Brussell, 7.9.2018

COM(2018) 614 final

2018/0322(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

L-evidenza turi li l-prefinanzjament annwali li jitħallas lill-Istati Membri għal sena kontabilistika partikolari u kklerjat permezz tal-aċċettazzjoni tal-kontijiet jirriżulta f’għadd sinifikanti ta’ ordnijiet ta’ rkupru ta’ kobor sinifikanti (pereżempju, fl-2017 ammonta għal EUR 6.6 biljuni). Fil-prattika dan ifisser li l-Istati Membri jintalbu krediti ta’ pagament minn approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-Unjoni sabiex jingħataw prefinanzjament annwali li sa sena wara parti sinfikanti minnu jkollu jiġi rkuprat.

Għaldaqstant, sabiex tiżdied it-trasparenza u tissaħħaħ il-prevedibbiltà tal-ippjanar baġitarju kif ukoll l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tal-profil tal-pagamenti, qiegħed jiġi propost li l-prefinanzjament annwali jitnaqqas għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-aħħar tliet snin tal-perjodu ta’ implimentazzjoni attwali ta’ bejn l-2021 u l-2023, li huwa sovrappost mal-perjodu ta’ implimentazzjoni li jmiss li jibda fl-2021. Dan l-approċċ jikkunsidra wkoll il-ħtiġijiet ta’ pagamenti li joriġinaw minn arranġamenti ta’ prefinanzjament proposti għall-programmi ta’ bejn l-2021 u l-2027 fejn il-prefinanzjament inizjali biss jitħallas f’sitt ħlasijiet parzjali 1 . Din l-intenzjoni kienet diġà ntweriet mill-Kummissjoni 2 .

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni baġitarja tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 3 . Din l-emenda ma tintroduċi l-ebda bidla strutturali għal dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma' proposti u inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni Ewropea. Hija konsistenti wkoll mar-rekwiżiti ta’ ġestjoni baġitarja tajba.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiddefinixxi r-regoli komuni applikabbli għall-Fondi SIE. Abbażi tal-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet għall-proċess ta’ programmazzjoni kif ukoll arranġamenti għall-ġestjoni tal-programmi (inkluża dik finanzjarja), il-monitoraġġ, il-kontroll finanzjarju u l-evalwazzjoni ta’ proġetti.

Is-sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tikkonċerna t-tnaqqis tal-prefinanzjament annwali pprovdut mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Unjoni lill-Istati Membri. Ir-rati tal-prefinanzjament annwali fil-livell tal-Unjoni huma stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Għaldaqstant l-emendar tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-regolament tirrekjedi l-emendar ta’ dan ir-Regolament. Il-mezzi nazzjonali u reġjonali mhumiex xierqa sabiex tiġi indirizzata din il-problema inkwistjoni. Għalhekk il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi tillimita ruħha għall-minimu rikjest biex jintlaħaq l-għan iddikjarat fil-livell tal-Unjoni u dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop. Ir-rata tal-prefinanzjament annwali qiegħda titnaqqas biex tikkorrispondi mar-rekwiżiti dwar il-fluss tal-flus b’kunsiderazzjoni mar-ritmu aktar mgħaġġel tal-fluss tal-flus abbażi ta’ applikazzjonijiet għal ħlasijiet interim li jirriżultaw mill-implimentazzjoni aċċellerata tal-implimentazzjoni tal-Fondi SIE. Meta stabilixxiet ir-rata proposta l-Kummissjoni qieset li l-bażi tal-perċentwali għas-snin inkwistjoni diġà jinkludu r-riżerva tal-prestazzjoni, u għaldaqstant sehem anqas jista’ jiggarantixxi l-istess ammont ta’ prefinanzjament.

L-għażla tal-istrument

L-istrument propost: l-emendar tar-Regolament attwali. Il-Kummissjoni esplorat il-flessibbiltà pprovduta mill-qafas legali u tqis li huwa neċessarju li tipproponi emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET KONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ma saret l-ebda valutazzjoni ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati

Ma sarux konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati esterni.

Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert

L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-proposta mhijiex mistennija li jkollha impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali sinifikanti. Il-proposta ser twassal għat-tnaqqis tal-prefinanzjament annwali minn 3% tal-ammont tal-appoġġ mill-Fondi u mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”) għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu tal-programm operazzjonali għal 1% għas-snin 2021-2023, li huwa aktar xieraq għar-rekwiżiti tal-flussi tal-flus li joriġinaw mill-implimentazzjoni tal-programm. Il-livell anqas ta’ prefinanzjament iqis is-sottomissjoni aċċellerata antiċipata ta’ talbiet interim għall-pagamenti, il-fatt li għal dawn is-snin il-bażi għall-ikkalkolar tal-ammont tal-prefinanzjament annwali jiżdied bid-daqs tar-riżerva ta’ prestazzjoni, li żgur ser tkun ġiet allokata sa dakinhar, kif ukoll bil-prefinanzjament disponibbli għall-Istati Membri mill-perjodu ta' programmazzjoni tal-2021-2027.

Billi l-prefinanzjament annwali jingħata għal sena kontabilistika li tinfirex fuq sentejn baġitarji, l-ammont eċċessiv imħallas fis-sena N bħala prefinazjament annwali jiġi kklerjat fis-sena N+1, li jirriżulta fi flussi ta’ pagamenti mhux neċessarji mingħajr valur miżjud. It-tnaqqis tar-rata tal-prefinanzjament annwali għas-snin proposti ser jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-prevedibbiltà tal-ippjanar baġitarju, għal profil ta’ pagamenti aktar stabbli u prevedibbli, għat-tnaqqis tar-riskju ta’ pagamenti pendenti, għat-tisħiħ tat-trasparenza tal-ħtiġijiet għall-pagamenti u b’hekk għal ġestjoni baġitarja aħjar.

L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

Din mhijiex inizjattiva fi ħdan il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).

Id-drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-proposta mhu se jkollha l-ebda impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' impenn, billi mhi qed tiġi proposta l-ebda bidla fl-ammonti massimi tal-finanzjament Fondi SIE previsti fil-programmi operazzjonali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

L-impatt ġenerali fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa newtralizzat. Kif inhu speċifikat fid-dikjarazzjoni finanzjarja ma’ din il-proposta, il-bidla proposta ser tikkontribwixxi għal tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' pagament relatati mas-sena 2021 għalkollox b’riżultat tat-tnaqqis tal-ammonti ta’ prefinanzjament annwali li ser jiġu kkumpensati minn ħtiġijiet ta’ pagamenti ogħla għas-sena 2024. Għas-snin 2022 u 2023, il-prefinanzjament annwali aktar baxx ser jiġi kkumpensat fil-qafas tal-analiżi u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet u għaldaqstant ma jħalli l-ebda effett.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Mhux applikabbli. Is-sistemi ta’ kunsinna eżistenti tal-Fondi SIE jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din il-proposta.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 134(2) ser jiġi modifikat sabiex il-livell ta’ prefinazjament għas-snin 2021 sa 2023 jiġi stabbilit għal rata ta’ 1%, mir-rata applikabbli attwali ta’ 3%, tal-ammont tal-appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu kollu tal-programmazzjoni tal-programm operazzjonali. Il-livell ta’ prefinazjament għas-sena 2020 jinżamm għal rata ta’ 3%, tal-ammont tal-appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu kollu tal-programmazzjoni tal-programm operazzjonali.

2018/0322 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 4 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 5 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni u ġenerali applikabbli għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

(2)L-evidenza turi li r-rata tal-prefinanzjament annwali hija ffissata f’livell partikolarment għoli meta mqabbel mar-rekwiżiti ta’ ġestjoni finanzjarja li joriġinaw mill-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali; b’mod partikolari dan kien il-każ għas-snin baġitarji mill-2021 sal-2023.

(3)Sabiex titnaqqas il-pressjoni fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-Unjoni għas-snin baġitarji mill-2021 sal-2023 u biex tissaħħaħ il-prevedibbiltà tar-rekwiżiti ta’ pagament u għaldaqstant jingħata kontribut għal ippjanar baġitarju aktar trasparenti u profil ta’ pagamenti aktar ordnat, ir-rata tal-prefinazjament annwali għal dawn is-snin jenħtieġ li titnaqqas.

(4)Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artiklu 134(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

(a)    Il-ħames inċiż għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“— 2020: 3 %”;

(b)    Jiżdied l-inċiż li ġej:

“— mill-2021 sal-2023: 1 %.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB

1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-livell tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB 7  

IMPJIEGI, AFFARIJIET SOĊJALI U INKLUŻJONI, POLITIKA REĠJONALI U URBANA

AFFARIJIET MARITTIMI U SAJD

1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 8  

Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta / tal-inizjattiva

Mhux Applikabbli

1.4.2.L-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Nru tal-objettiv speċifiku

Mhux Applikabbli

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Mhux Applikabbli

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta / l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji / gruppi fil-mira.

Mhux Applikabbli

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.

Mhux Applikabbli

1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.5.1.Ir-rekwiżit(i) li għandu/għandhom jiġi(u) ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Mhux Applikabbli

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Mhux Applikabbli

1.5.3.It-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux Applikabbli

1.5.4.Il-kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Mhux Applikabbli

1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju

⌧Proposta / Inizjattiva ta’ durata limitata

   Il-proposta/inizjattiva tkun fis-seħħ mill-2021 sal-2024

L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2024

◻Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i 9  

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu ddelegati:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi maħtura minnhom;

lil organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;

korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk tindika iżjed minn modalità waħda ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux Applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Mhux Applikabbli

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju(i) identifikat(i)

Mhux Applikabbli

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Mhux Applikabbli

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Mhux Applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Mhux Applikabbli

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati

·Il-linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 10

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 11

mill-pajjiżi kandidati 12

mingħand pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1B -
Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali

04 02 60 - Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni anqas żviluppati

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

04 02 61 - Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni fi tranżizzjoni

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

04 02 62 - Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni aktar żviluppati

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

04 02 64 - Impjieg taż-Żgħażagħ

Inizjattiva

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

13 03 60 - FOND EWROPEW

GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI — Reġjuni

anqas żviluppati

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

13 03 61 - FOND EWROPEW

GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI — Reġjuni

fi tranżizzjoni

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

13 03 62 - FOND EWROPEW

GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI — Reġjuni

aktar żviluppati

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

13 03 63 - FOND EWROPEW

GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI — Allokazzjoni

addizzjonali għal reġjuni ultraperiferiċi

u sottopopolati

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

13 03 64 01 - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali — Kooperazzjoni territorjali Ewropea

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

13 04 60 - Fond ta’ Koeżjoni

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

2 - Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

11 06 60 - Promozzjoni ta’ sajd u akwakultura sostenibbli u kompetittivi

Żvilupp territorjali bbilanċjat

u inklużiv

Ta’ żoni ta’ sajd u t-trawwim tal-implimentazzjoni tal-

politika komuni tas-sajd

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux Applikabbli

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1B

Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali

DĠ EMPL

Sena2021

Sena2022

Sena2023

Sena2024

TOTALI

Approprjazzjonijiet operattivi

04 02 60

Pagamenti

(1)

-1 013,958

0,000

0,000

1 013,958

0,000

04 02 61

Pagamenti

(2)

-249,832

0,000

0,000

249,832

0,000

04 02 62

Pagamenti

(3)

-504,477

0,000

0,000

504,477

0,000

04 02 64

Pagamenti

(4)

-88,224

0,000

0,000

88,224

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 13  

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ EMPL

Pagamenti

-1 856,491

0,000

0,000

1 856,491

0,000



DĠ REGIO

Sena2021

Sena2022

Sena2023

Sena2024

TOTALI

Approprjazzjonijiet operattivi

13 03 60

Pagamenti

(1)

-2 608,675

0,000

0,000

2 608,675

0,000

13 03 61

Pagamenti

(2)

-509,195

0,000

0,000

509,195

0,000

13 03 62

Pagamenti

(3)

-647,801

0,000

0,000

647,801

0,000

13 03 63

Pagamenti

(4)

-31,108

0,000

0,000

31,108

0,000

13 03 64 01

Pagamenti

(5)

-186,707

0,000

0,000

186,707

0,000

13 04 60

Pagamenti

(6)

-1 265,652

0,000

0,000

1 265,652

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 14  

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ REGIO

Pagamenti

-5 249,139

0,000

0,000

5 249,139

0,000



TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Pagamenti

-7 105,630

0,000

0,000

7 105,630

0,000

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 1B
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

-7 105,630

0,000

0,000

7 105,630

0,000

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

2

Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

DĠ MARE

Sena2021

Sena2022

Sena2023

Sena2024

TOTALI

Approprjazzjonijiet operattivi

11 06 60

Pagamenti

(1)

-114,987

0,000

0,000

114,987

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 15  

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ MARE

Pagamenti

-114,987

0,000

0,000

114,987

0,000

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Pagamenti

-7 220,617

0,000

0,000

7 220,617

0,000

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Mhux Applikabbli

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Pagamenti

-7 220,617

0,000

0,000

7 220,617

0,000




Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”



Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

SenaN

SenaN+1

SenaN+2

SenaN+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

DĠ: <…….>

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

TOTALI DĠ <….>

Approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

SenaN 16

SenaN+1

SenaN+2

SenaN+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

Il-proposta / L-inizjattiva ma tenħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta / l-inizjattiva tenħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati

SenaN

SenaN+1

SenaN+2

SenaN+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

OUTPUT

Tip 17

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru Totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 18

- Output

- Output

- Output

Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

SenaN 19

SenaN+1

SenaN+2

SenaN+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Sottototal tal-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

’il barra mill-INTESTATURA 5 20
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħrata’ natura amministrattiva

Sottototal’il barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTALI

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikunu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.    

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time

SenaN

SenaN+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) 21

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  22

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTALI

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti minn persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikun ġie ridistribwit fid-DĠ, u jekk ikun hemm bżonn, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta / l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

Il-proposta / l-inizjattiva se tinvolvi pprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi jiġu speċifikati l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Il-proposta / l-inizjattiva tenħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega dak li huwa meħtieġ, filwaqt li jiġu speċifikati l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament mingħand partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

SenaN

SenaN+1

SenaN+2

SenaN+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/l-inizjattiva 23

SenaN

SenaN+1

SenaN+2

SenaN+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi, COM(2018) 375 finali, 29.5.2018. l-Artikolu 84 jistipula l-arranġamenti tal-prefinanzjament. Ladarba għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027 qiegħed jiġi propost tip wieħed biss ta’ prefinanzjament it-terminloġija użata ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn il-prefinanzjament “inizjali” u dak “annwali”. Madanakollu l-arranġamenti tal-prefinanzjament proposti huma simili għal dawk tal-“prefinanzjament inizjali” msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
(2)    Anness mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Baġit Modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi, COM(2018) 321 finali, 2.5.2018 kif ukoll it-Taqsima 5 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni li jakkumpanja l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi, COM(2018) 375 finali, 29.5.2018.
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 320), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) 2017/2305 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 335, 15.12.2017, p. 1).
(4)    ĠU C , , p. .
(5)    ĠU C , , p. .
(6)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 320).
(7)    ABM: Activity-Based Management (ġestjoni bbażata fuq l-attività); ABB: activity-based budgeting (ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività).
(8)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(9)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(10)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(11)    l-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(12)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(13)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(14)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(15)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(16)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(17)    L-outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: in-numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(18)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(19)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(20)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(21)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(22)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA").
(23)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % tal-kosti tal-ġbir.