Brussell, 14.6.2018

COM(2018) 462 final

2018/0245(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom

{SWD(2018) 337}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi

Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 kif deskritt fil-Komunikazzjoni “Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi – Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027” 1 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin u l-qafas baġitarju ġenerali għall-programmi ta’ azzjoni esterna tal-UE taħt l-intestatura “Il-Viċinat u d-Dinja”. L-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari jikkomplementa dan il-qafas b’attivitajiet li għandhom jitwettqu fil-qafas tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (it-Trattat Euratom).

L-objettiv tal-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari huwa li jiġi promoss it-twaqqif ta’ standards ta’ sikurezza nukleari effettivi u effiċjenti f’pajjiżi terzi skont l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, li jibni fuq l-esperjenza tal-attivitajiet ta’ sikurezza nukleari fil-Komunità tal-Euratom.

Ir-reġim ta’ nonproliferazzjoni ġie kkuntestat f’dawn l-aħħar snin u jitlob għal appoġġ sħiħ biex jissaħħaħ il-qafas internazzjonali li jipprevjeni t-tixrid ta’ armi ta’ qerda massiva. Dan huwa r-rwol primarju tas-salvagwardji tal-materjali nukleari li għandu l-għan li jipprevjeni u jikxef it-tixrid tal-materjali nukleari. Barra minn hekk, taħt ftehim ta’ assoċjazzjoni u ta’ sħubija differenti (mal-Ukrajna), l-Unjoni impenjat ruħha li tappoġġa l-pajjiżi kkonċernati fl-adozzjoni tal-acquis communautaire fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, inklużi salvagwardji nukleari.

Bil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, strument finanzjarju li se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020 ġie dedikat għall-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ sikurezza nukleari (ir-Regolament (EURATOM) 237/2014 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari).

F’konformità mal-Komunikazzjoni “ Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020” 2 u kif konkluż fil-valutazzjoni tal-impatt 3 li jakkumpanja dan ir-Regolament, jenħtieġ li ħafna strumenti jiġu simplifikati fi strument mifrux wieħed. Partijiet mill-attivitajiet ta’ kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari koperti mill-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari jistgħu ma jaqgħux taħt strument issimplifikat u mifrux, billi jridu jsegwu l-proċedura speċifika tal-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom li hija inkompatibbli mal-proċedura tal-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument, NDICI) ibbażat fuq l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rieżamijiet u l-evalwazzjonijiet riċenti 4 tal-istrumenti esterni wrew il-valur miżjud u r-rilevanza tal-istrumenti eżistenti. Madankollu, enfasizzaw ukoll opportunitajiet għal titjib, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati modi ta’ ħidma u l-UE tkun kapaċi tirreaġixxi għal ċirkustanzi imprevisti b’aktar flessibbiltà. It-tagħlimiet meħuda flimkien maż-żieda fl-isfidi wasslu lill-Kummissjoni biex timmodifika l-arkitettura tal-istrumenti ta’ finanzjament estern sa fejn possibbli.

Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni għall-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata lil Unjoni ta’ 27 Stat Membru, f’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fuq il-bażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea riċevuta mill-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika

Din il-proposta tipprovdi qafas ta’ abilitazzjoni li permezz tiegħu l-politiki ta’ azzjoni esterna u l-obbligi internazzjonali jistgħu jiġu implimentati.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Meta jiġi implimentat dan ir-Regolament, tiġi żgurata konsistenza ma’ oqsma oħra ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki oħra rilevanti tal-UE. Kif rifless fl-Aġenda 2030, dan ifisser li jitqies l-impatt tal-politiki kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha — nazzjonali, fl-UE, f’pajjiżi oħra u f’livell dinji.

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu mfittxija sinerġiji ma’ azzjonijiet permezz ta' programmi oħra tal-UE, sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta’ interventi kkombinati. Jenħtieġ li l-interazzjonijiet u l-komplementarjetà ma’ dawn il-programmi jippermettu impatt imtejjeb fuq l-Unjoni. Jenħtieġ li azzjonijiet iffinanzjati taħt din il-proposta jkunu konsistenti u jikkomplementaw dawk imwettqa bl-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali 5 li jkopru attivitajiet nukleari, l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni III 6 , id-Deċiżjoni dwar Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej 7 , il-politika estera u ta’ sigurtà komuni u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi li għadha kif ġiet proposta 8 u li hija ffinanzjata barra mill-baġit tal-UE.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Sussidjarjetà

L-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Komunità”) jaqblu dwar pożizzjoni unika li jwasslu assistenza esterna għal għadd ta’ raġunijiet. L-istatus tagħhom bħala entità supranazzjonali jġib miegħu influwenza politika u ingranaġġ konsegwenti. Il-Komunità għandha preżenza dinjija madwar id-delegazzjonijiet tal-Unjoni tagħha, li tiżgura netwerk vast ta’ informazzjoni dwar żviluppi li jaffettwaw il-pajjiżi madwar id-dinja. L-UE u l-Komunità huma wkoll partijiet minn ħafna mill-proċessi multilaterali li għandhom l-għan li jindirizzaw sfidi dinjija. Dan jippermetti li l-UE u l-Komunità jkunu kostantement jagħrfu l-ħtiġijiet u l-problemi ġodda u, għaldaqstant, jirriallokaw riżorsi skont dan. Il-komplementarjetajiet fil-livell tal-Komunità u l-azzjoni tal-Unjoni u l-azzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri qed jiżdiedu. Dan itejjeb id-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab, li kulma jmur aktar qed jitmexxa permezz ta’ programmar konġunt mal-Istati Membri.

L-Unjoni u l-Komunità jistgħu jikkomplementaw ukoll l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi jew fil-każ ta’ interventi partikolarment għalja. F’xi oqsma fejn l-Istati Membri mhumiex attivi, l-Unjoni u l-Komunità għadhom l-atturi ewlenin, u kultant l-uniċi atturi, li jintervjenu.

Is-sussidjarjetà relatata mas-sikurezza nukleari u mal-attivitajiet ta’ salvagwardji nukleari hija msemmija fit-Trattat Euratom u b’mod partikolari fl-iżvilupp tal-objettivi li jinsabu fil-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II tiegħu. Il-Komunità tfittex ukoll kooperazzjoni mill-qrib, skont il-Kapitolu 10, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency, IAEA) f’dan il-qasam speċifiku.

L-UE u l-Komunità għandhom għarfien espert sinifikanti f’dan il-qasam li joriġina mill-istorja tal-Ewropa stess, li jibni fuq l-attivitajiet ta’ salvagwardja proprji tagħha fl-Unjoni, u minn politiki ta’ suċċess. Għandha reputazzjoni internazzjonali rikonoxxuta fil-qasam tas-sikurezza nukleari u tas-salvagwardji nukleari ta’ materjali nukleari, b’mod partikolari permezz tar-rwol tagħha fl-implimentazzjoni tas-salvagwardji fl-UE u fl-appoġġ għall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika.

L-UE u l-Komunità jistgħu jipprovdu valur miżjud ibbażat fuq il-volum tar-riżorsi trasferiti permezz tal-istrumenti tagħha, il-modi ta’ ġestjoni relattivament flessibbli u l-prevedibbiltà tar-riżorsi matul il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

Proporzjonalità

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-Regolament propost ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu.

Għażla tal-istrument

Wieħed mill-objettivi tat-Trattat Euratom huwa li jinkiseb livell għoli ta’ sikurezza nukleari fl-Unjoni. Jenħtieġ li dan jintlaħaq ukoll barra mill-Unjoni. Billi t-Trattat Euratom ma pprovdiex is-setgħat meħtieġa, fuq il-bażi tal-Artikolu 203, iridu jittieħdu miżuri xierqa. Il-proposta tieħu l-forma ta’ Regolament, li jiżgura l-applikazzjoni uniformi tiegħu, in-natura vinkolanti fl-intier tiegħu u l-applikabbiltà tiegħu.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu 9 adottat mill-Kummissjoni fuq 10 mill-istrumenti ta’ finanzjament estern 10 , ir-rapporti ta’ evalwazzjonijiet ex post dwar assistenza makrofinanzjarja u r-rieżami ta’ nofs it-terminu dwar il-mandat ta’ self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment 11 kollha kkonkludew li l-istrumenti ta’ finanzjament estern kienu, b’mod ġenerali, xierqa għall-iskop tagħhom u li kienu qed ifeġġu xejriet pożittivi fir-rigward tal-kisba tal-objettivi. Ir-rapporti juru li jenħtieġu aktar riżorsi għal strumenti ta’ finanzjament estern minħabba li waslu fil-limitu finanzjarju tagħhom.

L-istrumenti stabbilixxew il-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettivi u l-proċeduri biex jiġu implimentati l-politiki. Ir-rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu wera li n-natura abiltanti tagħhom ippermettiet li jkopru ħafna mill-ħtiġijiet u l-għanjiet tal-UE u l-azzjoni esterna tal-Komunità. Dawn jibbenefikaw minn riflessjoni aħjar ta’ għadd ta’ żviluppi bħal: il-qafas ta’ politika l-ġdid inkluża l-kopertura universali tal-Aġenda 2030 u l-projezzjoni esterna tal-politiki esterni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqiesu aktar ir-rabtiet bejn l-iżvilupp u s-sigurtà u l-livell ta’ ambizzjoni ġenerali għall-paċi u s-sigurtà f’azzjoni esterna.

Tenħtieġ konsistenza bejn il-partijiet komponenti ta’ strument, bejn strumenti differenti u ma’ donaturi. B’mod ġenerali, ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu jinnota sejbiet kontradittorji dwar il-koerenza. F’termini ta’ koerenza mal-istrumenti, is-sejbiet kienu soddisfaċenti. Kien hemm ċertu livell ta’ konsistenza bejn l-istrumenti iżda l-multipliċità tal-programmi kultanti wasslu għal azzjonijiet li jikkoinċidu, b’mod partikolari kooperazzjoni kumplessa ma’ pajjiżi aktar avvanzati fil-fażi tal-iżvilupp. Barra minn hekk, l-interazzjoni bejn approċċi ġeografiċi u tematiċi kultant wasslu għal reazzjonijiet inkonsistenti fil-livell tal-pajjiżi.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Waqt l-abbozz tad-dokumenti ta’ evalwazzjoni li kkontribwew għar-rapport tar-rieażmi ta’ nofs it-terminu, kien hemm tliet tipi ta’ konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. L-evalwaturi għamlu madwar elf intervista strutturata u semistrutturata mal-uffiċjali tal-UE u mar-rappreżentanti mill-istituzzjonijiet tal-UE, mill-Istati Membri u mill-pajjiżi sħab. Saru diversi sessjonijiet ta’ ħidma tekniċi biex jiġu ppreżentati u diskussi l-abbozzi tal-evalwazzjonijiet mal-parteċipanti mill-Parlament Ewropew, mill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, mill-kumitati tal-Istati Membri, u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mill-awtoritajiet lokali. Kien hemm konsultazzjoni pubblika fl-2017 12 . Kellha l-għan li tiġbor feedback mill-partijiet ikkonċernati dwar is-sejbiet li joħorġu mill-evalwazzjonjiet tal-istrumenti u dwar l-istrumenti ta’ finanzjament estern futur wara l-2020 13 .

Il-messaġġi ewlenin li ħarġu mill-partijiet ikkonċernati kkonsultati huma miġbura fil-qosor hawn taħt.

Flessibbiltà: Il-partijiet ikkonċernati qablu li jenħtieġ li l-istrumenti finanzjarji l-ġodda jkunu aktar flessibbli fir-reazzjoni tagħhom għal sfidi u kriżijiet imprevisti. B’mod partikolari, enfasizzaw il-ħtieġa li jsir aktar faċli li l-fondi jiġu trasferiti minn reġjun għal ieħor u minn modalità tal-għajnuna għal oħra. Madankollu, ġie enfasizzat ukoll li jenħtieġ li ż-żieda fil-flessibbiltà ma sseħħx għad-detriment ta’ inqas prevedibbiltà, sjieda aktar dgħajfa tal-pajjiż u inqas attenzjoni għall-kisba ta’ objettivi ta’ żvilupp fit-tul. Sabiex jiġu żgurati l-flessibbiltà u l-prevedibbiltà, uħud minn dawk li wieġbu argumentaw favur riżervi suffiċjenti.

Koerenza: Il-partijiet ikkonċernati qiesu li jenħtieġ li tiġi żgurata aktar konsistenza bejn il-politika interna u esterna tal-UE, u bejn l-istrumenti esterni infushom. Uħud enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħu l-komplementarjetà u s-sinerġija bejn l-istrumenti ġeografiċi u tematiċi. Oħrajn argumentaw li l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli jipprovdu l-aktar bażi xierqa biex tiżdied il-konsistenza bejn il-politiki interni u esterni. Ħafna minnhom irrakkomandaw li l-UE tieħu rwol ewlieni fit-titjib tal-komplementarjetà bejn diversi partijiet ikkonċernati, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha.

Uħud minn dawk li wieġbu enfasizzaw ir-riskju ta’ duplikazzjoni li permezz tagħha l-istess objettivi ta’ politika jiġu ffinanzjati minn diversi strumenti. Dawk li wieġbu talbu wkoll għal delineazzjoni ċara ta’ strumenti, filwaqt li enfasizzaw il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-programmi ġeografiċi u tematiċi japprofittaw ruħhom minn sinerġiji u konnessjonijiet transsettorjali bejniethom.

Komplementarjetà: Rigward l-istruttura ta’ strumenti futuri, il-partijiet ikkonċernati qablu li t-tgħaqqid ta’ programmi ġeografiċi u tematiċi jagħti riżultati pożittivi. Enfasizzaw li l-valur tal-istrumenti strutturati ġeografikament jinsab fil-kapaċità tagħhom li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi sħab b’mod imfassal apposta. Dan huwa kruċjali minħabba d-diversità tal-isfidi u l-ħtiġijiet minn pajjiż għal ieħor. Interventi dinjija u mmirati offruti minn strumenti bħall-Istrument ta’ Sħubija u l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi ġew apprezzati wkoll mill-partijiet ikkonċernati.

Simplifikazzjoni: L-UE kienet imħeġġa bil-qawwi biex tkompli tissimplifika l-arkitettura ġenerali tal-istrumenti. Jenħtieġ ukoll li l-UE tkompli bl-isforzi tagħha biex tissimplifika proċeduri amministrattivi u finanzjarji kkumplikati. Is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali enfasizzaw li l-proċeduri u r-regoli li attwalment huma fis-seħħ għandhom implikazzjonijiet importanti għall-kapaċita tagħhom li jsiru aktar involuti fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Ingranaġġ: Il-partijiet ikkonċernati qablu li l-istrumenti finanzjarji innovattivi jista’ jkollhom rwol importanti fl-ingranaġġ ta’ finanzjament pubbliku u privat għall-assistenza esterna tal-UE. Is-sejbiet pożittivi dwar l-effetti ta’ ingranaġġ u l-addizzjonalità finanzjarja ta’ dawn l-istrumenti f’din l-aħħar evalwazzjoni dwar il-finanzjament imħallat 14 huma meqjusa inkoraġġanti. Madankollu, dawk li wieġbu minn fost is-soċjetà ċivili qajmu tħassib dwar il-prijoritajiet tas-settur privat li jipprevalu fuq l-objettivi tat-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi sħab.

Billi s-sikurezza nukleari, inklużi s-salvagwardji, jaqgħu taħt it-Trattat Euratom, din il-proposta ma tistax twieġeb għat-tħassib espress mill-partijiet ikkonċernati. Madankollu, se jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà mal-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali li jwieġeb għat-tħassib ewlieni mqajjem mill-partijiet ikkonċernati, inkluż billi jiġu implimentati attivitajiet fil-qasam nukleari li jkunu anċillari għall-objettivi aktar mifruxa tiegħu, b’mod partikolari l-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari f’konformità mal-politika tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni internazzjonali għas-saħħa, għall-agrikoltura, għall-industrija u għall-proġetti soċjali li jindirizzaw il-konsegwenzi ta’ kull inċident nukleari.

Għarfien espert

Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal assoċjati kienu fil-parti l-kbira tagħhom ibbażati fuq sett ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni indipendenti bejn l-2016 u l- 2017 (evalwazzjoni waħda għal kull strument). Fl-istess ħin, ġie prodott ukoll rapport indipendenti fuq is-sett ta’ strumenti ta’ azzjoni esterna koperti mir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, li jasal għal lezzjonijiet ewlenin u messaġġi minnhom  15 .

Apparti dawn ir-rapporti riċenti, il-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD għamel evalwazzjoni bejn il-pari tal-kooperazzjoni tal-iżvilupp tal-UE fl-2012 16 u ħareġ b’sett ta’ rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-arkitettura, ir-regoli u l-proċeduri tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni. Pereżempju, l-OECD talbet lill-UE biex tkompli tissimplifika u timmodernizza l-kooperazzjoni, billi tnaqqas l-għadd ta’ partiti tal-baġit, tallinja r-regoli tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, tissimplifika l-proċeduri ta’ approvazzjoni u żżid il-konsistenza bejn il-programmi reġjonali u tematiċi. L-UE ntalbet issir aktar effettiva, effiċjenti u flessibbli kemm fil-livell tal-programm kif ukoll matul is-sett ta’strumenti. Dan tal-aħħar huwa mfittex b’mod partikulari f’sitwazzjonijiet ta’ fraġilità u kriżi, li fihom l-OECD rat li hemm lok sinifikanti għal titjib.

Valutazzjoni tal-impatt

Fl-2018, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt 17 li tkopri l-intestatura tal-azzjoni esterna “Ewropa Globali” taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 u tiffoka fuq il-bidliet kbar proposti għal azzjoni esterna, inkluża s-simplifikazzjoni ta’ diversi strumenti fi strument mifrux wieħed u l-integrazzjoni tal-attivitajiet li bħalissa huma ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-UE.

Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet ukoll li ħafna mill-istrumenti apparti dawk b’natura speċifika ħafna bħall-għajnuna umanitarja bil-prinċipju tan-newtralità tagħha setgħu jiġu fużi fi strument wieħed, jiġifieri: ir-Regolament Komuni ta’ Implimentazzjoni, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Mandat ta’ Self Estern, l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Fond ta’ Garanzija, l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi, l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari 18 u l-Istrument ta’ Sħubija. Dawk l-istrumenti li jenħtieġ li jinżammu separati huma: l-istrument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni; l-għajnuna umanitarja; il-baġit tal-politika estera u ta' sigurtà komuni; il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej inkluża Greenland; il-mekkaniżmu tal-unjoni għall-protezzjoni ċivili tal-UE; l-iskema tal-voluntiera tal-għajnuna tal-UE; l-appoġġ lill-Komunità Ċiprijotta Torka; ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza; u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi l-ġdida.

Kif innutat il-Kummissjoni 19 u b’appoġġ minn feedback minn sħab matul il-konsultazzjoni pubblika miftuħa, l-arkitettura attwali tal-istrumenti ta’ finanzjament estern hija kumplessa wisq. Is-simplifikazzjoni ta’ għadd ta’ strumenti fi strument wieħed mifrux tagħti opportunità biex jiġu razzjonalizzati s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ sorveljanza tagħhom u b’hekk jonqos il-piż amministrattiv fuq il-partijiet kollha kkonċernati. Sistema ta’ sorveljanza ssimplifikata tippermetti li l-istituzzjonijiet rilevanti jkollhom idea aħjar u aktar komprensiva tan-nefqa esterna tal-UE.

Strument mifrux jipprovdi approċċ aktar ġeografikament u tematikament komprensiv, li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ politiki differenti b’mod transreġjonali, multisettorjali u dinji. L-UE tiffaċilita reazzjonijiet u sinerġiji koerenti, u tkisser sajlos tematiċi u ġeografiċi.

Fil-25 ta’ April 2018, il-valutazzjoni tal-impatt ġiet eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u rċeviet opinjoni pożittiva b’riżervi 20 fuq il-ftehim li jenħtieġ li valutazzjoni tiġi aġġustata sabiex tintegra r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord dwar ċerti aspetti. B’riżultat ta’ dan, il-valutazzjoni ġiet riveduta biex:

tagħti iktar informazzjoni dwar l-istruttura tal-governanza tal-istrument il-ġdid, inkluża informazzjoni dwar proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

tkompli tispjega diversi kwistjonijiet ta’ finanzjament, inkluż ix-xenarju bażi tal-finanzjament, id-delimitazzjoni għar-reġjuni u l-oqsma tematiċi u l-kjavi ta’ kontribuzzjoni tal-Istati Membri għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp; u

telabora kif is-sistemi futuri tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni jaħdmu.

L-opinjoni tal-Bord u l-modifiki assoċjati li saru lill-valutazzjoni tal-impatt ġew deskritti f’aktar dettal fl-Anness 1 tal-valutazzjoni tal-impatt.

Simplifikazzjoni

Hija prijorità għall-Kummissjoni matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li tissimplifika l-ambjent regolatorju tagħha.

Is-simplifikazzjoni ta’ għadd ta’ strumenti fi strument wieħed mifrux se tagħti opportunità biex jiġu razzjonalizzati s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ sorveljanza, u b’hekk jonqos il-piż amministrattiv għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-Istati Membri. Minflok jiffukaw fuq diversi proċessi ta’ programmar, id-dibattiti jkunu aktar iffukati fuq objettivi politiċi u impenn mas-sħab esterni. Barra minn hekk, l-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu awditjati darba biss, billi jkopru l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, l-attivitajiet nukleari se jkunu parti mill-NDICI l-ġdid u l-attivitajiet ta’ sikurezza nukleari li jeħtieġu bażi ġuridika Euratom speċifika biss se jkunu taħt l-istrument preżenti, implimentati f’koerenza sħiħa mal-NDICI.

F’termini ta’ regoli ta’ allinjament, l-inkorporazzjoni ta’ dispożizzjonijiet mir-Regolament Komuni ta’ Implimentazzjoni se tagħti sett koerenti ta’ prinċipji lill-istrument il-ġdid madwar il-partijiet komponenti kollha tiegħu u se tagħmilha aktar faċli għas-sħab u għall-aġenti ta’ implimentazzjoni biex jifhmuhom. Dawn jiġu mfakkra jew adattati għal dan ir-Regolament li jżomm referenzi għall-NDICI għal approċċ koerenti u simplifikat.

Drittijiet fundamentali

L-UE hija bbażata fuq impenn b’saħħtu biex jiġu promossi u protetti d-drittijiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. Tappoġġa dawn id-drittijiet u l-prinċipji b’mod attiv sal-fruntieri tagħha, iżda anki meta tinvolvi ruħha f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Mejju 2018 21 , il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li talloka EUR 89 500 000 000 (fi prezzijiet attwali) għall-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali għall-2021/2027, li minnhom EUR 300 000 000 (fi prezzijiet attwali) se jiġu allokati għal dan l-Istrument biex jiġu kkomplementati attivitajiet nukleari li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-Kummissjoni se timmonitorja regolarment l-azzjonijiet tagħha u tirrieżamina l-progress magħmul biex jingħataw ir-riżultati. F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 22 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u tal-politika eżistenti jipprovdu l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt tal-opzjonijiet biex tittieħed azzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni interim u waħda finali. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-istrument fil-post fuq il-bażi tal-indikaturi rilevanti u analiżi tal-livell sa fejn l-istrument jista’ jitqies rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. L-evalwazzjonijiet se jinkludu t-tagħlimiet meħuda biex tiġi identifikata kull problema jew potenzjal biex ikomplu jittejbu l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex l-impatt tagħhom jiġi mgħejun biex jiġi massimizzat.

Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet akkumpanjati minn osservazzjonijiet se jiġu kkomunikati lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Il-progess se jiġi mmonitorjat fuq il-bażi tal-indikaturi allinjati mal-objettivi tal-proposta. Mill-2022 'il quddiem, il-Kummissjoni se tibgħat rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

L-evalwazzjonijiet se jitwettqu fil-waqt sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi

Ir-Regolament propost għandu kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku dinji.

Fir-rigward tal-għażla tas-sħab barra mill-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li taħdem ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ma’ pajjiżi sħab jew ma’ entitajiet minn pajjiżi terzi oħra taħt ġestjoni indiretta għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni speċifika, meta dan ikun fl-interess tal-Unjoni u tal-objettivi ta’ din l-azzjoni, u soġġett għar-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju. Din l-għażla titlob deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Dispożizzjonijiet tal-proposta

TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TITOLU II – IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTRUMENT

TITOLU III - DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

2018/0245 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 23 ,

Billi:

(1)Jenħtieġ li l-Unjoni żżomm u tippromwovi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni madwar id-dinja sabiex issegwi l-objettivi u l-prinċipji tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikoli 3(5), 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(2)Sabiex timplimenta l-qafas internazzjonali l-ġdid stabbilit mill-Aġenda 2030, mill-Istrateġija Globali u mill-Kunsens, ir-Regolament Nru …/…. (NDICI) għandu l-għan li jżid il-koerenza u jiżgura l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni billi jikkonċentra l-isforzi tiegħu permezz ta’ strument simplifikat biex itejjeb l-implimentazzjonijiet tal-politiki differenti tal-azzjoni esterna.

(3)Jenħtieġ li l-objettiv tal-Programm preżenti “Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom” ikun li jiġi promoss it-twaqqif ta’ sikurezza nukleari effettiva u effiċjenti, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi ta’ materjali nukleari f’pajjiżi terzi, li jibni fuq l-attivitajiet tiegħu stess fl-Unjoni.

(4)Dan ir-Regolament jagħmel parti mill-qafas imfassal għall-ippjanar tal-kooperazzjoni u jenħtieġ li jikkomplementa dawk il-miżuri ta’ kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI].

(5)L-Istati Membri tal-Komunità huma partijiet firmatarji tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u l-Protokoll Addizzjonali.

(6)Jenħtieġ li l-Komunità tkompli tikkoopera mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency, IAEA), fir-rigward tas-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, b’segwitu għall-objettivi tal-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II.

(7)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi azzjonijiet b’appoġġ għal dawn l-objettivi u jibni fuq l-azzjonijiet li preċedentement kienu appoġġati taħt ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014 24 dwar is-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari f’pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.

(8)Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun ibbażata fuq il-konsultazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, u fuq djalogu mal-pajjiżi sħab.

(9)Kull meta jkun possibbli u xieraq, jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Komunità jkunu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta’ indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiż u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi tal-Istrument u preferibbilment fuq il-bażi tal-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb.

(10)Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Komunità jfittxu l-aktar użu effiċjenti u tar-riżorsi disponibbli sabiex jottimizzaw l-impatt tal-azzjoni esterna tagħhom. Jenħtieġ li dan jinkiseb permezz ta’ koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni. Sabiex jimmassimizza l-impatt ta’ interventi kkombinati biex jintlaħaq objettiv komuni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti l-kombinazzjoni ta’ finanzjamenti ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż.

(11)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal dan l-Istrument, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 25 , għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(12)Jenħtieġ li r-regoli u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) Nru …/…. (NDICI) japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif xieraq, u jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jirriflettu dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru …/… (NDICI).

(13)Jenħtieġ li r-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 106(a) tat-Trattat Euratom u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz tal-għotjiet, l-akkwist, il-premji, l-implimentazzjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-appoġġ baġitarju, il-fondi fiduċjarji, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 106(a) tat-Trattat Euratom u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ defiċjenzi ġeneralizzati f’dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi, billi r-rispett tal-istat tad-dritt huwa essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament mill-UE effettiv.

(14)Jenħtieġ li t-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(15)Jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri annwali u pluriennali jikkostitwixxu programmi ta’ ħidma taħt ir-Regolament Finanzjarju. Il-pjanijiet ta’ azzjoni annwali u pluriennali jikkonsistu f’sett ta’ miżuri miġbura f’dokument wieħed.

(16)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 , ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 27 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 28 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 29 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’ miżuri effettivi u proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inklużi frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 30 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet meħtieġa u l-aċċess lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti; għal din ir-raġuni, jenħtieġ li ftehimiet ma’ pajjiżi terzi u territorji u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u kull kuntratt jew ftehim li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dawn l-awditi, verifiki u spezzjonijiet fil-post, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom u jiżguraw li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni tagħti d-drittijiet ekwivalenti.

(17)Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 31 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(18)Jenħtieġ li r-referenzi għall-istrumenti tal-Unjoni fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/EU 32 jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għal dawk ir-Regolamenti msemmija hawnhekk. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dan ir-Regolament jiġi implimentat skont ir-rwol tas-SEAE kif previst f’dik id-Deċiżjoni.

(19)Jenħtieġ li l-azzjonijiet previsti hawn taħt isegwu l-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm “Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom”.

Jistabbilixxi l-objettivi ta’ dan il-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2
Objettivi

1.L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jikkomplementa dawk l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament DICI], b’mod partikolari sabiex jappoġġa l-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ sikurezza nukleari, protezzjoni radjoloġika, u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effettivi u u effiċjenti ta’ materjali nukleari f’pajjiżi terzi, li jibnu fuq l-attivitajiet fil-Komunità u f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.Skont il-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu jkun immirat b’mod partikolari għal:

(a)il-promozzjoni ta’ kultura effettiva tas-sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta’ sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni, u titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari;

(b)ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv u d-dekummissjonar u r-rimedjar ta' eks siti u stallazzjonijiet nukleari;

(c)stabbilizzazzjoni ta’ sistemi effiċjenti u effettivi ta’ salvagwardja.

Artikolu 3
Koerenza, konsistenza u komplementarjetà

1.Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu żgurati l-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetà mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI, ma’ Programmi oħra ta’ azzjoni esterna tal-Unjoni, ma’ politiki u Programmi oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.

2.Fejn xieraq, Programmi oħra tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti taħt dan ir-Regolament, diment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Dan ir-Regolament jista’ jikkontribwixxi wkoll għal miżuri stabbiliti bi Programmi oħra tal-Unjoni, diment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. F’dawn il-każijiet, il-programm ta’ ħidma li jkopri dawn l-azzjonjiet għandu jistabbilixxi liema sett ta’ regoli għandhom ikunu applikabbli.

Artikolu 4
Baġit

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta’ EUR 300 miljun fi prezzijiet attwali.

Artikolu 5
Qafas tal-politika

Il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali, u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma’ pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta’ summits jew laqgħat ta’ livell għoli ma’ pajjiż sħab, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Kommunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta’ politika ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

TITOLU II
IMPLIMENTAZZJONI TA’ DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 6

Programmi Indikattivi Pluriennali

1.Il-kooperazzjoni tal-Komunità taħt dan ir-Regolament għandha tiġi implimentata fuq il-bażi tal-programmi indikattivi pluriennali.

2.Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità u fuq il-bażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 5.

3.Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jikkostitwixxu bażi ġenerali għall-kooperazzjoni, u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet tal-Komunità għall-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament, fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi kkonċernati, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jindikaw ukoll il-valur miżjud tal-kooperazzjoni u kif għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' programmi u inizjattivi oħrajn, b'mod partikolari dawk ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom objettivi simili u donaturi ewlenin.

4.Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għall-finanzjament, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull objettiv.

5.Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi jew mar-reġjuni.

6.Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi pluriennali skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni ssegwi l-istess proċedura u għandha tirrevedi u, jekk meħtieġ, taġġorna dawk il-programmi indikattivi.

Artikolu 7

Pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri

1.Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri individwali fuq il-bażi tal-programm indikattiv pluriennali. Il-Kummissjoni tista’ tadotta wkoll miżuri speċjali u tappoġġa miżuri.

Il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri individwali għandhom jispeċifikaw l-objettivi segwiti, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet ewlenin, il-metodi ta’ implimentazzjoni, il-baġit u kull nefqa ta’ appoġġ assoċjata għal kull azzjoni.

Fejn meħtieġ, azzjoni tista' tiġi adottata bħala miżura individwali, qabel jew wara l-adozzjoni tal-programmi indikattiv pluriennali.

Fil-każ ta' ħtiġijiet, ċirkostanzi jew impenji mhux previsti u debitament iġġustifikati, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri speċjali.

2.Il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

3.Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex tkun meħtieġa għal:

(a)pjanijiet ta’ azzjoni, miżuri individwali u miżuri ta’ appoġġ, li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun;

(b)miżuri speċjali li għalihom l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni ma taqbiżx l-EUR 10 miljuni;

(c)emendi tekniċi, sakemm tali emendi ma jaffettwawx sostanzjalment l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni jew tal-miżura kkonċernata, bħal:

(i) tibdil u metodu tal-implimentazzjoni;

(ii) riassenjazzjonijiet ta’ fondi bejn l-azzjonijiet li jinsabu fi pjan ta’ azzjoni;

(iii) żiediet jew tnaqqis tal-baġit tal-pjanijiet ta' azzjoni, u miżuri b'mhux iktar minn 20 % tal-baġit inizjali u li ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun,

Fil-każ ta’ pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri pluriennali, il-limiti msemmija fil-paragrafu (3) (a), (b) u (c)(iii) għandhom ikunu applikabbli fuq bażi annwali.

Meta adottati skont dan il-paragrafu, il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri u l-emendi tekniċi għandhom jiġu kkomunikati lill-kumitat rilevanti msemmi fl-Artikolu 12 fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.

4.    Għal raġunijiet debitament ġustifikati ta' urġenza relatati mal-ħtieġa għal reazzjoni rapida mill-Komunità, il-Kummissjoni għandha tadotta jew temenda l-pjanijiet ta’ azzjoni jew il-miżuri permezz ta' atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3).

Artikolu 8
Miżuri ta’ sostenn

1.Il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jkopri n-nefqa ta’ sostenn għall-implimentazzjoni tal-Istrument u biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat ma’ preparazzjoni, segwitu, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għal tali implimentazzjoni, kif ukoll għan-nefqa fil-kwartieri ġenerali għall-appoġġ amministrattiv meħtieġa għall-programm, u għall-ġestjoni ta’ operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, inklużi azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, u sistemi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

2.Meta n-nefqa ta’ appoġġ ma tkunx inkluża fil-pjanijiet ta’ azzjoni jew miżuri msemmija fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn applikabbli, miżuri ta’ sostenn. Il-finanzjament mill-Unjoni taħt il-miżuri ta’ sostenn jista’ jkopri:

(a)studji, laqgħat, informazzjoni, sensibilizzazzjoni, taħriġ, tħejjija u skambju tat-tagħlimiet meħuda u tal-aħjar prattiki, attivitajiet ta’ pubblikazzjoni u kull nefqa oħra għall-assistenza amministrattiva jew teknika meħtieġa għall-ipprogrammar u l-ġestjoni ta’ azzjonijiet, inklużi missjonijiet ta’ tiftix tal-fatti jew esperti esterni mħallsa;

(b)nefqa relatata mal-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni u l-komunikazzjoni korporattiva u l-viżibbiltà tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.

Artikolu 9Metodi ta’ kooperazzjoni

Il-finanzjament taħt dan l-Istrument għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni, kif previst mir-Regolament Finanzjarju, jew direttament mill-Kummissjoni nfisha jew indirettament permezz ta’ xi wieħed mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 10
Forom ta’ finanzjament mill-UE u metodi ta’ implimentazzjoni

1.Il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jiġi pprovdut permezz tat-tipi ta’ finanzjament previsti mir-Regolament Finanzjarju, u b'mod partikolari:

(a)għotjiet ta' flus;

(b)kuntratti ta' akkwist pubbliku għal servizzi jew provvisti;

(c)esperti esterni mħallsa;

(d)taħlit;

2.Is-sostenn skont dan ir-Regolament jista’ jiġi wkoll implimentat skont ir-regoli applikabbli għal Garanzija għall-Azzjoni Esterna stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI u jikkontribwixxi għall-proviżjonament favur il-Garanzija għal Azzjoni Esterna. Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI għandha wkoll tappoġġa l-operazzjonijiet fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom 33 .

Ir-rata ta’ proviżjonament għall-operazzjonijiet ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna li għalihom jikkontribwixxi dan ir-Regolament għandha tkun ta’ 9 %.

3.Ir-rati ta’ proviżjonament għandhom ikunu riveduti kull tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11
Persuni u entitajiet eliġibbli

1.Il-parteċipazzjoni fl-akkwist, l-għotjiet u l-proċeduri ta’ għoti ta’ premjijiet għal azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament għandha tkun miftuħa għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u għall-entitajiet legali kollha li huma ċittadini tal-pajjiżi jew tat-territorji li ġejjin, jew, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, li huma wkoll stabbiliti b’mod effettiv fihom:

(a)l-Istati Membri, il-benefiċjarji tar-Regolament (UE) IPA III, u l-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)il-pajjiżi sħab fil-viċinat tar-Regolament (UE) NDICI;

(c)il-pajjiżi u t-territorji fil-fażi tal-iżvilupp, kif inklużi fil-lista ta’ benefiċjarji tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp ippubblikata mill-Kumitat għall-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, li mhumiex membri tal-grupp G-20, u pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.../... (UE);

(d)il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, kif inklużi fil-lista ta’ benefiċjarji tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp, li huma membri tal-grupp G-20, u għal pajjiżi u territorji oħra, meta l-proċedura rilevanti sseħħ fil-kuntest ta’ azzjoni ffinanzjata mill-Unjoni skont dan ir-Regolament li jipparteċipaw fiha;

(e)il-pajjiżi li għalihom huwa stabbilit aċċess reċiproku għall-finanzjament estern mill-Kummissjoni; dan l-aċċess reċiproku jista' jingħata, għal perjodu limitat ta' mill-inqas sena, kull meta pajjiż jikkonċedi eliġibbiltà fuq termini ugwali lil entitajiet mill-Unjoni u minn pajjiżi eliġibbli skont dan l-Artikolu; il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-aċċess reċiproku u dwar id-durata tiegħu wara konsultazzjoni mal-pajjiż jew pajjiżi riċevituri kkonċernati;

(f)il-pajjiżi membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, fil-każ ta’ kuntratti implimentati f’wieħed mill-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati jew f’Pajjiż Fqir b’Ħafna Dejn, kif inkluż fil-lista ta’ riċevituri tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp;

(g)pajjiżi terzi oħra li fihom jitwettqu l-attivitajiet kif previsti fil-programmi, fil-pjanijiet ta’ azzjoni jew fil-miżuri indikattivi pluriennali speċifiċi;

2.Il-provvisti u l-materjali kollha ffinanzjati skont dan ir-Regolament jistgħu joriġinaw mill-pajjiżi u skont il-kundizzjonijiet rispettivi fil-paragrafu 1.

3.Ir-regoli stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw, u ma għandhomx joħolqu restrizzjonijiet ta’ nazzjonalità għal persuni fiżiċi impjegati jew ikkuntrattati legalment b’xi mod ieħor minn kuntrattur eliġibbli jew, fejn applikabbli, subkuntrattur.

4.Għal azzjonijiet koffinanzjati b’mod konġunt minn entità, jew implimentati b’ġestjoni diretta jew indiretta ma’ entitajiet kif imsemmija fil-punt (c) minn (ii) sa (viii) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli ta’ eliġibbiltà ta’ dawn l-entitajiet għandhom japplikaw ukoll.

5.Meta donaturi jipprovdu finanzjament għal fond fiduċjarju stabbilit mill-Kummissjoni jew permezz ta’ dħul assenjat estern, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ eliġibbiltà fl-att kostituttiv tal-fond fiduċjarju jew fil-ftehim mad-donaturi fil-każ ta’ dħul assenjat estern.

6.Fil-każ ta’ azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament u minn Programm ieħor tal-Unjoni, l-entitajiet eliġibbli taħt xi wieħed minn dawn il-Programmi għandhom jitqiesu bħala eliġibbli.

7.Ir-regoli ta’ eliġibbiltà ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu ristretti fir-rigward tan-nazzjonalità, il-pożizzjoni ġeografika jew in-natura tal-applikanti, jew oriġini ta’ provvista u ta’ materjali, fejn tali restrizzjonijiet ikunu meħtieġa min-natura speċifika u l-għanijiet tal-azzjoni u fejn ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tagħha.

8.L-offerenti, l-applikanti u l-kandidati minn pajjiżi mhux eliġibbli jistgħu jiġu aċċettati bħala eliġibbli fil-każ ta’ urġenza jew nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ servizzi fis-swieq tal-pajjiżi jew territorji kkonċernati, jew f’każijiet oħrajn debitament sostanzjati fejn l-applikazzjoni tar-regoli tal-eliġibbiltà tirrendi t-twettiq ta’ azzjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

9.Sabiex jiġu promossi l-kapaċitajiet, is-swieq u x-xiri lokali, għandha tingħata prijorità lill-kuntratturi lokali u reġjonali meta r-Regolament Finanzjarju jipprevedi għotja fuq il-bażi ta' offerta waħda. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-parteċipazzjoni ta' kuntratturi lokali u reġjonali għandha tiġi promossa skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12
Monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni

1.Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 31 il-paragrafi 2, 4, 5 u 6, u l-Artikoli 32 u 36 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI.

2.L-ilħuq tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament għandu jitkejjel fuq il-bażi tal-indikaturi li ġejjin:

(a)in-numru ta’ atti legali u regolatorji mħejjija, introdotti jew riveduti; u

(b)in-numru ta’ disinn, kunċett jew studji ta’ fattibbiltà għall-istabbiliment ta’ faċilitajiet skont l-ogħla standards ta’ sikurezza nukleari.

TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13
Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tas-Sikurezza Nukleari. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 14
Informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità u deroga mir-rekwiżiti ta’ viżibbiltà

L-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-pubbliċità relatati mal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3, u d-deroga minn rekwiżiti ta’ viżibbiltà għandhom jitwettqu skont l-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX NDICI.

Artikolu 15
Klawżola SEAE

Dan ir-Regolament għandu japplika skont id-Deċiżjoni 2010/427/UE.

Artikolu 16
Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Il-pakkett finanzjarju għal dan ir-Regolament jista’ jkopri wkoll n-nefqa tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn dan ir-Regolament u l-azzjonijiet adottati qabel ma jidħol fis-seħħ, b’mod partikolari dawk koperti mir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014.

2.Il-pakkett finanzjarju għal dan ir-Regolament jista’ jkopri n-nefqa relatata mat-tħejjija ta’ kwalunkwe suċċessur għal dan ir-Regolament.

3.Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru n-nefqa prevista fl-Artikolu 6, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompluti sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 17
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

           Għall-Kunsill

           Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

L-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkumplementa l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat tal-Euratom.

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Azzjoni Esterna

1.3.Il-proposta / l-inizjattiva hija dwar:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota / azzjoni preparatorja 34  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

fużjoni jew ir-ridirezzjoni ta' azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi(u) ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jikkumplimenta dawk l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati taħt [ir-Regolament NDICI], b’mod partikolari sabiex jappoġġa l-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ sikurezza nukleari, radjuprotezzjoni, u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi ta’ materjali nukleari f’pajjiżi terzi, billi jibni fuq l-attivitajiet fil-Komunità u f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. żidiet fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività jew komplimentaritajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li b’mod ieħor kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

L-UE u l-Komunità għandhom għarfien espert sinifikanti f’dan il-qasam li joriġina mill-istorja tal-Ewropa stess, li jibni fuq l-attivitajiet ta’ salvagwardja proprji tagħha fl-Unjoni, u minn politiki ta’ suċċess. Għandha reputazzjoni internazzjonali rikonoxxuta fil-qasam tas-sikurezza nukleari u tas-salvagwardji nukleari ta’ materjali nukleari, b’mod partikolari permezz tar-rwol tagħha fl-implimentazzjoni tas-salvagwardji fl-UE u fis-sostenn għall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika.

L-UE u l-Komunità jistgħu jipprovdu valur miżjud ibbażat fuq il-volum tar-riżorsi trasferiti permezz tal-istrumenti tagħha, il-modi ta’ ġestjoni relattivament flessibbli u l-prevedibbiltà tar-riżorsi matul il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu 35 adottat mill-Kummissjoni fuq 10 mill-istrumenti ta’ finanzjament estern 36 , ir-rapporti ta’ evalwazzjonijiet ex post dwar assistenza makrofinanzjarja u r-rieżami ta’ nofs it-terminu dwar il-mandat ta’ self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment 37 kollha kkonkludew li l-istrumenti ta’ finanzjament estern kienu, b’mod ġenerali, xierqa għall-iskop tagħhom u li kienu qed ifeġġu xejriet pożittivi fir-rigward tal-kisba tal-objettivi. Ir-rapporti juru li jenħtieġu aktar riżorsi għal strumenti ta’ finanzjament estern minħabba li waslu fil-limitu finanzjarju tagħhom.

L-istrumenti stabbilew il-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettivi u l-proċeduri biex jippermettu l-implimentazzjoni tal-politiki. Ir-rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu wera li n-natura abiltanti tagħhom tippermettilhom ikopru ħafna mill-ħtiġijiet u l-għanjiet tal-azzjoni esterna tal-UE. Dawn jibbenefikaw minn riflessjoni aħjar ta’ għadd ta’ żviluppi bħal: il-qafas ta’ politika l-ġdid inkluża l-kopertura universali tal-Aġenda 2030, il-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati, u l-projezzjoni esterna tal-politiki interni.

Ir-rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu jiġbed l-attenzjoni lejn xejriet pożittivi li qed ifiġġu f’dak li għandu x’jaqsam mal-kisba ta’ riżultati. Madankollu, ta’ min jinnota d-diffikultajiet fil-kejl tal-kisbiet. Spiss kien hemm informazzjoni limitata dwar is-sistemi ta’ monitoraġġ imsemmija fl-istrumenti. Kien hemm nuqqas ta’ data (inklużi l-linji bażi) biex tkejjel jekk l-istrumenti kinux fit-triq it-tajba sabiex jintlaħqu uħud mill-objettivi tagħhom (b’mod partikolari dawk ta’ livell għoli), u fehim li bosta fatturi esterni (pereż. linji politiċi tal-pajjiżi sħab u donaturi oħra) jinfluwenzaw il-kisba tal-objettivi.

Filwaqt li l-prestazzjoni ġenerali tal-organizzazzjoni nstabet li kienet effiċjenti, xi atturi qiesu li l-implimentazzjoni ta’ xi strumenti kienet ta’ piż amministrattiv. Xi drabi l-Kummissjoni tqieset li kienet aktar iffokata fuq il-proċess aktar milli fuq l-objettivi ta’ politika u r-riżultati.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħra

Meta jiġi implimentat dan ir-Regolament, tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki oħra rilevanti tal-UE, flimkien ma’ koerenza ta’ politika għall-iżvilupp 38 . Kif inkorporat fl-Aġenda tal-2030, dan ifisser li jitqies l-impatt tal-politiki kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha — nazzjonali, fl-UE, f’pajjiżi oħra u f’livell dinji.

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu mfittxija sinerġiji ma’ azzjonijiet bi programmi oħra tal-UE, sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta’ interventi kkombinati.

Jenħtieġ li azzjonijiet iffinanzjati taħt din il-proposta jkunu konsistenti u jikkomplementaw dawk imwettqa taħt l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Istrument għal Qabel l-Adezjoni III, id-Deċiżjoni dwar Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej, il-politika estera u ta’ sigurtà komuni u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi li għadha kif ġiet proposta 39 u li hija ffinanzjata barra mill-baġit tal-UE.

1.5.Durata u impatt finanzjarju

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta' pagament.

 durata illimitat

Implimentazzjoni b'perjodu ta' inizjalizzazzjoni mill-2021 ’il quddiem

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 40  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.

Kummenti

In-nefqa esterna teħtieġ il-kapaċità li jintużaw il-modi ta’ ġestjoni previsti kollha skont kif rilevanti u deċiż waqt il-fażi tal-implimentazzjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni huma dejjem aktar iffokati fuq ir-riżultati. Dawn jinvolvu l-persunal intern kif ukoll sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u kompetenza esterna.

Task Managers fid-Delegazzjonijiet u l-Kwartieri Ġenerali qegħdin kontinwament jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti u programmi, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, bħala parti mir-rapportar regolari tagħhom u inkluż kull meta jkun possibbli permezz ta’ żjarat fil-post. Il-monitoraġġ intern jipprovdi informazzjoni importanti dwar il-progress; huwa jgħin lill-maniġers biex jidentifikaw l-ostakli attwali u dawk potenzjali, u biex jieħdu azzjoni korrettiva.

Barra minn hekk, l-esperti esterni indipendenti huma kkuntrattati biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-azzjonijiet esterni tal-UE permezz ta’ tliet sistemi differenti. Dawn il-valutazzjonijiet jikkontribwixxu għar-responsabbiltà u għat-titjib tal-interventi li jkunu għaddejjin; barra minn hekk huma jitgħallmu wkoll mill-esperjenza tal-imgħoddi biex jinformaw lill-politiki u l-azzjonijiet futuri. Sistemi bħal dawn ġeneralment jużaw il-kriterji ta’ evalwazzjoni rikonoxxuti internazzjonalment tal-Kumitat tal-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp fl-Ekonomija inkluż l-impatt (potenzjali). L-ewwel nett, għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp, fuq il-livell ta’ proġett, is-sistema ta’ Monitoraġġ Orjentata lejn ir-Riżultati (Results Oriented Monitoring, ROM) ġestita mill-Kwartieri Ġenerali tipprovdi stampa ta’ malajr u ffukata tal-kwalità ta’ kampjun tal-intervenzjonijiet. Bl-użu ta’ metodoloġija strutturata u standardizzata ħafna, l-esperti indipendenti tar-ROM jivvalutaw il-prestazzjoni tal-proġett tul il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-Kumitat tal-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp fl-Ekonomija u jagħtu rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ titjieb l-implimentazzjoni futura.

L-evalwazzjonijiet fuq il-livell ta’ proġett, li huma prinċipalment ġestiti mid-Delegazzjoni tal-UE inkarigata mill-proġett, iwasslu analiżi aktar dettaljata u fil-fond u jgħinu lil-maniġers tal-proġetti biex itejbu l-interventi li jkunu għaddejjin u jħejju għal dawk tal-ġejjieni. L-esperti esterni indipendenti b’kompetenzi tematiċi u ġeografiċi huma impjegati biex iwettqu l-analiżi u biex jiġbru feedback u evidenza mill-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari mill-benefiċjarji finali. Il-Kummissjoni tmexxi wkoll evalwazzjonijiet strateġiċi tal-politiki tagħha, minn programmar u strateġija għall-implimentazzjoni ta’ interventi f’settur speċifiku (bħas-saħħa, jew l-edukazzjoni), f’pajjiż jew f’reġjun, jew ta’ Strument speċifiku. Dawn l-evalwazzjonijiet huma kontribut importanti għall-formulazzjoni tal-politiki u tad-disinn tal-istrumenti u l-proġetti. Dawn l-evalwazzjonijiet huma kollha ppubblikati fuq is-sit tal-Kummissjoni u sommarju tas-sejbiet hi inkluża fir-Rapport Annwali tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew.

2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Il-modi ta’ ġestjoni

Rigward il-metodi ta’ ġestjoni, ma hemmx bidliet fundamentali li huma previsti u l-esperjenza miksuba mis-servizzi tal-Kummissjoni u mill-atturi involuti fl-implimentazzjoni bil-programmi preċedenti se jikkontribwixxu għal riżultati aħjar fil-ġejjieni. Il-pajjiżi sħab għadhom qegħdin jaġġustaw għall-qafas leġiżlattiv eżistenti u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-INSC għadha fi stadju bikri; għalhekk għandha tiġi garantita massimu ta’ kontinwità.

L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt dan ir-Regolament se jiġu implimentati b’ġestjoni diretta mill-Kummissjoni mill-Kwartieri ġenerali u / jew permezz tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u b’ġestjoni indiretta minn kwalunkwe waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid sabiex jintlaħqu aħjar l-objettivi tar-Regolament.

Rigward ġestjoni indiretta, kif iddikjarat fl-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid, dawn l-entitajiet iridu jiggarantixxu livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE ekwivalenti għal dak b'ġestjoni diretta. Se ssir valutazzjoni tal-pilastru ex ante tas-sistemi u l-proċeduri tal-entitajiet, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità u b’kunsiderazzjoni xierqa għan-natura tal-azzjoni u tar-riskji finanzjarji involuti. Fejn l-implimentazzjoni teħtieġ hekk jew jekk kien hemm riżervi espressi f’Rapporti Annwali dwar l-Attivitajiet, se jiġu definiti u implimentati pjanijiet ta’ azzjoni b’miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni. Barra minn hekk, miżuri superviżorji xierqa imposti mill-Kummissjoni jistgħu jakkumpanjaw l-implimentazzjoni.

L-Istrument jipprevedi li l-ġestjoni indiretta tista’ wkoll tiġi fdata lil pajjiżi sħab jew lill-korpi li jinnominaw. Tali ġestjoni indiretta tal-pajjiżi sħab tista’ tieħu l-forma ta’ gradi varji ta’ delega: delega parzjali li biha l-Kummissjoni żżomm kontroll ex ante fuq deċiżjonijiet tal-pajjiż sieħeb u tesegwixxi pagamenti f’isem il-pajjiż sieħeb li bis-saħħa tal-Artikolu 154(6)(b) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid ma teħtieġx valutazzjoni tal-pilastru ex ante. Jew delega sħiħa li biha, wara valutazzjoni tal-pilastru ex ante, il-pajjiż sieħeb jista’ jimplimenta l-azzjoni bl-użu tas-sistemi u l-proċeduri vvalutati tiegħu stess, mingħajr ebda kontroll ex ante mill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-pajjiż sieħeb.

Struttura ta’ Kontroll Intern

Il-proċess ta’ kontroll / ta’ ġestjoni intern(a) huwa mfassal sabiex jipprovdi aċċertament raġonevoli rigward il-kisba ta’ għanijiet fl-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tiegħu, l-affidabbiltà tar-rapportar finanzjarju tiegħu u l-konformità mal-qafas leġiżlattiv u proċedurali rilevanti.

Effettività u effiċjenza

Biex jiġu żgurati l-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tiegħu (u biex jittaffa l-livell għoli ta' riskju fl-ambjent tiegħu ta' assistenza esterna), flimkien mal-elementi kollha tal-proċess ta' Politika u Ppjanar Strateġiku madwar il-Kummissjoni, l-ambjent tal-awditjar intern u rekwiżiti oħra tal-Qafas tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni, is-servizzi ta’ implimentazzjoni se jkomplu b'qafas maħdum speċifikament ta' ġestjoni ta' għajnuna operattiv taħt l-istrumenti kollha tagħha li jinkludu:

   Ġestjoni devoluta tal-maġġoranza tal-assistenza esterna mid-Delegazzjonijiet tal-UE fil-qasam.

   Linji ċari u formalizzati ta’ responsabbiltà finanzjarja (mill-uffiċjal Awtorizzanti Delegat (Direttur Ġenerali) permezz ta’ sottodelega mill-Uffiċjal Awtorizzanti Sottodelegat (Direttur) fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kap tad-Delegazzjoni;

   Rapportar regolari mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni lill-kwartieri ġenerali (Rapporti dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna) fosthom Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni annwali mill-Kap tad-Delegazzjoni;

   Provvista ta’ programm sostanzjali ta’ taħriġ għall-persunal kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet;

   Appoġġ u gwida sinifikanti mill-kwartieri ġenerali / delegazzjoni (inkluż permezz tal-internet);

   Żjarat regolari ta' superviżjoni lid-delegazzjonijiet kull tliet (3) sa sitt (6) snin;

   Metodoloġija għall-ġestjoni taċ-ċiklu ta' proġett u ta' programm li tinkludi; għodod ta’ appoġġ għall-kwalità fit-tfassil tal-intervent, il-metodu ta’ twassil tiegħu, il-mekkaniżmu ta’ finanzjament, is-sistema ta’ ġestjoni, il-valutazzjoni u l-għażla ta’ kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, eċċ.; il-ġestjoni ta' programmi u proġetti, l-għodod ta' monitoraġġ u rapportar għal implimentazzjoni effettiva inkluż il-monitoraġġ estern regolari tal-proġetti fil-post; u komponenti sinifikanti ta’ evalwazzjoni u verifika. Is-simplifikazzjonijiet se jitfittxew billi l-użu ta’ għażliet tal-kost issimplifikati u l-kontrodipendenza jiġi estiż għax-xogħol ta’ awditjar ta’ organizzazzjonijiet sħab. Se jkun hemm kontinwazzjoni ta’ approċċ ta’ kontrolli differenzjat skont ir-riskji sottostanti.

Rapportar Finanzjarju u Kontabbiltà

Is-servizzi ta’ implimentazzjoni se jkomplu jsegwu l-ogħla standards ta’ rapportar kontabilistiku u finanzjarju bl-użu tas-sistema ta' kontabbiltà tal-Kummissjoni bbażata fuq id-dovuti (accruals based accounting system, ABAC) kif ukoll bl-għodod speċifiċi ta’ assistenza esterna bħas-Sistema ta' Informazzjoni Komuni Relex (Common Relex Information System, CRIS) u s-suċċessur tagħha (OPSYS).

Fir-rigward tal-konformità mal-qafas leġiżlattiv u proċedurali rilevanti, il-metodi ta’ kontroll tal-konformità huma stabbiliti fit-Taqsima 2.3 (miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet).

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

L-ambjent operazzjonali tal-kooperazzjoni taħt dan l-istrument huwa kkaratterizzat mir-riskji li ma jintlaħqux l-għanijiet tal-istrument, minn ġestjoni finanzjarja subottimali u / jew min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli (żbalji ta’ legalità u ta’ regolarità) relatati ma’:

   l-instabbiltà ekonomika / politika u / jew id-diżastri naturali li jistgħu jwasslu għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' interventi, partikolarment fi stati fraġli;

   in-nuqqas ta' kapaċità istituzzjonali u amministrattiva fil-pajjiżi sħab jista' jwassal għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' interventi;

   il-proġetti u l-programmi mxerrdin fuq bażi ġeografika (li jkopru bejn wieħed u ieħor ħafna stati / territorji / reġjuni) jistgħu joħolqu sfidi ta' loġistika jew ta' riżorsi għall-monitoraġġ - partikolarment matul kull attività ta' segwitu fil-post;

   id-diversità tas-sħab / tal-benefiċjarji potenzjali flimkien mal-varji strutturi u kapaċitajiet interni ta' kontroll tagħhom jistgħu jifframmentaw, u għalhekk inaqqsu, l-effikaċja u l-effiċjenza tar-riżorsi disponibbli tal-Kummissjoni għall-appoġġ u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni;

   il-kwalità fqira u n-nuqqas ta' kwantità tad-data disponibbli dwar l-eżitu u l-impatt tal-implimentazzjoni tal-assistenza esterna fil-pajjiżi sħab jistgħu jfixklu l-abbiltà tal-Kummissjoni li tirrapporta dwar ir-riżultati u li tkun responsabbli għalihom.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Dawn il-kostijiet ta’ ġestjoni intern / ta’ kontroll interna jirrapreżentaw madwar 4 % tal-medja annwali stmata ta’ EUR 12,78 biljun ippjanati għall-impenji ġenerali (operazzjonali + amministrattivi) fuq il-portafoll tan-nefqa ffinanzjata mill-Baġit Ġenerali tal-UE u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-perjodu 2021-2027. Dan il-kost tal-kalkolu ta’ kontroll jirreferi biss għall-kostijiet tal-Kummissjoni, bl-esklużjoni tal-Istati Membri jew tal-entitajiet fdati. L-entitajiet fdati jistgħu jżommu sa 7 % għall-amministrazzjoni ta’ fondi, li jistgħu jiġu parzjalment użati għal skopijiet ta’ kontroll.

Dawn il-kostijiet ta’ ġestjoni jqisu l-persunal kollu fil-kwartieri generali u fid-delegazzjonijiet, fl-infrastruttura, fl-ivvjaġġar, fit-taħriġ, fil-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-kuntratti ta’ awditjar (inklużi dawk imnedija mill-benefiċjarji).

Il-proporzjon tal-attivitajiet ta’ ġestjoni / attivitajiet operazzjonali jista’ jitnaqqas maż-żmien taħt l-arranġamenti mtejba u ssimplifikati tal-istrument il-ġdid, li jibni fuq bidliet li għandhom jiġu introdotti mir-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Il-benefiċċji ewlenin ta’ dawn il-kostijiet ta’ ġestjoni jinkisbu billi jintlaħqu l-objettivi ta’ politika, l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi, u l-eżerċizzju ta' miżuri preventivi kost-effettivi u robusti u verifiki oħra biex jiżguraw l-użu legali u regolari tal-fondi.

Filwaqt li se tkompli l-ħidma għat-titjib fin-natura u fl-immirar tal-attivitajiet ta' ġestjoni u tal-kontrolli ta' konformità fir-rigward tal-portafoll, dawn il-kostijiet huma ġeneralment meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrumenti b'mod effikaċi u effiċjenti, b’riskju minimu ta’ nonkonformità (żball residwu taħt it-2 %). Dawn huma sinifikament inqas minn riskji li jirriżultaw mit-tneħħija jew mit-tnaqqis tal-kontrolli interni f'dan il-qasam ta' riskju għoli.

Il-livell ta’ riskju mistenni ta’ nonkonformità mar-regoli applikabbli

L-għan ta’ konformità għall-Istrument huwa li jżomm livell storiku ta’ riskju ta’ nonkonformità (rata ta’ żball) li huwa ġeneralment livell reżidwu “nett” ta’ żball (fuq bażi multiannwali wara li jkunu saru l-kontrolli u l-korrezzjonijiet ippjanati kollha f’kuntratti magħluqa) ta’ inqas minn 2 %. Dan tradizzjonalment jikkorrespondi għal firxa stmata ta' żbalji ta' 2-5 % f’termini ta' kampjun aleatorju annwali ta' tranżazzjonijiet imwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-finijiet tad-Dikjarazzjoni annwali ta' Assigurazzjoni (DAS). Il-Kummissjoni tqis li dan huwa l-aktar riskju ta' nonkonformità baxx li jista' jinkiseb fir-rigward tal-ambjent ta' riskju għoli tiegħu u filwaqt li jitqiesu l-piż amministrattiv u l-kosteffettività meħtieġa għall-kontrolli ta' konformità. Meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet, se jiġu implimentati miżuri korrettivi mmirati li jiżguraw rati ta’ żbalji minimi.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Minħabba l-ambjent ta’ riskju għoli, jeħtieġ li s-sistemi jantiċipaw okkorrenza sinifikanti ta’ żbalji ta’ konformità (irregolaritajiet) potenzjali fit-tranżazzjonijiet u jibnu livell għoli ta’ kontrolli ta’ prevenzjoni, detezzjoni u korrezzjoni malajr kemm jista’ jkun fil-proċess ta’ pagament. Dan ifisser fil-prattika li l-kontrolli ta’ konformità se jiddependu l-aktar fuq kontrolli ex ante sinifikanti fuq bażi pluriennali li jsiru kemm mill-awdituri esterni kif ukoll mill-persunal tal-Kummissjoni fil-qasam qabel il-pagamenti finali tal-proġett (filwaqt li xorta jwettqu xi verifiki ex post), li jmur ferm lil hinn mis-salvagwardji finanzjarji meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju. Il-qafas ta’ konformità hu magħmul fost l-oħrajn mill-komponenti sinifikanti li ġejjin:

Miżuri preventivi

- Taħriġ ewlieni obbligatorju li jkopri kwistjonijiet ta’ frodi għall-istaff maniġerjali tal-għajnuna u għall-awdituri;

- L-għoti ta' gwida (inkluż permezz tal-internet) inkluż manwal ta’ proċeduri eżisteni bħad-DEVCO Companion u s-sett ta' għodod għall-Ġestjoni tal-Finanzi (Financial Management Toolkit) (għas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni);

- Valutazzjoni ex ante biex jiġi żgurat li hemm fis-seħħ miżuri xierqa kontra l-frodi biex jipprevjenu u jikxfu l-frodi fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE fost l-awtoritajiet li jimmaniġġaw il-fondi rilevanti b'ġestjoni konġunta u deċentralizzata;

Screening ex ante tal-mekkaniżmi ta’ kontra l-frodi disponibbli fil-pajjiż sieħeb bħala parti mill-valutazzjoni tal-kriterju ta’ eliġibbiltà tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi għar-riċeviment tal-appoġġ baġitarju (jiġifieri l-impenn attiv fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, awtoritajiet ta’ spezzjoni xierqa, kapaċità ġudizzjarja suffiċjenti u mekkaniżmi ta’ sanzjoni u ta’ rispons effiċjenti);

Miżuri ta' detezzjoni u miżuri korrettivi

- Verifiki ex ante tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-persunal tal-Kummissjoni;

- Eżerċizzji ta’ awditjar u ta’ verifiki (kemm dawk obbligatorji kif ukoll dawk ibbażati fuq ir-riskju), inkluża l-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

- Kontrolli retrospettivi (fuq bażi tar-riskju) u rkupri;

- Sospensjoni tal-finanzjament tal-UE fejn ikun hemm każ serju ta’ frodi, inkluża korruzzjoni fuq skala kbira, sakemm l-awtoritajiet jieħdu azzjoni xierqa bil-għan li jikkoreġu u jipprevjenu tali frodi fil-futur;

- Sistema ta’ Esklużjoni ta’ Detezzjoni Bikrija (Early Detection Exclusion System, EDES);

Sospensjoni / tmiem ta’ kuntratt;

- Proċedura ta’ esklużjoni

L-istrateġiji kontra l-frodi tas-servizzi kkonċernati, li huma riveduti regolarment, se jiġu adattati kif meħtieġ ladarba l-verżjoni l-ġdida tal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi (Commission's Anti-Fraud Strategy, CAFS) tkun ġiet ippubblikata biex tiżgura fost l-oħrajn li;

- Is-sistemi użati biex jintefqu l-fondi tal-UE f’pajjiżi terzi jippermettu li data rilevanti tiġi rkuprata bil-ħsieb li din id-data tintuża għall-ġestjoni tar-riskju tal-frodi (pereż. il-finanzjament doppju);

- Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta’ netwerking u għodod xierqa tal-IT ddedikati għall-analiżi tal-każijiet tal-frodi marbuta mas-settur tal-għajnuna esterna.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja(i) baġitarja(i) ġdida/ġodda tan-nefqa proposti

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura VI. Il-Viċinat u d-Dinja

Diff./Mhux diff 41 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 42

mill-pajjiżi kandidati 43

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

VI

15 01 05 Nefqa ta’ sostenn għall-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

VI

15 06 Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkumplimenta l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat tal-Euratom

Diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

<VI>

Intestatura VI. Il-Viċinat u d-Dinja

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsuma skont il-linji baġitarji elenkati taħt 3.1)

Impenji

(1)

36 061

36 990

38 308

40 105

42 412

45 438

49 094

288 408

Pagamenti

(2)

4 861

11 460

17 728

24 025

29 872

34 158

37 874

128 430

288 408

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 44  

Impenji = Pagamenti

(3)

1 559

1 590

1 622

1 655

1 688

1 722

1 756

11 592

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

37 620

38 580

39 930

41 760

44 100

47 160

50 850

300 000

Pagamenti

=2+3

6 420

13 050

19 350

25 680

31 560

35 880

39 630

128 430

300 000



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

VII

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

1 001

1 001

1 001

1 001

1 001

1 001

1 001

7 007

Nefqa amministrattiva oħra

0 086

0 086

0 086

0 086

0 086

0 086

0 086

0 603

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

1 087

1 087

1 087

1 087

1 087

1 087

1 087

7 610

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

38 707

39 667

41 017

42 847

45 187

48 247

51 937

307 610

Pagamenti

7 507

14 137

20 437

26 767

32 647

36 967

40 717

128 430

307 610

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1 001

1 001

1 001

1 001

1 001

1 001

1 001

7 007

Nefqa amministrattiva oħra

0 086

0 086

0 086

0 086

0 086

0 086

0 086

0 603

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

1 087

1 087

1 087

1 087

1 087

1 087

1 087

7 610

Barra mill-INTESTATURA 7 45
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1 232

1 232

1 232

1 232

1 232

1 232

1 232

8 623

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

0 327

0 359

0 390

0 423

0 456

0 490

0 524

2 969

Subtotal
barra mill-Intestatura 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

1 559

1 590

1 622

1 655

1 688

1 722

1 756

11 592

TOTAL

2 646

2 678

2 709

2 742

2 775

2 809

2 843

19 203

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li jkunu ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani 46

   Il-proposta / L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni

7

7

7

7

7

7

7

Delegazzjonijiet

Riċerka

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  47

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  48

- fil-Kwartieri Ġenerali

16

16

16

16

16

16

16

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

23

23

23

23

23

23

23

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu pprovduti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat lill-ġestjoni tal-azzjoni u / jew ġie riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ. ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jiġġestixxi skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Il-kompiti se jkunu l-istess bħal fil-preżent (politika, programmar, finanzi u kuntratti, kompiti orizzontali oħra)

Persunal estern

Il-kompiti se jkunu l-istess bħal fil-preżent (politika, programmar, finanzi u kuntratti, kompiti orizzontali oħra)

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta / L-inizjattiva:

    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta / L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta / L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq dħul ieħor

indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta / tal-inizjattiva 49

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

(1)    COM (2018) 321 final.
(2)    COM/2018/092 final.
(3)    SWD (2018) 337.
(4)     https://ec.europa.eu/europeaid/mid-term-review-report-external-financing-instruments_en  
(5)    Ir-Regolament COM(2018)460 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali.
(6)    COM (2018) 465 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III).
(7)    COM(2018) 461 final Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjii u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (“id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea”).
(8)    C(2018) 3800 final Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi.
(9)    Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu COM(2017) 720 final kien ibbażat fuq 10 dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, wieħed għal kull strument (ara l-lista ta’ hawn taħt), li min-naħa tagħhom kienu bbażati fuq 10 evalwazzjonijiet indipendenti. Ir-rapport ta’ nofs it-terminu, id-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal u l-evalwazzjonijiet indipendenti jinsabu hawn: https://ec.europa.eu/europeaid/public-consultation-external-financing-instruments-european-union_en
(10)    L-għaxar strumenti kienu: l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (SKŻ); il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ); l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (European Neighbourhood Instrument, ENI); l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (Instrument for Pre-Accession, IPA II) l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (Instrument contributing to Stability and Peace, IcSP); l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (European Instrument for Democracy and Human Rights, EIDHR); l-Istrument ta’ Sħubija (Partnership Instrument, PI); l-Istrument għall-Kooperazzjoni għas-Sigurtà Nukleari (SKSN); id-Deċiżjoni dwar Greenland (Greenland Decision, GD); u r-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni (Common Implementing Regulation, CIR).
(11)     http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52016DC0584   
(12)     https://ec.europa.eu/europeaid/public-consultation-external-financing-instruments-european-union_en
(13)    Għal aktar informazzjoni dwar il-konsultazzjoni pubblika ara https://ec.europa.eu/europeaid/public-consultation-external-financing-instruments-european-union_en
(14)    Ara https://ec.europa.eu/europeaid/evaluation-blending_en
(15)    Ara https://ec.europa.eu/europeaid/public-consultation-external-financing-instruments-european-union_en
(16)     http://www.oecd.org/dac/peer-reviews/europeanunion2012dacpeerreviewmainfindingsandrecommendations.htm  
(17)    SWD (2018) 337.    Spazju riżervat
(18)    Ħlief għall-attivitajiet nukleari li jenħtieġ li jsegwu l-proċedura speċifika tal-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom.
(19)    B’mod partikolari, fid-”Dokument ta’ Riflessjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE” (Ġunju 2017), u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (Frar 2018).
(20)    Spazju riżervat
(21)    COM (2018) 321, 2.5.2018
(22)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
(23)    Spażju riżervat għar-referenza tal-Opinjoni
(24)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109).
(25)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(26)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p.1)
(27)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1).
(28)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(29)    ĠU L 283, 31.10.2017,C , , p.1. .
(30)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(31)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(32)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(33)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/EURATOM tad-29 ta’ Marzu 1977 li tagħti l-jedd lill-Kummissjoni li toħroġ self tal-Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ power stations nukleari (ĠU L 88, 6.4.1977, p. 9).
(34)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(35)    Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu COM(2017) 720 final kien ibbażat fuq 10 dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, wieħed għal kull strument (ara l-lista ta’ hawn taħt), li min-naħa tagħhom kienu bbażati fuq 10 evalwazzjonijiet indipendenti. Ir-rapport ta’ nofs it-terminu, id-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal u l-evalwazzjonijiet indipendenti jinsabu hawn: https://ec.europa.eu/europeaid/public-consultation-external-financing-instruments-european-union_en
(36)    L-għaxar strumenti kienu: l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (SKŻ); il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ); l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (European Neighbourhood Instrument, ENI); l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (Instrument for Pre-Accession, IPA II) l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (Instrument contributing to Stability and Peace, IcSP); l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (European Instrument for Democracy and Human Rights, EIDHR); l-Istrument ta’ Sħubija (Partnership Instrument, PI); l-Istrument għall-Kooperazzjoni għas-Sigurtà Nukleari (SKSN); id-Deċiżjoni dwar Greenland (Greenland Decision, GD); u r-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni (Common Implementing Regulation, CIR).
(37)     http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52016DC0584
(38)     https://ec.europa.eu/europeaid/policies/policy-coherence-development_en
(39)    C(2018) 3800 final Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi.
(40)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(41)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(42)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(43)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(44)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(45)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(46)    L-użu ta’ riżorsi fid-Delegazzjonijiet tal-UE se jsir skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz bejn il-Kummissjoni u l-SEAE fl-20 ta’ Diċembru 2010.
(47)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(48)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(49)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.