5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/7


Rettifika ta’ Notifika ta’ bidu tal-Kumissjoni dwar rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malasja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 31 tas-27 ta’ Jannar 2018 )

(2018/C 82/06)

Fil-qoxra u f’paġna 16, fit-titolu,

minflok:

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malasja”,

aqra:

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija, mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja”;

F’paġna 16, in-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna,

minflok:

ĠU C 466, 14.12.2016, p. 20.”,

aqra:

ĠU C 214, 4.7.2017, p. 8 u ĠU C 146, 11.5.2017, p. 9.”;

F’paġna 16, l-ewwel paragrafu,

minflok:

“Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malasja, il-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (‘ir-Regolament bażiku’).”,

aqra:

“Wara l-pubblikazzjoni ta’ żewġ Notifiki ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija, mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja, il-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (‘ir-Regolament bażiku’).”;

F’paġna 16, il-punt 2,

minflok:

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet (għajr fittings tal-fondut, flanġijiet u tagħmir bil-kamin) tal-ħadid jew azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli) bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (Kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 u 7307998098) (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), u li joriġinaw mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malasja,

aqra:

“Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet (għajr fittings tal-fondut, flanġijiet u tagħmir bil-kamin) tal-ħadid jew azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli) bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (Kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 u 7307998098) (‘il-prodott li qed jiġi rieżaminat’), u li joriġina mir-Repubblika tat-Turkija, mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja.”;

F’paġna 16, il-punt 3, l-ewwel paragrafu,

minflok:

“Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1283/2014 (3), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/306 (4), kontra importazzjonijiet mill-Korea u mill-Malasja u dazju antidumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 78/2013 (5) kontra l-importazzjonijiet mir-Russja u mit-Turkija”,

aqra:

“Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1283/2014 (3), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/306 (4), kontra importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja u dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 78/2013 (5) kontra l-importazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa u mir-Repubblika tat-Turkija.”;

F’paġna 16, il-punt 3, it-tieni paragrafu,

minflok:

“Hemm ukoll miżuri fis-seħħ kontra l-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina miċ-Ċina, li kienu estiżi għat-Tajwan, għall-Indonesja, għas-Sri Lanka u għall-Filippini (6).”,

aqra:

“Hemm ukoll miżuri fis-seħħ kontra l-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li kienu estiżi għat-Tajwan, għar-Repubblika tal-Indoneżja, għar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka u għar-Repubblika tal-Filippini (6).”;

F’paġna 17, il-punt 4.1, it-tielet paragrafu,

minflok:

“L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping għall-Korea hija bbażata fuq paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta dan jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti, fid-dawl tan-nuqqas ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet mill-Korea lejn l-Unjoni.”,

aqra:

“L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tar-Repubblika tal-Korea hija bbażata fuq il-paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerka, minħabba n-nuqqas ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea lejn l-Unjoni.”;

F’paġna 17, il-punt 4.1, ir-raba’ paragrafu,

minflok:

“Fin-nuqqas ta’ dejta affidabbli dwar il-prezzijiet domestiċi għall-Malasja, l-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq paragun ta’ valur maħdum (kostijiet tal-manifattura, kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u profitt) fil-Malasja mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, minħabba n-nuqqas ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjoni mill-Malasja lejn l-Unjoni.”,

aqra:

“Fin-nuqqas ta’ dejta affidabbli dwar il-prezzijiet domestiċi għall-Malasja, l-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq il-paragun ta’ valur maħdum (l-ispejjeż tal-manifattura, l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u l-qligħ) fil-Malasja mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, minħabba l-assenza ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjoni mill-Malasja lejn l-Unjoni.”;

F’paġna 17, il-punt 4.1, il-ħames paragrafu,

minflok:

“Abbażi tal-paraguni ta’ hawn fuq, li juru l-preżenza ta’ dumping għall-erba’ pajjiżi kkonċernati skont kif allegat mill-applikant, il-Kummissjoni tallega li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping mit-Turkija u mir-Russja u probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping mill-Korea u mill-Malasja.”,

aqra:

“Abbażi tal-paraguni ta’ hawn fuq, li juru l-preżenza ta’ dumping għall-erba’ pajjiżi kkonċernati skont kif allegat mill-applikant, il-Kummissjoni tqis li hemm il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping mir-Repubblika tat-Turkija u mill-Federazzjoni Russa u probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja.”;

F’paġna 17, il-punt 4.2, it-tieni paragrafu,

minflok:

“F’dan ir-rigward l-applikant wera li, saħansitra wara r-ritruttrar, l-industrija tal-Unjoni għadha f’sitwazzjoni fraġli. Revoka tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malaysia jwassli għal deterjorament ulterjuri ta’ sitwazzjoni li hija diġà diffiċli.”,

aqra:

“F’dan ir-rigward l-applikant wera li, saħansitra wara r-ristruttrar, l-industrija tal-Unjoni għadha f’sitwazzjoni fraġli. Revoka tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet mir-Repubblika tat-Turkija, mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja twassal għal aktar deterjorament f’sitwazzjoni li diġà hija diffiċli.”;

F’paġna 17, il-punt 5.1, it-tieni sentenza,

minflok:

“L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (‘il-perjodu kkunsidrat’).”,

aqra:

“L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (‘il-perjodu kkunsidrat’).”;

F’paġna 18, il-punt 5.2.1, l-ewwel paragrafu

minflok:

“Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fit-Turkija, fir-Russja fil-Korea u fil-Malasja”,

aqra:

“Proċedura għall-għażla ta’ produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fir-Repubblika tat-Turkija, fil-Federazzjoni Russa, fir-Repubblika tal-Korea u fil-Malasja.”;

F’paġna 18, il-punt 5.2.2, l-ewwel paragrafu,

minflok:

“Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mir-Russja, mit-Turkija, mill-Korea u mill-Malasja lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.”,

aqra:

“Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tat-Turkija, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.”;

F’paġna 22, fl-Anness I, l-ewwel titolu,

minflok:

PROĊEDIMENT ANTIDUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ FITTINGS TAT-TUBI U TAL-PAJPIJIET LI JORIĠINAW MIT-TURKIJA, MIR-RUSSJA, MILL-KOREA U MILL-MALASJA”,

aqra:

PROĊEDIMENT ANTIDUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTI FITTINGS TAT-TUBI U TAL-PAJPIJIET LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA, MILL-FEDERAZZJONI RUSSA, MIR-REPUBBLIKA TAL-KOREA U L-MALASJA”;

F’paġna 22, fl-Anness I, it-tieni titolu,

minflok:

“INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI FIT-TURKIJA, FIR-RUSSJA, FIL-KOREA U FIL-MALASJA”,

aqra:

“INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI FIR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA, FIL-FEDERAZZJONI RUSSA, FIR-REPUBBLIKA TAL-KOREA U FIL-MALASJA”;

F’paġna 22, fl-Anness I, l-ewwel paragrafu,

minflok:

“Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-produtturi esportaturi fit-Turkija, fir-Russja, fil-Korea u fil-Malasja jwieġbu t-talba għall-informazzjoni dwar il-kampjunar li saret fil-punt 5.2.1 tan-Notifika ta’ Bidu.”,

aqra:

“Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-produtturi esportaturi fir-Repubblika tat-Turkija, fil-Federazzjoni Russa, fir-Repubblika tal-Korea u fil-Malasja jwieġbu t-talba għall-informazzjoni marbuta mal-kampjunar li saret fil-punt 5.2.1 tan-Notifika ta’ Bidu.”;

F’paġna 24, fl-Anness II, l-ewwel titolu,

minflok:

PROĊEDIMENT ANTIDUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ FITTINGS TAT-TUBI U TAL-PAJPIJIET LI JORIĠINAW MIT-TURKIJA, MIR-RUSSJA, MILL-KOREA U MILL-MALASJA”,

aqra:

PROĊEDIMENT ANTIDUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTI FITTINGS TAT-TUBI U TAL-PAJPIJIET LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA, MIL-FEDERAZZJONI RUSSA, MIR-REPUBBLIKA TAL-KOREA U MILL-MALASJA”;

F’paġna 24, fl-Anness II, il-punt 2, l-ewwel sentenza,

minflok:

“Għall-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami kif definit fit-Taqsima 5.1 tan-Notifika ta’ bidu, indika l-fatturat totali f’euro (EUR) tal-kumpanija, u l-fatturat u l-volum għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (2) u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malasja u l-volum korrispondenti tal-prodott li qed jiġi rieżaminat kif definit fin-Notifika ta’ bidu u li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat.”,

aqra:

“Għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif definit fit-Taqsima 5.1 tan-Notifika ta’ Bidu, indika l-fatturat totali f’euro (EUR) tal-kumpanija, u l-fatturat u l-volum għall-importazzjonijiet fl-Unjoni (2) u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tat-Turkija, mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja, u l-volum korrispondenti tal-prodott li qed jiġi rieżaminat kif definit fin-Notifika ta’ Bidu u li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat.”;

F’paġna 24, fl-Anness II, il-punt 2, fit-tabella, l-ewwel kolonna, it-tielet ringiela,

minflok:

“Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malasja tal-prodott li qed jiġi rieżaminat”,

aqra:

“Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tat-Turkija, mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja tal-prodott li qed jiġi rieżaminat”.