Brussell, 13.2.2019

COM(2019) 81 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-obbligazzjonijiet impliċiti b'impatt potenzjali fuq il-baġits pubbliċi


RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-obbligazzjonijiet impliċiti b’impatt potenzjali fuq il-baġits pubbliċi

WERREJ

1.    Sfond    

2.    Ħarsa ġenerali lejn il-ġbir ta’ data mill-Eurostat fil-kuntest tad-direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE    

2.1.    Rappurtar fil-kuntest tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2011/85/UE    

2.2.    Puntwalità    

2.3.    Deskrizzjoni tal-indikaturi    

2.3.1.    Garanziji tal-gvern    

2.3.2.    PPPs barra l-karta bilanċjali    

2.3.3.    Selfiet improduttivi tal-Gvern Ġenerali    

2.3.4.    Obbligazzjonijiet ta’ entitajiet ikkontrollati mill-gvern li huma kklassifikati barra mill-gvern ġenerali (korporazzjonijiet pubbliċi)    

3.    Riżultati tal-ewwel ġbir ta’ data mill-Eurostat dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti    

3.1.    Kompletezza u kopertura tad-data    

3.1.1.    Garanziji tal-gvern    

3.1.2.    PPPs barra l-karta bilanċjali    

3.1.3.    Selfiet improduttivi    

3.1.4.    Obbligazzjonijiet ta’ entitajiet ikkontrollati mill-gvern li huma kklassifikati barra mill-gvern ġenerali    

3.2.    Kumparabbiltà tad-data    

4.    Ġabriet ta’ data oħrajn mill-Eurostat    

4.1.    Obbligazzjonijiet kontinġenti tal-gvern lejn is-settur finanzjarju    

4.2.    Sorsi oħra ta’ data tal-Eurostat    

5.    Konklużjonijiet    

1.Sfond

L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea 1 (minn hawn ’il quddiem “ESA 2010”) jitlob li sal-2018 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ieħor lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-punt sa fejn l-informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni (Eurostat) tirrappreżenta l-obbligazzjonijiet impliċiti kollha, inklużi l-obbligazzjonijiet kontinġenti, barra mill-gvern. Ir-rapport preċedenti maħruġ mill-Kummissjoni (Eurostat) dwar din il-kwistjoni ġie ppubblikat fl-2015 2 u ppreżenta, f’dak l-istadju, informazzjoni eżistenti dwar is-sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) u obbligazzjonijiet impliċiti oħrajn, inklużi obbligazzjonijiet kontinġenti, barra mill-gvern ġenerali.

L-obbligazzjonijiet huma msejħa kontinġenti fis-sens li min-natura tagħhom huma biss obbligazzjonijiet potenzjali u mhux obbligazzjonijiet attwali. Ir-rilevanza ta’ ġbir ta’ din it-tip ta’ informazzjoni hija rikonoxxuta b’mod espliċitu mill-ESA 2010, fl-Anness A, paragrafu 5.11:” Għalkemm assi kontinġenti u obbligazzjonijiet kontinġenti mhumiex irreġistrati fil-kontijiet, huma importanti għall-politika u l-analiżi, u l-informazzjoni dwarhom trid tinġabar u tiġi ppreżentata bħala data supplimentari. Anki jekk l-ebda ħlas jaf ma jkun dovut għal assi kontinġenti jew obbligazzjonijiet kontinġenti, livell għoli ta’ kontinġenzi jista’ jindika livell mhux mixtieq ta’ riskju min-naħa ta’ dawk l-unitajiet li joffruhom.”

Għandu jiġi sottolinjat ukoll li l-obbligazzjonijiet kontinġenti mhumiex parti mid-dejn tal-gvern kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura 3 .

Dan ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali aġġornata lejn l-informazzjoni disponibbli għall-Eurostat. Jiffoka prinċipalment fuq l-obbligazzjonijiet kontinġenti miġbura mill-Eurostat fil-kuntest tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika tal-UE li seħħ fl-2011 (is-‘six-pack’), u b’mod partikolari il-ġbir ta' data previst fid-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri 4 . L-Artikolu 14(3) ta’ din id-Direttiva stabbilixxa rekwiżiti statistiċi ġodda għall-Istati Membri:

“Għas-sottosetturi kollha ta’ amministrazzjoni pubblika [gvern estiż], l-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni rilevanti dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti b’impatti potenzjalment kbar fuq il-baġits pubbliċi, inklużi l-garanziji governattivi, is-self improduttiv u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-operat ta’ korporazzjonijiet pubbliċi, inkluż il-kobor tagħhom. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika fil-kapital ta’ korporazzjonijiet pubbliċi u privati fir-rigward ta’ ammonti ekonomikament sinifikanti”.

Id-data miġbura fil-kuntest tad-Direttiva hawn fuq imsemmija hija s-sors prinċipali ta’ informazzjoni relatata mal-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-gvern fl-Istati Membri. Barra minn hekk, ġabriet ta’ data oħrajn tal-Eurostat (jiġifieri t-Tabella supplimentari għall-kriżi finanzjarja, il-kwestjonarju relatat mal-EDP) jipprovdu informazzjoni limitata u/jew kunfidenzjali dwar tipi partikolari ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti. L-ambitu tal-informazzjoni disponibbli minn dawn is-sorsi se tiġi ppreżentata wkoll f’dan ir-rapport.

2.Ħarsa ġenerali lejn il-ġbir ta’ data mill-Eurostat fil-kuntest tad-direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE

2.1.Rappurtar fil-kuntest tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2011/85/UE

L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti statistiċi tad-Direttiva sar qbil fuqha b’mod wiesa’ fit-Task Force li għamel l-Eurostat f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u d-DĠ ECFIN 5 . Ir-rapport finali tat-Task force jipprovdi, inter alia, sett ta’ mudelli u noti relatati li jindikaw il-metodoloġija, l-ambitu tal-informazzjoni obbligatorja, il-perjodiċità u l-puntwalità għall-pubblikazzjoni nazzjonali u mill-Eurostat, ta’ data dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti.

Hija tispeċifika li l-Eurostat għandha tiġbor u tippubblika indikaturi magħżula relatati mal-obbligazzjonijiet kontinġenti, jiġifieri garanziji tal-gvern, sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) barra l-karta bilanċjali, obbligazzjonijiet ta’ entitajiet ikkontrollati mill-gvern ikklassifikati barra mill-gvern ġenerali (korporazzjonijiet pubbliċi) u selfiet improduttivi (assi tal-gvern). L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-istess indikaturi fuq livell nazzjonali u, barra minn hekk, id-data dwar il-parteċipazzjoni tal-gvern fil-kapital tal-korporazzjonijiet.

Il-bidliet meħtieġa fis-sistema ta’ ġbir tal-Eurostat ġew introdotti permezz ta’ suppliment tal-kwestjonarju dwar l-EDP, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(2)d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009. Il-mudelli u l-gwida għall-implimentazzjoni ġew ipprovduti fid-deċiżjoni tal-Eurostat tat-22 ta’ Lulju 2013 dwar Suppliment dwar obbligazzjonijiet kontinġenti u obbligazzjonijiet potenzjali għall-kwestjonarju marbut mal-EDP 6 . Din id-deċiżjoni tispeċifika wkoll li d-data dwar l-obbligazzjonijiet ta’ entitajiet ikkontrollati mill-gvern li huma kklassifikati barra mill-gvern ġenerali (korporazzjonijiet pubbliċi) għandha tinġabar mill-Eurostat abbażi tal-informazzjoni li diġà inġabret permezz tal-Kwestjonarju dwar l-unitajiet ikkontrollati mill-gvern li huma kklassifikati barra mill-gvern ġenerali li ġie introdott fl-2011 7 .

L-indikaturi kollha għandhom jiġu rrappurtati lill-Eurostat f’miljuni, fil-munita nazzjonali, fil-livell ta’ sottosetturi individwali tal-gvern ġenerali. Il-metadata li tikkjarifika l-kompletezza, id-definizzjonijiet, l-użu tal-estimi jew il-puntwalità tad-data għandhom jiġu pprovduti lill-Eurostat flimkien mad-data.

2.2.Puntwalità

Is-Suppliment dwar ir-responsabbiltajiet kontinġenti u l-obbligi potenzjali għall-kwestjonarju relatat mal-EDP għandhom jiġu trażmessi lill-Eurostat annwalment qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena T mill-awtorità nazzjonali tal-istatistika. Id-data għandha tkopri mill-inqas erba’ snin (T-1 sa T-4) u fuq bażi volontarja, ir-reviżjonijiet tad-data storika (T-5 u eqdem). Il-kwestjonarju dwar l-unitajiet ikkontrollati mill-gvern ikklassifikati barra l-gvern ġenerali għandu jingħata sal-istess data ta’ skadenza u għandu jirreferi għas-sena T-1 (jew T-2 jekk ma tkunx disponibbli data aktar reċenti).

2.3.Deskrizzjoni tal-indikaturi

Din is-sezzjoni tippreżenta l-kunċetti u d-definizzjonijiet maqbula għall-pubblikazzjoni tad-data dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti, filwaqt li l-applikazzjoni tagħhom mill-Istati Membri fid-data mogħtija lill-Eurostat hija deskritta fis-sezzjoni 3. Għandu jiġi enfasizzat li l-indikaturi ta’ hawn taħt għandhom natura eteroġena u jirrappreżentaw tipi differenti ta’ impatt potenzjali fuq il-finanzi pubbliċi. Barra minn hekk, f’xi każijiet, l-istess riskju fiskali jista’ jkun rifless minn żewġ indikaturi jew aktar. Pereżempju, meta gvern jiggarantixxi r-responsabbiltà ta’ entità kkontrollata mill-gvern ikklassifikata barra l-gvern ġenerali, ir-riskji potenzjali huma koperti kemm mid-data ppreżentata għal Garanziji u Obbligazzjonijiet ta’ entitajiet ikkontrollati mill-gvern ikklassifikati barra mill-gvern ġenerali. Għalhekk, l-evalwazzjoni tar-riskju totali għall-finanzi pubbliċi billi jingħaddu l-indikaturi tista’ tagħti stima għolja żżejjed tal-impatt potenzjali.

2.3.1.Garanziji tal-gvern

L-Eurostat tiġbor informazzjoni dwar l-ammont pendenti tal-garanziji mogħtija mill-gvern ġenerali. Huma koperti mir-rappurtar biss il-garanziji mogħtija lil unitajiet ikklassifikati barra mill-gvern ġenerali. Tqassim skont is-sottosetturi huwa disponibbli ħlief għall-fondi tas-sigurtà soċjali, li mhuwiex rilevanti għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Id-data hija rrappurtata f’valur nominali.

Id-data tkopri kemm il-garanziji ta’ darba kif ukoll il-garanziji standardizzati. Garanzija ta’ darba hija definita bħala individwali, u l-garanti ma jistgħux jagħmlu stima affidabbli tar-riskju ta’ eżerċitar. Il-garanziji ta’ darba huma relatati mal-istrumenti ta’ dejn (eż. selfiet, bonds). Id-data tirreferi għall-istokk totali ta’ dejn garantit mill-unitajiet tal-gvern, eskluż id-dejn diġà assunt mill-gvern, kif irreġistrat fil-kontijiet tal-ESA 2010. Hija disponibbli analiżi addizzjonali għall-garanziji ta’ darba mogħtija lil korporazzjonijiet pubbliċi u korporazzjonijiet finanzjarji.

Il-garanziji standardizzati huma garanziji li jinħarġu f’numri kbar, ġeneralment għal ammonti pjuttost żgħar, fuq linji identiċi. Mhuwiex possibbli li jiġi stmat eżattament ir-riskju ta’ inadempjenza ta’ kull selfa iżda huwa possibbli li jiġi stmat kemm, minn numru kbir ta’ tali selfiet, se jsiru inadempjenti. Eżempji ta’ dawn huma garanziji ta’ self ipotekarju, garanziji għal self lill-istudenti, eċċ. Data dwar garanziji standardizzati tirreferi għall-istokk totali ta’ assi koperti minn dan l-istrument.

2.3.2.PPPs barra l-karta bilanċjali

Sħubijiet pubbliċi-privati (PPP) 8 irreġistrati barra l-karta bilanċjali tal-gvern huma l-assi li ma jkunux ikkunsidrati bħala proprjetà tal-gvern fuq livell ekonomiku u l-formazzjoni grossa ta’ kapital fiss ma tiġix irreġistrata bħala nefqa tal-gvern fil-mument li tiġġarrab.

L-Eurostat tiġbor data dwar l-obbligazzjonijiet totali pendenti rreġistrati barra l-karta bilanċjali. Dawn għandhom jiġu espressi fil-valur aġġustat tal-kapital li jikkorrispondi għal valur kuntrattwali inizjali tal-kapital li progressivament jitnaqqas maż-żmien bl-ammont ta’ “deprezzament ekonomiku” li jkun ġie kkalkolat abbażi ta’ stimi jew ta’ data attwali. Il-valur aġġustat tal-kapital jirrifletti l-valur attwali tal-assi fil-mument tar-rappurtar. L-ammont jirrappreżenta stima tal-formazzjoni grossa ta’ kapital fiss u l-impatt tad-dejn f’każ li l-gvern ikollu jieħu f’idejh l-assi matul id-durata tal-kuntratt. Id-data tinġabar għall-gvern ġenerali u mis-sottosetturi kollha u tiġi rrappurtata f’valur nominali.

2.3.3.Selfiet improduttivi tal-Gvern Ġenerali

Tinġabar informazzjoni dwar l-istokk ta’ selfiet improduttivi (assi tal-gvern) ipprovduti mill-gvern ġenerali. Selfa tkun improduttiva meta l-pagamenti tal-imgħax jew tal-kapital ikunu ttardjaw b’90 ġurnata jew aktar, jew il-pagamenti tal-imgħax ta’ 90 ġurnata jew aktar ikunu ġew kapitalizzati, rifinanzjati jew ittardjati bi ftehim, jew il-pagamenti jkunu ttardjaw b’inqas minn 90 jum, iżda jkun hemm raġunijiet tajbin oħrajn (bħal rikjesta ta’ falliment minn debitur) biex wieħed jiddubita li l-pagamenti jkunu se jsiru b’mod sħiħ. Id-data hija rrappurtata f’valur nominali. Iċ-ċifra konsolidata għall-gvern ġenerali u d-dettalji skont is-sottosettur huma disponibbli.

2.3.4.Obbligazzjonijiet ta’ entitajiet ikkontrollati mill-gvern li huma kklassifikati barra mill-gvern ġenerali (korporazzjonijiet pubbliċi)

L-entitajiet ikkontrollati mill-gvern huma unitajiet li għalihom il-gvern ikollu l-kapaċità li jiddetermina l-politika ġenerali jew il-programm ġenerali (ESA 2010, Anness A, paragrafu 20.18) 9 . Dawk l-entitajiet ikkontrollati mill-gvern (korporazzjonijiet pubbliċi) huma kklassifikati barra mill-gvern ġenerali fil-biċċa l-kbira tal-każijiet minħabba l-imġiba tagħhom bħala unitajiet tas-suq.

L-obbligazzjonijiet tal-entitajiet ikkontrollati mill-gvern ikklassifikati barra mill-gvern ġenerali (korporazzjonijiet pubbliċi) huma definiti bħala l-istokk ta’ obbligazzjonijiet fl-aħħar tas-sena, normalment abbażi tal-kontijiet tan-negozju tal-korporazzjonijiet. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu liema kunċett jużaw għar-rappurtar, jiġifieri jew il-kunċett tal-kontijiet tan-negozju (li jinkludi l-obbligazzjonijiet kollha mir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija) jew il-kunċett tal-kontijiet nazzjonali (li jeskludi kontijiet oħra pagabbli). Jekk tkun disponibbli, tista’ tiġi rrappurtata wkoll data dwar l-obbligazzjonijiet għall-entrati tad-dejn ta’ Maastricht.

Id-data tkopri unitajiet ikkontrollati mill-gvern li jirrappurtaw obbligazzjonijiet li jkunu ogħla minn 0.01 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) u li jkunu kklassifikati skont l-ESA 2010 fis-setturi tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, tal-korporazzjonijiet finanzjarji u tal-bqija tad-dinja. Id-data hija rrappurtata għal unitajiet individwali u mhux għall-kontijiet ta’ gruppi konsolidati.

Id-data tipprovdi analiżi tal-obbligazzjonijiet ta’ unitajiet involuti f’attivitajiet finanzjarji 10 u tal-obbligazzjonijiet ta’ unitajiet involuti f’attivitajiet oħra, fosthom unitajiet mhux finanzjarji li jagħmlu t-telf. Barra minn hekk, is-sottosettur li jikkontrolla tal-gvern ġenerali huwa identifikabbli wkoll mid-data.


3.Riżultati tal-ewwel ġbir ta’ data mill-Eurostat dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti

L-ewwel trażmissjoni tad-data saret f’Diċembru 2014 u minn dakinhar il-ġbir regolari tad-data sar fuq bażi annwali. L-Eurostat immonitorjat sistematikament l-allinjament tal-Istati Membri mal-linji gwida tat-Task Force, enfasizza oqsma għal titjib u ħeġġeġ lill-Istati Membri jimxu ’l quddiem fir-rigward tal-kwalità tad-data. Il-paragrafi hawn taħt jippreżentaw l-istatus fir-rigward tal-kompletezza u l-kopertura filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-ġbir tad-data tal-2017.

L-Istati Membri kollha pprovdew lill-Eurostat “Is-Suppliment dwar obbligazzjonijiet kontinġenti u obbligi potenzjali”, madwar l-iskadenza tar-rappurtar ta’ Diċembru 2017. Fid-29 ta’ Jannar 2018, l-Eurostat ippubblika ċ-ċifri f’miljuni, fil-munita nazzjonali, u f’perċentwal tal-PDG 11 fil-bażi tad-data 12 tiegħu flimkien mal-metadata relatata u n-noti f’qiegħ il-paġna speċifiċi għall-pajjiż 13 . Inħarġet ukoll stqarrija ta’ akkumpanjament għall-istampa 14 . Ir-riżultati prinċipali huma ppreżentati fl-Anness 1 ta’ dan ir-rapport.

3.1.Kompletezza u kopertura tad-data

L-Istati Membri kollha pprovdew is-Suppliment mimli dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti u l-obbligazzjonijiet potenzjali kif ukoll tweġiba għall-Kwestjonarju dwar l-entitajiet ikkontrollati mill-gvern ikklassifikati barra mill-gvern ġenerali. Il-kompletezza tad-data tvarja skont l-indikatur u l-Istat Membru.

3.1.1.Garanziji tal-gvern

L-Istati Membri kollha pprovdew ċifri għall-garanziji totali tal-gvern għall-gvern ġenerali għas-snin obbligatorji 2013-2016. Il-kompletezza u l-kopertura tad-data huma meqjusa bħala tajbin għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Għal tliet Stati Membri, il-Greċja, Franza u l-Italja, għad hemm bżonn ta’ titjib f’termini ta’ disponibbiltà u eżawrjenza tad-data għas-sottosettur tal-gvern lokali.

Għar-Repubblika Ċeka, id-data għall-intrapriżi inklużi fis-settur tal-gvern ġenerali mhumiex totalment kompluti, madankollu l-entitajiet sinifikanti kollha huma koperti. Għall-Ungerija, id-data tal-gvern ċentrali baġitarju u lokali u l-korporazzjonijiet tal-Istat li huma riklassifikati kbar hija eżawrjenti, iżda ma hemm l-ebda ġabra ta’ data mill-fondi ta’ garanzija statutorja li ġew riklassifikati dan l-aħħar u riklassifikati korporazzjonijiet pubbliċi tal-gvern żgħar jew li huma proprjetà tal-Istat u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ riklassifikati fuq garanziji pprovduti u ma hemm l-ebda pjan għal ġbir ta’ data amministrattiva jew statistika minn unitajiet żgħar riklassifikati. Għall-Finlandja, id-data mhijiex kompletament konsolidata għall-gvern lokali.

Għal xi Stati Membri (id-Danimarka, il-Kroazja u l-Polonja) id-data mhix disponibbli għal garanziji standardizzati tal-gvern lokali; madankollu, l-impatt tal-ammonti mhux mistenni li jkun sinifikanti għal-livell totali ta’ garanziji.

3.1.2.PPPs barra l-karta bilanċjali

L-Istati Membri kollha pprovdew data dwar il-PPPs barra l-bilanċ għall-perjodu obbligatorju 2013–2016. Il-kompletezza u l-kopertura tad-data huma meqjusin bħala tajbin għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Huwa meħtieġ titjib għas-Slovenja u r-Renju Unit fejn mhix disponibbli data għal gvern lokali; madankollu, l-ammonti mhumiex mistennija li jkunu sinifikanti. Għall-Finlandja, il-kopertura tad-data tista’ ma tkunx eżawrjenti wkoll għall-gvern lokali.

3.1.3.Selfiet improduttivi

Il-kompletezza u l-kopertura tad-data dwar is-self improduttiv għad hemm bżonn li jitjiebu b’mod sinifikanti. 24 Stat Membru pprovdew data għall-perjodu mitlub 2013-2016. Erba’ Stati Membri – il-Belġju, Franza, il-Kroazja u Ċipru – għadhom ma jipprovdux informazzjoni dwar self mhux produttiv tal-gvern ġenerali

Barra minn hekk, il-kopertura tad-data mhijiex eżawrjenti għall-Italja, il-Portugall u l-Finlandja. Għall-Greċja, id-data ma tkoprix is-settur tas-sigurtà soċjali, filwaqt li għal Spanja u r-Renju Unit, il-kopertura tad-data mhijiex eżawrjenti għall-gvern lokali, madankollu, l-ammonti mhumiex mistennija li jkunu sinifikanti.

3.1.4.Obbligazzjonijiet ta’ entitajiet ikkontrollati mill-gvern li huma kklassifikati barra mill-gvern ġenerali

L-Istati Membri kollha wieġbu l-kwestjonarju tal-Eurostat dwar l-entitajiet ikkontrollati mill-gvern li huwa l-bażi għall-kalkolu tas-serje ta’ data dwar l-obbligazzjonijiet tal-entitajiet ikkontrollati mill-gvern ikklassifikati barra mill-gvern ġenerali. Għal ħafna Stati Membri, id-data tirreferi għall-2016, tistenna għar-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja u l-Awstrija u parzjalment l-Italja u Malta, fejn id-data tirreferi għall-2015. Il-maġġoranza tal-Istati Membri pprovdew data eżawrjenti li tkopri s-subsetturi ta’ kontroll kollha tal-gvern ġenerali, madankollu, f’xi każijiet, għad hemm bżonn ta’ titjib.

Għal Franza u l-Irlanda, il-kopertura tad-data mhijiex eżawrjenti għal kollox għall-gvern lokali. Fil-każ tal-Greċja u l-Belġju, hemm ukoll xi unitajiet żgħar ikkontrollati mill-gvern li mhumiex irrappurtati fid-data, madankollu l-ammonti mhumiex mistennija li jkunu sinifikanti. Fil-każ tal-Polonja, id-data ma tinkludix unitajiet li jimpjegaw anqas minn 10 persuni.

3.2.Kumparabbiltà tad-data

Id-data dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-gvern hija speċifika għall-pajjiż u relatata mill-qrib mal-istruttura ekonomika, finanzjarja u legali tal-Istat Membru. Inkiseb progress sinifikanti f’dan il-ġbir ta’ data f’termini ta’ kopertura u kompletezza tad-data. Minkejja dan, il-kopertura tad-data għadha mhijiex eżawrjenti għalkollox għal xi Stati Membri, kif deskritt hawn fuq u huwa indikat aktar fin-noti f’qiegħ il-paġna ppubblikati mad-data tal-Istat Membru.

B’mod ġenerali, il-kumparabbiltà għall-garanziji tal-gvern, is-self improduttiv u l-PPPs barra l-karta bilanċjali hija sodisfaċenti filwaqt li hija limitata għall-obbligazzjonijiet tal-korporazzjonijiet pubbliċi.

Għal dan l-indikatur, minbarra l-kwistjonijiet dwar il-kopertura tad-data, għandhom jitqiesu aspetti oħrajn meta jiġu analizzati ċ-ċifri madwar l-Istati Membri. L-ewwel nett, id-data għal obbligazzjonijiet ta’ korporazzjonijiet pubbliċi mhijiex ikkonsolidata, li jfisser li parti mill-obbligazzjonijiet ta’ dawn l-unitajiet jistgħu jkunu lejn entitajiet fl-istess grupp ta’ kumpaniji u dawn l-ammonti ma jistgħux jiġu identifikati mid-data rrapportata. It-tieni nett, il-ġbir ta’ data jirreferi biss għal obbligazzjonijiet mingħajr ma jibbilanċjahom mal-assi. Dan l-aspett huwa importanti ħafna fil-każ tal-istituzzjonijiet finanzjarji li normalment ikollhom ammonti sinifikanti ta’ assi kif ukoll obbligazzjonijiet ta’ dejn. Barra minn hekk, xi Stati Membri għandhom aktar entitajiet ikkontrollati mill-gvern ġenerali u involuti f’servizzi finanzjarji milli oħrajn, u għalhekk jirrapportaw obbligazzjonijiet ogħla minn dawk fejn entitajiet bħal dawn ma jeżistu xejn, jew huma ftit. Apparti dan, għal xi Stati Membri, parti kbira mill-obbligazzjonijiet irrapportati mill-istituzzjonijiet finanzjarji jikkonċernaw depożiti miżmuma f’banek pubbliċi minn unitajiet domestiċi jew minn tipi oħrajn ta’ entitajiet privati jew pubbliċi.

Wieħed irid isemmi wkoll li, fil-kompilazzjoni tal-obbligazzjonijiet tal-korporazzjonijiet pubbliċi, l-Istati Membri setgħu jagħżlu liema kunċett jużaw għar-rappurtar, jiġifieri jew il-kunċett tal-kontijiet tan-negozju jew il-kunċett tal-kontijiet nazzjonali. Skont id-definizzjonijiet tal-kontijiet tan-negozju, l-Istati Membri inkludew l-obbligazzjonijiet kollha mir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija, fejn inkludew ukoll obbligazzjonijiet relatati mal-entrata ‘kontijiet oħra pagabbli”. Il-maġġoranza tal-Istati Membri rrappurtaw l-obbligazzjonijiet billi segwew dan l-approċċ. Madankollu, ftit Stati Membri (Spanja, il-Belġju, in-Netherlands u s-Slovakkja), irrappurtaw responsabbiltajiet ta’ Maastricht, b’mod partikolari data dwar obbligazzjonijiet għal muniti u depożiti, titoli ta’ dejn, u self (kif definit fl-ESA 2010) u bl-esklużjoni ta’ “kontijiet pagabbli oħra”.

4.Ġabriet ta’ data oħrajn mill-Eurostat

4.1.Obbligazzjonijiet kontinġenti tal-gvern lejn is-settur finanzjarju

Minn Ottubru tal-2009, l-Eurostat jiġbor b’mod regolari (bħala parti minn kull notifika li ssir darbtejn fis-sena dwar l-EDP 15 ) l-informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-gvern, permezz tat-“tabelli supplimentari għar-rapportar tal-interventi tal-gvern bħala appoġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji” 16 . Hija tipprovdi data relatata mal-impatti attwali u potenzjali fuq id-defiċit u d-dejn tal-gvernijiet, tal-appoġġ mogħti lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

L-informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-gvern relatat mas-settur finanzjarju tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Eurostat 17 , għal kull Stat Membru tal-UE, u tinkludi tabella sommarja bid-data aggregata għall-UE u għaż-żona tal-euro, u tkopri mill-2007 sal-2017.

4.2.Sorsi oħra ta’ data tal-Eurostat

Għal aktar minn għaxar snin xi data dwar il-garanziji tal-gvern kif ukoll il-PPPs barra l-karta bilanċjali kienet miġbura wkoll mill-Eurostat fit-tabelli tal-kwestjonarju dwar l-EDP (li mhumiex pubbliċi) ippreżentati man-notifika ta’ EDP. L-informazzjoni miġbura mhijiex għall-pubblikazzjoni iżda għal skopijiet interni tal-Eurostat marbuta mal-assigurazzjoni tal-kwalità tar-rappurtar dwar l-EDP. Barra minn hekk, id-data aggregata dwar il-garanziji tal-gvern tinġabar ukoll bħala parti mill-“kwestjonarju dwar l-istruttura tad-dejn tal-gvern” annwali, li tiġi ppubblikata fis-sit elettroniku tal-Eurostat madwar T+6 xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza. 18

5.Konklużjonijiet

Il-ġbir ta’ data dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE żied id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet impliċiti tal-gvern ġenerali. Qabel l-implimentazzjoni tad-Direttiva, l-Eurostat kienet tiġbor biss data parzjali u ġeneralment mhux pubblika dwar il-garanziji u l-PPPs barra l-karta bilanċjali. Wara r-rapport tat-Task Force, l-Istati Membri bdew jippubblikaw fil-livell nazzjonali u jipprovdu lill-Eurostat b’informazzjoni rilevanti b’mod armonizzat u komprensiv. Mill-ewwel ġbir ta’ data fl-2014, għadd ta’ Stati Membri analizzaw u rrevedew iċ-ċifri sabiex jallinjaw aħjar mal-linji gwida tat-Task Force. F’dan l-istadju, għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, hemm data ta’ kopertura kompluta u tajba disponibbli għall-biċċa l-kbira tal-indikaturi. L-Eurostat japprezza ħafna l-isforzi li saru mill-Istati Membri u jilqa’ r-riżultati miksuba. 

Madankollu, kif indikat hawn fuq, id-data f’xi każijiet għadha mhix eżawrjenti għal kollox. B’mod partikolari, għadu meħtieġ progress fir-rigward ta’ data dwar self improduttiv u l-obbligazzjonijiet ta’ entitajiet ikkontrollati mill-gvern ikklassifikati barra l-gvern ġenerali. L-Eurostat se jkompli jaħdem mal-Istati Membri dwar il-kompletezza tal-informazzjoni għal dawn l-indikaturi.

Barra minn hekk, id-disponibbiltà tal-metadata ta’ akkumpanjament tista’ tiġi mtejba aktar sabiex l-utenti jkunu infurmati aħjar dwar il-karatteristiċi nazzjonali, ir-reviżjonijiet u l-bidliet minn sena għal sena. Il-possibbiltà li jiġi estiż il-mudell attwali tal-metadata se tiġi investigata fil-kuntest ta’ ġbir ta’ data fil-futur.

Bħala konklużjoni, filwaqt li l-obbligazzjonijiet kontinġenti huma qasam impenjattiv ta’ statistika, inkiseb titjib kbir f’dawn l-aħħar snin. Il-ġbir ġdid ta’ data huwa pass’ il quddiem lejn aktar trasparenza tal-finanzi pubbliċi fl-Unjoni Ewropea, billi tingħata stampa aktar komprensiva tal-pożizzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri tal-UE. Id-disponibbiltà ta’ data komparabbli u armonizzata dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-gvern hija kisba importanti, u b’hekk l-UE tkun minn ta’ quddiem f’dan il-qasam fil-kuntest internazzjonali.

Anness 1. Obbligazzjonijiet kontinġenti totali tal-gvern ġenerali u self improduttiv fl-Istati Membri tal-UE, 2016 (% tal-PDG)

Garanziji tal-gvern

Obbligazzjonijiet relatati ma’ sħubijiet pubbliċi-privati (PPP) barra l-karta bilanċjali

Obbligazzjonijiet ta’ entitajiet ikkontrollati mill-gvern li huma kklassifikati barra mill-gvern ġenerali

Self improduttiv (assi tal-gvern)

Ta’ darba

Standardizzati

Total

Entitajiet involuti f’attivitajiet finanzjarj

Entitajiet involuti f’attivitajiet oħrajn

Total

Il-Belġju

10.3

0.6

10.9

0.1

38.0

13.7

51.7

:

Il-Bulgarija

0.4

0.1

0.5

0.0

5.0

8.1

13.1

0.1

Ir-Repubblika Ċeka

0.3

0.0

0.3

0.0

0.0

10.7

10.8

1.4

Id-Danimarka

9.9

0.0

9.9

0.2

10.9

18.2

29.1

0.3

Il-Ġermanja

14.3

0.0

14.3

0.0

96.4

4.3

100.7

0.1

L-Estonja

0.0

1.5

1.5

0.1

0.2

13.3

13.5

0.0

L-Irlanda

1.9

0.0

1.9

0.7

36.4

6.4

42.8

0.8

Il-Greċja

6.1

0.0

6.1

0.1

136.1

8.1

144.2

0.2

Spanja

7.7

0.0

7.7

0.3

22.7

3.0

25.7

0.2

Franza

3.0

2.2

5.2

0.0

42.8

19.2

62.0

:

Il-Kroazja

2.6

0.0

2.6

0.1

5.2

5.2

10.4

:

L-Italja

1.2

1.2

2.4

0.0

29.3

22.6

51.9

0.0

Ċipru

9.1

0.3

9.4

0.8

76.2

13.6

89.8

:

Il-Latvja

0.9

0.5

1.5

0.0

-

20.7

20.7

0.2

Il-Litwanja

0.2

0.7

0.9

0.0

0.1

5.8

5.9

0.1

Il-Lussemburgu

12.0

0.9

12.9

0.0

74.4

7.1

81.5

0.0

L-Ungerija

7.9

0.2

8.1

1.7

9.3

5.0

14.3

0.0

Malta

14.1

0.0

14.1

0.1

3.2

16.2

19.4

0.0

In-Netherlands

3.3

0.4

3.7

0.4

88.3

15.6

103.9

0.0

L-Awstrija

20.5

0.0

20.5

0.1

14.6

13.4

28.0

1.1

Il-Polonja

6.5

0.7

7.1

0.0

21.9

12.8

34.7

0.3

Il-Portugall

5.6

0.0

5.6

3.2

62.4

3.9

66.2

1.5

Ir-Rumanija

0.4

1.9

2.2

0.0

3.9

3.5

7.4

0.0

Is-Slovenja

9.6

0.0

9.6

0.0

40.1

18.2

58.2

5.9

Is-Slovakkja

0.0

0.0

0.0

3.1

0.3

1.0

1.3

0.1

Il-Finlandja

27.0

1.1

28.0

0.0

20.5

22.2

42.7

0.1

L-Iżvezja

10.5

0.0

10.5

0.0

19.4

24.4

43.8

0.7

Ir-Renju Unit

8.3

0.1

8.3

1.5

37.6

5.4

42.9

0.0

':' data mhux disponibbli; '-' mhux applikabbli

(1)

 Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea, ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.

(2)

  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1435910317596&uri=CELEX:52015DC0314

(3)

 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

(4)

 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(5)

Saru tliet laqgħat tat-Task Force fl-2012, jiġifieri fit-29 ta’ Ġunju, fit-5 ta’ Settembru u fl-6 ta’ Novembru.

(6)

  http://ec.europa.eu/eurostat/documents/1015035/2041337/ESTAT-decision-Suppl-on-conting-liab-EDP-Q.pdf/0b35165a-ee53-470a-a15a-7beaa98aac8b

(7)

Il-kwestjonarju rċieva opinjoni pożittiva mis-CMFB fl-2011. Id-data tinġabar fuq bażi annwali u l-ewwel trasmissjoni ta’ data saret f’Diċembru 2012.

(8)

Sħubijiet pubbliċi-privati (PPP) kif definiti mill-ESA 2010, Anness A, paragrafu 20.276 u dettaljati ulterjorment mill- Manwal tal-Eurostat dwar id-Defiċit u d-Dejn tal-Gvern , parti VI.4.

(9)

Għandu jiġi kkunsidrat sett ta’ indikaturi sabiex jiġi determinat il-kontroll tal-gvern (id-dettall dwar kull kriterju huwa definit fl-ESA 2010, Anness A, paragrafu 20.309).

(10)

L-obbligazzjonijiet tal-unitajiet involuti f’attivitajiet finanzjarji jinkludu l-kategoriji NACE li ġejjin: (64) Attivitajiet ta’ servizzi finanzjarji, ħlief il-Bank Ċentrali, (65) Attivitajiet tal-assigurazzjoni, (66) Attivitajiet awżiljarji għas-servizzi finanzjarji.

(11)

Iċ-ċifri tal-PDG ipprovduti matul il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv ta’ Ottubru tal-2017 jintużaw għall-kalkolu tal-indikaturi.

(12)

  http://ec.europa.eu/eurostat/web/government-finance-statistics/data/database

(13)

  http://ec.europa.eu/eurostat/cache/metadata/en/gov_cl_esms.htm u   https://ec.europa.eu/eurostat/documents/1015035/6611302/Contingent-Liabilities-Footnotes.pdf

(14)

   https://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/8624398/2-29012018-AP-EN.pdf/ee504046-6ccc-4b79-8dfb-7a5e1d38328f

(15)

http://ec.europa.eu/eurostat/web/government-finance-statistics/excessive-deficit-procedure/edp-notification-tables  

(16)

Wara d-deċiżjoni tal-Eurostat tal-15 ta’ Lulju 2009 dwar ir-reġistrazzjoni statistika tal-interventi pubbliċi tinġabar «tabella supplimentari» sabiex jiġu appoġġati l-istituzzjonijiet finanzjarji u s-swieq finanzjarji waqt il-kriżi finanzjarja. Għal aktar informazzjoni ara “Tabella supplimentari tal-Eurostat għar-rapportar tal-interventi tal-gvern bħala appoġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji: Nota ta’ sfond (April 2018)” https://ec.europa.eu/eurostat/documents/1015035/8441002/Background-note-on-gov-interventions-Apr-2018.pdf/54c5e531-688b-427b-80a1-46e471f3a54b

(17)

http://ec.europa.eu/eurostat/web/government-finance-statistics/excessive-deficit/supplemtary-tables-financial-crisis  

(18)

Ara http://ec.europa.eu/eurostat/data/database , kollezzjoni gov_dd_sgd.