24.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/4 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-21 ta’ Frar 2018
li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.39920 — Sistemi tal-ibbrejkjar)
(notifikata bid-dokument C(2018) 925)
(It-test bl-ingliż biss huwa awtentiku)
(2018/C 143/04)
Fil-21 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali impost, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Fil-21 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda żewġ każijiet ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-ksur jikkonċerna l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva dwar in-negozju bl-iskop li titnaqqas l-inċertezza kompetittiva fil-qasam tal-bejgħ ta’ komponenti ta’ sistema tal-ibbrejkjar idrawlika u sistemi elettroniċi tal-ibbrejkjar tal-karozzi tal-passiġġieri għal għadd ta’ manifatturi tal-karozzi fiż-ŻEE. |
(2) |
Is-sistemi tal-ibbrejkjar huma input essenzjali għall-manifatturi tal-karozzi. Is-sistemi tal-ibbrejkjar idrawliċi jikkonsistu minn sistema ta’ attwazzjoni (busters tal-brejkijiet/ċilindru tal-brejk prinċipali) u sistema ta’ fondazzjoni (sistema ta’ brejk diska b’sedil jew brejk tanbur ċilindru tal-brejk tar-rota). Sistemi ta’ bbrejkjar elettronika jipprevjenu li l-karozzi jiskiddjaw billi jipprovdu stabbiltà elettronika meta wieħed jibbrejkja (ABS) jew fil-kundizzjonijiet kollha tas-sewqan (ESC). |
(3) |
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lil TRW (2), BOSCH (3) u CONTINENTAL (4) (il-“Partijiet”). |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
(4) |
F’Lulju 2011, TRW applikat għall-immunità skont l-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fir-rigward ta’ kuntatti bilaterali ma’ BOSCH dwar il-bejgħ ta’ sistemi ta’ bbrejkjar għall-karozzi tal-passiġġieri lil klijent Daimler. F’Novembru 2011, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet fil-bini ta’ BOSCH. Barra minn hekk, f’Novembru 2011, BOSCH ressqet talba għal klemenza fir-rigward ta’ bejgħ ta’ sistemi tal-ibbrejkjar idrawliċi għal karozzi tal-passiġġieri lill-klijent Daimler u rrapurtat il-kuntatti bilaterali tagħha ma’ TRW u CONTINENTAL f’dak ir-rigward. F’Settembru 2014, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet fil-bini ta’ CONTINENTAL. F’Diċembru 2014, CONTINENTAL ressqet talba għal klemenza fir-rigward ta’ bejgħ ta’ sistemi tal-ibbrejkjar idrawliċi għal karozzi tal-passiġġieri lill-klijent Daimler u BMW u rrapurtat il-kuntatti bilaterali tagħha kemm ma’ TRW u kif ukoll ma’ BOSCH f’dak ir-rigward. CONTINENTAL irrappurtat ukoll il-kuntatti bilaterali tagħha ma’ BOSCH fir-rigward tal-bejgħ ta’ sistemi tal-ibbrejkjar elettroniku għall-karozzi tal-passiġġieri lill-klijent VW. |
(5) |
Fit-22 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti bil-għan li tidħol f’diskussjonijiet dwar ir-riżolviment mal-partijiet. Fil-kuntest ta’ dawn id-diskussjonijiet, li saru bejn Ottubru 2016 u Settembru 2017, il-partijiet kollha rreaġixxew għall-oġġezzjonijiet previsti u l-evidenza żvelata lilhom. Sussegwentement, il-Partijiet ippreżentaw it-talbiet formali tagħhom għar-riżolviment lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a (2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (5). |
(6) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni adottat id-Dikjarazzjoni tal-’ Oġġezzjonijiet. Il-Partijiet kkonfermaw mingħajr ekwivoku li d-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet kienet tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment u li għalhekk huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment. |
(7) |
Fid-19 ta’ Frar 2018, ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrinġenti u Pożizzjonijiet Dominanti. Fl-20 ta’ Frar 2018, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu. |
2.2. Sommarju tal-Ksur
(8) |
Żewġ każijiet ta’ ksur separati jirrigwardaw il-provvista ta’ komponenti ta’ sistema tal-ibbrejkjar jew sistemi tal-ibbrejkjar għall-karozzi tal-passiġġieri fiż-ŻEE. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ksur huwa kif ġej:
|
2.2.1. Ksur I
(9) |
Ksur I kien jikkonsisti f’kuntatti bejn it-tliet fornituri tal-karozzi TRW, BOSCH u CONTINENTAL dwar bejgħ fiż-ŻEE ta’ komponenti ta’ sistema tal-ibbrejkjar idrawliċi (busters tal-brejkijiet/ċilindru tal-brejk prinċipali, brejk diska b’sedil jew brejk tanbur jew ċilindru tal-brejk tar-rota) minbarra diski tal-brejkijiet (“HBS”) għal karozzi tal-passiġġieri lill-klijenti Daimler (il-marka Mercedes-Benz) u BMW (il-marka BMW). |
(10) |
L-aġir kollużiv kien jikkonsisti minn skambji bilaterali ta’ informazzjoni kompetittivament sensittiva dwar in-negozju bejn it-tliet fornituri. Bil-għan li jikkoordinaw il-kondotta tas-suq tagħhom relatata ma’ Daimler u BMW, il-parteċipanti skambjaw informazzjoni dwar ir-rieda tagħhom li jaċċettaw il-klawsola ta’ garanzija ta’ tliet snin ta’ Daimler u dik ta’ erba’ snin ta’ BMW (6), rispettivament, u ddiskutew it-termini u l-kundizzjonijiet tax-xiri ta’ Daimler u BMW. L-iskambji dwar Daimler kienu jirrigwardaw ukoll il-kumpens għall-kost tal-materja prima, it-trasparenza fil-kost u t-tnaqqis fil-volum. |
2.2.2. Ksur II
(11) |
Ksur II kien jikkonsisti fi skambji kollużivi bilaterali bejn CONTINENTAL u BOSCH dwar bejgħ fiż-ŻEE ta’ sistemi ta’ bbrejkjar elettroniċi (EBS) għall-pjattaforma MLB evo għall-karozzi tal-passiġġieri (7) għall-klijent VW. |
(12) |
Wara RFQs għall-pjattaforma MLB evo, il-partijiet iddiskutew l-interess tagħhom fil-kuntratt, żvelaw l-intenzjonijiet tagħhom lil xulxin u skambjaw informazzjoni dwar l-offerti rispettivi tagħhom. |
2.3. Durata
(13) |
Id-durata tal-parteċipazzjoni ta’ kull waħda mill-partijiet fil-ksur kien kif ġej: Tabella 1
|
3. DESTINATARJI
3.1.1. TRW
(14) |
TRW qed tinżamm responsabbli għall-ksur kif ġej:
|
3.1.2. Bosch
(15) |
BOSCH qed tinżamm responsabbli għall-ksur kif ġej:
|
3.1.3. Continental
(16) |
CONTINENTAL qed tinżamm responsabbli għall-ksur kif ġej:
|
4. RIMEDJI
(17) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-multi (8). |
4.1. L-ammont bażiku tal-multa
(18) |
Fil-Ksur I, il-valur tal-bejgħ ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ medji ta’ bejgħ ta’ HBS fiż-ŻEE lil Daimler u BMW matul is-snin (sħaħ) ta’ parteċipazzjoni fil-ksur. |
(19) |
Fil-Ksur II, il-valur tal-bejgħ ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ medji ta’ bejgħ ta’ EBS fiż-ŻEE lil VW matul is-snin ta’ parteċipazzjoni fil-ksur. Minħabba li CONTINENTAL ma kellha l-ebda bejgħ rilevanti reali f’dan il-perjodu, valur fittizju ta’ bejgħ ġie kkalkolat għaliha, bħala proxy tad-daqs relattiv tagħha u r-responsabbiltà fil-ksur, abbażi tal-proporzjon tal-fatturat dinji tal-parteċipanti applikat għall-bejgħ rilevanti ta’ BOSCH. |
(20) |
Meta titqies in-natura tal-ksur u l-firxa ġeografika tiegħu, il-perċentwal tal-ammont varjabbli tal-multi kif ukoll l-ammont addizzjonali (“il-ħlas tad-dħul”) kien stabbilit għal 16 % tal-valur tal-bejgħ għall-ksur. |
(21) |
L-ammont varjabbli kien immultiplikat bin-numru ta’ snin jew bi frazzjonijiet tas-sena rispettivament għall-parteċipazzjoni individwali tal-Partijiet fil-ksur. Iż-żieda għall-perjodu kienet ikkalkulata fuq il-bażi ta’ jiem. |
4.1.1. Aġġustamenti tal-ammont bażiku.
(22) |
Ma kien hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ, minbarra fattur aggravanti ta’ 50 % għal CONTINENTAL minħabba reċidiviżmu (preċedentament destinatarja tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 fil-Każ AT.39406 Manek Marittimi). |
(23) |
Qed jiġi applikat koeffiċjent multiplikatur ta’ deterrenza ta’ 1,2 fir-rigward ta’ BOSCH u ieħor ta’ 1,1 fir-rigward ta’ CONTINENTAL biex jagħmel tajjeb għad-daqs relattivament kbir ta’ dawn l-impriżi. |
4.2. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
(24) |
L-ebda waħda mill-multi kkalkolati ma qabżet l-10 % tal-fatturat totali tal-impriża fl-2017. |
4.3. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza
4.3.1. Immunità mill-multi
(25) |
TRW kienet l-ewwel impriża li ppreżentat informazzjoni u evidenza li ssodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 8(a) tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fil-Ksur I. Għalhekk, TRW ingħatat immunità mill-multi għall-Ksur I. |
(26) |
CONTINENTAL kienet l-ewwel parti li ppreżentat informazzjoni u evidenza li ssodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 8(b) tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fil-Ksur II. Għalhekk, CONTINENTAL ingħatat immunità mill-multi għall-Ksur II. CONTINENTAL kienet ukoll l-ewwel li ppreżentat evidenza ċara fis-sens tal-punt 25 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 li ppermettiet lill-Kummissjoni li tinkludi l-bejgħ lill-klijent fil-Ksur I. Skont il-punt 26 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006, il-valur tal-bejgħ lil dan il-klijent ma kienx ikkunsidrat meta kienet stabbilita l-multa għal CONTINENTAL għall-Ksur I. |
(27) |
CONTINENTAL kienet it-tieni impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punti 24 u 25 tal-Avviż ta’ Klemenza fir-rigward tal-Ksur I u ingħatat tnaqqis ta’ 20 % tal-multa. |
(28) |
BOSCH kienet l-ewwel impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punti 24 u 25 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fir-rigward tal-Ksur I u II u għalhekk, ingħatat tnaqqis ta’ 35 % tal-multa għall-Ksur I u 30 % għall-Ksur II. |
4.4. Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment
(29) |
Minħabba l-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi li jridu jiġu imposti fuq kull Parti tnaqqas b’10 %. It-tnaqqis ġie miżjud mal-kumpens mogħti bħala benefiċċju tat-trattament favorevoli. |
5. MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI
(30) |
Il-multi li ġejjin ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003: għall-Ksur I wieħed u kontinwu li dam mit-13 ta’ Frar 2007 sat-18 ta’ Marzu 2011,
għall-Ksur II wieħed u kontinwu li dam mid-29 ta’ Settembru 2010 sas-7 ta’ Lulju 2011:
|
(2) L-entitajiet ġuridiċi rilevanti għal TRW huma: ZF TRW Automotive Holdings Corp., TRW KFZ Ausrüstung’ GmbH u Lucas Automotive GmbH.
(3) L-entità ġuridika rilevanti għal BOSCH huwa: Robert Bosch GmbH.
(4) L-entitajiet ġuridiċi rilevanti għal CONTINENTAL huma: Continental AG, Continental Teves AG & Co. oHG u Continental Automotive GmbH.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
(6) Fl-2008, Daimler talbet impenji fuq il-prezz għall-komponenti ta’ wara s-serje. Il-fornituri kienu mitluba jipprovdu komponenti għal tliet snin wara tmiem il-produzzjoni bl-istess prezz bħal matul il-fażi tal-produzzjoni ta’ serje attiva ta’ vettura partikolari, għalhekk “garanzija ta’ tliet snin” jew “3YP” (3 year policy). “BMW 4YP” wasslet għal livell simili ta’ talba mill-klijent.
(7) Din il-pjattaforma hija użata biex tipproduċi ċerti mudelli Audi, u l-Porsche Macan.