, sakemm ma jkunux iċċertifikati bħala b’riskju baxx ta’ ILUC. Għalhekk, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi jew il-karburanti tal-bijomassa b’riskju baxx ta’ ILUC x’aktarx ikunu jistgħu jiksbu valur ogħla fis-suq.
(33)      https://cdm.unfccc.int/methodologies/PAmethodologies/tools/am-tool-01-v5.2.pdf/history_view.
(34)      Huwa stmat li 84 % tal-azjendi agrikoli fid-dinja huma ġestiti minn bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar li jikkultivaw inqas minn 2 ettari ta’ art. Lowder, S.K., Skoet, J., Raney, T., 2016. The number, size, and distribution of farms, smallholder farms, and family farms worldwide. World Dev. 87, 16–29.

Brussell, 13.3.2019

COM(2019) 142 final

ANNESSI

tar-

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar l-istatus tal-espansjoni tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf rilevanti madwar id-dinja


ANNESS 1

rieżami tal-letteratura dwar l-espansjoni tal-għelejjel fuq art b’livell għoli ta’ karbonju

Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan ir-rieżami mwettaq miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni jagħti ħarsa ġenerali u jiġbor fil-qosor l-aktar riżultati rilevanti tal-letteratura xjentifika dwar l-espansjoni taż-żoni ta’ produzzjoni ta’ komoditajiet agrikoli f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju, kif definita fir-RED II.

Fażola tas-sojja 

Jeżisti studju wieħed biss rivedut mill-pari li jistma d-deforestazzjoni kkawżata mill-fażola tas-sojja fuq skala globali, li tkopri perjodu ta’ żmien li jinkludi d-deforestazzjoni wara l-2008. [Henders et al. 2015] bdew bil-kejl ibbażat fuq il-GIS tad-deforestazzjoni sena b’sena fir-reġjuni tropikali kollha, u attribwixxewh għal xprunaturi differenti, inkluża l-espansjoni tas-sojja u taż-żejt tal-palm, skont rieżami komprensiv tal-letteratura reġjonali (ir-rieżami huwa spjegat fid-dettall fl-Informazzjoni Supplimentari tagħhom). Madankollu, id-data tagħhom tkopri biss il-perjodu 2000-2011.

Stima tal-JRC tal-perċentwal ta’ deforestazzjoni fl-espansjoni tas-sojja Brażiljana

 

L-Amażonja

Cerrado

il-bqija tal-Brażil

% tal-espansjoni tas-sojja Brażiljana 2008-17

11 %

46 %

44 %

% tal-espansjoni fil-foresti

5 %

14 %

3 %

MEDJA PONDERATA TAL-BRAŻIL ta’ espansjoni fil-foresti

8.2 %



Minħabba n-nuqqas ta’ studji li jipprovdu data riċenti fuq skala globali, ġiet ikkombinata data mill-Brażil, minn pajjiżi oħrajn tal-Amerika t’Isfel u mill-bqija tad-dinja. Għall-Brażil, id-data dwar l-espansjoni tas-sojja mill-2008 ittieħdet mill-bażi ta’ data Brażiljana ta’ IBGE-SIDRA u ġiet ikkombinata mad-data dwar l-espansjoni fiż-żoni tal-foresti f’Cerrado [Gibbs et al. 2015], bħala medja għall-perjodu 2009-13 fl-Amażonja [Richards et al.] 1 u fil-bqija tal-Brażil [Agroicone 2018]. Din irriżultat f’medja ponderata ta’ espansjoni fil-foresti ta’ 10.4 %: Din ġiet ikkombinata maċ-ċifri mill-Arġentina, il-Paragwaj, l-Urugwaj u l-Bolivja u l-bqija tad-dinja, kif ġej:

Stima tal-JRC tal-perċentwal medju tal-espansjoni tas-sojja fil-foresti fl-Amerika Latina

2008-2017

Il-Brażil

L-Arġentina

Il-Paragwaj

Il-Bolivja

% tal-espansjoni tas-sojja fl-Amerika Latina

67%

19%

7%

5%

2%

% fil-foresti

8.2 %

9%

57%

1%

60%

Perċentwal (%) Medju fil-foresti tal-Amerika Latina

14%

STIMA TAL-PERĊENTWAL (%) MEDJU DINJI TAL-ESPANSJONI TAS-SOJJA FIL-FORESTI

Frazzjoni tal-espansjoni tas-sojja dinjija fl-Amerika Latina

53%

Perċentwal (%) tal-espansjoni assunta fil-foresti fil-bqija tad-dinja

2 %

Frazzjoni medja dinjija tal-espansjoni tas-sojja fil-foresti

8%

Għal pajjiżi oħrajn tal-Amerika Latina, l-unika data kwantitattiva li nstabet hija ta’ [Graesser et al. 2015], li kejlu l-espansjoni tal-għelejjel li jinħartu kollha fil-foresti. Għall-bqija tad-dinja, fejn ġew osservati l-akbar espansjonijiet tas-sojja mill-2008, jiġifieri l-Indja, l-Ukrajna, ir-Russja u l-Kanada, ftit setgħet tinstab evidenza għall-kultivazzjoni tas-sojja li tikkawża deforestazzjoni diretta. Għalhekk, kien assunt sehem baxx ta’ espansjoni ta’ 2 % fil-foresti għall-bqija tad-dinja. Bħala riżultat, il-frazzjoni tal-medja dinjija tal-espansjoni tas-sojja kienet stmata bħala 8 %.



Tqabbil ma’ rieżamijiet riċenti oħrajn

Il-biċċa l-kbira tad-data dwar id-deforestazzjoni mis-sojja tippreċedi l-moratorju tas-sojja Brażiljan tal-2008 u, għalhekk, mhijiex rilevanti għall-istima attwali.

Rieżami kkummissjonat minn Transport and Environment [Malins 2018] fih rieżami bir-reqqa tad-data reġjonali dwar l-espansjoni tas-sojja u d-deforestazzjoni li jikkonkludi li mill-inqas 7 % tal-espansjoni globali tas-sojja mill-2008 kienet fil-foresti. Madankollu, intużaw snin differenti għall-frazzjonijiet tal-espansjoni tas-sojja u d-data u r-riżultati minn [Agricone 2018] u [Richards et al 2017] ma ntużawx.

Rieżami kkummissjonat minn Sofiproteol [LCAworks 2018] jinkludi wkoll rieżami tal-letteratura reġjonali dwar id-deforestazzjoni mis-sojja fid-dinja mill-2006 sal-2016. Dan jikkonkludi li 19 % tal-espansjoni tas-sojja globali seħħet fil-foresti. Madankollu, is-sors tas-suppożizzjoni tagħhom dwar l-espansjoni fil-foresti fil-“bqija tal-Brażil” mhuwiex ċar, u xi drabi ħallat l-“art naturali” mal-foresta. Barra minn hekk, meta jikkalkolaw il-medji, huma jipponderaw id-data reġjonali dwar is-sojja bil-produzzjoni reġjonali totali tas-sojja minflok biż-żona tal-espansjoni tagħha. Għalhekk, il-perċentwal ta’ 19 % ma jistax jitqies bħala robust ħafna.

Agroicone ħejjiet dokument għall-Kummissjoni li jiċċita x-xogħol mhux ippubblikat tal-2018 minn Agrosatelite, li juri tnaqqis kbir fil-frazzjoni tal-foresta fl-espansjoni tas-sojja f’Cerrado (speċjalment fil-parti ta’ Matipoba) fis-snin 2014-17, minn 23 % fis-snin 2007-14 għal 8 % fis-snin 2014-17.

Żejt tal-palm

Bl-użu ta’ teħid ta’ kampjuni ta’ data satellitarja ta’ pjantaġġuni taż-żejt tal-palm, [Vijay et al. 2016] għamel stima tal-frazzjoni tal-espansjoni taż-żejt tal-palm fil-foresti mill-1989 sal-2013, u rrapporta r-riżultati skont il-pajjiż. Meta stabbilixxa dawk il-medji nazzjonali fir-rigward taż-żidiet fiż-żona maħsuda nazzjonali taż-żejt tal-palm mill-2008 sal-2016, l-istudju sab li, globalment, 45 % tal-espansjoni taż-żejt tal-palm kienet fuq art li kienet foresta fl-1989.

Id-data supplimentari ta’ [Henders et al. 2015] allokat għall-perjodu 2008-11 medja ta’ 0.43 Mha/sena tad-deforestazzjoni osservata għall-espansjoni taż-żejt tal-palm. Din tirrappreżenta 45 % taż-żieda stmata fiż-żona mħawla dinjija ta’ żejt tal-palm f’dak il-perjodu 2 .

Fi studju globali għall-Kummissjoni Ewropea, [Cuypers et al. 2013] attribwew id-deforestazzjoni mkejla għal xprunaturi differenti, bħall-qtugħ tas-siġar għall-injam, il-mergħat u diversi għelejjel, f’livell nazzjonali. Ir-riżultati tagħhom jimplikaw li, bejn l-1990 u l-2008, 59 % tal-espansjoni tal-palm għaż-żejt kienet marbuta mad-deforestazzjoni.



Tqabbil ta’ studji reġjonali għall-Indoneżja u l-Malasja

Perċentwal stmat ta’ espansjoni fil-foresti

 

snin

Il-Malasja

L-Indoneżja

Il-bqija tad-dinja

% tal-espansjoni tal-palm fid-dinja 2008-15

2008-15

15 %

67 %

17 %

 

 

Il-Peniżola Malasjana

Il-Borneo Malasjan

Il-Borneo Indoneżjan

Il-bqija tal-Indoneżja

 

% tal-espansjoni nazzjonali 2008-15

2008-15

19 %

81 %

77 %

23 %

 

Gaveau et al. 2016

2010-15

 

75 %

42 %

 

 

Abood et al 2015

2000-10

 

 

>36 %

 

SARvision 2011

2005-10

 

52 %

 

 

 

Carlson et al. 2013

2000-10

 

 

70 %

 

 

Gunarso et al. 2013

2005-10

>6 %

 

 

 

Gunarso et al. 2013

2005-10

47 %

37-75 %

 

Austin et al. 2017

2005-15

>20 %

Vijay et al. 2016

2013

40 %

54 %

13 %

Vijay et al. 2016

2013

45 %

[Abood et al. 2015] sabu li d-deforestazzjoni fuq medda ta’ 1.6 miljun ettaru fl-Indoneżja bejn is-snin 2000 u 2010 seħħet fil-konċessjonijiet mogħtija lill-produtturi industrijali taż-żejt tal-palm. Din hija 36 % tal-espansjoni totali taż-żona mħawla b’palm għaż-żejt f’dak il-perjodu, skont iċ-ċifri tal-Gvern Indoneżjan.

Għall-istess perjodu, [Carlson et al. 2013] stmaw perċentwal (%) akbar ta’ deforestazzjoni: 1.7 Mha ta’ telf ta’ foresti f’konċessjonijiet taż-żejt tal-palm fil-Borneo Indoneżjan; madwar 70 % tal-espansjoni taż-żona maħsuda f’dak ir-reġjun [Malins 2018]. F’dokument sussegwenti, [Carlson et al. 2018] irrapporta telf ta’ foresta ta’ 1.84 Mha f’konċessjonijiet ta’ żejt tal-palm fil-Borneo Indoneżjan u 0.55 Mha f’Sumatra, għall-perjodu 2000-2015.

[SARvision 2011] sabet li mill-2005 sal-2010, tneħħew 865 elf ettaru ta’ foresta fil-konfini tal-konċessjonijiet magħrufa taż-żejt tal-palm f’Sarawak, il-provinċja Malasjana f’Borneo, fejn isseħħ il-biċċa l-kbira tal-espansjoni taż-żejt tal-palm. Dan jikkorrispondi għal madwar nofs iż-żieda fiż-żona maħsuda taż-żejt tal-palm f’dak iż-żmien 3 .

[Gaveau et al. 2016] immappja l-koinċidenza tad-deforestazzjoni bl-espansjoni ta’ pjantaġġuni industrijali (jiġifieri mhux ta’ bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar) taż-żejt tal-palm f’Borneo, fuq intervalli ta’ 5 snin mill-1990 sal-2015. Huma jirrimarkaw li l-maġġoranza kbira tal-pjantaġġuni taż-żejt tal-palm f’Borneo kienu foresta fl-1973; frazzjonijiet aktar baxxi ta’ deforestazzjoni jseħħu meta wieħed jirrestrinġi ż-żmien ta’ dewmien bejn it-tneħħija u t-tħawwil tal-palm għaż-żejt. Ir-riżultati tagħhom juru li għall-pjantaġġuni industrijali taż-żejt tal-palm fil-Borneo Indoneżjan, madwar 42 % tal-espansjoni mill-2010 sal-2015 kienet fuq art li kienet foresta ħames snin biss qabel; għall-Borneo Malasjan, iċ-ċifra kienet ta’ madwar 75 %. Il-valutazzjoni applikat definizzjoni aktar ristretta ta’ foresta mir-RED2 meta kkunsidrat biss foresta b’kopertura ta’ qċaċet ta’ > 90 %, u eskludiet foresta sekondarja (jiġifieri foresta u arbuxxelli mkabbra mill-ġdid wara tneħħija jew nirien storiċi).

F’dokument sussegwenti, [Gaveau et al. 2018] juri għall-perjodu 2008-17, li fil-Borneo Indoneżjan, 36% tal-espansjoni tal-pjantaġġuni industrijali (88% minnhom kienu żejt tal-palm) kienet fuq foresta li qed tikber fl-età kklerjata fl-istess sena, filwaqt li fil-Borneo Malasjan l-medja kienet 69%. Fil-Borneo Indoneżjan, ir-rata ta’ deforestazzjoni mill-pjantaġġuni fi snin differenti kienet ikkorrelatata b’mod b’saħħtu ħafna mal-prezz taż-żejt tal-palm mhux raffinat fl-istaġun preċedenti, filwaqt li, fil-Borneo Malasjan, il-korrelazzjoni kienet aktar dgħajfa, tant li tissuġġerixxi ppjanar ċentralizzat tad-deforestazzjoni aktar fit-tul. Ir-riżultati wrew li r-rata tal-espansjoni taż-żejt tal-palm naqset minn mindu laħqet l-ogħla livell tagħha fis-snin 2009-12, filwaqt li l-frazzjoni tagħha li sseħħ fuq il-foresti baqgħet stabbli.

[Gunarso et al 2013] analizzaw it-tibdil fil-kopertura tal-art marbut mal-espansjoni tal-palm taż-żejt fl-Indoneżja u fil-Malasja għar-Roundtable dwar Żejt tal-Palm Sostenibbli (RSPO). L-aktar bidliet riċenti li jirrapportaw jirreferu għaż-żoni ta’ palm għaż-żejt li tħawlu bejn l-2005 u l-2010. Huma juru l-perċentwal (%) ta’ din iż-żona li fl-2005 kienet taqa' taħt diversi kategoriji ta’ użu tal-art. Biż-żieda tal-kategoriji li jissodisfaw b’mod mhux ekwivoku d-definizzjoni ta’ foresta fid-Direttiva, inkiseb minimu ta’ 37 % għall-espansjoni fil-foresti għall-Indoneżja kollha. Madankollu, kategoriji oħrajn tal-użu tal-art irrapportati jinkludu art moxa (li prinċipalment hija foresta degradata, skont id-dokument), li ġeneralment tissodisfa wkoll id-definizzjoni ta’ foresta skont id-Direttiva. Din hija kategorija kbira fl-Indoneżja, minħabba li l-foresta qrib il-pjantaġġuni ta’ spiss tispiċċa degradata minn nirien mifruxa snin qabel ma l-pjantaġġun jespandi fuq dik l-art. Meta dawn it-tipi ta’ użu tal-art preċedenti jitqiesu bħala foresta (kif seta’ kien il-każ fis-sena 2000), il-perċentwal (%) totali ta’ deforestazzjoni għall-Indoneżja fis-snin 2005-10 jiżdied għal madwar 75 %, li bejn wieħed u ieħor jikkonferma s-sejbiet ta’ [Carlson 2013].

Għall-Malasja, [Gunarso et al 2013] jirrapportaw li mill-2006 sal-2010, 34 % tal-espansjoni taż-żejt tal-palm kienet direttament fil-foresti. Madankollu, huma rrapportaw ukoll espansjoni konsiderevoli fuq “ħamrija għerja” fl-2006, u assumew li ftit minnha kienet għerja minħabba li kienet qed tiġi kkonvertita mill-foresta. Mill-informazzjoni supplimentari tagħhom, jista’ jiġi osservat li aktar minn terz tal-ħamrija għerja fl-2006 kienet foresta sitt snin qabel, li tindika li x’aktarx li dawn kienu żoni ta’ foresti mnaddfin lesti għat-tħawwil. L-inklużjoni ta’ dawn iż-żoni ta’ foresti tgħolli l-frazzjoni tal-espansjoni taż-żejt tal-palm marbuta mad-deforestazzjoni għal 47 % fil-Malasja.

Minflok ma użaw immaġnijiet bis-satellita sabiex jidentifikaw il-kopertura tal-art preċedenti fejn ġew estiżi il-pjantaġġuni taż-żejt tal-palm Indoneżjani, [Austin et al. 2017] irreferew għall-mapep tal-użu tal-art maħruġa mill-Ministeru Indoneżjan għall-Ambjent u l-Forestrija. Huma sabu li madwar 20 % biss tal-art użata għall-espansjoni taż-żejt tal-palm industrijali fis-snin 2005-15 kienet ikklassifikata bħala “foresta” fuq dawk il-mapep ħames snin qabel. Id-definizzjoni tagħhom ta’ foresta tispeċifika kopertura ta’ qċaċet ta’ >30 % (minflok ta’ >10 % kif speċifikat fid-Direttiva), u ma tinkludix moxa, li xi drabi jikkwalifikaw bħala foresta skont id-definizzjoni tad-Direttiva. 40 % oħra tal-espansjoni taż-żejt tal-palm seħħet fuq kategoriji tal-użu tal-art li kienu jinkludu l-moxa. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa kkunsidrat li ċ-ċifra msemmija minn [Austin et al 2017] ta’ espansjoni ta’ 20 % fil-foresti fis-snin 2010-2015 x’aktarx li tkun sottovalutazzjoni għall-fini ta’ dan ir-rapport.



Stima tal-JRC tal-perċentwal ta’ espansjoni taż-żejt tal-palm fil-foresti għall-bqija tad-dinja 

sena tal-espansjoni

L-Amerika Latina

L-Afrika

il-bqija tal-Asja

% tal-espansjoni taż-żejt tal-palm fid-dinja 2008-15

2008-15

9 %

3 %

5 %

Furumo u Aide 2017

2001-15

20 %

 

 

Maaijard et al. 2018

 

 

6 %

 

Vijay et al. 2016

2013

21 %

6 %

4 %

medja ponderata għall-bqija tad-dinja

2013

13 %

Kif jidher fit-tabella, huma rrapportati proporzjonijiet aktar baxxi ta’ espansjoni fil-foresta għall-bqija tad-dinja. Il-ponderazzjoni tar-riżultati għall-Amerika Latina, l-Afrika u l-bqija tal-Asja (minbarra l-Indoneżja u l-Malsja) wasslet għal sehem medju ta’ 13 % ta’ espansjoni tal-pjantaġġuni taż-żejt tal-palm fil-foresta.

B’mod ġenerali, meta jitqiesu r-riżultati mill-istudji reġjonali dwar l-espansjoni taż-żejt tal-palm f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju fil-Malasja u fl-Indoneżja, kif ukoll l-evidenza għal din l-espansjoni fil-bqija tad-dinja, is-sehem medju dinji ta’ 45 % tal-espansjoni taż-żejt tal-palm fil-foresti propost minn [Vijay et al 2016] jista’ jitqies bħala stima tajba.

Frazzjoni tal-espansjoni tal-palm għaż-żejt fuq il-pit

[Abood et al. 2014] sabu li 21 % tal-konċessjonijiet taż-żejt tal-palm Indoneżjani magħrufa kienu jinsabu fuq torbieri, u 10 % tagħhom fuq pit fond (>3 metri), li suppost għandu jkun protett mill-iskular skont digriet tal-gvern Indoneżjan tal-1990. Mis-sena 2000 sal-2010, huma rrapportaw li 535 kha ta’ foresta ta’ art mistagħdra tal-pit intilfu fuq konċessjonijiet taż-żejt tal-palm Indoneżjani, jiġifieri 33 % tal-espansjoni taż-żejt tal-palm fuq il-konċessjonijiet.

[Miettinen et al. 2012, 2016] analizzaw l-immaġnijiet bis-satellita ta’ riżoluzzjoni għolja sabiex jintraċċaw il-firxa ta’ pjantaġġuni taż-żejt tal-palm matur fuq torbiera fi żminijiet bejn l-1990 u l-2015. Huma użaw l-Arkivju Diġitali Ewropew tal-Mapep tal-Ħamrija tal-JRC sabiex jidentifikaw iż-żoni tal-pit u jirrapportaw li, bejn l-2007 u l-2015, il-pjantaġġuni taż-żejt tal-palm espandew 1089 kha fuq torbiera Indoneżjana u 436 kha fuq torbiera Malasjana. Id-diviżjoni biż-żieda fiż-żona taż-żejt tal-palm matur f’dak il-perjodu ta’ żmien 4 , tagħti sehem ta’ 24 % u 42 % ta’ espansjoni taż-żejt tal-palm fuq il-pit, fl-Indoneżja u fil-Malasja, rispettivament. Għall-aħħar perjodu li jirrapportaw, 2010-2015, iċ-ċifri korrispondenti huma 25 % u 36 %.

Il-Bord Malasjan għaż-Żejt tal-Palm ippubblika studju dwar iż-żejt tal-palm [Omar et al. 2010], ibbażat fuq l-identifikazzjoni tal-GIS tal-kultivazzjoni taż-żejt tal-palm, u mappa tal-ħamrija mill-Ministeru Malasjan għall-Agrikoltura. Huma jirrapportaw li l-perċentwal tal-kultivazzjoni tal-palm fuq il-pit fil-Malasja żdied minn 8.2 % fl-2003 għal 13.3 % fl-2009, li jikkorrispondi għal 313 u 666 kha, rispettivament. Fl-istess perjodu, id-data tagħhom turi li l-erja totali ta’ żejt tal-palm espandiet minn 3813 għal 5011 kha, għalhekk, il-frazzjoni ta’ dik l-espansjoni li kienet fuq il-pit kienet ta’ 30 %.

[SARvision 2011] sabet li mill-2005 sal-2010, tneħħew 535 elf ettaru ta’ foresta tal-pit fil-konfini tal-konċessjonijiet magħrufa taż-żejt tal-palm f’Sarawak, il-provinċja Malasjana fejn isseħħ il-biċċa l-kbira tal-espansjoni taż-żejt tal-palm. Dan jikkorrispondi għal madwar 32 % taż-żieda fiż-żona maħsuda taż-żejt tal-palm f’dak iż-żmien 5 . Dan ma jqisx it-telf tal-foresta tal-pit għaż-żejt tal-palm barra l-konfini tal-konċessjoni, u kwalunkwe konverżjoni ta’ torbiera li ma kinitx afforestata fiż-żmien tal-konverżjoni.

[Gunarso et al. 2013] jirrapportaw frazzjoni baxxa b’mod anomalu ta’ espansjoni taż-żejt tal-palm fuq il-pit fil-Malasja (6 % biss bejn is-snin 2000 u 2010, skont l-informazzjoni supplimentari tagħhom). Din hija ferm inqas minn kwalunkwe stima oħra, anki mis-sorsi Malasjani, għalhekk, hija ġiet skontata 6 .

Għall-Indoneżja, id-data supplimentari ta’ [Gunarso et al. 2013] turi li 24 % tal-espansjoni taż-żejt tal-palm bejn l-2005 u l-2010 kienet fuq art mistagħdra tal-pit, u dan il-perċentwal jiżdied biss għal madwar 26 % jekk tiġi inkluża l-konverżjoni minn art mistagħdra tal-pit permezz ta’ “ħamrija għerja”.

[Austin et al. 2017] jirrapportaw li l-frazzjoni tal-espansjoni taż-żejt tal-palm Indoneżjan fuq il-pit baqgħet ta’ madwar 20 % għall-perjodi ta’ żmien kollha li studjaw (1995-2015), mingħajr ebda korrezzjoni għall-“ħamrija għerja”. Ir-raġuni għala r-riżultati ta’ Austin huma aktar baxxi minn oħrajn hija l-użu tal-mappa tal-pit ta’ “BBSDLP 7 ” mill-Ministeru Indoneżjan għall-Agrikoltura (H. Valin, komunikazzjoni privata, il-5 ta’ Diċembru 2018). Il-mappa tal-BBSDLP ma tinkludix żoni b’inqas minn 0.5 m fond ta’ pit 8 , u din hija parzjalment ir-raġuni għaliex turi 13.5 % inqas żona tal-pit mill-mapep minn Wetlands International, li huma stess probabbilment jissottovalutaw iż-żona tal-pit b’madwar 10-13 %, skont stħarriġ tal-art. [Hooijer and Vernimmen 2013].

Ma hija disponibbli ebda data kwantitattiva għall-frazzjoni tal-espansjoni tal-palm fuq torbiera fil-bqija tad-dinja. Mill-2008 sal-2015, 9 % tal-espansjoni taż-żejt tal-palm kienet fl-Amerika Latina, 5 % fil-bqija tal-Asja u 3 % fl-Afrika. Hemm żoni konsiderevoli ta’ pit tropikali fl-Amerika t’Isfel, speċjalment fil-Peru, fil-Bolivja, fil-Venezwela u tul l-Amażonja, iżda dawn mhumiex żoni ta’ produzzjoni sinifikanti taż-żejt tal-palm. Madankollu, l-akbar art mistagħdra tal-pit tropikali fid-dinja tinsab fil-baċin tal-Kongo. Hemmhekk diġà ngħatat mill-inqas konċessjoni waħda kbira ħafna ta’ żejt tal-palm, ta’ 470 kha (jiġifieri 10 % taż-żona kollha taż-żejt tal-palm fil-Malasja), u 89 % tagħha tinsab fuq il-pit [Dargie et al. 2018]. Il-biża’ hija li hekk kif it-tkabbir fil-produzzjoni fil-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja jonqos, ser ikun hemm aktar investiment fl-iżvilupp taż-żejt tal-palm fuq torbieri fl-Afrika u fl-Amerika Latina.

Jekk il-ponderazzjoni ssir l-aktar fuq ir-riżultati ta’ [Miettinen et al. 2012, 2016], li jistgħu jitqiesu bħala l-aktar studji avvanzati f’dan il-qasam u li jassumu skular żero tat-torbiera għall-palm fil-bqija tad-dinja, dan jagħti stima medja ponderata interpolata ta’ espansjoni ta’ 23 % taż-żejt tal-palm fuq il-pit għad-dinja kollha bejn l-2008 u l-2011.

Kannamiela

Aktar minn 80 % tal-espansjoni globali tal-kannamieli seħħet fil-Brażil mill-2008 sal-2015.

[Cuypers et al. 2013] stmaw li 36 % tal-espansjoni dinjija tal-kannamieli bejn l-1990 u l-2008 kienet fuq art li qabel kienet foresta. Madankollu, din x’aktarx hija stima eċċessiva għall-finijiet tal-analiżi: id-deforestazzjoni kienet allokata għall-foresti, għall-espansjoni tal-mergħat u għall-espansjoni ta’ għelejjel differenti, fuq skala nazzjonali. Ftit kienet id-deforestazzjoni attribwita għall-mergħat, minħabba li bilkemm ġiet indikata espansjoni netta; b’kuntrast, kien hemm espansjoni kbira tal-kannamieli u għalhekk l-allokazzjoni ta’ deforestazzjoni nazzjonali għall-kannamieli kienet għolja. Madankollu, ir-reġjuni tal-Brażil li fihom seħħet l-akbar estensjoni tal-kannamieli ma jikkoinċidux maż-żoni tal-ogħla deforestazzjoni, u dan ma ġiex meqjus fl-analiżi ta’ [Cuypers et al. 2013].

[Adami et al. 2012] irrapportaw li 0.6 % biss tal-espansjoni tal-kannamieli fiċ-Ċentru-Nofsinhar tal-Brażil seħħet fil-foresti bejn is-snin 2000 u 2009. Għalkemm ir-reġjun kien jirrappreżenta madwar 90 % tal-espansjoni dinjija tal-kannamiela f’dak il-perjodu ta’ żmien, kien hemm xi espansjoni li seħħet f’reġjuni oħrajn tal-Brażil mhux koperti minn dan l-istudju.

[Sparovek et al. 2008] qablu li, fil-perjodu 1996-2006, l-espansjoni tal-kannamieli fiċ-Ċentru-Nofsinhar tal-Brażil kienet kważi kompletament fuq mergħat jew għelejjel oħrajn (peress li fir-reġjun ftit fadal foresti); madankollu, 27 % oħra tal-espansjoni seħħet f’żoni “periferali” madwar u fil-bijoma tal-Amażonja, fil-Grigal u fil-bijoma tal-Foresta tal-Atlantiku. F’dawk ir-reġjuni periferali, kien hemm korrelazzjoni bejn it-telf tal-foresti għal kull muniċipalità u l-espansjoni tal-kannamieli. Madankollu, fid-dokument ma tingħata ebda ċifra dwar is-sehem tal-espansjoni fil-foresti.

Bħala riżultat, ma tista’ tiġi derivata mil-letteratura ebda kwantifikazzjoni adegwata tad-deforestazzjoni mill-kannamieli.

Qamħirrum

Iċ-ċereali ġeneralment ma jitqisux bħala li jikkawżaw deforestazzjoni, minħabba li l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni sseħħ f’żoni b’temperaturi moderati fejn id-deforestazzjoni tkun ġeneralment modesta. Madankollu, il-qamħirrum huwa wkoll għalla tropikali, li ħafna drabi titkabbar minn bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar, u ħafna drabi wkoll titkabbar f’rotazzjoni mal-fażola tas-sojja f’azjendi agrikoli kbar. Barra minn hekk, parti sproporzjonata mill-espansjoni tal-qamħirrum isseħħ f’reġjuni tropikali fejn id-deforestazzjoni hija aktar komuni u intensiva fl-użu tal-karbonju.

L-espansjoni fiċ-Ċina kienet ikkonċentrata fuq art marġinali fil-Grigal tal-pajjiż [Hansen 2017], li wieħed jissuponi li hija l-aktar bur ta’ steppa, aktar milli foresta. L-espansjoni fil-Brażil u fl-Arġentina tista’ tiġi assenjata l-istess perċentwal (%) ta’ deforestazzjoni bħas-sojja fil-Brażil. [Lark et al. 2015] sabu li, mill-espansjoni tal-qamħirrum fl-Istati Uniti bejn l-2008 u l-2012, 3 % kienet għad-detriment tal-foresti, 8 % tal-moxa u 2 % tal-artijiet mistagħdra. Madankollu, huwa diffiċli li ssir stima globali mingħajr ma jiġi eżaminat fid-dettall dak li qed jiġri f’kull pajjiż.



Referenzi

[Abood et al. 2015] Abood, S. A., Lee, J. S. H., Burivalova, Z., Garcia-Ulloa, J., & Koh, L. P. (2015). Relative Contributions of the Logging, Fiber, Palm oil, and Mining Industries to Forest Loss in Indonesia. Ittri ta’ Konservazzjoni, 8(1), 58-67. http://doi.org/10.1111/conl.12103

[Adami et al. 2012] Adami, M., Rudorff, B. F. T., Freitas, R. M., Aguiar, D. A., Sugawara, L. M., & Mello, M. P. (2012). Remote Sensing Time Series to Evaluate Direct Land Use Change of Recent Expanded Sugarcane Crop in Brazil. Sustainability, 4, 574–585. http://doi.org/10.3390/su4040574

[Agroicone 2018] Moriera, A, Arantes,S., u Romeiro, M. (2018). RED II information paper: assessment of iLUC risk for sugarcane and soybean biofuels feedstock. Agroicone, Sao Paulo 2018.

[Austin et al. 2017] Austin, K. G., Mosnier, A., Pirker, J., McCallum, I., Fritz, S., & Kasibhatla, P. S. (2017). Shifting patterns of palm oil driven deforestation in Indonesia and implications for zero-deforestation commitments. Land Use Policy, 69(Awwissu), 41–48. http://doi.org/10.1016/j.landusepol.2017.08.036

[Carlson et al. 2013] Carlson, K. M., Curran, L. M., Asner, G. P., Pittman, A. M., Trigg, S. N., & Marion Adeney, J. (2013). Carbon emissions from forest conversion by Kalimantan palm oil plantations. Nature Clim. Change, Meħud minn https://www.nature.com/nclimate/journal/v3/n3/pdf/nclimate1702.pdf

[Curtis et al. 2018] Curtis, P. G., Slay, C. M., Harris, N. L., Tyukavina, A., & Hansen, M. C. (2018). Classifying drivers of global forest loss. Science, 361(6407), 1108–1111. http://doi.org/10.1126/science.aau3445

[Cuypers et al. 2013] Cuypers, D., Geerken, T., Gorissen, L., Peters, G., Karstensen, J., Prieler, S., van Velthuizen, H. (2013). The impact of EU consumption on deforestation : Comprehensive analysis of the impact of EU consumption on deforestation. Il-Kummissjoni Ewropea. http://doi.org/10.2779/822269

[Dargie et al. 2018] Dargie, G.C., Lawson, I.T., Rayden, T.J. et al. Mitig Adapt Strateg Glob Change (2018). https://doi.org/10.1007/s11027-017-9774-8

[FAOstat 2008], Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, Searchable database of crop production statistics (Bażi ta’ data għat-tfittxija ta’ statistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel), http://www.fao.org/faostat/en/#data/QC

[Fehlenberg et al. 2017] Fehlenberg, V., Baumann, M., Gasparri, N. I., Piquer-Rodriguez, M., Gavier-Pizarro, G., & Kuemmerle, T. (2017). “The role of soybean production as an underlying driver of deforestation in the South American Chaco. Global Environmental Change, 45(April), 24–34. http://doi.org/10.1016/j.gloenvcha.2017.05.001

[Furumo & Aide 2017] Furumo, P. R., & Aide, T. M. (2017). Characterizing commercial palm oil expansion in Latin America: land use change and trade. Ittri ta’ Riċerka Ambjentali, 12(2), 024008. http://doi.org/10.1088/1748-9326/aa5892

[Gaveau 2016] Gaveau, D.L.A., Sheil, D., Husnayaen, Salim, M.A., Arjasakusuma, S., Ancrenaz, M., Pacheco, P., Meijaard, E., 2016. Rapid conversions and avoided deforestation: examining four decades of industrial plantation expansion in Borneo. Nature - Scientific Reports 6, 32017.

[Gaveau 2018] Gaveau, D.L.A., Locatelli, B., Salim, M.A., Yaen, H., Pacheco, P. and Sheil, D. Rise and fall of forest loss and industrial plantations in Borneo (2000–2017). Ittri ta’ Konservazzjoni. 2018;e12622. https://doi.org/10.1111/conl.12622

[Gibbs et al. 2015] Gibbs, H. K., Rausch, L., Munger, J., Schelly, I., Morton, D. C., Noojipady, P., Walker, N. F. (2015). Brazil’s Soy Moratorium: Supply-chain governance is needed to avoid deforestation. Science, 347(6220), 377–378. http://doi.org/10.1126/science.aaa0181.

[Graesser et al. 2015] Graesser, J., Aide, T. M., Grau, H. R., & Ramankutty, N. (2015). Cropland/pastureland dynamics and the slowdown of deforestation in Latin America. Ittri ta’ Riċerka Ambjentali, 10(3), 034017. http://doi.org/10.1088/1748-9326/10/3/034017

[Gunarso et al. 2013] Gunarso, P., Hartoyo, M. E., Agus, F., & Killeen, T. J. (2013). Palm oil and Land Use Change in Indonesia, Malaysia and Papua New Guinea. RSPO. http://doi.org/papers2://publication/uuid/76FA59A7-334A-499C-B12D-3E24B6929AAE
Materjali supplimentari: https://rspo.org/key-documents/supplementary-materials

[Hansen et al. 2017] Hansen, J., M.A. Marchant, F. Tuan, u A. Somwaru. 2017. “U.S. Agricultural Exports to China Increased Rapidly Making China the Number One Market.” Choices. Q2. http://www.choicesmagazine.org/choices-magazine/theme-articles/us-commodity-markets-respond-to-changes-in-chinas-ag-policies/us-agricultural-exports-to-china-increased-rapidly-making-china-the-number-one-market

[Henders et al 2015] Henders, S., Persson, U. M., & Kastner, T. “Trading forests: Land-use change and carbon emissions embodied in production and exports of forest-risk commodities”. Ittri ta’ Riċerka Ambjentali, 10(12), 125012. http://doi.org/10.1088/1748-9326/10/12/125012 http://doi.org/10.1088/1748-9326/10/12/125012

[Hooijer and Vernimmen 2013] Hooijer, A. and Vernimmen, R. 2013 “Peatland maps: accuracy assessment and recommendations” Report by Deltares & Euroconsult Mott MacDonald for Implementation of Agentschap NL 6201068 QANS Lowland Development edepot.wur.nl/251354

[Jusys 2017] Jusys, T. (2017) “A confirmation of the indirect impact of sugarcane on deforestation in the Amazon”, Il-Ġurnal tax-Xjenza tal-Użu tal-Art, 12:2-3, 125-137, DOI: 10.1080/1747423X.2017.1291766

[Lark et al. 2015] Lark, T.J, Salmon, M.J, & Gibbs, H. (2015). “Cropland expansion outpaces agricultural and biofuel policies in the United States”. Ittri ta’ Riċerka Ambjentali. 10. 10.1088/1748-9326/10/4/044003.

[LCAworks 2018] Strapasson,A., Falcao, J., Rossberg, T., Buss, G., u Woods, J. “Land use Change and the European Biofuels Policy: the expansion of oilseed feedstocks on lands with high carbon stocks”. Rapport tekniku mħejji minn LCAworks Ltd., b’kollaborazzjoni ma’ Sofiproteol, Franza.

[Machedo et al. 2012] Macedo, M. N., DeFries, R. S., Morton, D. C., Stickler, C. M., Galford, G. L., & Shimabukuro, Y. E. (2012). “Decoupling of deforestation and soy production in the southern Amazon during the late 2000s”. Proceedings of the National Academy of Sciences of the United States of America (Proċedimenti tal-Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi tal-Istati Uniti tal-Amerika), 109(4), 1341-6. http://doi.org/10.1073/pnas.1111374109

[Malins. 2017] Malins, C. (2017). “For peat’s sake - Understanding the climate implications of palm oil biodiesel”. Cerulogy and Rainforest Foundation Norway, Londra 2017. Meħud minn http://www.cerulogy.com/uncategorized/for-peats-sake/

[Malins 2018] Malins, C. (2018). “Driving deforestation: the impact of expanding palm oil demand through biofuel policy”, Londra 2018. Meħud minn http://www.cerulogy.com/palm oil/driving-deforestation/

[Meijaard et al. 2018] Meijaard, E., Garcia-Ulloa, J., Sheil, D., Wich, S.A., Carlson, K.M., Juffe-Bignoli, D., u Brooks, T. (2018). “Palm oil and biodiversity” (Iż-żejt tal-palm u l-bijodiversità). http://doi.org/https://doi.org/10.2305/IUCN.CH.2018.11.en

[Miettinen et al. 2012] Miettinen, J., Hooijer, A., Tollenaar, D., Page, S. E., & Malins, C. (2012). “Historical Analysis and Projection of Palm oil Plantation Expansion on Peatland in Southeast Asia”. Washington, D.C.: Il-Kunsill Internazzjonali dwar Trasportazzjoni Nadifa.

[Miettinen et al. 2016] Miettinen, J., Shi, C., & Liew, S. C. (2016). “Land cover distribution in the peatlands of Peninsular Malaysia, Sumatra and Borneo in 2015 with changes since 1990”. Global Ecology and Conservation (L-Ekoloġija u l-Konservazzjoni Globali), 6, 67–78. http://doi.org/10.1016/j.gecco.2016.02.004

[Morton et al. 2006] Morton, D. C., DeFries, R. S., Shimabukuro, Y. E., Anderson, L. O., Arai, E., del Bon Espirito-Santo, F., … Morisette, J. (2006). Cropland expansion changes deforestation dynamics in the southern Brazilian Amazon. Proceedings of the National Academy of Sciences of the United States of America (Proċedimenti tal-Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi tal-Istati Uniti tal-Amerika), 103(39), 14637–14641. http://doi.org/10.1073/pnas.0606377103

[Omar et al. 2010] Omar, W., Aziz,N.A.,Mohammed A.T., Harun, M.H. u Din, A.K.; “Mapping of oil palm cultivation on peatland in Malaysia”, Malaysian Palm Oil Board Information, serje 529, MPOB TT Nru. 473, Ġunju 2010. ISSN 1511-7871.

[Page et al. 2011] Page, S.E., Morrison, R., Malins, C., Hooijer, A., Rieley, J.O. Jaujiainen, J. (2011). Review of Peat Surface Greenhouse Gas Emissions from Palm oil Plantations in Southeast Asia. Indirect Effects of Biofuel Production (Effetti Indiretti tal-Produzzjoni tal-Bijokarburanti), (15), 1–77.

[Richards et al. 2017] Richards, P. D., Arima, E., VanWey, L., Cohn, A., & Bhattarai, N. (2017). Are Brazil’s Deforesters Avoiding Detection? Ittri ta’ Konservazzjoni, 10(4), 469–475. http://doi.org/10.1111/conl.12310

[SARVision 2011] SARVision. (2011). Impact of palm oil plantations on peatland conversion in Sarawak 2005-2010, (Jannar 2011), 1–14. http://archive.wetlands.org/Portals/0/publications/Report/Sarvision%20Sarawak%20Report%20Final%20for%20Web.pdf

[Searle & Giuntoli 2018] Searle, A. S., and Giuntoli, J. (2018). Analysis of high and low indirect land-use change definitions in European Union renewable fuel policy (Analiżi tad-definizzjonijiet ta’ bidla indiretta baxxa u għolja fl-użu tal-art fil-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-karburanti rinnovabbli).

[Sparovek et al. 2008] Sparovek, G.; A. Barretto; G. Berndes; S. Martins; u Maule, R. (2008). “Environmental, land-use and economic implications of Brazilian sugarcane expansion 1996–2006.” Mitigation and Adaption Strategies for Global Change (Strateġiji ta’ Mitigazzjoni u Adattament għall-Bidla Globali), 14(3), p. 285.

[USDA 2008] Servizz Agrikolu Barrani tad-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti. Searchable database of Production, Supply and Distribution data of crops (Bażi ta’ data għat-tfittxija ta’ data dwar il-Produzzjoni, il-Provvista u d-Distribuzzjoni tal-għelejjel). https://apps.fas.usda.gov/psdonline/app/index.html#/app/advQuery

[Vijay et al. 2016] Vijay, V., Pimm, S. L., Jenkins, C. N., Smith, S. J., Walker, W., Soto, C., … Rodrigues, H. (2016). The Impacts of Palm oil on Recent Deforestation and Biodiversity Loss (L-Impatti taż-Żejt tal-Palm fuq id-Deforestazzjoni Riċenti u t-Telf tal-Bijodiversità). PLOS ONE, 11(7), e0159668. http://doi.org/10.1371/journal.pone.0159668

[Waroux et al. 2016] Waroux, Y., Garrett, R. D., Heilmayr, R., & Lambin, E. F. (2016). Land-use policies and corporate investments in agriculture in the Gran Chaco and Chiquitano (Politiki dwar l-użu tal-art u investimenti korporattivi fl-agrikoltura fil-Gran Chaco u f’Chiquitano). Proceedings of the National Academy of Sciences, 113(15), 4021–4026. http://doi.org/10.1073/pnas.1602646113

[Yousefi et al. 2018].Yousefi, A., Bellantonoio, M, u Hurowitz,G., The avoidable Crisis, Mighty Earth, Regnskogfondet and FERN, Marzu 2018, http://www.mightyearth.org/avoidablecrisis/

ANNESS 2

Analiżi tal-GIS

1.

Metodu

Sabiex jiġu stmati d-deforestazzjoni u l-emissjonijiet relatati assoċjati mal-espansjoni tal-għelejjel tal-bijokarburanti mill-2008 f’żoni b’densità ta’ kopertura ta’ qċaċet ta’ siġar akbar minn 10 %, intuża approċċ ta’ mmudellar ġeospazjali sabiex jikkombina mappa tad-deforestazzjoni minn Global Forest Watch (GFW) ma’ mapep tat-tip ta’ għelejjel minn MapSPAM u EarthStat. Aktar dettalji tal-approċċ huma miġbura fil-qosor hawn taħt, u s-sorsi ta’ data użati fl-analiżi huma elenkata fit-Tabella ta’ hawn taħt. L-analiżi saret bl-użu ta’ daqs ta’ pixels ta’ bejn wieħed u ieħor 100 ettaru fl-ekwatur.

Sorsi ta’ Data

Data dwar l-Għelejjel

Fil-preżent, ma hija disponibbli ebda mappa globalment konsistenti li turi l-espansjoni tal-għelejjel kollha ta’ bijokarburanti individwali matul iż-żmien, għalkemm bħalissa għaddejja riċerka sabiex din tinkiseb għaż-żejt tal-palm u għall-fażola tas-sojja permezz tal-interpretazzjoni tal-immaġini bis-satellita. Għal din l-analiżi, aħna striħajna fuq żewġ sorsi għal mapep ta’ sena waħda u għalla waħda: MapSPAM (IFPRI u IIASA 2016), li turi d-distribuzzjoni globali ta’ 42 għalla fis-sena 2005 9 , u EarthStat (Ramankutty et al. 2008), li timmappja ż-żoni ta’ għelejjel u ta’ mergħat fis-sena 2000. Iż-żewġ sorsi ta’ data dwar l-għelejjel jirriżultaw minn approċċi li jikkombinaw varjetà ta’ data tal-input spazjalment espliċita sabiex jagħmlu stimi plawżibbli tad-distribuzzjoni globali tal-għelejjel. L-inputs tad-data jinkludu statistika tal-produzzjoni fl-iskala ta’ unitajiet amministrattivi (subnazzjonali), diversi mapep tal-kopertura tal-art prodotti minn immaġini bis-satellita u mapep tal-adegwatezza tal-għelejjel maħluqa abbażi tal-pajsaġġ lokali, il-klima u l-kundizzjonijiet tal-ħamrija.

Minħabba n-nuqqas ta’ mapep globali aġġornati għal għelejjel individwali, kif ukoll in-nuqqas ta’ informazzjoni konsistenti dwar l-espansjoni tagħhom matul iż-żmien, suppożizzjoni ewlenija użata fl-analiżi tagħna hija li d-deforestazzjoni totali u l-emissjonijiet ta’ GHG assoċjati li jseħħu f’żona mill-2008 jistgħu jiġu allokati għal għalla speċifika abbażi tal-erja proporzjonali ta’ kull għalla relattiva għall-erja totali ta’ art agrikola, inkluża mergħa, preżenti fl-istess pixel tal-mappa tal-għelejjel.

Data dwar id-Deforestazzjoni

Il-mapep ippubblikati tat-telf annwali globali ta’ kopertura tas-siġar derivati minn osservazzjonijiet bis-satellita ta’ Landsat, disponibbli fuq Global Forest Watch għas-snin 2001 sa 2017, sawru l-bażi tal-analiżi tagħna tad-deforestazzjoni. Id-data dwar it-telf tal-kopertura tas-siġar hija disponibbli b’riżoluzzjoni ta’ 30 metru, jew b’daqs ta’ pixels ta’ 0.09 ettari. Id-data oriġinali dwar it-telf ta’ kopertura tas-siġar ta’ Hansen et al. (2013) ma tiddistingwix il-konverżjoni permanenti (jiġifieri, deforestazzjoni) mit-telf temporanju ta’ kopertura tas-siġar minħabba l-forestrija jew in-nirien mifruxa. Għalhekk, għal din l-analiżi inkludejna biss is-subsett ta’ pixels tat-telf ta’ kopertura tas-siġar li kienu jaqgħu f’żoni ddominati minn deforestazzjoni xprunata minn komoditajiet, kif immappjati b’riżoluzzjoni ta’ 10 kilometri minn Curtis et al. (2018) 10 . B’hekk, dawk iż-żoni fejn huma dominanti xprunaturi oħrajn, bħall-forestrija jew l-agrikoltura fi tranżizzjoni, ġew esklużi mill-analiżi. Fi ħdan il-klassi tad-deforestazzjoni xprunata minn komoditajiet, għall-analiżi ġew ikkunsidrati biss pixels b’kopertura perċentwali ta’ siġar ’il fuq minn 10 %, bil-“kopertura perċentwali ta’ siġar” definita bħala d-densità tal-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar tas-superfiċje tal-art fis-sena 2000. Minħabba l-kriterji speċifiċi inklużi fir-RED2 (ara “b” u “c” fi Sfond hawn fuq), ir-riżultati tal-analiżi ġew diżaggregati fid-deforestazzjoni għas-snin 2008 sa 2015 għal żoni b’kopertura ta’ siġar akbar minn 30 % u żoni b’kopertura perċentwali ta’ siġar ta’ bejn 10 u 30 %.

Curtis et al. (2018) jindikaw li jistgħu jkunu preżenti bosta xprunaturi ta’ telf tal-foresta f’pajsaġġ fi kwalunkwe ħin, u li l-ixprunatur dominanti jista’ jvarja fi snin differenti matul il-perjodu ta’ studju ta’ 15-il sena; il-mudell tagħhom assenja xprunatur dominanti wieħed biss li kkontribwixxa għall-maġġoranza tat-telf tal-kopertura tas-siġar f’dak il-pajsaġġ matul il-perjodu ta’ studju. Suppożizzjoni waħda użata f’din l-analiżi kienet li t-telf kollu tal-kopertura tas-siġar f’żoni ddominati minn deforestazzjoni xprunata minn komoditajiet kien għall-espansjoni ta’ żoni agrikoli ġodda. Din is-suppożizzjoni għandha t-tendenza li tivvaluta żżejjed l-effett tal-għelejjel komoditarji f’dawk il-pixels. Min-naħa l-oħra, l-agrikoltura tista’ tespandi wkoll f’żoni ddominati minn forestrija jew agrikoltura fi tranżizzjoni; klassijiet oħrajn mill-mappa ta’ Curtis et al. (2018) li ġew esklużi mill-analiżi tagħna. Dan jimplika li l-metodu jista’ jissottovaluta d-deforestazzjoni minħabba l-għelejjel. Madankollu, iż-żoni tal-impronta tad-disa’ għelejjel inklużi f’din l-analiżi waqgħu primarjament fil-klassi tad-deforestazzjoni xprunata minn komoditajiet u, għalhekk, iż-żoni tal-għelejjel barra din il-klassi kienu assunti bħala li għandhom proporzjonijiet żgħar ta ’erja (ara t-taqsima Mudell ta’ Allokazzjoni tal-Għelejjel, ta’ hawn taħt) u, għalhekk, il-kontribuzzjoni ta’ dawn iż-żoni għat-totali finali għandha tkun żgħira.

Data dwar it-Torbiera

Il-firxa tat-torbieri ġiet definita bl-użu tal-istess mapep bħal Miettinen et al. 2016, li mmappjaw il-bidliet fil-kopertura tal-art mill-1990 sal-2015 fit-torbieri tal-Peniżola tal-Malasja, tas-Sumatra u tal-Borneo. Għal Sumatra u Kalimantan, Miettinen et al. (2016) inkludew il-pit mill-atlasijiet tal-pit ta’ Wetlands International 1:700,000 (Wahyunto et al. 2003, Wahyunto et al. 2004), fejn il-pit ġie definit kif ġej: “ħamrija fformata mill-akkumulazzjoni fuq perjodu twil ta’ żmien ta’ materja organika bħall-fdalijiet tal-pjanti”. Il-ħamrija tal-pit ġeneralment tkun mifqugħa bl-ilma jew mgħarrqa matul is-sena kollha, sakemm ma tiġix skulata. Skont Wahyunto u Suryadiputra (2008), min-naħa tagħhom, l-atlasijiet tal-pit ikkompilaw data minn varjetà ta’ sorsi li primarjament użaw immaġini (data bis-satellita, bir-radar u b’fotografija mill-ajru), kif ukoll stħarriġ u mmappjar tal-ħamrija, sabiex jimmappjaw id-distribuzzjoni tal-pit. Għall-Malasja, intuża pit mill-Arkivju Diġitali Ewropew ta’ Mapep tal-Ħamrija (Selvaradjou et al. 2005).

Saret analiżi speċifika għad-deforestazzjoni mill-espansjoni taż-żejt tal-palm fil-ħamrija tal-pit minħabba l-importanza tal-pit fl-użu ġenerali tal-art ta’ din l-għalla ta’ bijokarburanti u fl-impronta tal-GHG. Bl-użu ta’ data dwar l-espansjoni taż-żejt tal-palm industrijali minn Miettinen et al. 2016, ġie stmat it-telf tal-kopertura tal-erja tas-siġar li seħħ qabel is-sena tal-espansjoni magħrufa taż-żejt tal-palm mill-2008 sal-2015.

Data dwar l-Emissjonijiet ta’ GHG

L-emissjonijiet mid-deforestazzjoni mis-sena 2008 kienu stmati bħala t-telf tal-karbonju mir-raggruppament ta’ bijomassa tal-wiċċ. L-emissjonijiet huma espressi f’unitajiet ta’ megatunnellati ta’ dijossidu tal-karbonju (Mt CO2).

L-emissjonijiet mit-telf tal-bijomassa tal-wiċċ ġew ikkalkolati permezz tas-sovrapostazzjoni tal-mappa tat-telf tal-kopertura tas-siġar (mill-2008 sal-2015) b’mappa tal-bijomassa tal-injam ħaj tal-wiċċ fis-sena 2000. Il-mappa tal-bijomassa, prodotta mill-Woods Hole Research Center u derivata minn osservazzjonijiet bis-satellita u mill-art, hija disponibbli fuq Global Forest Watch. It-telf kollu tal-bijomassa kien assunt bħala emissjonijiet “impenjati” fl-atmosfera mal-ikklerjar, għalkemm hemm perjodi latenti assoċjati ma’ xi kawżi ta’ telf tas-siġar. L-emissjonijiet huma estimi “grossi” aktar milli stimi “netti”, jiġifieri l-użu tal-art wara l-ikklerjar, u l-valur tal-karbonju assoċjat miegħu, ma kinux ikkunsidrati. Il-frazzjoni tal-karbonju tal-bijomassa tal-wiċċ kienet assunta li hija 0.5 (IPCC 2003) u l-karbonju kien ikkonvertit għal dijossidu tal-karbonju bl-użu ta’ fattur ta ’konverżjoni ta’ 44/12, jew 3.67. Wieħed mill-vantaġġi li tintuża mappa tal-bijomassa tal-foresta bbażata fuq pixels b’valuri kontinwi, minflok jiġu assenjati valuri kategoriċi ta’ ħażna tal-karbonju għal tipi differenti ta’ kopertura tal-art (eż., foresti, arbuxelli, valuri tal-Livell 1 tal-IPCC, eċċ.) huwa li d-data li tintuża għall-istima tat-telf tal-bijomassa hija kompletament indipendenti mill-għażla tal-mappa tal-kopertura tal-art użata sabiex tiġi stmata l-bidla fil-kopertura tal-art.

L-emissjonijiet assoċjati ma’ raggruppamenti oħrajn tal-karbonju, bħall-bijomassa taħt l-art (għeruq), l-injam mejjet, il-mifrex u l-karbonju tal-ħamrija, inkluż id-dekompożizzjoni tal-pit jew nirien, ġew esklużi mill-analiżi.

Firxa tal-Analiżi

Il-firxa tal-analiżi globali ġiet definita permezz ta’ sovrapostazzjoni tal-mappa tad-deforestazzjoni xprunata minn komoditajiet (Curtis et al. 2018) mal-għelejjel ta’ interess rilevanti għall-bijokarburanti (żejt tal-palm, ġewż tal-Indi, qamħ, lift, qamħirrum, fażola tas-sojja, pitrava ħelwa, ġirasol u kannamiela). Fl-analiżi ġew ikkunsidrati biss dawk il-pixels li kienu inklużi f’waħda mid-disa’ għelejjel ta’ interess u li kienu jmissu l-klassi tad-deforestazzjoni xprunata minn komoditajiet.

Mudell ta’ Allokazzjoni tal-Għelejjel

Id-deforestazzjoni u l-emissjonijiet totali fi ħdan pixel partikolari ta’ kilometru wieħed ġew allokati għal għelejjel ta’ bijokarburanti differenti ta’ interess abbażi tal-proporzjon ta’ kull għalla preżenti fil-pixel (“Għalla X”, eż. sojja) relattiv għall-erja totali ta’ art agrikola fil-pixel, definita hawnhekk bħala s-somma ta’ raba’ u mergħat. B’dan il-mod, il-kontribuzzjoni relattiva ta’ kull għalla ta’ bijokarburanti għall-impronta agrikola totali tal-pixel serviet bħala l-bażi għall-allokazzjoni tad-deforestazzjoni assoċjata magħha u l-impronta tal-emissjonijiet ta’ GHG.

Minħabba li ma kinitx faċilment disponibbli mappa waħda, globalment konsistenti u aġġornata ta’ art agrikola diżaggregata skont it-tip ta’ għalla, aħna applikajna proċess f’żewġ stadji sabiex napprossimaw ir-rwol relattiv ta’ kull għalla ta’ bijokarburanti ta’ interess fid-deforestazzjoni u l-emissjonijiet f’post partikolari (Ek. 1). Fl-ewwel pass, aħna użajna data dwar l-għelejjel għall-aktar sena riċenti disponibbli (MapSPAM, Sena 2005) sabiex nikkalkolaw il-proporzjon ta’ Għalla X għar-raba’ totali fi ħdan pixel. Fit-tieni pass, aħna użajna d-data ta’ EarthStat (Sena 2000) sabiex nikkalkolaw il-proporzjon ta’ raba’ totali għall-mergħa+raba’ totali fi ħdan pixel. (Intużat id-data ta’ EarthStat minħabba li l-MapSPAM ma tinkludix mapep ta’ mergħat u l-espansjoni tal-mergħat għandha wkoll rwol fid-dinamika tad-deforestazzjoni). Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ passi għamlitha possibbli li tiġi approssimata l-kontribuzzjoni relattiva tal-Għalla X għall-impronta agrikola totali fi ħdan pixel partikolari, għalkemm bl-użu ta’ sorsi ta’ data differenti minn perjodi ta’ żmien differenti.

Ekwazzjoni 1:

Kalkoli Finali

Wara li nħolqu l-mapep tal-allokazzjoni tal-għelejjel għal kull għalla ta’ bijokarburanti ta’ interess, aħna mmultiplikajna d-deforestazzjoni totali u l-emissjonijiet ta’ GHG bil-proporzjon ta’ Għalla X f’kull pixel ta’ kilometru wieħed u kkalkolajna l-istatistika sommarja globali diżaggregata bid-deforestazzjoni u l-emissjonijiet li jseħħu fuq art b’densità ta’ kopertura tas-siġar ta’ aktar minn 30 fil-mija u fuq art b’densità ta’ kopertura tas-siġar ta’ 10-30 %.

Ir-riżultati tal-GIS juru d-deforestazzjoni osservata matul it-8 snin kalendarji mill-2008 sal-2015, li kienu assoċjati ma’ għelejjel differenti. Sabiex jinstab x’perċentwal (%) tal-espansjoni tal-għelejjel huwa assoċjat mad-deforestazzjoni, iż-żona totali tad-deforestazzjoni matul dawn is-snin ġiet diviża biż-żieda korrispondenti fiż-żona tal-għelejjel. Sabiex jitqies li għalla xorta tista’ tikkawża deforestazzjoni, anki meta ż-żona kumplessiva tal-għelejjel globali tonqos iżda tespandi f’xi pajjiżi, il-proporzjonijiet ġew ikkalkolati abbażi taż-żieda grossa fiż-żona tal-għelejjel globali, li hija s-somma taż-żidiet fiż-żona tal-għelejjel fil-pajjiżi fejn ma ċkinitx.

Barra minn hekk, id-data dwar iż-żoni maħsuda ġiet aġġustata sabiex tinkiseb informazzjoni dwar iż-żoni mħawla: għall-għelejjel annwali, iż-żieda fiż-żona tal-għelejjel kienet assunta bħala li hija l-istess bħaż-żieda fiż-żona maħsuda. Għal għelejjel (semi-)permanenti, ġiet ikkunsidrata l-frazzjoni taż-żona tal-għelejjel li mhijiex maħsuda, minħabba li l-pjanti għadhom ma laħqux il-maturità. Il-kannamiela għandha titħawwel mill-ġdid bejn wieħed u ieħor kull ħames snin, iżda l-ħsad isir biss erba’ darbiet, minħabba li hija tkun għadha immatura wara l-ewwel sena. Il-palm għaż-żejt jitħawwel mill-ġdid bejn wieħed u ieħor kull 25 sena u jagħti l-frott fl-aħħar 22 sena.

Għall-biċċa l-kbira tal-għelejjel, intużat il-bażi ta’ data [FAOstat 2008], li turi ż-żona maħsuda skont is-sena kalendarja. Għaż-żejt tal-palm biss, intgħażlet data minn [USDA 2008], minħabba li tirrapporta data dwar iż-żoni kollha taż-żejt tal-palm matur, inkluż fis-snin fejn il-ħsad kien imfixkel mill-għargħar. Il-bażi ta’ data tinkludi wkoll aktar pajjiżi għal din l-għalla.

Tabella: Sommarju tas-Sorsi ta’ Data fl-analiżi tal-GIS tad-WRI.

Sett ta’ data

Sors

Firxa tal-Foresti u tal-Pit

Tree Cover 2000 (Kopertura tas-Siġar 2000)

Hansen et al. 2013

Torbieri

Miettinen et al. 2016

Deforestazzjoni

Telf tal-Kopertura tas-Siġar

Hansen et al. 2013 (+ aġġornamenti annwali dwar il-GFW)

Deforestazzjoni xprunata minn komoditajiet

Curtis et al. 2018

Espansjoni taż-żejt tal-palm, 2000-2015 (għal stima tad-deforestazzjoni fuq il-pit)

L-Indoneżja, il-Malasja

Miettinen et al. 2016

Emissjonijiet ta’ GHG

Bijomassa tal-Wiċċ

Zarin et al. 2016

Data dwar il-Firxa tal-Għelejjel u tal-Mergħat

MapSPAM (żona fiżika)

IFPRI u IIASA 2016

EarthStat

Ramankutty et al. 2008



Referenzi

Curtis, C., C. Slay, N. Harris, A. Tyukavina, M. Hansen. 2018. “Classifying Drivers of Global Forest Loss.” Science 361: 1108-1111. doi: 10.1126/science.aau3445.

Graesser, J., Aide, T. M., Grau, H. R., & Ramankutty, N. (2015). Cropland/pastureland dynamics and the slowdown of deforestation in Latin America. Ittri ta’ Riċerka Ambjentali, 10(3), 034017. http://doi.org/10.1088/1748-9326/10/3/034017 Hansen, M. P. Potapov, R. Moore, M. Hancher, S. Turubanova, A. Tyukavina, D. Thau, S. Stehman, S. Goetz, T. Loveland et al. 2013. “High-Resolution Global Maps of 21st-Century Forest Cover Change.” Science 341: 850-853. doi: 10.1126/science.1244693.

International Food Policy Research Institute (IFPRI) and International Institute for Applied Systems Analysis (IIASA). 2016. “Global Spatially-Disaggregated Crop Production Statistics Data for 2005 Version 3.2”, Harvard Dataverse 9. doi: 10.7910/DVN/DHXBJX.

IPCC 2003: Penman J., M. Gytandky, T. Hiraishi, T. Krug, D. Kruger, R. Pipatti, L. Buendia, K. Miwa, T. Ngara, Ngara, K. Tanabe et al. 2003. “Good Practice Guidance for Land Use, Land-Use Change and Forestry” (Gwida ta’ Prattika Tajba għall-Użu tal-Art, il-Bidla fl-Użu tal-Art u l-Forestrija). Institute for Global Environmental Strategies for the IPCC. Il-Ġappun.

Miettinen, J., C. Shi, u S. C. Liew. 2016. “Land Cover Distribution in the Peatlands of Peninsular Malaysia, Sumatra, and Borneo in 2015 with Changes since 1990.” Global Ecology and Conservation 6: 67−78. doi: 10.1016/j.gecco.2016.02.004  

Ramankutty, N., A. Evan, C. Monfreda, u J. Foley. 2008. “Farming the planet: 1. Geographic distribution of global agricultural lands in the year 2000.” Global Biogeochemical Cycles 22 (Ċikli Bijoġeokimiċi Globali). doi:10.1029/2007GB002952.

Selvaradjou S., L. Montanarella, O. Spaargaren, D. Dent, N. Filippi, S. Dominik. 2005. “European Digital Archive of Soil Maps (EuDASM) – Metadata on the Soil Maps of Asia.” L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-Lussemburgu.

Wahyunto, S. Ritung, H. Subagjo. 2003. “Maps of Area of Peatland Distribution and Carbon Content in Sumatra, 1990-2002.” Wetlands International – Indonesia Programme & Wildlife Habitat. Il-Kanada.

Wahyunto, S. Ritung, H. Subagjo. 2004. “Maps of Area of Peatland Distribution and Carbon Content in Kalimantan, 1990-2002.” Wetlands International – Indonesia Programme & Wildlife Habitat. Il-Kanada.

Zarin, D., N. Harris, A. Baccini, D. Aksenov, M. Hansen, C. Azevedo-Ramos, T. Azevedo, B. Margono, A. Alencar, C. Gabris et al. 2016. “Can Carbon Emissions from Tropical Deforestation Drop by 50% in 5 Years?” Global Change Biology 22: 1336-1347. doi: 10.1111/gcb.13153

(1)

     Skont [Gibbs et al. 2015, fig. 1], il-perċentwal medju tal-espansjoni tas-sojja fil-foresti fl-Amażonja mill-2009 sal-2013 kien ta’ madwar 2.2 %. Id-data tal-2008 mhijiex inkluża, minħabba li l-Pjan għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tad-Deforestazzjoni fl-Amażonja (‘Plan for Preventing and Controlling Deforestation in the Amazon’ - PPCDAa) tal-Gvern Brażiljan (liġi forestali tal-Brażil), li kien segwit minn tnaqqis drammatiku fid-deforestazzjoni tal-Amażonja, kien għadu ma ġiex infurzat. L-istima ta’ [Gibbs et al. 2015] użat il-bażi ta’ data uffiċjali ta’ PRODES dwar id-deforestazzjoni, li ntużat ukoll għall-monitoraġġ tal-konformità mal-liġi dwar il-PPCDAa. Madankollu, [Richards et al.2017] osserva li, mill-2008, il-bażi ta’ data ta’ PRODES iddevjat dejjem aktar minn indikaturi oħrajn ta’ telf tal-foresti. Dan huwa r-riżultat tal-użu tagħha għall-infurzar tal-liġi: dawk responsabbli mid-deforestazzjoni tgħallmu jagħmlu d-deforestazzjoni ta’ rqajja’ żgħar jew f’żoni li mhumiex immonitorjati mis-sistema PRODES. Bl-użu ta’ data mill-bażi ta’ data alternattiva tal-monitoraġġ tal-foresti tal-GFC, [Richards et al.2017] juru (fl-informazzjoni Supplimentari tagħhom) li, mill-2008, PRODES bdiet tissottovaluta d-deforestazzjoni b’fattur medju ta’ 2.3, meta mqabbel mal-bażi ta’ data tal-GFC. Id-data min-nirien fil-foresti tikkonferma l-varjazzjonijiet tal-GFC minn sena għal oħra fiż-żona tad-deforestazzjoni u mhux dawk osservati minn PRODES.

(2)

     Id-data dwar iż-żona maħsuda hija disponibbli għall-pajjiżi kollha. Madankollu, din hija iżgħar miż-żona mħawla, minħabba li s-siġar tal-palm immaturi ma jagħtu l-ebda frott. Madankollu, il-proporzjon taż-żieda fiż-żona mħawla għaż-żona maħsuda jiddependi wkoll fuq il-frazzjoni taż-żona tal-palm immatur minn tħawwil mill-ġdid. Fl-istatistika nazzjonali tal-Indoneżja u tal-Malasja, instabu żidiet fiż-żoni mħawla, u dawn ġew ikkombinati maż-żidiet aġġustati fiż-żoni maħsuda għall-bqija tad-dinja.

(3)

     Ma setgħetx tinstab data dwar iż-żona mħawla għal dak ir-reġjun u l-perjodu ta’ żmien.

(4)

     Miettinen et al għoddew biss iż-żoni tal-palm matur, għalhekk, f’dan il-każ, jixraq li dawn jiġu diviċi biż-żona tal-palm matur, minflok biż-żona mħawla totali. Intużat data mis-Servizz Agrikolu Barrani tad-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti dwar “żona maħsuda”, li fil-fatt tirreferi għal “żona mħawla matura”, u din ġiet ivverifikata ma’ data oħra, bħal dik fir-rigward tal-bejgħ taż-żerriegħa tal-palm għaż-żejt. Id-data mill-FAO hija inqas utli minħabba li, pereżempju, tirrifletti t-tnaqqis temporanju fiż-żona maħsuda fl-2014/15 minħabba l-għargħar fil-Malasja.

(5)

     Ma setgħetx tinstab data dwar iż-żona mħawla għal dik iż-żona u għal dak il-perjodu ta’ żmien.

(6)

     [Gunarso et al. 2013] jipprovaw jagħtu spjegazzjoni: huma identifikaw biss it-tħawwil fuq il-pit jekk l-art kienet art mistagħdra tal-pit imxarrba ħames snin qabel; jekk dan il-pit kien diġà skulat, huwa sar tip ieħor ta’ użu tal-art, bħal “ħamrija għerja”. Il-konverżjoni tal-art mistagħdra għal żejt tal-palm tirrikjedi mhux biss it-tneħħija tas-siġar, iżda wkoll il-kostruzzjoni ta’ netwerk dens ta’ kanali tal-iskular, u l-kompattazzjoni tal-ħamrija, li ttawwal iż-żmien qabel ma s-siġar tal-palm għaż-żejt ikunu jistgħu jiġu identifikati fuq immaġni bis-satellita. B’hekk, billi fil-Peniżola Malasjana (bi ftit torbiera) ma kien hemm ebda espansjoni ta’ palm għaż-żejt fuq ħamrija għerja fis-snin 2005-10, 37 % tal-espansjoni f’Sarawak kienet fuq “ħamrija għerja”. Barra minn hekk, hemm rata għolja ta’ konverżjoni minn art mistagħdra tal-pit għal “agroforestrija u pjantaġġuni”, u mbagħad minn “agroforestrija u pjantaġġuni” għal żejt tal-palm f’perjodi suċċessivi ta’ 5 snin, għalhekk, minbarra dan, il-pjantaġġuni tal-palm għaż-żejt fi stadju bikri forsi kienu mħalltin bi żball mal-agroforestrija jew il-pjantaġġuni ta’ għelejjel oħrajn.

(7)

     BBSDLP huwa ċ-Ċentru Indoneżjan għar-Riċerka u l-Iżvilupp tar-Riżorsi ta’ Art Agrikola.

(8)

     0.5 m ta’ pit tropikali jkun fih madwar 250-300 tunnellata ta’ karbonju kull ettaru, li kważi kollha jiġu rilaxxati fl-ewwel għaxar snin wara l-iskular.

(9)

Id-data aġġornata tal-MapSPAM għas-sena 2010 ġiet rilaxxata fl-4 ta’ Jannar 2019, eżatt wara li tlestiet din l-analiżi.

(10)

 Bħalissa għaddejja ħidma sabiex jiġi aġġornat l-istudju ta’ Curtis et al. (2018) bl-għan li jintwerew l-ixprunaturi dominanti għas-snin ta’ telf ta’ kopertura tas-siġar wara l-2015.