18.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 425/2 |
OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta’ Diċembru 2019
dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
(CON/2019/43)
(2019/C 425/02)
Introduzzjoni u bażi legali
Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tal-Bank Ċentrali Ewropew (1).
Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Isabel SCHNABEL tinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020. |
2. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidata proposta hija persuna ta’ statura rikonoxxuta u b’esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat. |
3. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Isabel Schnabel bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Diċembru 2019.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE