Brussell, 15.11.2018

COM(2018) 746 final

2018/0386(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Ċertu prodotti jeħtieġu kwoti tariffarji awtonomi meta l-produzzjoni fl-Unjoni Ewropea ma tkunx biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet tal-industriji li jużawhom. Jenħtieġ li l-kwoti tariffarji tal-Unjoni jinfetħu b’rati ta’ dazju żero jew imnaqqsa għall-volumi x-xierqa, mingħajr ma jfixklu s-swieq ta’ dawn il-prodotti.

Fis-17 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, biex id-domanda tal-Unjoni għall-prodotti inkwistjoni tkun tista’ tiġi ssodisfata bl-iżjed kundizzjonijiet favorevoli.

Ir-Regolament jiġi aġġornat kull sitt xhur biex jakkomoda l-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja, eżaminat mill-ġdid it-talbiet kollha tal-Istati Membri għal dazji tal-kwoti tariffarji awtonomi.

Wara dan l-eżami mill-ġdid, il-Kummissjoni tqis li l-ftuħ tal-kwoti tariffarji awtonomi huwa ġġustifikat għal xi prodotti ġodda li bħalissa mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013. Għal xi prodotti oħrajn, jeħtieġ li jinbidel il-kliem tad-deskrizzjoni, jenħtieġ li jiġu assenjati kodiċijiet tat-TARIC ġodda, jeħtieġ li tiżdied data tat-tmiem jew jeħtieġ li jiżdied il-volum tal-kwota inizjali. Meta l-kwota tariffarja ta’ ċerti prodotti ma tibqax fl-interess ekonomiku tal-Unjoni, jenħtieġ li dawn il-prodotti jiġu rtirati.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ikun aħjar jekk tiġi ppublikata verżjoni kkonsolidata tal-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 li se tissostitwixxi għalkollox l-Anness preċedenti.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta la taffettwa lill-pajjiżi li għandhom ftehim kummerċjali preferenzjali mal-Unjoni, u lanqas lill-pajjiżi kandidati jew lill-kandidati potenzjali għal ftehimiet preferenzjali mal-Unjoni (eż. is-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi; ir-reġim kummerċjali tal-grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku; il-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles).

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta tikkonforma mal-politiki tal-Unjoni dwar l-agrikoltura, il-kummerċ, l-intrapriżi, l-iżvilupp, l-ambjent u r-relazzjonijiet esterni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-miżuri previsti jikkonformaw mal-prinċipji għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani, kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi 1 . Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet li jridu jintlaħqu skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

Għażla tal-istrument

Skont l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), “Id-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni għandhom jkunu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni”. Għalhekk, l-istrument ix-xieraq huwa regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-iskema tal-kwoti tariffarji awtonomi kienet parti minn studju ta’ evalwazzjoni li sar fl-2013 dwar is-sospensjonijiet tariffarji awtonomi 2 .

Dan għaliex iż-żewġ miżuri huma simili, ħlief għall-fatt li l-kwoti tariffarji jillimitaw il-volumi tal-importazzjonijiet. L-evalwazzjoni kkonkludiet li r-raġuni fundamentali għall-iskema għadha valida. L-iffrankar tal-kostijiet għan-negozji tal-Unjoni li jimpurtaw oġġetti skont l-iskema jista’ jkun sinifikanti. Barra minn hekk, skont il-prodott, il-kumpanija u s-settur, dan l-iffrankar jista’ jwassal għal benefiċċji usa’, bħall-ixprunar tal-kompetittività, it-titjib fl-effiċjenza tal-metodi ta’ produzzjoni u l-ħolqien jew iż-żamma tal-impjiegi fl-Unjoni. Id-dettalji tal-iffrankar ta’ dan ir-Regolament jinsabu fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja, li jikkonsisti minn delegazzjonijiet mill-Istati Membri kollha u mit-Turkija, għen lill-Kummissjoni biex tivvaluta din il-proposta. Il-grupp iltaqa’ tliet darbiet qabel ma ntlaħaq ftehim dwar il-bidliet f’din il-proposta.

Kull talba (ġdida, jew għal emenda) ġiet ivvalutata bir-reqqa. B’mod partikolari eżamina kull każ biex jiżgura li ma kinitx qed tikkawża xi ħsara lill-produtturi tal-Unjoni u li kienet qed issaħħaħ u tikkonsolida l-kompetittività tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-membri tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja wettqu l-valutazzjoni permezz ta’ diskussjonijiet, u l-Istati Membri kkonsultaw lill-industriji, lill-assoċjazzjonijiet, lill-kmamar tal-kummerċ ikkonċeranti u lil partijiet ikkonċernati oħra involuti.

Il-kwoti tariffarji kollha elenkati kienu s-suġġett ta’ ftehimiet jew ta’ kompromessi milħuqa fid-diskussjonijiet li saru fil-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja. Ma ssemma l-ebda riskju potenzjalment serju b’konsegwenzi irreversibbli.

Valutazzjoni tal-impatt

L-emenda proposta hija ta’ natura purament teknika u tikkonċerna biss il-kopertura tal-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013. Għalhekk, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza fuq id-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITITARJI

Din il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul. Id-dazji doganali mhux miġbura jammontaw għal madwar EUR 44,7 miljun fis-sena. L-effett fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali tal-baġit huwa ta’ EUR 35,8 miljun fis-sena (jiġifieri 80 % tat-total). Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tistabbilixxi l-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposta f’aktar dettall.

It-telf tad-dħul fir-riżorsi proprji tradizzjonali għandu jiġi kkumpensat bl-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tal-Istati Membri abbażi tal-kontribuzzjonijiet għar-riżorsi.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-miżuri proposti huma ġestiti fil-qafas tat-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC) u applikati mill-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri.

2018/0386 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Biex tiġi żgurata l-provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li ma jiġux prodotti fi kwantitajiet biżżejjed fl-Unjoni u b’hekk jiġi evitat kull tfixkil fis-suq għal dawk il-prodotti, infetħu kwoti tariffarji awtonomi bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 3 . Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati ta’ dazju mnaqqsa jew żero.

(2)Peress li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti agrikoli, kimiċi u industrijali, u wara li jitqies il-fatt li prodotti identiċi, ekwivalenti jew sostituti ma jiġux prodotti fi kwantitajiet biżżejjed fl-Unjoni, jeħtieġ li jinfetħu sitt kwoti tariffarji ġodda bin-numri tal-ordni 09.2600, 09.2617, 09.2720, 09.2738, 09.2740 u 09.2742 b’rati tad-dazju żero għal kwantitajiet xierqa ta’ dawk il-prodotti. Huwa wkoll fl-interess tal-Unjoni li tiftaħ il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2740 u 09.2742 biss għall-finijiet tal-użu tal-prodotti kkonċernati għall-manifattura ta’ oġġetti speċifiċi prodotti fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dawk il-kwoti tkun tiddependi mill-użu speċifiku tal-prodotti skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 .

(3)Jenħtieġ li jiżdiedu l-volumi tal-kwota fil-każ tal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2684, 09.2686, 09.2723 u 09.2864, billi din iż-żieda hija fl-interess tal-Unjoni.

(4)Għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2850, jenħtieġ li tiġi adattata l-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda (NM) tal-prodotti koperti minn dawk il-kwoti.

(5)Il-klassifikazzjoni fin-NM tal-prodotti li qabel kienu koperti mill-kwota bin-numru tal-ordni 09.2844 ġiet iċċarata. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza tad-dritt, din il-kwota bin-numru tal-ordni 09.2844 jenħtieġ li tiġi sostitwita bi kwota bin-numru tal-ordni ġdid 09.2820, li jindika l-kodiċi NM applikabbli.

(6)Fil-każ tal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2684, 09.2728, 09.2730, 09.2734 u 09.2736, jenħtieġ li l-perjodu tal-kwota jiġi estiż minħabba li l-kwoti tariffarji nfetħu għal perjodu ta’ sitt xhur biss u għadu fl-interess tal-Unjoni li jinżammu dawk il-kwoti tariffarji.

(7)Peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2620, 09.2668, 09.2736, 09.2850 u 09.2908 ma għadux adegwat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni, jenħtieġ li tiġi emendata d-deskrizzjoni tal-prodotti koperti minn dawk il-kwoti. Huwa fl-interess tal-Unjoni li żżomm il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2668 u 09.2850 biss għall-finijiet tal-inkorporazzoni tal-prodotti kkonċernati fl-oġġetti speċifiċi prodotti fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dawk il-kwoti tkun tiddependi mill-użu speċifiku tal-prodotti skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(8)Peress li ma għadux fl-interess tal-Unjoni li żżomm il-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2695, 09.2726, 09.2732, 09.2818, 09.2836, 09.2838 u 09.2886, jenħtieġ li dawn jingħalqu.

(9)Filwaqt li jitqiesu l-emendi li jeħtieġ isiru u għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi sostitwit.

(10)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi emendat skont dan.

(11)Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti tariffarji u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi, il-bidliet previsti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-kwoti għall-prodotti kkonċernati jkollhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2019. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 qed jiġi sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    ISEM IL-PROPOSTA:

Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

2.    LINJI BAĠITARJI

Kapitolu u Artikolu:
Il-Kapitolu 1 2 u l-Artikolu 1 2 0 - Dazji doganali u dazji oħra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom;

Ammont ibbaġitjat għas-sena 2019 (EUR 21 471 164 786)

3.    IMPATT FINANZJARJU

   Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

X    Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul. L-effett huwa kif ġej:

(miljuni ta’ EUR aġġustati ’l fuq għal pożizzjoni deċimali waħda)

Linja baġitarja

Dħul 5

perjodu ta’ 12-il xahar li jibda

[Sena: 2019]

L-Artikolu 120

Impatt fuq ir-riżorsi proprji

01/01/2019

- 35,8

L-Anness fih sitt prodotti ġodda. Id-dazji mhux miġbura li jikkorrispondu għal dawn il-kwoti tariffarji, ikkalkulati abbażi tat-tbassir tal-Istat Membru li għamel it-talba għall-2019, jammontaw għal EUR 46 183 227 kull sena.

It-tneħħija ta’ seba’ prodotti mill-Anness ta’ dan ir-Regolament tirrifletti l-introduzzjoni mill-ġdid tad-dazji doganali. Dan jirrappreżenta żieda ta’ EUR 1 472 831 kull sena fil-ġbir tad-dazji.

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-impatt fuq it-telf ta’ dħul għall-baġit tal-UE li jirriżulta minn dan ir-Regolament huwa stmat li se jkun ta’ EUR 46 183 227 – 1 472 831 = EUR 44,7 miljun (ammont gross, inklużi l-kostijiet tal-ġbir) x 0,8 = EUR 35,8 miljun kull sena (ammont nett).

4.    MIŻURI KONTRA L-FRODI

Se jsiru kontrolli fuq l-użu aħħari ta’ wħud mill-prodotti koperti minn dan ir-Regolament tal-Kunsill skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

(1)    ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
(2)     http://ec.europa.eu/taxation_customs/common/publications/studies/index_en.htm
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).
(4)    Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(5)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti    netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.    

Brussell, 15.11.2018

COM(2018) 746 final

ANNESS

ta’

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali


ANNESS

Nru ta' l-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2637

ex 0710 40 00

ex 2005 80 00

20

30

Qamħirrum miċ-ċfaċagħ (Zea Mays Saccharata) b'dijametru ta' 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 mm, imfesdaq, magħżul, mirqum, maħsul, mismut, jew imberred u ffriżat malajr individwalment jew imħejji jew ippriservat b'mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat biex jintuża fil-manifattura ta' prodotti tal-industrija tal-ikel għal trattament għajr għall-ippakkjar mill-ġdid sempliċi (1)(2)

1.1-31.12

550 tunnellata

0 % (3)

09.2849

ex 0710 80 69

10

Faqqiegħ ta’ l-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni ta’ l-ikliet ippreparati minn qabel (1)(2)

1.1-31.12

700 tunnellata

0 %

09.2664

ex 2008 60 39

30

Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut ta’ zokkor ta' mhux aktar minn 9 % tal-piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (2)

1.1-31.12

1 000 tunnellata

10 %

09.2740

ex 2309 90 06

97

Konċentrat tal-proteina tal-fażola tas-sojja skont il-piż:

 (2)

1.1-31.12

30 000 tunnellata

0 %

09.2913

ex 2401 10 35

ex 2401 10 70

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 20 35

ex 2401 20 70

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

91

10

11

21

91

91

10

11

21

91

Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00

 (2)

1.1-31.12

6 000 tunnellata

0 %

09.2828

2712 20 90

Xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż

1.1-31.12

120 000 tunnellata

0 %

09.2600

ex 2712 90 39

10

Slack wax (CAS RN 64742-61-6)

1.1-31.12

100 000 tunnellata

0 %

09.2928

ex 2811 22 00

40

Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju ta’ 97 %

1.1-31.12

1 700 tunnellata

0 %

09.2806

ex 2825 90 40

30

Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8)

1.1-31.12

12 000 tunnellata

0 %

09.2872

ex 2833 29 80

40

Sulfat taċ-ċesju (CAS RN 10294-54-9) f’forma solida jew bħala soluzzjoni milwiema li fiha piż skont il-piż ta’ iżjed minn 48 % ta’ sulfat taċ-ċesju iżda mhux iżjed minn 52 %

1.1-31.12

160 tunnellata

0 %

09.2929

2903 22 00

Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6)

1.1-31.12

15 000 tunnellata

0 %

09.2837

ex 2903 79 30

20

Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5)

1.1-31.12

600 tunnellata

0 %

09.2933

ex 2903 99 80

30

1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1)

1.1-31.12

2 600 tunnellata

0 %

09.2700

ex 2905 12 00

10

Propan-1-ol(alkoħol propiliku) (CAS RN 71-23-8)

1.1-31.12

15 000 tunnellata

0 %

09.2830

ex 2906 19 00

40

Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8)

1.1-31.12

20 tunnellata

0 %

09.2851

ex 2907 12 00

10

O-Cresol (CAS RN 95-48-7) b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż

1.1-31.12

20 000 tunnellata

0 %

09.2704

ex 2909 49 80

20

2,2,2',2'- tetrakis(idrossimetil)-3,3'- ossidipropan-1-ol (CAS RN 126-58-9)

1.1-31.12

500 tunnellata

0 %

09.2624

2912 42 00

Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde) (CAS RN 121-32-4) 

1.1-31.12

1 950 tunnellata

0 %

09.2683

ex 2914 19 90

50

Aċetilaċetonat tal-kalċju  (CAS RN 19372-44-2) għall-użu fil-manifattura tas-sistemi ta' stabilizzaturi fil-forma ta' pilloli (2)

1.1-31.12

150 tunnellata

0 %

09.2852

ex 2914 29 00

60

Cyclopropyl methyl ketone (CAS RN 765-43-5)

1.1-31.12

300 tunnellata

0 %

09.2638

ex 2915 21 00

10

Aċtu aċetiku (CAS RN 64-19-7) b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar

1.1-31.12

1 000 000 tunnellata

0 %

09.2972

2915 24 00

Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7)

1.1-31.12

50 000 tunnellata

0 %

09.2679

2915 32 00

Aċetat tal-Vinil (CAS RN 108-05-4)

1.1-31.12

350 000 tunnellata

0 %

09.2728

ex 2915 90 70

85

Etil trifluworoaċetat (CAS RN 383-63-1)

1.1-31.12

400 tunnellata

0 %

09.2665

ex 2916 19 95

30

(E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5)

1.1-31.12

8 250 tunnellata

0 %

09.2684

ex 2916 39 90

28

Klorur ta' 2,5-dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5)

1.1-31.12

400 tunnellata

0 %

09.2769

ex 2917 13 90

10

Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6)

1.1-31.12

1 000 tunnellata

0 %

09.2634

ex 2917 19 80

40

Aċidu dodekanedjojku (CAS RN 693-23-2), ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 %

1.1-31.12

4 600 tunnellata

0 %

09.2808

ex 2918 22 00

10

Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

1.1-31.12

120 tunnellata

0 %

09.2646

ex 2918 29 00

75

Ottadeċil 3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat (CAS RN 2082-79-3)

 

 

 

 

 

biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti singoli ta' stabilizzaturi għall-ipproċessar tal-PVC abbażi ta' taħlitiet tat-trab (2)

1.1-31.12

380 tunnellata

0 %

09.2647

ex 2918 29 00

80

Tetrakis(3-(3,5-di-tert-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8)

biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti ta' stabilizzatur wieħed għall-ipproċessar tal-PVC ibbażati fuq taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli) (2)

1.1-31.12

140 tunnellata

0 %

09.2975

ex 2918 30 00

10

Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5)

1.1-31.12

1 000 tunnellata

0 %

09.2688

ex 2920 29 00

70

Tris(2,4-di-terz-butilfenil)fosfit (CAS RN 31570-04-4)

1.1-31.12

6 000 tunnellata

0 %

09.2648

ex 2920 90 10

70

Sulfat tad-Dimetil (CAS RN 77-78-1)

1.1-31.12

18 000 tunnellata

0 %

09.2649

ex 2921 29 00

60

Bis(2-dimetilaminoetil)(metil)ammina (CAS RN 3030-47-5)

1.1-31.12

1 700 tunnellata

0 %

09.2682

ex 2921 41 00

10

Anilina (CAS RN 62-53-3) ta' purità ta' 99 % jew aktar fil-piż

1.1-31.12

150 000 tunnellata

0 %

09.2617

ex 2921 42 00

89

4-Fluworo-N-(1-metilletil)benżeneammina (CAS RN 70441-63-3)

1.1-31.12

500 tunnellata

0 %

09.2602

ex 2921 51 19

10

o-Phenylenediamine (CAS RN 95-54-5)

1.1-31.12

1 800 tunnellata

0 %

09.2730

ex 2921 59 90

80

4,4’-Metanedildianilina (CAS RN 101-77-9) fil-forma ta’ bċejjeċ żgħar, biex jintużaw fil-manifattura ta’ prepolimeri

 (2)

1.1-31.12

200 tunnellata

0 %

09.2854

ex 2924 19 00

85

Iodoprop-3-2-inilN-butilkarbamat(CAS RN 55406-53-6)

1.1-31.12

250 tunnellata

0 %

09.2874

ex 2924 29 70

87

Paracetamol (INN) (CAS RN 103-90-2)

1.1-31.12

20 000 tunnellata

0 %

09.2742

ex 2926 10 00

10

Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta' oġġetti tal-kapitolu 55 u l-intestatura 6815 (2)

1.1-31.12

50 000 tunnellata

0 %

09.2856

ex 2926 90 70

84

2-Nitro-4-(trifluoromethyl)benzonitrile (CAS RN 778-94-9)

1.1-31.12

900 tunnellata

0 %

09.2708

ex 2928 00 90

15

Monometilidrażina (CAS 60-34-4) fil-forma ta' soluzzjoni milwiema b'kontenut skont il-piż tal- monometilidrażina of 40 (± 5) %

1.1-31.12

900 tunnellata

0 %

09.2685

ex 2929 90 00

30

Nitrogwanidina (CAS RN 556-88-7)

1.1-31.12

6 500 tunnellata

0 %

09.2842

2932 12 00

2-Furaldeide (furfuraldeide)

1.1-31.12

10 000 tunnellata

0 %

09.2955

ex 2932 19 00

60

Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4)

1.1-31.12

300 tunnellata

0 %

09.2696

ex 2932 20 90

25

Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2)

1.1-31.12

6 000 kg

0 %

09.2697

ex 2932 20 90

30

Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1)

1.1-31.12

6 000 kg

0 %

09.2812

ex 2932 20 90

77

Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3)

1.1-31.12

4 000 tunnellata

0 %

09.2858

2932 93 00

Piperonal (CAS RN 120-57-0)

1.1-31.12

220 tunnellata

0 %

09.2878

ex 2933 29 90

85

Enżalutammid INN (CAS RN 915087-33-1)

1.1-31.12

1 000 kg

0 %

09.2673

ex 2933 39 99

43

2,2,6,6-tetrametilpiperidin-4-ol (CAS RN 2403-88-5)

1.1-31.12

1 000 tunnellata

0 %

09.2674

ex 2933 39 99

44

Klorpirifos (ISO) (CAS RN 2921-88-2)

1.1-31.12

9 000 tunnellata

0 %

09.2880

ex 2933 59 95

39

Ibrutinib (INN) (CAS RN 936563-96-1)

1.1-31.12

5 tunnellata

0 %

09.2860

ex 2933 69 80

30

1,3,5-Tris[3-(dimethylamino)propyl]hexahydro-1,3,5-triazine (CAS RN 15875-13-5)

1.1-31.12

600 tunnellata

0 %

09.2658

ex 2933 99 80

73

5-(Acetoacetylamino)benzimidazolone (CAS RN 26576-46-5)

1.1-31.12

400 tunnellata

0 %

09.2675

ex 2935 90 90

79

4-[[(2-metossibenżojl)ammino]sulfonil]-klorurtal-benżojl (CAS RN 816431-72-8)

1.1-31.12

1 000 tunnellata

0 %

09.2710

ex 2935 90 90

91

2,4,4- pentantrimetiliku-2- amminju (3R,5S,E)-7-(4-(4-fluworofenil)-6-isopropil-2-(N-metilmetilsulfonammido)pirimidin-5-il)-3,5- diidrossihept-6-enoat (CAS RN 917805-85-7)

1.1-31.12

5 000 kg

0 %

09.2945

ex 2940 00 00

20

D-Xylose (CAS RN 58-86-6)

1.1-31.12

400 tunnellata

0 %

09.2686

ex 3204 11 00

75

Koloranti C.I. Disperse Yellow 54 (CAS RN 7576-65-0 ) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma’ kolorant C.I. Disperse Yellow 54 kontenut ta' 99 % or jew iktar f'piż 

1.1-31.12

250 tunnellata

0 %

09.2676

ex 3204 17 00

14

Preparazzjonijiet ibbażati fuq Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2)  b’kontenut ta’ 60 % jew iżjed, iżda b’inqas minn 85 % bil-piż

1.1-31.12

50 tunnellata

0 %

09.2698

ex 3204 17 00

30

Kolorant C.I. Pigment Red 4 (CAS RN 2814-77-9) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu b'kontenut ta' 60 % tal-Kolorant C.I. Pigment Red 4 skont il-piż

1.1-31.12

150 tunnellata

0 %

09.2659

ex 3802 90 00

19

Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda

1.1-31.12

35 000 tunnellata

0 %

09.2908

ex 3804 00 00

10

Linjosulfonat tas-sodju (CAS RN 8061-51-6)

1.1-31.12

40 000 tunnellata

0 %

09.2889

3805 10 90

Termentina tas-sulfat

1.1-31.12

25 000 tunnellata

0 %

09.2935

ex 3806 10 00

10

Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

1.1-31.12

280 000 tunnellata

0 %

09.2832

ex 3808 92 90

40

Taħlita li jkollha 38 % jew aktar imma mhux aktar minn 50 % bil-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f'dispersjoni milwiema

1.1-31.12

500 tunnellata

0 %

09.2876

ex 3811 29 00

55

Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta' difenilammina unoneni ramifikati bi:

użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti (2)

1.1-31.12

900 tunnellata

0 %

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1-31.12

3 000 tunnellata

0 %

09.2820

ex 3824 79 00

10

Taħlitiet li fihom f’piż:

1.1-31.12

6 000 tunnellata

0 %

09.2644

ex 3824 99 92

77

Preparat li jkun fih:

1.1-31.12

10 000 tunnellata

0 %

09.2681

ex 3824 99 92

85

Taħlita ta' sulfuri ta' bis [3-(trietossisilil)propil] (CAS RN 211519-85-6)

1.1-31.12

9 000 tunnellata

0 %

09.2650

ex 3824 99 92

87

Aċetofenon (CAS RN 98-86-2), b'purità f'piż ta' 60 % jew aktar iżda mhux aktar minn 90 %

1.1-31.12

2 000 tunnellata

0 %

09.2888

ex 3824 99 92

89

Taħlita ta’ ammini terzjarji tal-alkildimetil li fiha, skont il-piż:

1.1-31.12

16 000 tunnellata

0 %

09.2829

ex 3824 99 93

43

Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

1.1-31.12

1 600 tunnellata

0 %

09.2907

ex 3824 99 93

67

Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (2)

1.1-31.12

2 500 tunnellata

0 %

09.2639

3905 30 00

Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed

1.1-31.12

15 000 tunnellata

0 %

09.2671

ex 3905 99 90

81

Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):

1.1-31.12

12 500 tunnellata

0 %

09.2846

ex 3907 40 00

25

Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew bċejjeċ żgħar, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2)

1.1-31.12

2 000 tunnellata

0 %

09.2723

ex 3911 90 19

10

Poly(oxy-1,4-phenylenesulfonyl-1,4-phenyleneoxy-4,4’-biphenylene)

1.1-31.12

5 000 tunnellata

0 %

09.2816

ex 3912 11 00

20

Frak ta’ l-aċetat taċ-ċellulożju

1.1-31.12

75 000 tunnellata

0 %

09.2864

ex 3913 10 00

10

Alġinat tas-sodju, estratt minnalgi kannella(CAS RN 9005-38-3)

1.1-31.12

10 000 tunnellata

0 %

09.2641

ex 3913 90 00

87

Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

1.1-31.12

200 kg

0 %

09.2661

ex 3920 51 00

50

Folji ta’ polimetilmetakrilat konformi mal-istandards:

1.1-31.12

100 tunnellata

0 %

09.2645

ex 3921 14 00

20

Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta' 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm)

1.1-31.12

1 700 tunnellata

0 %

09.2848

ex 5505 10 10

10

Fdal ta’ fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal "garnetted") ta’ najlon jew ta’ poliammidi oħra (PA6 u PA66)

1.1-31.12

10 000 tunnellata

0 %

09.2721

ex 5906 99 90

20

Drapp tat-tessut bil-lastiku minsuġ u laminat bil-karatteristiċi li ġejjin:

użat għall-manifattura tas-saqaf li jitla’ u jinżel tal-vetturi bil-mutur (2)

1.1-31.12

375 000 m²

0 %

09.2866

ex 7019 12 00

ex 7019 12 00

06

26

Stratifils (rovings/fibri) tal-ħġieġ-S:

għall-użu fil-manifattura tal-ajrunawtiċi (2)

1.1-31.12

1 000 tunnellata

0 %

09.2870

ex 7019 40 00

ex 7019 52 00

70

30

Drapp tal-fibra tal-ħġieġ E:

għall-użu esklussiv fil-manifattura ta’ prepregs u laminati miksija bir-ram (2)

1.1-30.6

3 000 000 m

0 %

09.2628

ex 7019 52 00

10

Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m²(± 10 g/m²), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

1.1-31.12

3 000 000 m²

0 %

09.2799

ex 7202 49 90

10

Ferro-kromju li fih 1.5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

1.1-31.12

50 000 tunnellata

0 %

09.2652

ex 7409 11 00

ex 7410 11 00

20

30

Fojl u strixxi tar-ram raffinat, miksijin bl-elettrolit

1.1-31.12

1 020 tunnellata

0 %

09.2734

ex 7409 19 00

20

Pjanċi jew folji li jikkonsistu minn

1.1-31.12

7 000 000 biċċa

0 %

09.2662

ex 7410 21 00

55

Pjanċi:

1.1-31.12

80 000 m²

0 %

09.2834

ex 7604 29 10

20

Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta' diametru ta' 200 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 300 mm

1.1-31.12

2 000 tunnellata

0 %

09.2835

ex 7604 29 10

30

Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta' diametru ta' 300,1 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 533,4 mm

1.1-31.12

1 000 tunnellata

0 %

09.2736

ex 7607 11 90

83

Strixxa jew fojl illigati tal-aluminju u tal-manjeżju:

għall-użu fil-manifattura tal-paletti għall-blinds (2)

1.1-31.12

600 tunnellata

0 %

09.2906

ex 7609 00 00

20

Fittings tal-aluminju f’għamla ta’ tubu jew pajp maħsuba biex jiġu mwaħħla mar-radjaturi tal-muturi (2)

1.1-31.12

3 000 000 biċċa

0 %

09.2722

8104 11 00

Manjeżju mhux maħdum, li fih talanqas 9,8 % f'piż tal-manjeżju

1.1-31.12

80 000 tunnellata

0 %

09.2840

ex 8104 30 00

20

Trab tal-manjeżju:

1.1-31.12

2 000 tunnellata

0 %

09.2629

ex 8302 49 00

91

Manku teleskopiku ta’ l-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (2)

1.1-31.12

1 500 000 biċċa

0 %

09.2720

ex 8413 91 00

50

Pump head għal pompa bi pressjoni għolja b'żewġ ċilindri magħmula mill-azzar maħdum b':

tat-tip użat fis-sistemi tal-injezzjoni tad-diżil

1.1-31.12

65 000 biċċa

0 %

09.2850

ex 8414 90 00

70

Rota tal-kompressur ta’ liga tal-aluminju:

għall-użu fl-immuntar ta’ turbochargers mingħajr il-ħtieġa għal immaxinjar ulterjur  (2)

1.1-31.12

5 900 000 biċċa

0 %

09.2909

ex 8481 80 85

40

Valv tal-egżost maħsub biex jintuża fil-manifattura ta’ sistemi tal-gass tal-egżost tal-muturi (2)

1.1-31.12

1 000 000 biċċa

0 %

09.2738

ex 8482 99 00

20

Gaġeġ tar-ram

35 000 biċċa

0 %

09.2690

ex 8483 30 80

20

Kuxxinett jiżżerżaq immewweġ għal applikazzjoni fuq l-assi, ta' azzar FeP01 (skont EN 10130-1991) b'saff jiżżerżaq ta' bronż sinterizzat poruż u poli(tetrafluworoetilen), adattat biex jiġi installat fl-unitajiet ta' sospensjoni tal-muturi

1.1-31.12

1 500 000 biċċa

0 %

09.2763

ex 8501 40 20

ex 8501 40 80

40

30

Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ 250 W jew aktar, input enerġetiku ta’ 700 W jew aktar imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-arja, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (2)

1.1-31.12

2 000 000 biċċa

0 %

09.2633

ex 8504 40 82

20

Rettifikatur tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, għall-użu fil-manifattura tal-apparat li jaqa’ fl-intestaturi 8509 80 u 8510 (2)

1.1-31.12

4 500 000 biċċa

0 %

09.2643

ex 8504 40 82

30

Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8525 (2)

1.1-31.12

15 000 000 biċċa

0 %

09.2620

ex 8526 91 20

20

Assemblaġġ għal sistema GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni, mingħajr skrin, b'piż ta’ mhux aktar minn  2 500 g, kemm jekk inkorporat f'kaxxa jew le

1.1-30.6

1 500 000 biċċa

0 %

09.2672

ex 8529 90 92

ex 9405 40 39

75

70

Bord ta’ ċirkwit stampat b'diodes LED:

għall-manifattura ta’ unitajiet tar-retroluminazjzoni għal oġġetti ta’ titlu 8528 (2)

1.1-31.12

115 000 000 biċċa

0 %

09.2003

ex 8543 70 90

63

Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm x 30 mm

1.1-31.12

1 400 000 biċċa

0 %

09.2910

ex 8708 99 97

75

Brekit ta’ appoġġ tal-ħadid jew tal-azzar, b’toqob tal-immuntar, bi skorfini ta’ twaħħil jew mingħajrhom, maħsuba biex twaħħal il-gerboks mal-karozzerija għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 87 (2)

1.1-31.12

200 000 biċċa

0 %

09.2694

ex 8714 10 90

30

Klamps tal-fusijiet, ħawsings, fork bridges u aċċessorji għall-ikklampjar, magħmulin minn liga tal-aluminju tat-tip li jintuża fil-muturi

1.1-31.12

1 000 000 biċċa

0 %

09.2868

ex 8714 10 90

60

Pistuni għal sistemi ta’ sospensjoni, b’dijametru ta’ mhux aktar minn 55 mm, tal-azzar sinterizzat

1.1-31.12

2 000 000 biċċa

0 %

09.2668

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

21

31

75

Qafas ta’ rota, mibni mill-fibri tal-karbonju u mir-reżina artifiċjali, biex jintuża fil-manifattura tar-roti (inklużi r-roti elettroniċi) (2)

1.1-31.12

350 000 biċċa

0 %

09.2631

ex 9001 90 00

80

Lentijiet mhux iffrejmjati, prismi u elementi ssimentjati għall-użu fil-manifattura jew it-tiswija ta' oħħetti tal-kodiċijiet tan-NM 9002, 9005, 9013 10 u 9015 (2)

1.1-31.12

5 000 000 biċċa

0 %

09.2932

ex 9027 10 90

20

Sensuri lambda maħsuba biex jiġu inkorporati b’mod permanenti f’sistemi tal-egżost tal-muturi (2)

1.1-31.12

1 000 000 biċċa

0 %

(1)

Madankollu, is-sospensjoni tat-tariffi doganali ma għandhiex tapplika meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-forniment tal-ikel jew li jbiegħu bl-imnut.

(2)

Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(3)

Id-dazju ad valorem biss huwa sospiż. Id-dazju speċifiku għandu jkompli japplika.