25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/8


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1)

(2018/C 144/03)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 343, 13.10.2017.

LISTA TA' PERMESSI TA' RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI

Permessi ta' residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:

I.   Permessi ta' residenza maħruġa skont il-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002

Permess ta' residenza bi “prova ta' stabbiliment” fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2005).

Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005).

Permessi ta' residenza li jaqgħu taħt “l-awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EG), “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) u “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2006).

Il-permess ta' “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ.

Il-permess ta' “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista' jinħareġ għall-finijiet li ġejjin: Trasferiment intrakorporattiv (ICT), ħaddiem stazzjonat u persuna li taħdem għal rasha, każijiet speċjali ta' impjieg, tifel tal-iskola, studenti, fornitur ta' servizzi soċjali, ir-riunifikazzjoni tal-familja. Permessi ta' “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) għar-raġuni ta' trasferimenti intrakorporattivi (ICT) ilhom jinħarġu mill-1 ta' Ottubru 2017.

Il-permess ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jista' jinħareġ mingħajr ma jingħataw iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti. Mill-1 ta' Ottubru 2017, il-permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jistgħu jinħarġu wkoll għal riċerkaturi, artisti, jew każijiet speċjali ta' impjieg.

Permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) inħarġu fl-Awstrija sal-30 ta' Ġunju 2011 għall-kategoriji ta' ħaddiem ewlieni, mhux limitat u limitat.

Il-permessi “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Daueraufenthalt-EG) u “residenza permanenti” — membru ta' familja (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) nħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013.

Il-permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) nħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013.

Permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) nħarġu wkoll għall-għan ta' “ħaddiem b'impjieg b'rotazzjoni”, “artist” u “riċerkatur” sat-30 ta' Settembru 2017.

Il-kard “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot — Karte), il-kard plus “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot — Karte plus) u l-kard blu tal-UE (Blaue Karte EU) fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Lulju 2011).

Permessi ta' “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EU) skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014).

Permessi ta' “dritt ta' residenza plus” (Aufenthaltsberechtigung plus) maħruġa skont it-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 56(1) tal-Att dwar l-Asil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 huma skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta' Jannar 2014.

Permess ta' “dritt ta' residenza” (Aufenthaltsberechtigung) maħruġa skont it-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att dwar l-Asil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jikkorrispondi skont “l-awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” preċedenti tat-Taqsima 43(3) u (4) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta' Jannar 2014.

Il-permess ta' “dritt ta' residenza fuq raġunijiet ta' protezzjoni speċjali” (Aufenthaltsberechtigung aus besonderem Schutz) maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att dwar l-Asil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jittrasponi ulterjorment id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta' Jannar 2014.

II.   Permessi ta' residenza li, skont id-Direttiva 2004/38, ma jridux jinħarġu f'format uniformi

Il-permess ta' residenza skont dritt ta' residenza fl-Unjoni ta' iktar minn tliet xhur għal membri ta' familja ta' ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Il-kard ta' residenza permanenti biex juri d-dritt ta' residenza permanenti ta' iktar minn tliet xhur għal membru ta' familja ta' ċittadin taż-ŻEE, skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Dokumenti oħrajn li jippermettu lil detentur li jgħix fl-Awstrija jew biex jerġa' jidħol fl-Awstrija skont l-Artikolu 2(16)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:

Dokument ta' identità b'ritratt f'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar, blu, aħdar, kannella, griż u oranġjo maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin.

Dokument tal-identità b'ritratt f'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet ta' lewn griż ċar b'referenza għall-kategoriji Rot (aħmar), Orange (oranġjo), Gelb (isfar), Grün (aħdar), Blau (blu), Braun (kannella) u Grau (griż) maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin.

“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 7 tal-Att tal-1997 dwar l-Asil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 105/2003 (mogħti sal-31 ta' Diċembru 2005) - normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006).

“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 3 tal-Att tal-2005 dwar l-Asil (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew b'kard għal persuni mogħtija l-asil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att tal-2005 dwar l-Asil.

Persuna li għandha “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att tal-1997 dwar l-Asil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 105/2003 (mogħti sal-31 ta' Diċembru 2005) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 b'mikroċipp elettroniku integrat (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006).

Persuna li għandha “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att tal-2005 dwar l-Asil (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat permezz ta' passaport barrani f'format ta' ktieb ID 3 b'mikroċipp elettroniku integrat (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew b'kard għal persuni mogħtija status ta' protezzjoni sussidjarja skont it-Taqsima 52 tal-Att tal-2005 dwar l-Asil.

Lista ta' persuni li jipparteċipaw fi vjaġġ skolastiku fl-Unjoni Ewropea fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi residenti fi Stat Membru.

“Permess għall-impjieg” skont l-Att dwar l-Impjieg tal-Barranin, validu għal perjodu sa sitt xhur, li jkun inħareġ qabel l-1 ta' Ottubru 2017, flimkien ma' dokument tal-ivvjaġġar validu.

“Konferma ta' residenza legali skont l-Art. 31(1)(5) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz — FPG)”/“Talba għal estensjoni skont it-Taqsima 2(4)(17 A) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz — FPG)” flimkien ma' dokument validu tal-ivvjaġġar.

Permess ta' residenza indefinit - maħruġ fil-forma ta' viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att tal-1992 dwar il-Barranin (FRG) (maħruġ sal-31 ta' Diċembru 1992 mill-awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u l-uffiċċji rappreżentattivi barranin fil-forma ta' timbru).

Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar sa Nru 790.000.

Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar u abjad sa Nru 790.001 'l hemm.

Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 1996, il-Ġurnal Uffiċjal L 7 tal-10.1.1997, li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2004).

“Konferma tal-eliġibbiltà għad-dħul fl-Awstrija, skont it-Taqsima 24 tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG)” fil-forma ta' stiker aħdar u blu.

Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5.

 

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11.

 

ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14.

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14.

 

ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12.

 

ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13.

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5.

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15.

 

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9.

 

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2.

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15.

 

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20.

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5.

 

ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26.

 

ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8.

 

ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6.

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5.

 

ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1.

 

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26.

 

ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7.

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5.

 

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7.

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4.

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6.

 

ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8.

 

ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4.

 

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9.

 

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59.

 

ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3.

 

ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12.

 

ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5.

 

ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3.

 

ĠU C 151, 28.4.2016, p. 4.

 

ĠU C 16, 18.1.2017, p. 5

 

ĠU C 69, 4.3.2017, p. 6.

 

ĠU C 94, 25.3.2017, p. 3.

 

ĠU C 297, 8.9.2017, p. 3.

 

ĠU C 343, 13.10.2017, p. 12.

 

ĠU C 100, 16.3.2018, p. 25.


(1)  Ara l-lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta' dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.