Brussell, 6.6.2018

COM(2018) 434 final

2018/0227(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027

{SEC(2018) 289 final}
{SWD(2018) 305 final}
{SWD(2018) 306 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021.

Raġunijiet u għanijiet

It-trasformazzjoni diġitali tħalli impatt fuq is-setturi kollha tal-ekonomija u tittrasforma l-mod kif ngħixu, naħdmu u nikkomunikaw. Bl-istess mod kif it-trasport, l-infrastruttura industrijali, l-edukazzjoni u s-servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja tagħna żguraw il-prosperità tal-Ewropa fil-passat, l-investimenti f’kapaċitajiet u f’infrastrutturi diġitali strateġiċi, it-titjib tal-ħiliet u l-modernizzar tal-interazzjoni bejn il-gvernijiet u ċ-ċittadini se jsejsu l-prosperità futura tagħna.

Il-qafas ta’ investiment attwali tal-UE jkopri aspetti importanti ta’ dawn il-pilastri u b’mod partikolari r-riċerka u l-innovazzjoni. 1 Madankollu, it-tagħlimiet miksuba minn politiki pubbliċi li rnexxew għal oqsma ta’ teknoloġija avvanzata juru li, flimkien mar-riċerka u l-innovazzjoni, azzjoni pubblika biex jiġi appoġġat id-“dħul upstream” f’oqsma ta’ teknoloġija li qegħdin jiżviluppaw b’mod rapidu tista’ tkun strumentali biex jiġi ġġenerat il-valur filwaqt li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tas-settur pubbliku.

Fil-fatt dan huwa l-każ għall-oqsma ewlenin li jsejsu t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà għal minn tal-inqas l-għaxar snin li ġejjin, jiġifieri l-computing avvanzat u l-ġestjoni tad-data, iċ-ċibersigurtà, u l-intelliġenza artifiċjali. L-investiment biex jinkisbu l-aktar kapaċitajiet avvanzati f'dawn l-oqsma u biex jiġi żgurat l-aħjar użu tagħhom b’mod interoperabbli fl-UE kollha se jagħti spinta essenzjali lid-diġitalizzazzjoni tal-oqsma ta’ interess pubbliku u tal-industrija tagħna.

Fl-Ewropa, din id-diskrepanza fl-investiment upstream, flimkien mar-riċerka u l-innovazzjoni, hija evidenti mill-ispariġġ bejn id-domanda li dejjem tiżdied għall-aħħar teknoloġija u l-provvista. Fil-computing ta’ prestazzjoni għolja, il-provvista insuffiċjenti qiegħda timbotta lix-xjenzati u lill-inġiniera tal-UE biex jirrikorru fi kwantitajiet kbar lejn riżorsi ta’ computing barra mill-Ewropa, b’mod partikolari lejn l-Istati Uniti, fejn il-programmi tal-gvern iżommu provvista għal computing ta’ livell għoli fil-fruntiera tal-prestazzjoni 2 . 

L-Ewropa hija wkoll komunità minn ta’ quddiem nett fid-dinja fejn tidħol ir-riċerka fl-intelliġenza artifiċjali, kif ukoll tospita kumpaniji żgħar li jipprovdu għarfien espert dwar l-intelliġenza artifiċjali, iżda s-suq tagħha tal-intelliġenza artifiċjali huwa sottożviluppat meta mqabbel mal-Istati Uniti, fejn il-kapaċitajiet disponibbli, b’mod partikolari fid-data, jipprovdu l-kundizzjonijiet għal innovazzjoni fuq skala.

Il-frammentazzjoni u l-investiment pubbliku relattivament baxx fiċ-ċibersigurtà 3 qiegħed ipoġġi s-soċjetà u l-ekonomija tagħna f’riskju filwaqt li l-industrija ċibernetika Ewropea tibqa’ mferxa sew, mingħajr parteċipanti ewlenin fis-suq 4 . Impjiegi ta’ esperti tekniċi b’ħiliet għoljin f’oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali, l-analitika tad-data u ċ-ċibersigurtà mhumiex mimlija - bħalissa hemm aktar minn 350,000 post vakanti tal-UE f’dawn l-oqsma. 5

L-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali (DSM) stabbilixxiet qafas robust, li issa jrid jiġi akkompanjat bi programm ta’ investiment daqstant robust. Dan ġie approvat fl-ogħla livell politiku. F’Tallinn, il-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern identifikaw il-pilastri ewlenin ta’ ekonomija diġitali b’saħħitha: iċ-ċibersigurtà, l-intelliġenza artifiċjali, l-infrastruttura ta’ klassi mondjali li tinkludi computing ta’ prestazzjoni għolja, il-ħiliet diġitali, u t-trasformazzjoni diġitali tas-settur pubbliku. 6 Dan ġie rifless fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2017. Minn dakinhar, diversi formazzjonijiet tal-Kunsill iddiskutew il-kwistjoni tal-bini ta’ kapaċità diġitali b’saħħitha fl-UE. Fil-Komunikazzjoni dwar il-Qafas Finanzarju Pluriennali 7 , il-Kummissjoni enfasizzat ix-xenarju tal-irduppjar tal-investimenti fil-qasam diġitali.

Dan il-Memorandum jakkumpanja l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm ġdid iddedikat għaż-żieda u l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tat-trasformazzjoni diġitali għaċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u n-negozji kollha Ewropej (il-programm Ewropa Diġitali).

Il-programm Ewropa Diġitali huwa element ċentrali tar-risposta komprensiva tal-Kummissjoni għall-isfida tat-trasformazzjoni diġitali, li jagħmel parti mill-proposta tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021-2027. L-għan tiegħu huwa li jipprovdi strument ta’ nfiq li jkun imfassal għar-rekwiżiti operazzjonali tal-bini ta’ kapaċità fl-oqsma identifikati mill-Kunsill Ewropew, u li jiġu sfruttati s-sinerġiji ta’ bejniethom.

Għalhekk, huwa se jiffoka fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Ewropa fil-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u ħiliet diġitali avvanzati 8 u li jiġi żgurat l-użu wiesa’ tagħhom fl-ekonomija u fis-soċjetà. Imrawma fl-istess ħin, dawn se jgħinu joħolqu ekonomija b’saħħitha xprunata mid-data, jippromwovu l-inklussività u jiżguraw ħolqien tal-valur. 9 Jekk wieħed mill-pilastri jiġi injorat jew jiddgħajjef, il-kostruzzjoni sħiħa ser tiġi mminata peress li dawn huma interkonnessi mill-qrib u interdipendenti: pereżempju, l-intelliġenza artifiċjali għandha bżonn iċ-ċibersigurtà biex tgawdi l-fiduċja, iċ-ċibersigurtà għandha bżonn il-computing ta' prestazzjoni għolja biex tipproċessa l-ammont massiv ta’ data biex tkun sikura, is-servizzi diġitali sal-istandards futuri għandhom bżonn it-tliet kapaċitajiet kollha; fl-aħħar nett, dan kollu ta’ hawn fuq għandu bżonn il-ħiliet xierqa avvanzati. Aktar importanti minn hekk, il-programm se jikkonċentra fuq l-oqsma fejn l-ebda Stat Membru uniku waħdu ma jista’ jiżgura l-livell meħtieġ għal suċċess diġitali. Se titpoġġa wkoll enfasi fuq dawk l-oqsma fejn l-infiq pubbliku għandu l-ogħla impatt, b’mod partikolari fuq it-tijib tal-effiċjenza u tal-kwalità tas-servizzi fl-oqsma ta’ interess pubbliku bħas-servizzi tas-saħħa, tal-ġustizzja, tal-protezzjoni tal-konsumaturi u s-servizzi pubbliċi, u biex Intrapriżi żgħar u medji (l-SMEs) jingħataw għajnuna biex jadattaw għal bidla diġitali.

Il-programm se jikkunsidra wkoll il-valur miżjud ta’ li kieku l-qasam diġitali jitħallat ma’ teknoloġiji abilitanti oħrajn sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji mid-diġitalizzazzjoni.

Il-programm se jkollu l-għan li:

·Jibni u jsaħħaħ il-computing ta’ prestazzjoni għolja tal-UE u l-kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data, u jiżgura l-użu wiesa’ tagħhom kemm f’oqsma ta’ interess pubbliku bħas-saħħa, l-ambjent u s-sigurtà, kif ukoll mill-industrija, l-aktar l-SMEs.

·Jibni u jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ intelliġenza artifiċjali (IA) ewlenin bħal riżorsi tad-data u repożitorji tal-algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali u jagħmilhom aċċessibbli għan-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha, u jsaħħaħ u jrawwem rabtiet bejn il-faċilitazzjonijiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni tal-l-intelliġenza artifiċjali eżistenti fl-Istati Membri, b’enfasi fuq l-ittestjar u l-esperimentazzjoni.

·Jiżgura li l-kapaċitajiet essenzjali meħtieġa biex tiġi żgurata l-ekonomija diġitali, is-soċjetà u d-demokrazija tal-UE huma preżenti u aċċessibbli għas-settur pubbliku u għan-negozji fl-UE, u jsaħħaħ il-kompetittività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-UE.

·Jiżgura li l-forza tax-xogħol attwali u futura tkun tista’ tikseb faċilment ħiliet diġitali avvanzati, l-aktar fl-computing ta' prestazzjoni għolja, fl-Intelliġenza artifiċjali u fiċ-ċibersigurtà, billi joffri lill-istudenti, lill-gradwati, u lill-ħaddiema eżistenti l-mezzi biex jiksbu u jiżviluppaw dawn il-ħiliet, irrispettivament mill-post li jinsabu fih.

·Jespandi l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali b’mod partikolari l-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà fl-ekonomija, f’oqsma ta’ interess pubbliku u fis-soċjetà, inkluża l-iskjerament ta’ servizzi interoperabbli f’oqsma ta’ interess pubbliku u jiffaċilita l-aċċess għat-teknoloġija u l-għarfien espert lin-negozji kollha, b’mod partikolari l-SMEs.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika

Il-Programm se jappoġġa, fost l-oħrajn, l-inizjattivi ta’ politika mħabbra mill-Kummissjoni dwar computing ta’ prestazzjoni għolja skont l-inizjattiva Euro HPC 10 , il-Pjan ta’ Azzjoni FinTech ta’ Marzu 2018 11 , l-intelliġenza artifiċjali skont il-Komunikazzjoni dwar l-l-intelliġenza artifiċjali 12 , ir-Regolament dwar il-promozzjoni tal-ġustizzja u tat-trasparenza għan-negozji li jużaw servizzi ta’ intermedjazzjoni online u Deċiżjoni li tistabbilixxi Osservatorju dwar Pjattaforma tal-Ekonomija Online ta’ April 2018 13 , u l-pakkett tad-data ta’ April 2018 14 , iċ-ċibersigurtà skont il-pakkett dwar iċ-ċibersigurtà tal-15/9/2017 15 , it-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa 16 u tal-edukazzjoni 17 , l-Istrateġija għall-Politika Industrijali l-Ġdida ta’ Settembru 2017 18 u d-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea ta’ April 2016 19 .

Il-Programm huwa marbut ma’ strumenti ta’ investiment eżistenti. L-investiment tar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni (RŻI) f’teknoloġiji diġitali li sar skont l-H2020 u l-Programmi Qafas preċedenti ppermettew lill-Ewropa tibqa’ kompetittiva f’setturi ewlenin biex isservi bħala bażi għall-futur, eż. ir-robotika, it-tagħmir tat-telekomunikazzjoni, u t-teknoloġija tas-sensuri. Il-finanzjament għar-RŻI issa jeħtieġ li jitkompla u jissaħħaħ fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. Il-programm Ewropa Diġitali jibni b’mod ċar fuq is-suċċessi tal-programm H2020 li jagħmel l-iskjerament ta’ teknoloġiji bħall-computing ta' prestazzjoni għolja u l-intelliġenza artifiċjali possibbli.

Investimenti f’oqfsa, standards, soluzzjonijiet interoperabbli u servizzi transfruntiera pilota taħt il-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA²) ippermettew lill-amministrazzjonijiet tas-settur pubbliku biex jittestjaw it-trasformazzjoni diġitali f’ambjent “reali” u li jibdew jinbidlu minn gvern elettroniku għal gvern diġitali 20 . L-iskjerament ta’ soluzzjonijiet interoperabbli fi ħdan is-Suq Uniku Diġitali wera l-valur ta’ azzjoni fil-livell tal-UE. Dawn huma kisbiet importanti li għandhom iservu bħala bażi għal implimentazzjoni fuq skala usa’ ta’ servizzi diġitali interoperabbli madwar l-Ewropa. Il-programm se jibni fuq l-Infrastrutturi ta’ Servizzi Diġitali miksubin skjerati taħt il-programm tas-CEF attwali u se jappoġġa l-evoluzzjoni ulterjuri u l-implimentazzjoni usa’ tal-elementi ta’ politika bħalma huma l-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (EIF).

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Il-programm Ewropa Diġitali jikkomplimenta u jaħdem flimkien ma’ għadd ta’ strumenti oħrajn proposti fil-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020, b’mod partikolari: Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), il-Fond tal-Valuri tal-UE, Ewropa Kreattiva (inkluż il-programm Media), il-Fond InvestEU, COSME, il-Programm tas-Suq Uniku, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew + (inklużi l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, il-qasam tas-saħħa u l-ħiliet diġitali bażiċi), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD), Erasmus, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati), il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, il-Fond għas-Sigurtà Interna, il-Fond għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (inkluż għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

Is-sinerġiji bejn il-programmi se jippermettu l-ekonomiji ta’ skala, jagħmlu l-investimenti aktar konsistenti u jipprovdu valur aħjar għaċ-ċittadini u għall-atturi ekonomiċi. Dawn se jamplifikaw l-impatt tal-investimenti diġitali fil-livell tal-UE fil-prattika, filwaqt li investiment diġitali nazzjonali u reġjonali se jkun jista’ jikkumplimenta aħjar l-azzjoni fil-livell tal-UE.

Billi żżid l-impatt u l-effikaċja tal-fondi pubbliċi permezz ta’ konnessjonijiet prattiċi bejn il-programmi differenti, l-UE ser tindirizza l-isfidi diġitali b’mod aktar immirat u b’mod issimplifikat, tibni jew tirrinforza l-ekosistemi li jsostnu d-diġitizzazzjoni, toħloq aktar impjiegi, iżżid it-tkabbir u tagħti spinta lill-kompetittività. Matul l-implimentazzjoni tal-programm Ewropea Diġitali, se tingħata attenzjoni lill-preżervazzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

It-taqsima t’hawn taħt tippreżenta fil-qosor il-kumplimentarjetajiet u s-sinerġiji ewlenin bejn il-programm Ewropa Diġitali u l-istrumenti li huma l-aktar rilevanti fil-kuntest diġitali, b’mod partikolari Orizzont Ewropa, l-FNE, il-FEŻR u l-programm tal-Valuri tal-UE, kif ukoll il-programm tas-Suq Intern.

Diversi oqsma tematiċi indirizzati minn Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali l-programm jikkoinċidu kemm se jkopri l-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà; it-tip ta’ azzjonijiet li jridu jiġu appoġġati, l-outputs mistennija tagħhom u l-loġika ta’ intervent tagħhom huma differenti u komplimentari; Orizzont Ewropa se tkun l-uniku programm tal-UE ġestit ċentralment li jappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-programm prinċipali għal dimostrazzjoni, pilotaġġ, prova tal-kunċett, ittestjar u innovazzjoni inkluż skjerament prekummerċjali. Min-naħa l-oħra, il-programm Ewropa Diġitali se jiffoka fuq kapaċità diġitali u bini ta’ infrastruttura fuq skala kbira li jkollhom l-għan li jadottaw u jużaw b’mod mifrux fl-Ewropa kollha soluzzjonijiet diġitali innovattivi kritiċi eżistenti jew ittestjati.

Bħala eżempju tas-sinerġiji tagħhom: teknoloġiji diġitali ġodda żviluppati minn Orizzont Ewropa se jiġu adottati u mnedija progressivament minn Ewropa Diġitali. Bl-istess mod, il-kapaċitajiet u l-infrastrutturi żviluppati taħt Ewropa Diġitali se jsiru disponibbli lill-komunità tar-R&I, inkluż għal attivitajiet appoġġati permezz ta’ Orizzont Ewropa. L-inizjattivi ta’ Orizzont Ewropa għall-iżvilupp tal-ħiliet, inklużi dawk li jingħataw fiċ-ċentri ta’ kollokazzjoni tal-EIT-Diġitali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, għandhom jiġu kkomplimentati minn bini ta’ kapaċità fil-ħiliet diġitali avvanzati appoġġat mill-Ewropa Diġitali. In-nodi tal-EIT jiġbru flimkien studenti, riċerkaturi, inġiniera u żviluppaturi tan-negozju biex jikkodisinjaw u jikkollaboraw fuq l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ innovazzjoni u ħolqien ta’ negozju u appoġġ. Sabiex jiġu żgurati mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni b’saħħithom għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni, l-proċeduri ta’ operazzjoni għaż-żewġ programmi se jiġu allinjati.

Il-programm Ewropa Diġitali jikkomplimenta l-azzjonijiet stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, b’mod partikolari dawk li jeħtieġu ħiliet diġitali avvanzati għall-oqsma tal-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-analitika tal-big data, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji tar-reġistru distribwit, ir-robotika u l-intelliġenza artifiċjali.

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se tipprovdi l-infrastruttura fiżika meħtieġa għan-netwerks tal-broadband ta’ kapaċità għolja biex jippermettu l-iskjerament ta’ servizzi diġitali u teknoloġiji proposti fil-programm Ewropa Diġitali. Peress li s-CEF se tappoġġa infrastrutturi kruċjali fis-setturi kollha li jeħtieġu l-livell xieraq ta’ ċibersigurtà, għaldaqstant din se tiddependi fuq l-iskjeramenti li jkunu saru skont l-Ewropa Diġitali. Fil-futur, il-programm Ewropa Diġitali biss se jappoġġa l-iskjerament tas-servizzi diġitali fl-oqsma ta’ interess pubbliku.

Il-FEŻR għandu l-għan li jrawwem il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fir-reġjuni kollha tal-UE b’enfasi fuq ir-reġjuni inqas żviluppati. Il-FEŻR irawwem żvilupp ekonomiku mmexxi mill-innovazzjoni li jinvolvi d-diġitalizzazzjoni tal-industrija kif stabbilit fl-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti 21 (inklużi investimenti komplimentari fil-bini u fit-titjib tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali). Il-FEŻR jappoġġa wkoll l-iskjerament ta’ soluzzjonijet diġitali, inkluża ċ-ċibersigurtà, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-UE fl-oqsma tal-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, it-trasport sostenibbli, it-titjib tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura, it-tranżizzjoni tal-enerġija, l-ekonomija ċirkolari u l-edukazzjoni 22 . Permezz ta’ dan, huwa jikkontribwixxi għall-finalizzazzjoni tas-Suq Uniku Diġitali, b’mod partikolari fil-livelli reġjonali u lokali. L-Ewropa Diġitali se jikkumplimenta investimenti lokali biex jinfetħu faċilitajiet għall-bqija tal-Ewropa permezz ta’ netwerking u mmappjar tal-kapaċitajiet diġitali.

Barra minn dan, l-Ewropa Diġitali se tikkontribwixxi b’mod indirett għall-ksib tal-għanijiet tal-komunikazzjoni “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” 23 , li tagħraf li l-aċċessibbiltà u l-ħiliet diġitali huma kundizzjonijiet ewlenin għall-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni.

Hemm sinerġiji ċari bejn il-programm Ewropa Diġitali u l-Programm Ewropa Kreattiva, b’mod partikolari fl-oqsma MEDIA u transsettorjali tiegħu. MEDIA jappoġġa azzjonijiet immirati (eż. l-aċċess għall-kontenut, it-trawwim u l-iżvilupp tal-udjenza), li b’hekk jappoġġa l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi, b’mod partikolari s-settur awdjoviżiv u l-adattament tagħhom għall-ambjent diġitali. Il-qasam transsettorjali jimmira, fost prijoritajiet oħrajn, lejn fehim aħjar tad-dinamika tal-midja diġitali u lejn it-trasformazzjoni diġitali tas-settur tal-midja tal-aħbarijiet Ewropew. Il-programm Ewropa Diġitali se jappoġġa wkoll lil dawn l-oqsma billi jipprovdi aċċess wiesa’ għal teknoloġiji avvanzati, standards (fejn meħtieġ) u l-infrastruttura meħtieġa għall-bini ta’ kapaċità.

Għandha tiġi mfittxija koerenza bejn il-programm Ewropa Diġitali u l-programm tas-Suq Intern. Pereżempju, il-protezzjoni tal-konsumatur għandha tinkiseb fit-tfassil, b’mod partikolari fejn tidħol is-sigurtà tal-prodotti fir-rigward tal-ekonomija diġitali, iċ-ċibersigurtà u l-intelliġenza artifiċjali. Iż-żewġ programmi għandhom ikunu kumplementarji meta jiġu kkunsidrati l-entitajiet involuti u t-tip ta’ riskji ġodda ppreżentati minn dawn it-teknoloġiji emerġenti. Ir-riċerka fi swieq diġitali mwettqa miż-żewġ programmi għandha tagħti appoġġ reċiproku wkoll.

Il-Programm Ewropa Diġitali se jippromwovi l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali avvanzati, b’enfasi fuq dawk relatati mal-ambitu tiegħu, jiġifieri ċ-ċibersigurtà, l-intelliġenza artifiċjali u l-computing ta’ prestazzjoni għolja. Bħala tali se jkun komplimentari għall-Fond Soċjali Ewropew Plus, li se jappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qasam tal-ħiliet bażiċi u medji, u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li se jiffinanzja t-taħriġ tal-IT għall-ħaddiema li ngħatatilhom is-sensja fil-livelli kollha tal-ħiliet.

Is-sinerġiji u l-komplimentarjetajiet bejn il-Programm Ewropa Diġitali u l-Programm Erasmus jeħtieġ li jkunu żgurati għall-benefiċċji taż-żewġ programmi. Il-programm Erasmus jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-akkwist ta’ ħiliet permezz tal-mobilità għall-apprendiment u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. 

Finalment, f’dak li għandu x’jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi mhux tal-UE, l-implimentazzjoni tal-programm Ewropa Diġitali se tkun ikkoordinata ma’ strumenti finanzjarji esterni bħall-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u l-Istrument ta’ Viċinat, Żvilupp u Kooperazzjoni Internazzjonali.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 iffissat għan iktar ambizzjuż għall-integrazzjoni klimatika fil-programmi tal-UE kollha, b’mira kumplessiva ta’ 25% tan-nefqa tal-UE li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima. Il-kontribuzzjoni ta’ dan il-programm għall-kisba ta’ din il-mira kumplessiva se tiġi ntraċċata permezz ta’ sistema ta’ mmarkar ta’ traċċi tal-klima tal-UE f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż l-użu ta’ metodoloġiji iktar preċiżi fejn dawn huma disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz annwali tal-baġit.

Biex tappoġġa l-utilizzazzjoni sħiħa tal-potenzjal tal-programm li jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima, il-Kummissjoni se tagħmel minn kollox biex tidentifika l-azzjonijiet rilevanti matul il-proċessi ta’ preparazzjoni, implimentazzjoni, reviżjoni u evalwazzjoni tal-programm.

Jenħtieġ li jintużaw l-azzjonijiet tal-Programm sabiex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq, jew sitwazzjonijiet ta’ investiment baxxi, b’mod proporzjonat, mingħajr ma jidduplikaw jew iwarrbu l-finanzjament privat u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. Dan se jiżgura konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-programm u r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Dan il-programm hu ppreżentat għal Unjoni ta' 27 Stat Membru, b'konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.

Bażi ġuridika

Fid-dawl tan-natura wiesgħa tal-intervent skont il-programm Ewropa Diġitali, din hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet li ġejjin tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE):

·L-Artikolu 173(3) tat-TFUE fir-rigward ta’ ħafna mill-attivitajiet imwettqa skont dan il-Programm;

·L-Artikolu 172 tat-TFUE, l-aktar fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ta’ oqsma ta’ interess pubbliku;

Sussidjarjetà

Il-programm jimmira li jisfrutta s-sinerġiji miġjuba mis-somma tal-elementi fundamentali essenzjali tal-ekonomija diġitali: il-computing intelliġenti u l-infrastruttura tad-data, iċ-ċibersigurtà, l-intelliġenza artifiċjali, il-ħiliet diġitali avvanzati u l-applikazzjonijiet fl-industrija u f’oqsma ta’ interess pubbliku. Appoġġati skont mekkaniżmu koerenti uniku, dawn il-pilastri se jwasslu għal pożizzjoni b’saħħitha fl-ekonomija xprunata mid-data, jippromwovu l-inklussività, jikkatalizzaw proġetti innovattivi 24 u jiżguraw distribuzzjoni tal-valur.

L-Ewropa Diġitali huwa rispons għal rieda politika ġdida li jiġi indirizzat b’mod kooperattiv dak li preċedentement kien prinċipalment tħassib domestiku, peress li l-ebda Stat Membru jew negozju waħdu ma jista’ jagħmel investimenti diġitali kritiċi fuq l-iskala meħtieġa jew jiżdiedu għal livell tajjeb. Jekk l-UE ma tiħux sehem, dawn l-investimenti ma jsirux sa fejn meħtieġ u l-UE tirriskja li titlef il-kompetittività tagħha.

L-intervent fil-livell tal-UE, hu meħtieġ biex tippjana, tiffinanzja b’mod konġunt, u tikkoordina azzjonijiet fuq skala li tista’ tissodisfa dawn l-isfidi, u tiżgura li l-benefiċċji tat-teknoloġiji diġitali ġodda jiġu kkondiviżi fl-Ewropa kollha. L-azzjoni koordinata multilaterali tista’ wkoll tevita d-duplikazzjoni, tikkapitalizza fuq is-sinerġiji billi torbot il-finanzjament ma’ kundizzjonijiet ta’ qafas, tissalvagwardja l-interoperabbiltà, u tevita punti li ma jkunux qed jidhru jew qasma diġitali ġeografika maġġuri.

Meħuda flimkien, dawn se jwasslu għal tnedija u tixrid aktar mgħaġġlin tat-teknoloġiji l-ġodda, vantaġġi strateġiċi għan-negozji Ewropej, servizzi pubbliċi aħjar għaċ-ċittadini tal-UE u kapaċità akbar biex isiru skoperti biex jissolvew l-isfidi tas-soċjetà (saħħa, detezzjoni u dijanjożi tal-mard, tibdil fil-klima, effiċjenza fir-riżorsi, eċċ.), li ġeneralment itejbu l-kwalità tal-ħajja fi kwalunkwe qasam fl-Unjoni kollha.

Proporzjonalità

Hemm rieda evidenti min-naħa tas-settur pubbliku li jindirizza t-trasformazzjoni diġitali fil-livell Ewropew, kif ukoll rieda li jikkoinvesti fil-bini u t-tisħiħ tal-kapaċità diġitali tal-UE. Minbarra l-appoġġ politiku b’saħħtu għal intervent mill-Kunsill Ewropew, dan ġie rifless ukoll mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew, li ripetutament talbu għat-tlestija urġenti tas-Suq Uniku Diġitali u l-fajls individwali tiegħu. 25   26   27   28  

Il-Parlament esprima tħassib partikolari li r-riżorsi allokati għal politiki diġitali fil-baġit tal-UE ma kinux biżżejjed biex iħallu impatt reali u rrikonoxxa l-ħtieġa li tingħata spinta lill-ekonomija Ewropea permezz ta’ investimenti produttivi. 29   30  

Fil-livell tal-UE, f’Marzu 2017, 29 pajjiż involvew ruħhom fil-kooperazzjoni ta’ mobbiltà konnessa, 31 u s’issa 16-il Stat Membru impenjaw ruħhom biex jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni sabiex jiksbu u jniedu infrastruttura ta’ computing ta' prestazzjoni għolja ta’ klassi dinjija integrata. 32 F’Jannar 2018, il-Kummissjoni pproponiet Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja “EuroHPC”. 33  

Fit-tieni Jum Diġitali fl-10 ta’ April 2018, 28 pajjiż Ewropew 34 impenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien fl-intelliġenza artifiċjali sabiex isaħħu t-teknoloġija tal-UE u l-kapaċitajiet industrijali f’dan il-qasam u sabiex iġibu benefiċċji għaċ-ċittadini u n-negozji kollha 35 . Il-pajjiżi Ewropej għamlu impenn ukoll li jiżviluppaw flimkien soluzzjonijiet avvanzati għas-servizzi pubbliċi (pereżempju permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura Ewropea ta’ katina ta' blokok ta’ transazzjonijiet għas-servizzi 36 ), mediċina personalizzata 37 u saħħa u kura xprunati mid-data u monitoraġġ komuni tal-progress ta’ investimenti diġitali. Illum il-ġurnata l-Istati Membri kollha huma involuti fl-inizjattiva ta’ diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-UE, b’impenn ċar li jikkollaboraw aktar biex jagħmlu l-aħjar użu mit-teknoloġiji diġitali fin-negozji.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati juru wkoll li sett ta’ investimenti kritiċi hu l-aħjar li jsir fil-livell tal-UE. L-oqsma indirizzati mill-Programm huma dawk fejn l-iskala hija essenzjali biex tirnexxi, kemm biex jinkisbu l-kapaċitajiet meħtieġa għall-użu wiesa’ tagħhom fl-UE kollha. Minħabba li l-għarfien u l-għarfien espert f’oqsma diġitali avvanzati mhuwiex disponibbli fir-reġjuni kollha tal-Ewropa, l-azzjoni fil-livell tal-UE, b’mod partikolari permezz ta’ netwerking tal-hubs ta’ innovazzjoni diġitali, tista’ tiżgura li dan l-għarfien espert huwa disponibbli f’kull reġjun.

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni u l-iskala tal-investiment meħtieġ, hemm każ b’saħħtu għal intervent tal-UE biex b’mod konġunt tiffinanzja u tikkoordina azzjonijiet fuq skala li tkun kapaċi tissodisfa l-isfidi ppreżentati mit-trasformazzjoni diġitali. Dan jenħtieġ li jiżgura li l-benefiċċji ta’ teknoloġiji diġitali ġodda jiġu kkondiviżi kollha. L-azzjoni koordinata multilaterali tista’ wkoll tevita d-duplikazzjoni, tikkapitalizza fuq is-sinerġiji billi torbot il-finanzjament ma’ kundizzjonijiet ta’ qafas, tissalvagwardja l-interoperabbiltà, u tevita punti li ma jkunux qed jidhru jew qasma diġitali ġeografika maġġuri.

It-talba għal żieda fl-investiment jeħtieġ li tissarraf f’azzjoni fil-qafas ta’ investiment tal-UE. Il-kumpaniji u ċ-ċittadini jeħtieġu messaġġ ċar li l-UE qiegħda tinvesti fil-futur tagħhom, li l-prevedibbiltà hija żgurata u li mekkaniżmi ta’ appoġġ huma stabbiliti biex jindirizzaw il-proċess kumpless tat-trasformazzjoni diġitali. Hija r-responsabbiltà tal-Ewropa li taġixxi u tkun viżibbli matul il-proċess.

Peress li t-trasformazzjoni diġitali saret fattur essenzjali għat-tkabbir, l-iżvilupp soċjali u t-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli, distakk kritiku ġie espost fil-mod li bih l-UE u l-Istati Membri jallokaw il-finanzjament diġitali. Il-qafas ta’ investiment attwali ma tfassalx għall-bini ta’ kapaċità diġitali madwar l-UE u l-użu ottimali tiegħu. Għalhekk, l-UE teħtieġ approċċ ġdid, integrat u ambizzjuż tal-programm ta’ finanzjament biex tappoġġa l-iskjerament u l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali li jirfdu l-innovazzjoni f’oqsma ta’ interess pubbliku u n-negozju.

Għażla tal-istrument

Il-Programm huwa implimentat permezz ta’ Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Minħabba li l-programm Ewropa Diġitali huwa programm ġdid, din il-proposta mhijiex ibbażata fuq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ddedikata. Minflok, it-tagħlimiet miksuba jibbażaw fuq evalwazzjonijiet ta’ programmi u inizjattivi relatati mill-qrib, l-aktar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tas-CEF 38 u r-reviżjoni ta’ nofs it-terimnu tas-Suq Uniku Diġitali (DSM) 39 .

Madankollu, ta’ importanza partikolari huwa r-riżultat mill-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tas-CEF li kkonkludiet li l-isforz iddedikat fil-programm għal kapaċitajiet u infrastrutturi għad-diġitalizzazzjoni jista’ jappoġġa biss l-ewwel passi lejn diġitalizzazzjoni madwar l-UE tal-oqsma ta’ interess pubbliku 40 . Huwa enfasizza li s’issa l-livelli ta’ finanzjament disponibbli skont l-FNE ppermettew li l-ħtiġijiet attwali jiġu indirizzati biss parzjalment, u barra minn hekk, li l-qafas tal-FNE jillimita l-kapaċità tal-programm li jadatta għall-aħħar żviluppi teknoloġiċi u l-prijoritajiet ta’ politika emerġenti (pereżempju sfidi relatati maċ-ċibersigurtà). L-evalwazzjoni uriet ukoll rieda qawwija mill-Istati Membri li jinvolvu ruħhom flimkien fid-diġitalizzazzjoni.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Taħlita ta’ attivitajiet ta’ konsultazzjoni twettqu f’mumenti differenti tal-ħidma tal-Valutazzjoni tal-Impatt sabiex jiġi żgurat li l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati jkunu inklużi b’mod sistematiku fil-proċess ta’ formulazzjoni tal-programm tal-UE ta’ wara l-2020 għall-programm Ewropa Diġitali. Dawn l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni kienu jvarjaw minn konferenzi u avvenimenti tal-partijiet ikkonċernati, għal gruppi ta’ esperti, konsultazzjoni onlajn, sessjonijiet ta’ ħidma, laqgħat u seminars u analiżi tad-dokumenti ta’ pożizzjoni.

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati juru appoġġ għal approċċ aktar effiċjenti u inqas frammentat biex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji tat-trasformazzjoni diġitali għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej kollha fl-UE. Dan huwa partikolarment pertinenti għall-oqsma ewlenin tal-programm Ewropa Diġitali, jiġifieri l-computing ta' prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà u l-intelliġenza artifiċjali kif ukoll ħiliet avvanzati u diġitilizzazzjoni ta’ oqsma ta’ interess pubbliku.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Ir-rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt ġie ppreżentat lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fis-17 ta' Ġunju 2015. Il-Bord ta opinjoni negattiva.

Wara l-opinjoni negattiva tal-Bord, ir-rapport ġie rivedut bir-reqqa u ristrutturat biex jiddeskrivi aħjar kif il-proposta tibni fuq programmi eżistenti relatati mad-Diġitali. Ingħataw diversi eżempji ta’ interventi simili f’pajjiżi terzi jew fi Stati Membri. Żdiedu wkoll id-dettalji tad-delinjazzjoni ma’ Orizzont Ewropa kif miftiehem mad-DĠ RTD. Ġew iċċarati wkoll il-loġika tal-intervent u kwistjonijiet fuq il-fallimenti tas-suq u n-nuqqas ta’ investiment upstream għar-reġjuni diversi. Ingħataw ukoll aktar dettalji dwar il-modalitajiet ta’ twettiq għal kull waħda mill-azzjonijiet proposti. Taqsimiet ġodda spjegaw f’iktar dettall x’għandu jinkiseb b’żieda fil-finanzjament li ma jistax jinkiseb permezz tal-mekkaniżmi ta’ intervent attwali fid-diversi pilastri. Ingħataw xi eżempji ta’ politiki ta’ suċċess simili fl-Istati Uniti u fl-Ewropa. Fil-5 ta’ Mejju 2018, ġiet ippreżentata mill-ġdid Valutazzjoni tal-Impatt riveduta

L-opinjoni pożittiva 41 (b’riżervi) tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ġiet irċevuta fit-8 ta’ Mejju 2018 dwar il-fehim li r-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt se jiġi rivedut sabiex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord. Ir-rapport ġie rivedut kif xieraq: it-test ġie rivedut biex jiġi ċċarat fuq xiex tinbena l-proposta u x’inhu ġdid u biex jiġi spjegat aħjar għaliex il-programm Ewropa Diġitali huwa mezz aħjar biex jiġu appoġġati l-miżuri proposti; żdiedet taqsima ġdida dwar l-impenn tal-Istati Membri sabiex tiddeskrivi aħjar l-approvazzjoni politika tal-miżuri proposti u l-impenn tal-Istati Membri; it-taqsima relatata mar-regoli tal-kompetizzjoni u d-distorsjoni tas-suq, issaħħet; ġiet introdotta taqsima ġdida li tipprovdi eżempju tal-mekkaniżmu previst ta’ ħallas għal dak li tuża.

Simplifikazzjoni

Ġiet żgurata koerenza sħiħa mar-Regolament Finanzjarju attwali u dak futur. L-eċċezzjonijiet previsti jew huma permessi b’mod dovut f’testi legali relatati jew jeżistu xi preċedenti. Barra minn hekk, ġew introdotti l-elementi ta’ simplifikazzjoni li ġejjin:

·Flessibbiltà dwar l-allokazzjonijiet tal-baġit integrati fil-livell tal-objettivi speċifiċi;

·Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-intervent huwa ddefinit fil-livell tal-objettivi ġenerali, speċifiċi u operazzjonali. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà, ir-rati ta’ finanzjament għal għotjiet u elementi oħrajn tal-implimentazzjoni se jiġu previsti fil-programmi ta’ ħidma. Din il-flessibbiltà hija bbilanċjata billi jiġi żgurat l-involviment tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Programm skont il-qafas ta’ Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli.

·Il-finanzjament skont il-Programm jista’ jiġi implimentat skont kwalunkwe forma stabbilita fir-Regolament Finanzjarju;

Il-Programm se jiġi implimentat direttament kif previst mir-Regolament Finanzjarju jew indirettament mal-entitajiet jew il-korpi xierqa msemmija fl-Artikolu 58(1)(c) [61(1)(c) ġdid] tar-Regolament Finanzjarju.

Abbażi tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji magħmula lil aġenziji eżekuttivi fil-bidu tal-Orizzont 2020 u r-reviżjonijiet ta’ nofs it-terminu tas-CEF u l-Orizzont 2020, il-metodu regolari ta’ implimentazzjoni għall-Programm huwa wieħed ta’ ġestjoni diretta. Il-vantaġġi ewlenin li tintuża ġestjoni diretta huma li dawn jippermettu tmexxija politika b’saħħitha kif ukoll għoti ta’ appoġġ tal-UE rapidu.

Jenħtieġ li tintuża ġestjoni indiretta bħala metodu kumplementari tal-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit previsti fl-att bażiku tal-Programm. Filwaqt li l-Kummissjoni tibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit, il-fatt li l-entitajiet jiġu fdati b’kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 62(1)c.) tar-Regolament Finanzjarju għandu jiżgura kooperazzjoni sħiħa tal-entità kkonċernata fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-fatt li l-entitajiet jiġu fdati b’tali kompiti taħt ġestjoni indiretta se jeħtieġ ukoll li jiġi żgurat proċess trasparenti, mhux diskriminatorju, effiċjenti u effettiv.

Drittijiet fundamentali

Ir-regoli proposti tal-programm Ewropa Diġitali jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ diversi minn dawk id-drittijiet. B’mod partikolari, l-objettivi ta’ dan il-programm huma li jiżgura l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali u kif preskritt mill-Artikoli 11, 21 u 47 tal-Karta. Il-programm għandu l-għan ukoll li jsaħħaħ il-libertà li jitwettaq negozju f’konformità mad-dritt tal-Unjoni Ewropea u l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali (Artikolu 16). Għandha tiġi żgurata wkoll il-protezzjoni tad-data personali f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta, kif ukoll il-kura tas-saħħa f’konformità mal-Artikolu 35 tal-Karta u l-protezzjoni tal-konsumatur f’konformità mal-Artikolu 38 tal-Karta.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Skont il-proposta tal-Kummissjoni għall-
qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027
42 (COM(2018)XXX), il-pakkett finanzjarju għall-programm huwa stabbilit għal EUR 9 194 000 000 fi prezzijiet kurrenti u d-distribuzzjoni indikattiva tiegħu għandha tkun kif ġej (ara l-Artikolu 4 tal-proposta):

Aktar dettalji huma pprovduti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva annessa ma’ din il-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jingħata finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, l-intenzjoni hija li jiġi implimentat il-programm kif deskritt hawn taħt. Kif intqal qabel, se tingħata attenzjoni lill-preżervazzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern:

1.Għall-computing ta' prestazzjoni għolja, il-kontinwazzjoni tal-impriża konġunta EuroHPC li qiegħda tiġi diskussa bħalissa mal-Kunsill hija meqjusa bħala l-aktar strument effettiv u effiċjenti biex jiġu implimentati l-objettivi tal-inizjattiva EuroHPC, b’mod partikolari biex jiġu kkoordinati l-istrateġiji nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea u l-investimenti fl-infrastruttura HPC u fir-R&Ż, biex jinġabru riżorsi minn fondi pubbliċi u privati, u biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi ekonomiċi u strateġiċi tal-Unjoni 43 . L-Impriża Konġunta hija mistennija li tislet baġit kemm mill-Ewropa Diġitali kif ukoll minn Orizzont Ewropa.

2.Akkwisti jew għotjiet konġunti relatati ma’ attivitajiet tal-intelliġenza artifiċjali jingħataw permezz ta’ ġestjoni diretta.

3.L-attivitajiet relatati maċ-ċibersigurtà jiġu implimentati permezz ta’ ġestjoni diretta jew indiretta.

4.Finanzjament relatat mal-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali avvanzati jiġi implimentat primarjament permezz tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali, kif iddefinit fl-Artikolu [16] u kif spjegat hawn taħt, u fiċ-ċentri ta’ kompetenza rilevanti. Il-programm ta’ ħidma se jiġi abbozzat mill-Kummissjoni f’kollaborazzjoni maċ-ċentri ta’ kompetenza rilevanti msemmijin hawn fuq, li b’dan il-mod tkun tista’ tipprovdi l-inputs meħtieġa sabiex tiżgura konsistenza tal-interventi fil-qasam ta’ ħiliet diġitali avvanzati mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi. Għalhekk l-għan huwa li jingħata rispons rapidu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol li qed jinbidlu malajr.

5.Finanzjament li jirrigwardaw it-trasformazzjoni diġitali ta’ oqsma ta’ interess pubbliku, jistgħu jkomplu jiġu ġestiti direttament. Il-ġestjoni tal-Kummissjoni Ewropea se tkompli tintuża biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet u biex jiġi żgurat tfassil komuni u interoperabbiltà tal-arkitettura.

Minkejja dan ta’ hawn fuq, il-ġestjoni ta’ pjattaformi li joffru servizzi ewlenin settorjali speċifiċi tista’ tiġi ttrasferita għat-tmexxija operattiva ta’ aġenziji diġà eżistenti, jekk din il-possibbiltà tkun diġà prevista fil-kompiti tagħhom.

6.Id-diġitalizzazzjoni tal-industrija se tiġi implimenatata permezz tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali. Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali se xxerred il-kapaċitajiet diġitali, partikolarment, il-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, il-ħiliet diġitali fl-ekonomija kollha li jippermettu t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija u tal-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku. Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali qed jipprovdu aċċess għall-għarfien espert teknoloġiku u l-faċilitajiet ta’ esperimentazzjoni li jippermettu lill-organizzazzjonijiet jevalwaw aħjar l-argument għall-vijabbiltà tal-proġetti ta’ diġitalizzazzjoni. Is-servizzi tal-ittestjar u l-esperimentazzjoni pprovduti mill-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali jistgħu jinvolvu teknoloġiji abilitanti oħra meħtieġa għall-iskjerament ta’ soluzzjonijiet għat-trasformazzjoni diġitali kompluti. Għandu jiġi stabbilit netwerk ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali, li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa fl-Ewropa kollha. Għotjiet relatati mal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali se jingħataw direttament mill-Kummissjoni.

Il-modi ta’ implimentazzjoni se jfittxu li jiżviluppaw sinerġiji b’saħħithom bejn id-diversi komponenti tal-Programm. Dawn huma deskritti aktar fil-fond fl-Anness 4 tal-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà. Fejn xieraq, l-implimentazzjoni tista’ tuża wkoll teknoloġiji diġitali ewlenin oħra li qegħdin jilħqu l-maturità tas-suq u s-suġġett ta’ investimenti fil-livell tal-UE preċedenti bħall-5G, IoT, u servizzi bbażati fuq il-cloud.

L-indiċi tal-Ekonomija u tas-Soċjetà Diġitali (DESI) huwa stabbilit bħala strument ta’ referenza biex jitkejjel il-progress tad-diġitalizzazzjoni fl-UE. L-istrument tad-DESI huwa bbażat fuq għadd ta’ indikaturi li huma derivati minn analiżi statistika rigoruża. Id-data se tinġabar ukoll minn sorsi oħra, inklużi stħarriġiet speċjali.

L-output u l-indikaturi tal-impatt huma definiti b’rabta mal-oqsma ewlenin tal-programm (l-informatika ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, il-ħiliet diġitali avvanzati, l-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċità diġitali u l-interoperabilità).

Il-feedback mill-monitoraġġ annwali se jagħmilha possibbli li l-ġestjoni u l-istruttura tal-programm jiġu adattati skont ir-riżultati miksuba. Jistgħu jintużaw indikaturi eżistenti minn statistiċi uffiċjali tal-UE li jingħataw mill-istħarriġ annwali tal-ICT u mill-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol. Jista’ jsir stħarriġ speċjali. Il-ġbir ta’ data mingħand DESI se jkun ikkumplimentat b’tagħrif ġġenerat mill-programm stess.

B’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 44 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u l-politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ opzjonijiet għal iktar azzjoni, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni interim u finali fil-livell tal-pislatru u tal-programm. L-evalwazzjonijiet se tivvaluta l-effetti tal-Programm fil-prattika abbażi tal-indikaturi u tal-miri tal-Programm u analiżi dettaljata tal-grad sa fejn il-Programm jista’ jitqies bħala rilevanti, effetiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u jkun koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. L-evalwazzjonijiet se jinkludu t-tagħlimiet miksuba sabiex jiġu identifikati kwalunkwe problema jew kwalunkwe potenzjal li jista’ jtejjeb aktar l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex jiġi massimizzat l-isfruttament/l-impatt tagħhom. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet akkompanjati minn osservazzjonijiet se jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

2018/0227 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 172 u 173 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 45 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 46 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fit-tifsira ta’ [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim il-ġdid interistituzzjonali: il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 47 ], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(2)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-RF il-ġdid] (ir-”Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(3)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 49 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 50 u r-Regolament (UE) 2017/1939 51 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet inklużi frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 . Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(4)Skont [referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-deċiżjoni l-ġdida dwar il-PTEE: L-Artikolu 88 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill  / /UE 53 ], persuni u entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(5)Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 54 , hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni li tinġabar permezz ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati piżijiet ta’ regolamentazzjoni żejda u amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn ikun xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi biex jiġu evalwati l-effetti tal-Programm fil-prattika.

(6)Is-Summit Diġitali ta’ Tallinn 55 ta’ Settembru 2017 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew 56 tad-19 ta’ Ottubru 2017 indikaw il-ħtieġa għall-Ewropa li tinvesti fid-diġitilizzazzjoni tal-ekonomiji tagħna u tindirizza id-diskrepanza fil-ħiliet biex iżżomm u ssaħħaħ kompetittività Ewropea, il-kwalità tal-ħajja tagħna u n-nisġa soċjali. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li t-trasformazzjoni diġitali toffri opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi, se tikkontribwixxi għall-kompetittività globali tagħna, u ttejjeb l-kreattività u d-diversità kulturali. Biex jiġu sfruttati dawn l-opportunitajiet jeħtieġ li jiġu ttrattati b'mod kollettiv uħud mill-isfidi li ġġib magħha t-trasformazzjoni diġitali u jiġu rieżaminati l-politiki affettwati mit-trasformazzjoni diġitali.

(7)Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda b’mod partikolari li l-Unjoni għandha tindirizza b’mod urġenti t-tendenzi emerġenti: dan jinkludi kwistjonijiet bħall-intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji tar-reġistru distribwit (eż. katina ta’ blokok ta’ tranżazzjonijiet), filwaqt li fl-istess ħin jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tad-data, tad-drittijiet diġitali u tal-istandards etiċi. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tressaq approċċ Ewropew għall-intelliġenza artifiċjali sal-bidu tal-2018 u talab lill-Kummissjoni biex tressaq l-inizjattivi meħtieġa għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet qafas bil-għan li l-UE tkun tista’ tesplora swieq ġodda permezz ta’ innovazzjonijiet radikali bbażati fuq ir-riskju u tafferma mill-ġdid ir-rwol ewlieni tal-industrija tagħha. 

(8)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020” 57 jiddeskrivi fost l-għażliet għall-programm tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-futur għat-trasformazzjonijiet diġitali tal-Ewropa li jwasslu “progress qawwi lejn it-tkabbir intelliġenti f’oqsma bħalma huma data ta’ kwalità għolja tal-infrastruttura, il-konnettività u ċ-ċibersigurtà”. Din tfittex li tiżgura t-tmexxija Ewropea fis-supercomputing, l-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u l-big data. Hija ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija u n-negozji fl-Ewropa fl-ekonomija diġitali kollha u jkollha impatt sinifikanti fuq l-eliminazzjoni tad-diskrepanza tal-ħiliet fl-Unjoni kollha.

(9)Il-Komunikazzjoni “Għal spazju komuni Ewropew tad-data” 58 , tindirizza l-miżura ġdida li trid tittieħed bħala pass fundamentali lejn spazju komuni tad-data fl-UE - qasam diġitali bla xkiel bi skala li tippermetti l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda bbażati fuq id-data.

(10)L-objettiv ġenerali tal-Programm jenħtieġ li jkun li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija u li jrawwem l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politiki ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku, għall-benefiċċju tan-negozji u ċ-ċittadini fl-Unjoni kollha. Il-programm jenħtieġ li jkun strutturat f’ħames Objettivi Speċifiċi li jirriflettu oqsma ta' politika ewlenin, jiġifieri (i) il-computing ta’ prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà, l-intelliġenza artifiċjali, il-ħiliet diġitali avvanzati u l-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-interoperabbiltà. Għal dawk l-oqsma kollha, il-Programm għandu jkollu l-għan ukoll li jallinja aħjar lill-Unjoni, l-Istati Membri u l-politiki reġjonali, u li jiġbor riżorsi privati u industrijali sabiex jiżdied l-investiment u jiġu żviluppati sinerġiji aktar b’saħħithom.

59 Rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Programm għandu jingħata lill-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali, li għandhom jistimolaw l-adozzjoni wiesgħa ta’ teknoloġiji diġitali avvanzati mill-industrija, mill-organizzazzjonijiet pubbliċi u mill-akkademji. Netwerk ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali jeħtieġ li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa fl-Ewropa kollha. L-ewwel sett ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali se jintgħażlu abbażi tal-proposti mill-Istati Membri u mbagħad in-netwerk se jitkabbar permezz ta’ proċess miftuħ u kompetittiv. Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali se jservu bħala punti ta’ aċċess għall-aħħar kapaċitajiet diġitali, inklużi l-computing ta’ prestazzjoni għolja (HPC), l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, kif ukoll teknoloġiji innovattivi oħra eżistenti tal-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali, disponibbli wkoll f’fablabs jew citylabs. Huma għandhom jaġixxu bħala punti uniċi ta’ kuntatt biex jaċċessaw teknoloġiji ttestjati u validati u jippromwovu innovazzjoni miftuħa. Huma se jipprovdu wkoll appoġġ fil-qasam tal-ħiliet diġitali avvanzati. In-netwerk tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali għandu jikkontribwixxi wkoll għall-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-Suq Uniku Diġitali.

(12)Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ proġetti li jsaħħu l-kapaċitajiet diġitali essenzjali u l-użu wiesa’ tagħhom. Dan għandu jinvolvi koinvestimenti mal-Istati Membri u, meta jkun meħtieġ, mas-settur privat. B’mod partikolari, jenħtieġ li din tirrikjedi li tilħaq massa kritika fl-akkwist biex tikseb valur aħjar għall-flus u garanzija li l-fornituri fl-Ewropa jibqgħu fuq quddiem nett tal-avvanzi teknoloġiċi.

(13)L-objettivi ta’ politika ta’ dan il-Programm se jiġu indirizzati ukoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-tieqa ta’ politika/twieqi ta’ politika [...] tal-Fond InvestEU.

(14)Jenħtieġ li jintużaw l-azzjonijiet tal-Programm sabiex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq, jew sitwazzjonijiet ta’ investiment baxxi, b’mod proporzjonat, mingħajr ma jidduplikaw jew jibdlu l-finanzjament privat u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(15)Sabiex tinkiseb flessibbiltà massima matul il-ħajja tal-programm u jiġu żviluppati sinerġiji bejn il-komponenti tiegħu, kull wieħed mill-objettivi speċifiċi jista’ jiġi implimentat permezz tal-istrumenti kollha disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju. Il-mekkaniżmi eżekuttivi li jridu jintużaw huma ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta meta il-finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi kkombinat ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament jew meta l-eżekuzzjoni tirrikjedi l-istabbiliment ta’ strutturi regolati b’mod komuni.

(16)Il-computing ta’ prestazzjoni għolja u l-kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data relatati fl-Unjoni, jenħtieġ li jippermettu li jiżguraw użu usa’ tal-computing ta’ prestazzjoni għolja mill-industrija u, b’mod aktar ġenerali, f’oqsma ta’ interess pubbliku sabiex jaħtfu opportunitajiet uniċi li s-superkompjuters iġibu lis-soċjetà fir-rigward tas-saħħa, l-ambjent u s-sigurtà kif ukoll il-kompetittività tal-industrija, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs).

(17)L-appoġġ għall-intervent tal-Unjoni f’dan il-qasam ġie espress mill-Kunsill 60 u mill-Parlament Ewropew 61 . Barra minn hekk, fl-2017, disa’ Stati Membri ffirmaw id-Dikjarazzjoni EuroHPC 62 , ftehim bejn ħafna gvernijiet fejn jintrabtu li jikkollaboraw mal-Kummissjoni biex jibnu u jiskjeraw HPC u infrastrutturi tad-data tal-ogħla livell fl-Ewropa li jkunu disponibbli fl-Unjoni kollha għall-komunitajiet xjentifiċi, is-sħab pubbliċi u privati.

(18)Għall-objettiv speċifiku tal-computing ta’ prestazzjoni għolja, impriża konġunta titqies l-iktar mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni adattat, b’mod partikolari biex tikkoordina l-istrateġiji nazzjonali u tal-Unjoni u l-investimenti fl-infrastruttura tal-computing ta’ prestazzjoni għolja u r-riċerka u l-iżvilupp, biex tiġbor flimkien ir-riżorsi minn fondi pubbliċi u privati, u biex jissalvagwardja l-interessi ekonomiċi u strateġiċi tal-Unjoni. 63 Barra minn hekk, iċ-ċentri tal-kompetenzi tal-computing ta’ prestazzjoni għolja fl-Istati Membri se jipprovdu servizzi ta’ computing ta’ prestazzjoni għolja lill-industrija, lill-korpi akkademiċi u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

(19)L-iżvilupp tal-kapaċità relatata mal-intelliġenza artifiċjali huwa xprun kruċjali għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija kif ukoll tas-settur pubbliku. Fil-fabbriki, fl-applikazzjonijiet fil-fond tal-baħar, fid-djar, fl-ibliet u fl-isptarijiet qegħdin jintużaw robots dejjem aktar awtonomi. Il-pjattaformi kummerċjali tal-intelliġenza artifiċjali, mill-ittestjar inbidlu għall-applikazzjonijiet reali fis-saħħa u l-ambjent; il-manifatturi ewlenin kollha tal-karozzi qegħdin jiżviluppaw karozzi mingħajr sewwieq, u tekniki ta’ apprendiment awtomatiku jinsabu fil-qalba tal-pjattaformi tal-web ewlenin kollha u fl-applikazzjonijiet tal-big data.

(20)Id-disponibbiltà ta’ settijiet tad-data fuq skala kbira u l-faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni għandhom importanza kbira għall-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali.

(21)Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea 64 , il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza ta’ approċċ komuni Ewropew dwar iċ-ċibersigurtà, filwaqt li rrikonoxxa l-ħtieġa li titqajjem il-kuxjenza u jqis li r-reżiljenza ċibernetika bħala responsabbiltà kruċjali għall-mexxejja tan-negozju u għal dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u dik Ewropea dwar is-sigurtà industrijali.

(22)Iċ-ċibersigurtà hija sfida għall-Unjoni kollha li ma tistax tibqa’ tiġi indirizzata biss b’inizjattivi nazzjonali frammentati. Il-kapaċità taċ-ċibersigurtà tal-Ewropa għandha tissaħħaħ biex tagħti lill-Ewropa l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex tipproteġi liċ-ċittadini u n-negozji tagħha minn theddid ċibernetiku. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu protetti meta jużaw il-prodotti konnessi li jistgħu jiġu aċċessi b’mod illegali u jikkompromettu s-sikurezza tagħhom. Dan jenħtieġ li jinkiseb flimkien mal-Istati Membri u s-settur privat billi jiġu żviluppati proġetti ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Ewropa fiċ-ċibersigurtà u fl-istess ħin tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn dawn il-proġetti u b’dan il-mod jiġi żgurat l-iskjerament tal-aħħar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà fl-ekonomija kollha, kif ukoll permezz tal-aggregazzjoni tal-kompetenzi f’dan il-qasam biex jiġu żgurati l-massa kritika u l-eċċellenza.

(23)F’Settembru 2017, il-Kummissjoni ressqet pakkett ta’ inizjattivi 65 li jistabbilixxu approċċ komprensiv tal-Unjoni għaċ-ċibersigurtà, bil-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Ewropa biex tilqa’ l-attakki ċibernetiċi u t-theddid u biex issaħħaħ il-kapaċità industrijali u teknoloġika f’dan il-qasam.

(24)Il-fiduċja hija prerekwiżit biex is-Suq Uniku Diġitali jiffunzjona. It-teknoloġiji taċ-ċibersigurtà bħall-identitajiet diġitali, il-kriptografija jew is-sejbien ta' intrużjoni, u l-applikazzjoni tagħhom f’oqsma bħall-finanzi, l-industrija 4.0, l-enerġija, it-trasport, il-kura tas-saħħa, jew il-gvern elettroniku huma essenzjali għas-salvagwardja tas-sigurtà u l-fiduċja tal-attività online u t-tranżazzjonijiet miċ-ċittadini, mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u mill-kumpaniji.

(25)Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2017, il-Kunsill Ewropew saħaq li biex tinbena Ewropa Diġitali b’suċċess, l-Unjoni teħtieġ b’mod partikolari swieq tax-xogħol, kif ukoll sistemi ta’ taħriġ u ta’ edukazzjoni li jkunu adattati għall-era diġitali u li hemm il-ħtieġa li jsir investiment fil-ħiliet diġitali, sabiex tingħata s-setgħa u l-awtorità lill-Ewropej kollha;

(26)Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017 stieden lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippromwovu l-aġenda tas-Summit Soċjali ta’ Gothenburg ta’ Novembru 2017 inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif ukoll l-edukazzjoni u t-taħriġ u t-twettiq tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa. Il-Kunsill Ewropew talab ukoll lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jeżaminaw miżuri possibbli li jindirizzaw l-isfidi tal-ħiliet marbuta mad-diġitalizzazzjoni, maċ-ċibersigurtà, mal-litteriżmu medjatiku u mal-intelliġenza artifiċjali u l-ħtieġa ta’ approċċ għall-edukazzjoni u t-taħriġ li jkun inklużiv, ibbażat fuq it-tagħlim tul il-ħajja u xprunat mill-innovazzjoni. B’rispons għal dan, fis-17 ta’ Jannar 2018 il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel pakkett ta’ miżuri, li jindirizzaw l-kompetenzi ewlenin, il-ħiliet diġitali 66 kif ukoll il-valuri komuni u l-edukazzjoni inklużiva. F’Mejju 2018, tnieda t-tieni pakkett ta’ miżuri li avvanza l-ħidma biex sal-2025, tinbena Żona Ewropea ta’ Taħriġ, li tenfasizza wkoll iċ-ċentralità tal-ħiliet diġitali.

(27)Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea 67 , il-Parlament Ewropew stqarr li l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendiment tul il-ħajja huma l-pedament tal-koeżjoni soċjali f’soċjetà diġitali.

(28)It-teknoloġiji diġitali avvanzati appoġġati minn dan il-Programm, bħall-computing ta’ prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà u l-intelliġenza artifiċjali huma issa maturi biżżejjed biex jimxu lil hinn mill-arena tar-riċerka u jiġu skjerati, implimentati u mkabbra fil-livell tal-Unjoni. Bħal kif l-iskjerament ta’ dawn it-teknoloġiji jirrikjedu rispons mill-Unjoni hekk ukoll titlob id-dimensjoni tal-ħiliet. Hemm bżonn li l-opportunitajiet ta’ taħriġ f’ħiliet diġitali avvanzati jaraw espansjoni, żieda u jsiru aċċessibbli fl-UE kollha. Nuqqas ta’ dan jista’ jimpedixxi l-iskjerament bla xkiel tat-teknoloġiji diġitali avvanzati u jfixkel il-kompetittività globali tal-ekonomija tal-Unjoni. L-azzjonijiet appoġġati minn dan il-programm huma komplimentari għal dawk appoġġati mill-FSE, mill-FEŻR u mill-programmi ta’ Orizzont Ewropa.

(29)L-immodernizzar tal-amministrazzjonijiet u s-servizzi pubbliċi permezz ta’ mezzi diġitali huwa kruċjali biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-industrija u ċ-ċittadini b’mod ġenerali billi jitħaffu aktar l-interazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi u jsiru aktar konvenjenti u irħas, kif ukoll billi tiżdied l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pprovduti liċ-ċittadini u lill-kumpaniji. Peress li għadd ta’ servizzi ta’ interess pubbliku diġà għandhom dimensjoni tal-Unjoni, l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-iskjerament tagħhom fil-livell tal-Unjoni għandu jiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jibbenefikaw mill-aċċess għal servizzi diġitali ta’ kwalità għolja fl-Ewropa kollha.

(30)It-trasformazzjoni diġitali tal-oqsma ta’ interess pubbliku bħalma huma l-kura tas-saħħa 68 , il-mobilità, il-ġustizzja, il-monitoraġġ ambjentali/tad-dinja, l-edukazzjoni u l-kultura tirrikejdi l-kontinwazzjoni u l-espansjoni tal-Infrastrutturi ta’ Servizz Diġitali, li jagħmlu possibbli l-skambju sikur tad-data transfruntiera u jrawmu l-iżvilupp nazzjonali. Il-koordinazzjoni tagħhom skont dan ir-Regolament tikseb bl-aħjar mod il-potenzjal għall-isfruttar ta’ sinerġiji.

(31)Il-Kunsill tal-UE fid-dikjarazzjoni tiegħu ta’ Tallinn tas-6 ta’ Ottubru 2017 ikkonkluda li l-progress diġitali qed jittrasforma l-qalba tas-soċjetatjiet u l-ekonomiji tagħna, li qed jisfidaw l-effikaċja tal-politiki li kienu ġew żviluppati qabel f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, kif ukoll ir-rwol u l-funzjoni tal-amministrazzjoni pubblika b’mod ġenerali. Huwa d-dmir tagħna li nantiċipaw u niġġestixxu dawn l-isfidi biex nissodisfaw il-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tan-negozji.

(32)Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Istrateġija għas-Suq Uniku Diġitali. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija enfasizzat il-ħtieġa biex tissaħħaħ it-trasformazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess faċli, affidabbli, u bla xkiel għas-servizzi pubbliċi.

(33)L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat mill-Kummissjoni fl-2017 69 juri li l-kwalità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għandha impatt dirett fuq l-ambjent ekonomiku u għalhekk hija kruċjali għall-istimulazzjoni tal-produttività, tal-kompetittività, tal-kooperazzjoni ekonomika, tat-tkabbir u tal-impjiegi. B'mod partikolari, l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti u trasparenti u s-sistemi ġudizzjarji effettivi huma meħtieġa biex jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku u jwasslu servizzi ta' kwalità għolja lid-ditti u liċ-ċittadini.

(34)L-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi Ewropej tikkonċerna l-livelli kollha tal-amministrazzjoni: Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali. Barra t-tneħħija tal-ostakoli għal funzjonament tas-Suq Uniku, l-interoperabbiltà tiffaċilita l-implimentazzjoni b'suċċess tal-politiki u toffri potenzjal kbir biex jiġu evitati l-ostakoli elettroniċi transfruntiera, tiżgura aktar l-apparizzjoni ta' servizzi pubbliċi komuni ġodda jew il-konsolidazzjoni ta' servizzi pubbliċi komuni li għadhom qed jiġu żviluppati fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tiġi eliminata l-frammentazzjoni tas-servizzi Ewropej, biex jiġu sostnuti l-libertajiet fundamentali u r-rikonoxximent reċiproku operattiv fl-UE, jenħtieġ li jiġi promoss approċċ olistiku transsettorjali u transfruntier lejn l-interoperabbiltà bl-aktar mod effettiv, u bl-aktar mod responsiv għall-utenti finali. Dan jimplika li l-interoperabbiltà trid tinftiehem f’sens wiesa’ li jinfirex minn saffi tekniċi għal saffi ġuridiċi u li jinkludi elementi ta’ politika f’dan il-qasam. Għaldaqstant, il-firxa ta’ attivitajiet imorru lil hinn miċ-ċiklu tal-ħajja normali ta’ soluzzjonijiet biex tinkludi l-elementi kollha ta’ intervent li jappoġġaw il-kundizzjonijiet ta’ qafas meħtieġa għall-interoperabilità sostnuta b’mod ġenerali.

(35)Il-baġit allokat għal attivitajiet speċifiċi ddedikati għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ interoperabbiltà u l-interoperabbiltà ta’ soluzzjonijiet żviluppati huwa ta’ EUR 194 miljun.

70 Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea tenfasizza l-importanza li jiġi żblukkat biżżejjed finanzjament pubbliku u privat għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija.

(37) F’April 2016, il-Kummissjoni adottat l-inizjattiva dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea biex tiżgura li “kull industrija fl-Ewropa, ikun xi jkun is-settur tagħha, tinsab fejn tinsab, u irrispettivament mid-daqs tagħha, tkun tista’ tibbenefika b’mod sħiħ mill-innovazzjonijiet diġitali”. 71  

(38)Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew laqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni dwar “Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea” u, flimkien mad-dokumenti ta’ akkumpanjament, ikkunsidraha bħala “l-ewwel pass fi programm ta’ ħidma Ewropew vast li għandu jitwettaq f’kooperazzjoni mill-qrib u reċiproka bejn il-partijiet interessati kollha pubbliċi u privati”. 72

73 L-ilħuq tal-objettivi fil-mira jista’jirrikjedi l-ingranaġġ tal-potenzjal ta’ teknoloġiji komplimentari f’oqsma ta’ netwerking u computing, kif ġie ddikjarat fil-Komunikazzjoni “Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea” li tirrikonoxxi “id-disponibbiltà ta' infrastruttura ta' netwerking u cloud ta' klassi dinjija” bħala ingredjent essenzjali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija.

(40)Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), applikabbli minn Mejju 2018 ’il quddiem, billi jipprovdi sett wieħed ta’ regoli applikabbli direttament fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri, se jiggarantixxi l-fluss ħieles tad-data personali bejn l-Istati Membri tal-UE u jsaħħaħ il-fiduċja u s-sigurtà tal-individwi, żewġ elementi indispensabbli għal Suq Uniku Diġitali reali. Għalhekk l-azzjonijiet meħuda taħt dan il-Programm, meta dawn ikunu jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali, jenħtieġ li jappoġġaw l-applikazzjoni tal-GDPR, pereżempju, fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u fit-teknoloġija ta' katina ta' blokok ta' tranżazzjonijiet.

(41)Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b’rispett sħiħ tal-qafas internazzjonali u tal-UE għall-protezzjoni u l-infurzar tal-proprjetà intellettwali. Il-protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali tilgħab rwol ewlieni fl-innovazzjoni u għalhekk huwa meħtieġ l-implimentazzjoni effettiva tal-Programm.

(42)Il-korpi li jimplimentaw dan il-Programm għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-ġestjoni tal-informazzjoni, b’mod partikolari informazzjoni mhux klassifikata sensittiva u informazzjoni klassifikata tal-UE.

(43)Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u jwassal għall-kisba ta’ mira kumplessiva ta’ 25 % ta’ nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima 74 . L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

(44)Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw is-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm skont il-prijoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri filwaqt li jiġu żgurati l-konsistenza, it-trasparenza u l-kontinwità tal-azzjoni konġunta mill-Unjoni u l-Istati Membri. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4 ta

(45)r-Regolament (UE) 182/2011 75 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

(46)Fil-prinċipju, il-programmi ta’ ħidma jenħtieġ li jiġu adottati bħala programmi ta’ ħidma pluriennali, tipikament kull sentejn, jew, jekk dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-programm, bħala programmi ta’ ħidma annwali. It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(47)Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tal-Anness II biex jiġu riveduti u/jew ikkomplimentati l-indikaturi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(48)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dawk imsemmija skont l-Artikoli [8], [11], [16], [21], [35], [38] u [47] fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża, il-projbizzjoni tad-diskrimnazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-Istati Membri bir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(49)Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.

(50)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedu t-twettiq ta’ verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali (“il-Programm”).

Jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021- 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)"Operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjonijiet sostnuti mill-baġit tal-UE, inklużi dawk fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta' sostenn li mhumiex rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE b’forom ta' sostenn rimborsabbli minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u minn investituri.

(b)“Entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju;

(c)“Pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni;

(d)“Pajjiż assoċjat” tfisser pajjiż terz li huwa parti minn ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Programm skont l-Artikolu [10]; “Organizzazzjoni internazzjonali ta' interess Ewropew” tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fi Stat Membru;

(e)“Hub ta’ Innovazzjoni Diġitali” tfisser entità ġuridika maħtura jew magħżula fi proċedura miftuħa u kompetittiva sabiex twettaq il-kompiti taħt il-Programm, b’mod partikolari billi tipprovdi aċċess għall-għarfien espert teknoloġiku u għall-faċilitajiet ta’ esperimentazzjoni, bħal tagħmir u għodod ta’ softwer li jippermettu t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija.

(f)“Ħiliet diġitali avvanzati” huma dawk il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex ifasslu, jiżviluppaw, jamministraw, jimplimentaw u jżommu t-teknoloġiji appoġġati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-objettivi tal-programm

1.Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li ġej: li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà Ewropea u li jġib l-benefiċċji tagħha liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej. Il-Programm se:

(a)isaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Ewropa f’oqsma ta’ teknoloġija diġitali prinċipali permezz ta’ iskjerament fuq skala kbira,

(b)iwessa’ t-tixrid u l-adozzjoni tagħhom f’oqsma ta’ interess pubbliku u fis-settur privat.

2.Il-programm se jkollu ħames objettivi speċifiċi:

(a)L-Objettiv Speċifiku 1: Il-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja

(b)L-Objettiv Speċifiku 2: L-Intelliġenza Artifiċjali

(c)L-Objettiv Speċifiku 3: Iċ-Ċibersigurtà u Fiduċja

(d)L-Objettiv Speċifiku 4: Il-Ħiliet Diġitali Avvanzati

(e)L-Objettiv Speċifiku 5: L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċità diġitali u l-interoperabbiltà

Artikolu 4

Computing ta’ Prestazzjoni Għolja

L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 1. Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja għandu jsegwi l-objettivi operazzjonali li ġejjin:

(a)jiskjera, jikkoordina fil-livell tal-Unjoni u jħaddem supercomputing integrat fuq skala eksa 76 u infrastruttura tad-data ta’ klassi mondjali fl-Unjoni li għandhom ikunu aċċessibbli fuq bażi mhux kummerċjali għall-utenti pubbliċi u privati u għal skopijiet ta’ riċerka ffinanzjata pubblikament;

(a)jiskjera teknoloġija lesta biex tintuża/operattiva li tirriżulta mir-riċerka u l-innovazzjoni biex tinbena ekosistema integrata ta’ computing ta’ prestazzjoni għolja tal-Unjoni, li tkopri s-segmenti kollha tal-katina tal-valur xjentifiċi u industrijali, inkluż il-ħardwer, is-softwer, l-applikazzjonijiet, is-servizzi, l-interkonnessjonijiet u l-ħiliet diġitali;

(b)juża u jopera infrastruttura skala posteksa 77 , inkluża l-integrazzjoni ma’ teknoloġiji ta’ quantum computing u jiżviluppa infrastrutturi ġodda ta’ riċerka għax-xjenza tal-computing.

Artikolu 5

Intelliġenza Artifiċjali

L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 2. L-intelliġenza artifiċjali għandha ssegwi l-objettivi operazzjonali li ġejjin:

(a)tibni u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ intelliġenza artifiċjali ewlenin fl-Unjoni, inklużi riżorsi tad-data u libreriji tal-algoritmi f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;

(b)tagħmel dawk il-kapaċitajiet aċċessibbli għan-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha;

(c)tirrinforza u tinnetwerkja l-ittestjar tal- intelliġenza artifiċjali u l-faċilitajiet ta’ esperimentazzjoni eżistenti fl-Istati Membri;

Artikolu 6

Ċibersigurtà u Fiduċja

L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 3. Iċ-Ċibersigurtà u l-Fiduċja għandhom ssegwi l-objetttivi operazzjonali li ġejjin:

(a)jappoġġaw, flimkien mal-Istati Membri, l-akkwist ta’ tagħmir avvanzati għaċ-ċibersigurtà, għodod u infrastrutturi tad-data b’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;

(b)jappoġġaw l-aħjar użu tal-għarfien, tal-kapaċità u tal-ħiliet Ewropej relatati maċ-ċibersigurtà;

(c)jiżguraw skjerament wiesa’ tal-aħħar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà fl-ekonomija kollha;

(d)jirrinforzaw il-kapaċitajiet fl-Istati Membri u s-settur privat biex jgħinuhom jissodisfaw id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha 78 .

Artikolu 7

Ħiliet Diġitali Avvanzati

L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet Diġitali Avvanzati għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali avvanzati f’oqsma appoġġati minn dan il-programm biex b’hekk jikkontribwixxu biex tikber il-ġabra ta’ talenti fl-Ewropa, irawmu aktar professjonaliżmu, b’mod speċjali fir-rigward tal-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-analitika tal-big data, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji ta’ reġistru distribwit, ir-robotika u l-intelliġenza artifiċjali. L-intervent finanzjarju għandu jsegwi l-objettivi operazzjonali li ġejjin:

(a)jappoġġa t-tfassil u t-twassil ta’ taħriġ fit-tul u korsijiet għal-istudenti, il-professjonisti tal-IT u l-forza tax-xogħol;

(b)jappoġġa t-tfassil u t-twassil ta’ taħriġ u korsijiet ta’ terminu qasir għall-imprendituri, il-mexxejja tan-negozji ż-żgħar u l-forza tax-xogħol;

(c)jappoġġa t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u apprendistati għall-istudenti, l-intraprendituri żgħażagħ u l-gradwati.

Artikolu 8

L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà

L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 5. L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà għandhom jiksbu l-objettivi operazzjonali li ġejjin:

(a)jiżguraw li s-settur pubbliku u oqsma ta’ interessi pubbliċi, bħalma huma s-saħħa u l-kura, l-edukazzjoni, il-ġudikatura, it-trasport, l-enerġija, l-ambjent, is-setturi kulturali u kreattivi, jistgħu jiskjeraw u jaċċessaw teknoloġiji diġitali avvanzati, b’mod partikolari l-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà;

(b)jiskjeraw, iħaddmu u jżommu l-Infrastrutturi ta’ Servizz Diġitali interoperabbli trans-Ewropej (inklużi servizzi relatati) f’komplimentarjetà ma’ azzjonijiet nazzjonali u reġjonali;

(c)jiffaċilitaw l-iżvilupp, l-aġġornament u l-użu ta’ soluzzjonijiet u oqfsa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, in-negozji u ċ-ċittadini, inkluż l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet u oqsfa ta’ interoperabbiltà;

(d)joffru lill-amministrazzjonijiet pubbliċi aċċess għall-ittestjar u l-pilotaġġ tat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-użu transfruntier tagħhom;

(e)jappoġġaw it-teħid tat-teknoloġiji avvanzati diġitali u dawk relatati, inkluż b’mod partikolari l-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġiji futuri u emerġenti mill-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari l-SMEs;

(f)jappoġġaw it-tfassil, l-ittestjar, l-implimentazzjoni u l-iskjerament tas-soluzzjonijiet diġitali interoperabbli għas-servizzi pubbliċi fil-livell tal-UE mwassla permezz ta’ pjattaforma ta’ soluzzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw u huma xprunati mid-data, it-trawwim tal-innovazzjoni u l-istabbiliment ta’ oqfsa komuni sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-servizzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej;

(g)jiżguraw il-kapaċità kontinwa fil-livell tal-Unjoni li josservaw, janalizzaw u jadattaw ix-xejriet diġitali li qed jevolvu malajr, kif ukoll il-kondiviżjoni ul-integrazzjoni tal-aħjar prattiki.

(h)jappoġġaw il-kooperazzjoni lejn il-kisba ta’ ekosistema Ewropea għall-infrastrutturi li jgawdu l-fiduċja bl-użu ta’ servizzi u applikazzjonijiet ta’ reġistri distribwiti, inkluż l-appoġġ għall-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni u t-trawwim tal-iskjerament tal-applikazzjonijiet transkonfinali tal-UE.

(i)jibnu u jsaħħu n-netwerk ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali.

Artikolu 9

Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 9 194 000 000 fi prezzijiet attwali.

2.Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi għandha tkun:

(a)sa EUR 2 698 240 000 għall-Objettiv Speċifiku 1, il-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja

(b)sa EUR 2 498 369 000 għall-Objettiv Speċifiku 2, l-Intelliġenza Artifiċjali

(c)sa EUR 1 998 696 000 għall-Objettiv Speċifiku 3, iċ-Ċibersigurtà u l-Fiduċja

(d)sa EUR 699 543 000 għall-Objettiv Speċifiku 4, il-Ħiliet Diġitali Avvanzati

(e)sa EUR 1 299 152 000 għal Objettiv Speċifiku 5, L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà

3.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

4.L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta' aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.

5.Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

6.Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta’ ħidma tista’ tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 10

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Il-programm għandu jkun miftuħ għal:

1.Il-Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea;

2.Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u huma;

3.Il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

4.il-Pajjiżi terzi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim

·jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

·jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu [21(5)] ta’ [the new Financial Regulation];

·ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

·jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Artikolu 11

Kooperazzjoni internazzjonali

1.L-Unjoni tista’ tikkoopera ma’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10, ma' pajjiżi terzi oħra u ma’ organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali stabbiliti f’dawk il-pajjiżi, b'mod partikolari fi ħdan il-qafas tas-Sħubiji Ewro-Mediterranji u tal-Lvant u mal-pajjiżi fil-viċinat, b'mod partikolari dawk tar-reġjuni tal-Balkani tal-Punent u tal-Baħar l-Iswed. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu [19], il-kostijiet relatati ma għandhomx jiġu koperti mill-programm.

2.Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 taħt l-Objettiv Speċifiku 3. Iċ-ċibersigurtà u l-Fiduċja għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu [12].

Artikolu 12

Sigurtà

3.L-azzjonijiet imwettqa skont il-Programm għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ sigurtà applikabbli u b’mod partikolari mal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata kontra divulgazzjoni mhux awtorizzata, inkluża konformità ma’ kwalunkwe liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti. Fil-każ tal-azzjonijiet imwettqa barra mill-Unjoni, huwa meħtieġ li, minbarra l-konformità mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq, irid ikun hemm konkluż ftehim ta’ sigurtà bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz li fih titwettaq l-attività.

4.Fejn xieraq, il-proposti u l-offerti għandhom jinkludu awtovalutazzjoni tas-sigurtà li tidentifika kwalunkwe kwistjoni ta’ sigurtà u li tagħti dettalji dwar kif se jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet sabiex ikunu konformi mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti.

5.Fejn xieraq, il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament għandu jwettaq proċedura ta’ skrutinju tas-sigurtà għall-proposti li jagħtu lok għal kwistjonijiet ta’ sigurtà.

6.Fejn xieraq, l-azzjonijiet għandhom jikkonformaw mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444/KE 79 , u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha.

7.Il-programm ta’ ħidma jista’ jipprevedi wkoll li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi assoċjati u entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-UE iżda kkontrollati minn pajjiżi terzi ma jkunux eliġibbli għall-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet kollha jew uħud minnhom skont l-Objettiv Speċifiku 3 għal raġunijiet ta’ sigurtà. F’każijiet bħal dawn, sejħiet għall-proposti u sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ristretti għal entitajiet stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollat mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini tal-Istati Membri.

Artikolu 13

Sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni

1.Il-Programm tfassal biex jiġi implimentat filwaqt li jippermetti sinerġiji, kif deskritt aktar fl-Anness III, ma’ programmi oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz ta’ arranġamenti għall-finanzjament komplimentari minn programmi tal-UE fejn il-modalitajiet tal-ġestjoni jippermettu; jew f’sekwenza, f’mod li jalterna, jew permezz tat-tgħaqqid tal-fondi inkluż għall-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet.

2.Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti u għodod ta’ monitoraġġ xierqa sabiex b’mod sistematiku jiġu żgurati sinerġiji bejn il-Programm u kwalunkwe strument ta’ finanzjament rilevanti tal-UE. L-arranġamenti għandhom jikkontribwixxi biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-infiq.

Artikolu 14

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fl-Artikoli 62(1)(c) u 58(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għall-Objettivi Speċifiċi 1 u 3. Il-korpi ta’ finanzjament jistgħu jitbiegħdu mir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni stabbiliti f’dan ir-regolament jekk biss dan ikun previst fl-att bażiku li jwaqqaf il-korp ta’ finanzjament u/jew jafda kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lilu jew, għall-korpi ta’ finanzjament skont l-Artikolu 62(1)(c)(ii), (iii) jew (v) tar-Regolament Finanzjarju, jekk huwa previst fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni u l-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħhom jew in-natura tal-azzjoni tirrikjedi hekk.

2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, inkluż b’mod partikolari l-akkwist pubbliku bħala forma primarja kif ukoll għotjiet u premjijiet. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.

3.Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-[Artikolu X tar-] Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] .

Artikolu 15

Sħubijiet Ewropej

Il-Programm jista’ jiġi implimentat permezz ta’ Sħubijiet Ewropej. Dawn jistgħu jinkludu b’mod partikolari l-kontribuzzjonijiet għal sħubijiet pubbliċi-privati eżistenti jew ġodda fil-forma ta’ impriżi konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE. Għal dawn il-kontribuzzjonijiet, japplikaw dispożizzjonijiet relatati mas-Sħubijiet Ewropej skont ir-[Regolament Orizzont Ewropa, għandha tiżdied ref].

Artikolu 16

Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali

1.Matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Programm, għandu jiġi stabbilit netwerk inizjali tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali.

2.Għall-fini tal-istabbiliment tan-netwerk imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jinnomina entitajiet kandidati permezz ta’ proċess miftuħ u kompetittiv, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)kompetenzi xierqa relatati mal-funzjonijiet tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali;

(b)il-kapaċità ta’ ġestjoni xierqa, il-persunal u l-infrastruttura;

(c)il-mezzi operattivi u legali biex jiġu applikati r-regoli ta’ ġestjoni amministrattiva, kuntrattwali u finanzjarji stabbiliti fuq livell ta’ Unjoni;

(d)garanziji finanzjarji xierqa, preferibbilment maħruġa minn awtorità pubblika, korrispondenti għal-livell ta' fondi tal-Unjoni li hija se tkun imsejħa li tamministra.

3.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-għażla tal-entitajiet li jiffurmaw in-netwerk inizjali. Dawn l-entitajiet għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni minn fost l-entitajiet kandidati innominati mill-Istati Membri abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u l-kriterji addizzjonali li ġejjin:

(a)il-baġit disponibbli għall-finanzjament tan-netwerk inizjali;

(b)il-ħtieġa li n-netwerk inizjali jiżgura kopertura tal-ħtiġijiet tal-industrija u l-oqsma ta’ interess pubbliku u kopertura ġeografika bbilanċjata u komprensiva.

4.Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali addizzjonali għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ proċess miftuħ u kompetittiv, b’mod li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa madwar l-Ewropa. L-għadd ta’ entitajiet tan-netwerk għandu jkun proporzjonat għall-popolazzjoni ta’ Stat Membri partikolari u għandu jkun hemm mill-inqas Hub ta’ Innovazzjoni Diġitali waħda għal kull Stat Membru. Biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet speċifiċi affaċċjati mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, jistgħu jiġu nominati entitajiet speċifiċi biex ikopru l-ħtiġijiet tagħhom.

5.Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali jistgħu jirċievu finanzjament fil-forom ta’ għotjiet.

6.Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali li jirċievu l-finanzjament għandhom jiġu involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm sabiex:

(a)jipprovdu servizzi ta’ trasformazzjoni diġitali - inkluż l-ittestjar u l-esperimentazzjoni tal-faċilitajiet - immirata lejn l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, anke f’setturi li huma kajmana fl-użu tat-teknoloġiji diġitali u teknoloġiji relatati;

(b)jittrasferixxu l-għarfien espert u l-knowhow bejn ir-reġjuni, b’mod partikolari permezz ta’ netwerking għall-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja stabbiliti f’reġjun partikolari mal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali stabbiliti f’reġjuni oħra li huma l-aktar adattati biex jipprovdu servizzi rilevanti;

(c)jipprovdu servizzi tematiċi, fosthom servizzi marbuta mal-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà u l-fiduċja lill-amministrazzjonijiet, lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, lill-SMEs u lill-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja. Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali individwali jistgħu jispeċjalizzaw f’servizzi tematiċi speċifiċi u m’għandhomx għalfejn jipprovdu s-servizzi tematiċi kollha msemmija f’dan il-paragrafu;

(d)jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-partijiet terzi, taħt l-objettiv speċifiku 4, il-Ħiliet Diġitali Avvanzati.

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 17

Azzjonijiet eliġibbli

1.L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu [3] u l-Artikoli [4]-[8] biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

2.Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-azzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma.

Artikolu 18

Entitajiet eliġibbli

1.Barra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju, għandhom japplikaw ukoll il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 4:

2.L-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli:

(a)entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi:

(i)    Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(ii)    pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

(b)kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

3.L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjonijiet speċifiċi fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm.

4.Il-persuni fiżiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli, ħlief għall-għotjiet mogħtija skont l-Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet diġitali avvanzati.

5.Il-programm ta’ ħidma jista’ jipprovdi li l-parteċipazzjoni tkun limitata għall-benefiċjarji stabbiliti fl-Istati Membri biss, jew għall-benefiċjarji stabbiliti fl-Istati Membri u pajjiżi terzi speċifikati assoċjati jew oħrajn għal raġunijiet ta’ sigurtà jew azzjonijiet direttament relatati mal-awtonomija strateġika tal-UE.

6.Jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm, fil-prinċipju, iġarrbu l-kost tal-parteċipazzjoni tagħhom.

KAPITOLU III

GĦOTJIET

Artikolu 19

Għotjiet

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 20

Kriterji tal-għotjiet

1.Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu ddefiniti fil-programmi ta’ ħidma u fis-sejħiet għall-proposti, filwaqt li jitqiesu bħala minimu l-elementi li ġejjin:

(a)il-maturità tal-azzjoni fl-iżvilupp tal-proġett;

(b)kemm hu tajjeb il-pjan ta' implimentazzjoni propost;

(c)l-effett stimolanti tal-appoġġ tal-Unjoni fuq l-investiment pubbliku u privat, meta applikabbli;

(d)il-ħtieġa li jingħeleb xkiel finanzjarju bħan-nuqqas ta' finanzi fis-suq;

(e)fejn applikabbli, l-impatt ekonomiku, soċjali, fuq il-klima u dak ambjentali, u l-aċċessibbiltà;

(f)fejn applikabbli, dimensjoni trans-Ewropea;

(g)fejn applikabbli, distribuzzjoni ġeografika bilanċjata fl-Unjoni kollha, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi.

(h)meta jkun applikabbli, il-preżenza ta’ pjan ta’ sostenibbiltà fit-tul.

KAPITOLU IV

OPERAZZJONIJIET TA’ TAĦLIT U FINANZJAMENT IMĦALLAT IEĦOR

Artikolu 21

Operazzjonijiet ta' taħlit

L-operazzjonijiet ta' taħlit deċiżi skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[regolament InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 22

Finanzjament kumulattiv, kumplimentarju u mħallat

1.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta’ kull programm kontribwenti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata skont id-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-appoġġ.

2.L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza, jew li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi li ġejjin:

(a)dawn ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti skont il-Programm;

(b)dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta’ kwalità ta’ din is-sejħa għal proposti;

(c)dawn ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont din is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew +, mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, f’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], sakemm tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-objettivi tal-programm ikkonċernat. Ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ għandhom japplikaw.

KAPITOLU V

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 23

Programmi ta’ ħidma

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal- programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

2.Dawk il-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu adottati bħala programmi multiannwali għall-Programm kollu. Jekk ikunu ġġustifikati bi ħtiġijiet ta’ implimentazzjoni speċifiċi, huma jistgħu jiġu adottati wkoll bħala programmi annwali li jkopru Objettiv Speċifiku wieħed jew aktar.

3.L-ewwel programm ta’ ħidma pluriennali għandu jiffoka fuq l-attivitajiet stabbiliti fl-Anness u għandu jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati hemmhekk ma jeskludux il-finanzjament privat. Il-programmi ta’ ħidma sussegwenti jistgħu jinkludu attivitajiet mhux imniżżla fl-Anness, sakemm dawn ikunu konsistenti mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, kif stabbiliti fl-Artikoli [4 – 8].

4.Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

Artikolu 24

Monitoraġġ u rapportar

1.L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.

2.Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm biex jikseb l-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 biex temenda l-Anness II biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies neċessarju u biex tissuplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.

3.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.

4.Għandha tintuża sal-massimu tagħha l-istatistika uffiċjali tal-UE bħall-istħarriġiet regolari tal-ICT. L-istituti Nazzjonali tal-Istatistika għandhom jiġu kkonsultati u involuti flimkien mal-Eurostat fit-tfassil inizjali u l-iżvilupp ulterjuri tal-indikaturi statistiċi użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u l-progress li jkun sar fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni.

Artikolu 25

Evalwazzjoni

1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. 

3.Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu [1], għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

4.Is-sistema ta’ rapportar dwar l-evalwazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-evalwazzjoni tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, f’waqtu u f’livell xieraq ta’ granularità mir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni;

5.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 26

Awditi

1.L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

2.Is-sistema ta’ kontroll għandha tiżgura bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll, filwaqt li jitqiesu il-kostijiet amministrattivi u kostijiet oħrajn tal-kontrolli fil-livelli kollha.

3.Awditi tal-infiq għandhom jitwettqu b’mod konsistenti b’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività.

4.Bħala parti mis-sistema ta’ kontroll, l-istrateġija tal-awditu tista’ tkun ibbażata fuq l-awditu finanzjarju ta’ kampjun rappreżentattiv tal-infiq. Dak il-kampjun rappreżentattiv għandu jiġi kkomplementat b’għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati mal-infiq.

5.L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu awditjati darba biss, billi jiġu koperti l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.

Artikolu 27

Eżerċizzju tad-delega

1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 24 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 24 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 28

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm permezz ta’ deċiżjoni taħt ftehim internazzjonali jew permezz ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa mill-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 29

Informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità, appoġġ ta’ politika u disseminazzjoni

1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu [3].

3.Il-Programm għandu jipprovdi appoġġ lill-iżvilupp tal-politika, il-komunikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u t-tixrid ta’ attivitajiet u jippromwovi kooperazzjoni u l-iskambju ta’ esperjenza fl-oqsma msemmija fl-Artikoli 4 sa 8.

Artikolu 30

Tħassir

1.Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 80 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 81 , li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 u skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 82 .

3.Fejn hu meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu [9(4)], sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ

4.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

Dokument ta’ ħidma għat-tħejjija ta’ atti bażiċi għal wara l-2020

Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali.

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Investimenti Strateġiċi Ewropej

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 83  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-mira hija li l-programm jibda jopera mill-bidu tiegħu fl-2021.

Fir-rigward tal-metodi tat-twettiq għall-implimentazzjoni tal-programm, huwa propost li tintuża kemm ġestjoni diretta kif ukoll ġestjoni indiretta.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ ġestjoni diretta, huwa previst li l-ewwel sejħiet jiġu varati fi tmiem l-2020. Fl-eventwalità ta' delegazzjoni lil Aġenzija Eżekuttiva, din għandha tkun suġġetta għar-riżultat tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji u d-deċiżjonijiet relatati li jridu jittieħdu.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Il-proposta fil-Programm Ewropa Diġitali tindirizza oqsma fejn l-investiment tal-UE għandu valur miżjud ċar ibbażat fuq tliet kriterji:

- oqsma fejn il-finanzjament meħtieġ huwa tant sinifikanti li l-ebda Stat Membru ma jista’ jagħmel din id-diġitalizzazzjoni f’waqtha waħdu

- oqsma fejn ikun hemm ħtieġa li tinġabar flimkien ir-riżorsi (qawwa tal-kompjuter, għarfien espert dwar id-data) li huma mifruxa madwar l-Ewropa, u

- oqsma fejn l-interoperabbiltà hija importanti

Prinċipju ta’ gwida tal-proposta huwa l-valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-UE. Illum hemm rieda politika ċara li jiġi indirizzat b’kooperazzjoni dak li qabel kien isir fil-livell domestiku. Għalhekk, l-UE hija f’pożizzjoni unika biex tippjana, tiffinanzja b’mod konġunt, u tikkoordina azzjonijiet fuq skala li tista’ tissodisfa dawn l-isfidi, u tiżgura li l-benefiċċji tat-teknoloġiji diġitali ġodda huma sfruttati totalment miċ-ċittadini u n-negozji fl-Istati Membri kollha. L-azzjoni koordinata multilaterali tista’ wkoll tevita d-duplikazzjoni, tikkapitalizza fuq is-sinerġiji billi torbot il-finanzjament ma’ kundizzjonijiet ta’ qafas, tissalvagwardja l-interoperabbiltà, u tevita punti li ma jkunux qed jidhru jew qasma diġitali ġeografika maġġuri. Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni u l-iskala tal-investiment meħtieġ, hemm għalhekk każ b’saħħtu għal intervent mill-UE.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-programmi eżistenti jkopru ċerti aspetti importanti relatati mat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà: (i) l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni li jmiss, (ii) l-appoġġ għall-proġetti ta’ infrastruttura diġitali taħt is-CEF – fejn l-esperjenza tal-QFP attwali wriet li l-programm kien l-aħjar wieħed għall-konnettività fiżika, (iii) l-appoġġ għall-Midja taħt il-Programm Ewropa Kreattiva, u (iv) l-appoġġ għad-diġitalizzazzjoni fir-reġjuni tal-UE permezz tal-ESIF. Dawn huma investimenti importanti u jeħtieġ li jitkomplew fil-QFP li jmiss. Madankollu dawn mhumiex suffiċjenti. Bħalissa m’hemm l-ebda programm li jippermetti li l-UE kollha kemm hi taġixxi bħala l-ewwel innovatur fl-akkwist tal-kapaċitajiet diġitali komuni f’oqsma essenzjali li jirfdu t-tkabbir, l-impjiegi u s-sostenibbiltà ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja, jiġifieri l-informatika avvanzata u d-data, iċ-ċibersigurtà u l-intelliġenza artifiċjali.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

Il-programm Ewropa Diġitali jikkumplimenta u jifforma sinerġiji ma’ għadd ta’ strumenti proposti oħra fil-QFP ta’ wara l-2020, b’mod partikolari: Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF2), il-Fond tal-Valuri tal-UE, Ewropa Kreattiva (inkluż il-programm Media), il-Fond InvestEU, COSME, il-FEŻR, il-Fond Soċjali Ewropew + (inkluża l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u ħiliet diġitali bażiċi), Erasmus +, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati), Ġestjoni tal-Fruntieri Interna, il-Fond għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (inkluż għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Is-sinerġiji bejn il-programmi se jagħmlu l-investimenti aktar effettivi u jagħtu valur aħjar għaċ-ċittadini. Huma ser iżidu l-impatt tal-investimenti diġitali fil-livell tal-UE fuq il-post, filwaqt li l-investiment diġitali nazzjonali u reġjonali se jkunu f’pożizzjoni aħjar li jikkomplimentaw il-programm tal-UE.

Billi żżid l-impatt u l-effikaċja tal-fondi pubbliċi permezz ta’ konnessjonijiet prattiċi bejn il-programmi differenti, l-UE ser tindirizza l-isfidi diġitali b’mod aktar immirat u b’mod issimplifikat; toħloq aktar impjiegi, iżżid it-tkabbir u tixpruna l-kompetittività. Fl-implimentazzjoni tal-Programm, għandha tingħata attenzjoni biex il-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern tiġi konservata.

1.5.Durata u impatt finanzjarju

 durata limitata

   fis-seħħ mill-2021 sal-2027

   L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2021 sal-2031 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.

 durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 84  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-programm se jiġi implimentat direttament mill-Kummissjoni u/jew minn aġenzija eżekuttiva eżistenti skont l-eżitu ta’ analiżi tal-kostijiet imqabbel mal-benefiċċji futuri jew indirettament ma’ entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju.

Għall-finijiet ta’ din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, il-ġestjoni diretta hija preżunta bl-għan li jsiru l-aktar projettazzjonijiet prudenti.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-indiċi tal-Ekonomija u tas-Soċjetà Diġitali (DESI) huwa stabbilit bħala strument ta’ referenza biex jitkejjel il-progress tad-diġitalizzazzjoni fl-UE. L-istrument DESI huwa bbażat fuq għadd ta’ indikaturi li huma derivati minn analiżi ta’ statistika rigoruża. Id-data se tinġabar ukoll minn sorsi oħra, inklużi stħarriġiet speċjali.

L-output u l-indikaturi tal-impatt huma definiti b’rabta mal-oqsma ewlenin tal-programm (l-informatika ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, il-ħiliet diġitali avvanzati, l-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċità diġitali u l-interoperabilità).

Ir-rispons mill-monitoraġġ annwali se jippermetti li jiġu adattati l-istruttura u l-ġestjoni tal-programmi skont ir-riżultati miksuba. L-indikaturi eżistenti jistgħu jintużaw minn stħarriġiet annwali tal-ICT, u mill-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol. Jistgħu jitwettqu stħarriġiet speċjali. Il-ġbir ta’ data mingħand DESI se jkun ikkumplimentat b’tagħrif ġġenerat mill-programm stess.

L-arranġamenti ta’ evalwazzjoni ex post, sa fejn ikun possibbli, se jassorbu minn tekniki ta’ valutazzjoni kontrofattwali tal-impatt. Hemm ippjanati evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u oħra finali, u għandhom jitwettqu fil-livelli ta’ pilastru u ta’ programm.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Il-modi ta’ ġestjoni

Il-programm se jiġi implimentat direttament kif previst fir-Regolament Finanzjarju jew indirettament ma’ entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 58(1)(c) [62(1)(c) il-ġdid] tar-Regolament Finanzjarju. Il-modi ta’ implimentazzjoni se jkollhom jiżguraw li jinkiseb koinvestiment mal-Istati Membri bl-aktar mod flessibbli.

Strumenti ta’ Fondi

Il-Programm se jiġi implimentat permezz ta’ sett ta’ għodod ta’ strumenti disponibbli offruti mir-Regolament Finanzjarju, b’konsiderazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ politika reali, il-ħtieġa għal flessibbiltà massima matul il-perjodu kollu tal-programm u l-kontroll tal-kosteffettività filwaqt li jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi u li tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq:

L-istrumenti ta’ akkwist - bil-maqlub ta’ pajjiżi oħra fid-dinja - sa issa ma ġewx użati b’mod estensiv mill-Istati Membri tal-UE f’oqsma bħall-HPC jew iċ-ċibersigurtà. Iktar akkwist konġunt mill-Istati Membri jista’ jippermetti lill-Ewropa tisfrutta l-kisbiet fl-effiċjenza u jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ koordinazzjoni fis-sistemi ta’ akkwist. Il-Programm se jwassal għal massa kritika għall-akkwist, filwaqt li jikseb valur aħjar għall-flus fl-akkwisti. Se jiżgura wkoll rabta aktar stretta mal-forniment tat-teknoloġija li tiggarantixxi li l-fornituri nazzjonali jibqgħu fuq quddiem nett tal-avvanzi teknoloġiċi.

Il-Programm se jagħmel użu mill-għotjiet skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

L-użu tal-istrumenti finanzjarji huwa previst b’mod partikolari fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi relatati mas-settur privat għad-diġitalizzazzjoni/l-Intelliġenza Artifiċjali (AI). Strumenti finanzjarji għal AI se jitwasslu bl-użu tal-garanzija baġitarja li se tiġi proposta fil-qafas InvestEU.

Il-Programm ser jipprovdi taħlit ta’ fondi li fost ħwejjeġ oħra jippermettu l-provvediment ta’ għotjiet flimkien ma’ strumenti finanzjarji.

L-istrateġiji ta’ kontroll

L-istrateġiji ta’ kontroll se jqisu r-riskju tal-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni u l-għodod ta’ finanzjament rispettivi.

B’mod partikolari, il-kuntratti ta’ akkwist tal-innovazzjoni previsti, li se jikkonċernaw l-ammonti partikolarment għoljin, se jeħtieġu strateġija ta’ kontroll speċifika.

Għall-għotjiet se tiġi stabbilita strateġija ta’ kontroll xierqa u din ser tiffoka fuq tliet stadji ewlenin tal-implimentazzjoni ta’ għotja, skont ir-Regolament Finanzjarju

-    L-organizzazzjoni ta’ sejħiet u l-għażla ta’ proposti li jissodisfaw l-objettivi tal-politika tal-programm

-    Il-kontrolli operattivi, tal-monitoraġġ u ex-ante li jkopru l-implimentazzjoni tal-proġett, l-akkwist pubbliku, il-prefinanzjament, il-pagamenti interim u finali, il-ġestjoni ta’ garanziji

-    Kontrolli ex-post tal-proġetti u l-pagamenti.

Din l-istrateġija ta’ kontroll mistennija tagħti riżultati tal-prestazzjoni b’konformità mal-metrika osservata għall-ewwel iterazzjoni tal-programm

-    ~ 100 % ta’ eżekuzzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament;

-    ~100 % tal-benefiċjarji informati fil-ħin; aktar minn 95% tal-għotjiet iffirmati fil-ħin;

-    ~ 100 % tal-pagamenti mħallsa fil-ħin;

-    rata tal-iżball residwu (RER) qrib taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2%.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskji li ġejjin ġew identifikati:

-    Dewmien fit-twaqqif ta’ strutturi ta’ implimentazzjoni dedikati,

-    Dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti,

-    Żbalji possibbli jew ġestjoni ħażina/ użu ħażin tal-fondi tal-UE,

L-implimentazzjoni tal-programm se tiffavorixxi, kull fejn possibbli, għodod tal-implimentazzjoni tal-għotjiet inqas suxxettibbli għall-iżbalji, inkluż pereżempju somom f’daqqa.

Il-funzjonijiet ewlenin ta’ kontroll previsti għall-programm jinkludu l-iffokar fuq l-objettivi tal-politika, filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta’ kontroll intern (L&R, il-kontroll tal-effiċjenza u l-effettività tal-kostijiet). Dawn se jkollhom l-għan li jiżguraw l-involviment tal-atturi kollha, flessibilità baġitarja xierqa u kontrolli ex-ante u ex-post konsistenti u jistgħu jiġu differenzjati skont ir-riskju.

Il-kontrolli se jkunu appoġġati ta’ kull sena minn isfel għal fuq b’valutazzjoni tar-riskju, permezz ta’ valutazzjoni sistematika tal-qafas ta’ kontroll, rappurtar tad-devjazzjonijiet adatt (reġistru tal-eċċezzjonijiet u n-nonkonformità) u azzjonijiet korrettivi meħuda fir-rigward ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz tal-Verifika Interna tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew mill-Awtorità tal-Kwittanza.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Kostijiet u benefiċċji tal-kontrolli

Il-kost totali tal-kontrolli, inklużi l-kostijiet fil-livell tal-Kummissjoni, l-aġenzija eżekuttiva u l-korpi ta’ implimentazzjoni, huwa stmat li jkun madwar 3.55 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament operazzjonali fil-livell tal-programm.

Bis-suppożizzjoni li l-Programm se jitmexxa kompletament mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ ta’ aġenzija eżekuttiva, jew korp ta’ implimentazzjoni, il-kost tal-kontroll ikun sostanzjalment ogħla u jista’ jkun madwar 7.7% tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-livell tal-programm.

Il-kontrolli previsti għandhom l-għan li jiżguraw sorveljanza effettiva u bla xkiel tal-entitajiet ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni u li jiżguraw il-livell meħtieġ ta’ assigurazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni.

Il-benefiċċji tal-kontrolli huma dawn li ġejjin:

-    L-evitar ta’ għażla ta’ proposti aktar dgħajfa jew insuffiċjenti.

-    L-ottimizzar tal-ippjanar, u l-użu tal-fondi tal-UE, biex jinżamm il-valur miżjud tal-UE.

-    L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-ftehimiet ta’ għotja, b'evitar tal-iżbalji fl-identifikazzjoni ta’ entitajiet ġuridiċi, filwaqt li jiġi żgurat il-kalkolu korrett tal-Kontribuzzjonijiet tal-UE u billi jittieħdu l-garanziji meħtieġa biex jiġi żgurat it-tħaddim korrett tal-għotjiet.

-    Is-sejbien ta’ kostijiet ineliġibbli fl-istadju tal-pagament.

-    Is-sejbien ta’ żbalji li jolqtu l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet fl-istadju tal-awditjar.

Barra minn hekk, se jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju ex-ante u se jintużaw mekkaniżmi ta’ riskju aktar baxx bħal somom f’daqqa, kostijiet standardizzati u/jew formoli standard tal-proġett.

Livell ta’ żball stmat

L-għan huwa li tinżamm ir-rata ta’ żball residwu taħt il-limitu ta’ 2% tal-Programm kollu, filwaqt li jiġi limitat il-piż tal-kontroll għall-benefiċjarji ħalli jinkiseb bilanċ tajjeb bejn l-għan ta’ legalità u regolarità u objettivi oħra bħalma huma l-attrazzjoni tal-Programm b’mod partikolari għall-SMEs u l-kostijiet tal-kontrolli.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Id-DĠ CONNECT bħala mexxejja għall-implimentazzjoni tal-programm Ewropa Diġitali u l-baġit tiegħu huwa ddeterminat li jiġġieled kontra l-frodi f’kull stadju tal-proċess tal-ġestjoni. Id-DĠ żviluppa u jimplimenta strateġija komprensiva kontra l-frodi li tkopri l-attivitajiet kollha ewlenin tan-negozju u r-riskji tal-frodi identifikati. Dan jinkludi użu msaħħaħ ta’ tiftix tal-informazzjoni bl-użu ta’ għodod tal-IT avvanzati (speċjalment fil-ġestjoni tal-għotjiet) u taħriġ u informazzjoni kontinwi għall-persunal.

L-Istrateġija attwali tad-DĠ Kontra l-Frodi li tkopri l-ġestjoni tal-għotjiet, il-ġestjoni tal-kuntratti/akkwist u l-ġestjoni indiretta/superviżjoni ta’ partijiet terzi (aġenziji, impriżi konġunti) u ċerti elementi dwar l-etika u l-kondotta, se jiġu aġġornati wara r-reviżjoni tal-Istrateġija ta’ Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni fl-2018. Dan se jkopri wkoll kwalunkwe riskji speċifiċi tal-programm Ewropa Diġitali, li jeħtieġ li jitqiesu.

B’mod ġenerali, is-sett sħiħ ta’ miżuri ta’ kontroll proposti għandu wkoll l-għan li jkollu impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi enfasizzat li l-frodi individwat fl-implimentazzjoni ta’ programmi komparabbli fil-Kummissjoni kien baxx ħafna meta mqabbel mal-proporzjoni tan-nefqa totali; madankollu, id-DĠ CONNECT la qed jiġi inkarigat bl-implimentazzjoni tal-baġit tad-DEP jibqa’ impenjat li jikkumbattih.

Il-leġiżlazzjoni se tiżgura li l-kontrolli ewlenin bħall-awditi u/jew kontrolli fuq il-post jistgħu jiġu mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, li jużaw id-dispożizzjonijiet standard rakkomandati mill-OLAF.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta' nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
Intestatura…I Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

Diff./Mhux diff. 85

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 86

mingħand il-pajjiżi kandidati 87

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

02.06 – Programm Ewropa Diġitali

02.01.04 Nefqa amministrattiva

02.06.01 Ċibersigurtà

02.06.02 HPC

02.06.03 Intelliġenza artifiċjali

02.06.04 Ħiliet

02.06.05 Skjerament

02.06.05.01 Interoperabbiltà

Mhux diff

Diff

Diff

Diff

Diff

Diff

Diff

IVA

IVA (jekk speċifikati fil-programm ta’ ħidma annwali)

IVA, limitat għal xi parti tal-Programm

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 88  

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

1

 Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

02.06.01 Ċibersigurtà 89

Impenji

(1)

284,892

322,244

327,578

248,382

253,295

258,214

263,316

1.957,922

Pagamenti

(2)

21,221

102,765

150,212

167,336

156,475

150,124

148,074

1.061,715

1.957,922

02.06.02 HPC

Impenji

(1)

384,604

435,030

442,232

335,314

341,950

348,589

355,477

2.643,196

Pagamenti

(2)

28,648

138,733

202,786

225,903

211,241

202,668

199,899

1.433,316

2.643,196

02.06.03 Intelliġenza artifiċjali

Impenji

(1)

356,115

402,805

409,474

310,476

316,619

322,768

329,146

2.447,402

Pagamenti

(2)

26,526

128,457

187,765

209,170

195,594

187,656

185,092

1.327,144

2.447,402

02.06.04 Ħiliet

Impenji

(1)

99,712

112,786

114,652

86,933

88,653

90,375

92,161

685,272

Pagamenti

(2)

7,428

35,968

52,574

58,567

54,766

52,544

51,826

371,597

685,272

02.06.05 Skjerament

Impenji

(1)

161,219

184,025

186,511

134,149

136,361

138,576

141,303

1.082,144

Pagamenti

(2)

5,545

41,855

72,106

82,157

74,704

69,103

66,789

669,886

1.082,144

02.06.05.01 Interoperabbiltà 90

Impenji

(1)

23,960

25,433

26,415

27,299

28,281

29,263

29,852

190,505

Pagamenti

(2)

8,249

24,942

25,532

26,612

27,005

28,477

29,459

20,229

190,505

Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsuma skont il-linji baġitarji elenkati taħt 3.1)

Impenji

(1)

1.310,502

1.482,323

1.506,862

1.142,553

1.165,160

1.187,785

1.211,256

9.006,441

Pagamenti

(2)

97,617

472,721

690,975

769,744

719,785

690,573

681,139

4.883,886

9.006,441

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 91  

Impenji = Pagamenti

(3)

27,038

30,234

30,744

24,165

24,642

25,120

25,618

187,559

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

1.337,540

1.512,557

1.537,606

1.166,718

1.189,802

1.212,905

1.236,874

9.194,000

Pagamenti

=2+3

124,655

502,955

721,719

793,909

744,427

715,693

706,757

4.883,886

9.194,000

   



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

.

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

45,888

51,890

52,748

40,024

40,812

41,601

42,424

315,388

Nefqa amministrattiva oħra

1,490

1,519

1,549

1,580

1,613

1,644

1,679

11,078

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

47,378

53,410

54,298

41,605

42,426

43,246

44,103

326,466

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

1.384,918

1.565,967

1.591,904

1.208,323

1.232,228

1.256,151

1.280,977

9.520,466

Pagamenti

172,033

556,365

776,017

835,514

786,853

758,939

750,860

4.883,886

9.520,466

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Riżorsi umani

45,888

51,890

52,748

40,024

40,812

41,601

42,424

315,388

Nefqa amministrattiva oħra

1,490

1,519

1,549

1,580

1,613

1,644

1,679

11,078

Subtotal INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

47,378

53,410

54,298

41,605

42,426

43,246

44,103

326,466

Barra l-INTESTATURA 7 92  tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

27,038

30,234

30,744

24,165

24,642

25,120

25,618

187,559

Subtotal
Barra l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

27,038

30,234

30,744

24,165

24,642

25,120

25,618

187,559

TOTAL

74,416

83,644

85,042

65,77

67,068

68,366

69,721

514,025

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

[

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

231

261

266

201

205

209

214

Delegazzjonijiet

Riċerka

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  93

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

173

196

199

151

154

157

160

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  94

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

404

457

464

352

359

366

373

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Implimentazzjoni operazzjonali tal-programm Ewropa Diġitali, inklużi l-miżuri ta’ appoġġ u kostijiet ta’ koordinazzjoni.

Persunal estern

Implimentazzjoni operazzjonali tal-programm Ewropa Diġitali, inklużi l-miżuri ta’ appoġġ u kostijiet ta’ koordinazzjoni.

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

p.m

p.m

p.m

p.m

p.m

p.m

p.m

p.m

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 95

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

(1)    Appoġġ għal riċerka u innovazzjoni fit-teknoloġiji u fl-applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni li jmiss, appoġġ għal proġetti ta’ infrastruttura diġitali taħt is-CEF u appoġġ għall-Midja taħt il-Programm Ewropa Kreattiva.
(2)    L-UE bħalissa tikkonsma terz tar-riżorsi ta’ computing ta' prestazzjoni għolja globali, iżda tipprovdi madwar 5% biss (Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (2017) Developing Supercomputers in Europe, p. 3).
(3)    L-investiment pubbliku attwali fl-UE fiċ-ċibersigurtà huwa stmat li huwa bejn 1 u 2 B€ fis-sena filwaqt li l-investimenti fl-Istati Uniti huma kważi għaxar darbiet ogħla. 
(4)    Building an Effective European Cyber Shield (“Nibnu Tarka Ċibernetika Ewropea Effettiva”), ĊESP, 2017. L-istess rapport isemmi li d-dominanza tal-Istati Uniti parzjalment hija r-riżultat ta’ strateġija ta’ investiment fiċ-ċibersigurtà li rat il-finanzjament federali jiżdied għal 19-il biljun dollaru Amerikan fl-2017 – żieda ta’ 35% meta mqabbel mal-2016.
(5)    Analiżi tal-postijiet batta f’7 Stati Membri tal-UE, minn Victory Database.
(6)    Summit Diġitali ta’ Tallinn, Konklużjonijiet tal-Prim Ministru tal-Estonja, Juri Ratas.
(7)    COM (2018)98: Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020.
(8)    Fil-kuntest ta’ dan il-programm, ħiliet diġitali avvanzati huma definiti fl-Artikolu 2(e) partikolarment bħala ħiliet speċjalizzati fil-qasam tal-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà fil-livell 4 tal-ISCED u ogħla.
(9)    Pereżempju, it-tnedija tal-fatturar elettroniku madwar l-UE tfisser l-għoti ta’ servizzi pubbliċi diġitali lil kumpaniji li għandhom il-konnettività u l-ħaddiema tas-sengħa meħtieġa, filwaqt li tiġi żgurata fiduċja pubblika u b’hekk appoġġ għat-tranżazzjonijiet f’ambjent sigur.
(10)    Inizjattiva HPC Euro
(11)    COM(2018) 109 final, tat-8.3.2018, Pjan ta’ Azzjoni tal-FinTech: Għal settur finanzjarju Ewropew iktar kompetittiv u innovattiv
(12)    Komunikazzjoni tal-25/04/2018
(13)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393 final tas-26.4.2018 dwar l-istabbiliment ta’ grupp ta’ esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online
(14)    SWD/2018/125 finali
(15)    COM(2017) 477 final, tat-13.9.2017, Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-ENISA, l-“Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà” li jħassar ir-Regolament (UE) 526/2013, u li jikkonċerna ċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (“l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà”)
(16)    COM (2018) 233 final, tal-25.4.2018 dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali;l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u t-tiswir ta' soċjetà aktar b'saħħitha
(17)    COM(2018) 22 final, tat-8.3.2018, Pjan ta’ Azzjoni tal-FinTech:
(18)    COM(2017) 479 final, tal-13.9.2017, Ninvestu f’industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli - Strateġija mġedda għall-Politika Industrijali tal-UE
(19)    COM(2016) 180 final, tad-19.4.2016, “Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea - Ingawdu l-benefiċċji kollha ta' Suq Uniku Diġitali”
(20)     http://www.oecd.org/gov/digital-government/Recommendation-digital-government-strategies.pdf  
(21)    COM(2017) 376 final “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli”
(22)    COM(2018) 372 final “Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni” id-29 ta’ Mejju 2018
(23)    COM(2017) 623 final.
(24)    Pereżempju, l-iskjerament tal-fatturar elettroniku madwar l-UE tfisser l-għoti ta’ servizzi pubbliċi diġitali lil kumpaniji li għandhom il-konnettività u l-ħaddiema tas-sengħa meħtieġa, filwaqt li tiġi żgurata fiduċja pubblika u b’hekk appoġġ għat-tranżazzjonijiet f’ambjent sigur.
(25)    Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2013 dwar il-Komunikazzjoni Cloud, li jenfasizzaw ir-rwol tal-HPC fl-UE”.
(26)    Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2015 dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-industrija Ewropea (8993/15).
(27)    Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 2018 (ECOFIN XX/18).
(28)    Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Saħħa fis-Soċjetà Diġitali – nagħmlu progress fl-innovazzjoni xprunata mid-data fil-qasam tas-saħħa. http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-14078-2017-INIT/mt/pdf.
(29)    Rapport dwar l-Inizjattiva Ewropea dwar il-Cloud Computing (A8-0183/2017).
(30)    Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar ir-robotika u l-intelliġenza artifiċjali. ( 2015/2103(INL) ).
(31)    29 Stat Membru tal-UE u taż-ŻEE ffirmaw Ittra ta’ Intenzjoni biex jikkooperaw fl-ittestjar ta’ trasport bit-triq awtomatizzat f’siti transkonfinali. Tista’ ssir referenza addizzjonali għall-”Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tat-trasport”, 5 ta’ Diċembru 2017.
(32)     https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/eu-ministers-commit-digitising-europe-high-performance-computing-power . Dikjarazzjoni ffirmata minn FR, DE, IT, LU, NL, PT, ES, BE, SL, BU, GR, CR, CY, CZ, CH, PL.
(33)     https://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2018/EN/COM-2018-8-F1-EN-MAIN-PART-1.PDF
(34)    Inklużi n-Norveġja, iżda eskluża l-Kroazja fiż-żmien tal-kitba.
(35)    http://ec.europa.eu/newsroom/dae/document.cfm?doc_id=50951
(36)    Iffirmat minn 22 pajjiż Ewropew: http://ec.europa.eu/newsroom/dae/document.cfm?doc_id=50954
(37)    Iffirmat minn 13-il pajjiż Ewropew: http://ec.europa.eu/newsroom/dae/document.cfm?doc_id=50964
(38)     https://ec.europa.eu/transport/themes/infrastructure/consultations/mid-term-evaluation-connecting-europe-facility-cef_en
(39)     https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/digital-single-market-mid-term-review  
(40)    SWD(2018) 44 final
(41)     http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=ia&year=2017&serviceId=&s=Chercher&language=mt
(42)    COM/2018/321 final: Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumita tar-Reġjuni “Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027” it-2 ta’ Mejju 2018
(43)    Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja d-dokument "Proposal for a Council Regulation on establishing the EuroHPC Joint Undertaking" (Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta EuroHPC)( https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/proposal-council-regulation-establishing-eurohpc-joint-undertaking-impact-assessment )
(44)    Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
(45)    ĠU C , , p. . tbc
(46)    ĠU C , , p. . tbc
(47)    Ir-referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Il-ftehim huwa disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32013Q1220(01)  
(48)    ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1-22 Ir-regolament jinsab hawn: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R0883&rid=1 
(49)    ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1-4 Ir-regolament jinsab hawn: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:31995R2988&rid=1
(50)    ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2-5 Ir-regolament jinsab hawn: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:31996R2185&rid=1
(51)    ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1-71 Ir-regolament jinsab hawn: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32017R1939&rid=1 
(52)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(53)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill / /EU.
(54)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.
(55)     https://www.eu2017.ee/news/insights/conclusions-after-tallinn-digital-summit  
(56)     https://www.consilium.europa.eu/media/21620/19-euco-final-conclusions-en.pdf  
(57)    COM(2018) 98 final
(58)    COM(2018) 125 final
(59)    Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea (COM(2016) 180 final finali)
(60)    Il-valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja d-dokument "Proposal for a Council Regulation on establishing the EuroHPC Joint Undertaking" (Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta EuroHPC) https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/proposal-council-regulation-establishing-eurohpc-joint-undertaking-impact-assessment )
(61)    Id-Dokument ref. A8-0183/2017, jinsab:  http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0240+0+DOC+XML+V0//MT
(62)     https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/policies/cybersecurity
(63)    Fi ħdan dan il-pakkett, l-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (COM(2018) 22 final) jistabbilixxi sensiela ta’ miżuri biex jappoġġaw lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali fl-edukazzjoni formali.
(64)    Id-Dokument ref. A8-0183/2017, jinsab: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0240+0+DOC+XML+V0//MT
(65)     http://ec.europa.eu/newsroom/dae/document.cfm?doc_id=51628    
(66)

   COM(2016) 725 final. 

(67)    COM (2016) 180 final: Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea – Ingawdu l-benefiċċji kollha ta' suq uniku diġitali. 
(68)    COM(2018) 321 final, paġna 1
(69)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
(70)    Biljuni ta’ biljuni ta’ operazzjonijiet li jżommu fil-wiċċ kull sekonda
(71)    Elf darba aktar malajr fuq skala eksa
(72)    ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1-30
(73)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni kklassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(74)    Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).
(75)    ID-DEĊIŻJONI (UE) 2015/2240 TAL-PARLAMENT U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku.
(76)    ID-DEĊIŻJONI (UE) 2015/2240 TAL-PARLAMENT U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku.
(77)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(78)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(79)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Non-diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati
(80)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(81)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(82)    It-totali jafu ma jaqblux bl-eżatt minħabba l-arrotondament.
(83)    Id-distribuzzjoni tal-baġit operazzjonali bejn ħames (5) objettivi speċifiċi hija indikattiva. Din ser tiġi riveduta billi jitqies l-iżvilupp tat-teknoloġiji, is-suq u l-implimentazzjoni tal-programm.
(84)    Ġestjoni minn DĠ DIGIT jew parti tal-Artikoli 8 (b) u (c) biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp, l-aġġornament u l-użu ta’ soluzzjonijiet u oqfsa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, in-negozji u ċ-ċittadini, inkluż l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet u oqsfa ta’ interoperabbiltà
(85)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(86)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(87)    AC= Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD= Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(88)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(89)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell,6.6.2018

COM(2018) 434 final

ANNESSI

tal-

PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027

{SEC(2018) 289 final}
{SWD(2018) 305 final}
{SWD(2018) 306 final}


ANNESS 1

L-ATTIVITAJIET

Deskrizzjoni teknika tal-programm: l-ambitu tal-attivitajiet

Attivitajiet inizjali tal-Programm għandhom jiġu implimentati skont id-deskrizzjoni teknika li ġejja:

Objettiv Speċifiku 1. Il-computing ta' prestazzjoni għolja (HPC)

Il-programm għandu jimplimenta l-istrateġija Ewropea dwar l-HPC bl-appoġġ ta’ ekosistema sħiħa tal-UE li tipprovdi l-HPC u l-kapaċitajiet tad-data meħtieġa għall-Ewropa biex tikkompeti globalment. L-istrateġija għandha l-għan li tiskjera HPC u infrastruttura tad-data ta’ klassi mondjali b’kapaċitajiet fuq skala eksa sal-2022/2023, u faċilitajiet fuq skala posteksa sal-2026/27, li jagħnu lill-Unjoni bi provvista ta’ teknoloġija tal-HPC indipendenti u kompetittiva tagħha stess, biex tilħaq l-eċċellenza fl-applikazzjonijiet tal-HPC u twessa’ d-disponibbiltà u l-użu tal-HPC.

L-attivitajiet inizjali għandhom jinkludu:

1.Qafas ta’ akkwist konġunt għal netwerk integrat tal-HPC ta’ klassi mondjali inkluż supercomputing ta’ skala eksa u infrastruttura tad-data. Dan se jkun aċċessibbli fuq bażi mhux ekonomika għall-utenti pubbliċi u privati u għal skopijiet ta’ riċerka ffinanzjata pubblikament.

2.Qafas ta’ akkwist konġunt ta’ infrastruttura tas-supercomputing ta’ skala posteksa, inkluża l-integrazzjoni ma’ teknoloġiji ta’ quantum computing.

3.Koordinazzjoni fuq il-livell tal-UE u riżorsi finanzjarji xierqa biex jappoġġaw l-iżvilupp, l-akkwist u t-tħaddim ta’ din l-infrastruttura.

4.Netwerking tal-HPC ta’ Stat Membru u kapaċitajiet ta’ data u appoġġ għal Stati Membri li jkunu jixtiequ jaġġornaw jew jakkwistaw kapaċitajiet ġodda tal-HPC.

5.Netwerking taċ-Ċentri ta’ Kompetenza tal-HPC, wieħed għal kull Stat Membru, u assoċjati maċ-ċentri nazzjonali tas-supercomputing tagħhom biex jipprovdu servizzi ta’ HPC lill-industrija (b’mod partikolari lill-SMEs), il-korpi akkademiċi u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

6.L-iskjerament ta’ teknoloġija lesta biex tintuża/operattiva: supercomputing bħala servizz li jirriżulta mill-R&I biex tinbena ekosistema tal-HPC Ewropea integrata, li tkopri s-segmenti tal-katina tal-valur xjentifiku u industrijali kollha (ħardwer, softwer, applikazzjonijiet, servizzi, interkonnessjonijiet u ħiliet diġitali avvanzati).

Objettiv Speċifiku 2. L-intelliġenza artifiċjali

Il-Programm għandu jibni u jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Intelliġenza Artifiċjali ewlenin fl-Ewropa, inkluż ir-riżorsi tad-data u r-repożitorji ta’ algoritmi filwaqt li jsiru aċċessibbli min-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha kif ukoll ir-rinforz u n-netwerking ta’ faċilitajiet eżistenti tal-ittestjar u tal-isperimentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-Istati Membri.

L-attivitajiet inizjali għandhom jinkludu:

1.Il-ħolqien ta’ spazji tad-data komuni Ewropej li jaggregaw l-informazzjoni pubblika fl-Ewropa kollha u jsiru sors ta’ input tad-data għal soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali. L-ispazji jkunu miftuħa wkoll għas-settur pubbliku u għal dak privat. Għal aktar użu, id-data fi ħdan spazju jenħtieġ li ssir interoperabbli kemm jista’ jkun, kemm fl-interazzjonijiet bejn is-setturi pubbliċi u privati, kif ukoll fi ħdan is-setturi u bejn is-setturi (l-interoperabbiltà semantika).

2.L-iżvilupp ta’ libreriji komuni Ewropej ta’ algoritmi li jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Il-kumpaniji u s-settur pubbliku jkunu jistgħu jidentifikaw u jakkwistaw dik is-soluzzjoni li taħdem l-aħjar għall-bżonnijiet tagħhom.

3.Il-koinvestiment mal-Istati Membri f’siti ta’ referenza ta’ klassi mondjali għall-esperimentazzjoni u l-ittestjar f’ambjent reali li jiffoka fuq l-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali f’setturi essenzjali bħas-saħħa, il-monitoraġġ tad-dinja/tal-ambjent, il-mobbiltà, is-sigurtà, il-manifattura jew il-finanzi, kif ukoll f’oqsma oħra ta’ interess pubbliku. Is-siti jenħtieġ li jkunu miftuħa għall-atturi kollha fl-Ewropa kollha u konnessi man-Netwerk ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali. Dawn jentħieġ li jiġu attrezzati b’faċilitajiet kbar ta’ computing u li jipproċessaw id-data kif ukoll bl-aħħar teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali bħall-computing newromorfiku, l-apprendiment profond u r-robotika.

Objettiv Speċifiku 3. Iċ-ċibersigurtà u l-fiduċja

Il-programm għandu jistimula l-bini ta’ kapaċitajiet essenzjali biex jiġu żgurati l-ekonomija diġitali, is-soċjetà u d-demokrazija tal-UE permezz tat-tisħiħ tal-potenzjal industrijali taċ-ċibersigurtà u l-kompetittività tal-UE, kif ukoll bit-titjib tal-kapaċitajiet kemm tas-settur privati kif ukoll tas-settur pubbliku biex jiġu protetti ċ-ċittadini u n-negozji Ewropej mit-theddidiet ċibernetiċi, inkluż l-appoġġ għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni.

L-attivitajiet inizjali, taħt dan l-objettiv, għandhom jinkludu:

1.Il-koinvestiment mal-Istati Membri f’tagħmir avvanzat taċ-ċibersigurtà, infrastrutturi u l-know-how li huma essenzjali għall-ħarsien tal-infrastrutturi kritiċi u d-DSM inġenerali. Dan jista’ jinkludi investimenti f’faċilitajiet quantum u riżorsi tad-data għas-ċibersigurtà, l-għarfien tas-sitwazzjoni fiċ-ċiberspazju kif ukoll għodod oħra li jridu jkunu disponibbli għas-settur pubbliku u dak privat fl-Ewropa.

2.Il-ħolqien tal-kapaċitajiet teknoloġiċi eżistenti u n-netwerking ta’ ċentri ta’ kompetenza fl-Istati Membri u jiġi żgurat li dawn il-kapaċitajiet jirrispondu għall-ħtiġijiet tas-settur pubbliku u tal-industrija, inkluż f’dak li jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi li jsaħħu ċ-ċibersigurtà u l-fiduċja fi ħdan id-DSM.

3.Jiġi żgurat l-iskjerament wiesa’ taċ-ċibersigurtà u soluzzjonijiet ta’ fiduċja fost l-Istati Membri. Dan jinkludi l-iżgurar tas-sigurtà u s-sikurezza permezz tad-disinn tal-prodotti.

4.Appoġġ biex jingħalaq id-distakk fil-ħiliet taċ-ċibersigurtà billi, pereżempju, jiġu allinjati l-programmi tal-ħiliet tas-sigurtà ċibersigurtà, jiġu adattati għall-ħtiġijiet settorjali speċifiċi u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat immirat.

Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet Diġitali Avvanzati

Il-Programm għandu jappoġġa aċċess faċli għall-ħiliet diġitali avvanzati, b’mod partikolari, fil-HPC, fl-intelliġenza artifiċjali, ir-reġistru distribwiti, (eż. blockchain) u ċ-ċibersigurtà għall-forza tax-xogħol attwali u futuri, billi l-istudenti, il-gradwati reċenti, u l-ħaddiema eżistenti, ikunu fejn ikunu, jiġu offruti l-mezzi biex jakkwistaw u jiżviluppaw dawn il-ħiliet.

L-attivitajiet inizjali għandhom jinkludu:

1.Aċċess għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol bil-parteċipazzjoni f’apprendistati f’ċentri tal-kompetenzi u f’kumpaniji li qed jiskjeraw teknoloġiji avvanzati.

2.Aċċess għal korsijiet f’teknoloġiji diġitali avvanzati li se jiġu offruti mill-universitajiet b’kooperazzjoni mal-korpi involuti fil-Programm (is-suġġetti ser jinkludu l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, ir-reġistri distribwiti (eż. blockchain), il-HPC u t-teknoloġiji quantum).

3.Parteċipazzjoni f’korsijiet ta’ taħriġ professjonali speċjalizzat, għal terminu qasir li ġew preċertifikati, pereżempju fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

L-interventi għandhom jiffokaw fuq ħiliet diġitali ta’ livell għoli relatati ma’ teknoloġiji speċifiċi.

L-interventi kollha se jitfasslu u jiġu implimentati primarjament permezz tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali, kif definit fl-Artikolu 15.

Objettiv Speċifiku 5. L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċità diġitali u l-interoperabilità

I. L-attivitajiet inizjali relatati mat-trasformazzjoni diġitali ta’ oqsma ta’ interess pubbliku għandhom jinkludu:

Proġetti li jservu ta’ skjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali jew tal-interoperabilità għandhom jikkostitwixxu proġetti ta’ interess komuni.

1.L-immodernizzar tal-amministrazzjoni:

1.1.Appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta’ Tallinn dwar il-Gvern Elettroniku fl-oqsma kollha tal-politika, billi jinħolqu, fejn meħtieġ, ir-reġistri meħtieġa u l-interkonnessjoni tagħhom b’rispett sħiħ tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

1.2.Appoġġ għat-tfassil, il-pilotaġġ, l-iskjerament, il-manutenzjoni u l-promozzjoni ta’ ekosistema koerenti tal-infrastruttura tas-servizzi diġitali transfruntiera u jiġu ffaċilitati soluzzjonijiet u oqsfa komuni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika li huma mingħajr xkiel minn tarf sa tarf, siguri, interoperabbli, multilingwali, interoperabbli transfruntiera jew transsettorjali. Għandhom jiġu inklużi wkoll metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-impatt u l-benefiċċji.

1.3.Appoġġ għall-valutazzjoni, l-aġġornament u l-promozzjoni ta' speċifikazzjonijiet u standards komuni eżistenti kif ukoll l-iżvilupp, l-istabbiliment u l-promozzjoni ta' speċifikazzjonijiet ġodda komuni u speċifikazzjonijiet u standards miftuħa permezz tal-pjattaformi ta' standardizzazzjoni tal-Unjoni u b’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej jew internazzjonali kif xieraq.

1.4.Kooperazzjoni lejn ekosistema Ewropea għal infrastrutturi affidabbli bl-użu ta’ servizzi ta’ reġistri distribwiti (eż. blockchain) u applikazzjonijiet li jinkludu l-appoġġ għal interoperabbiltà u standardizzazzjoni u li jrawmu l-iskjerament ta’ applikazzjonijiet transfruntiera tal-UE.

2.Is-saħħa 1

2.1.Jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jaċċessaw, jikkondividu, jużaw u jiġġestixxu d-data personali tas-saħħa tagħhom b’mod sigur bejn il-fruntieri, irrispettivament minn fejn jinsabu jew fejn tinsab id-data. Titlesta l-Infrastruttura Ewropea ta’ Servizzi Diġitali tas-Saħħa-e u tiġi estiża permezz ta’ servizzi diġitali ġodda, tiġi appoġġata l-introduzzjoni ta’ format ta’ skambju Ewropew għar-rekords elettroniċi tas-saħħa.

2.2.Issir disponibbli data aħjar għar-riċerka, il-prevenzjoni tal-mard u l-kura u s-saħħa personalizzati; Jiġi żgurat li r-riċerkaturi tas-saħħa u prattikanti kliniċi Ewropej ikollhom aċċess għal skala meħtieġa ta’ riżorsi (data kondiviża, għarfien espert u kapaċitajiet analitiċi) biex jinkisbu s-suċċessi rivoluzzjonarji f’mard ewlieni kif ukoll f’mard rari. Il-mira hija li jiġi żgurat koort ibbażat fuq il-popolazzjoni ta’ mill-inqas 10 miljun ċittadin. Pass importanti jkun miljun ta’ sekwenza tal-ġenoma sal-2022.

2.3.Isiru disponibbli għodod diġitali għat-tisħiħ tas-setgħat taċ-ċittadini u għall-kura ċċentrata fuq il-persuna billi jiġi appoġġat l-iskambju tal-aħjar prattiki u innovattivi fis-saħħa diġitali, il-bini tal-kapaċità u l-assistenza teknika, b’mod partikolari għaċ-ċibersigurtà, l-intelliġenza artifiċjali u HPC.

3.Il-ġudikatura: Ikun hemm komunikazzjoni elettronika bla xkiel u sigura bejn il-fruntieri fi ħdan il-ġudikatura u bejn il-ġudikatura u korpi oħra kompetenti oħra fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u kriminali. Jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-ġustizzja u informazzjoni ġuridika u l-proċeduri għaċ-ċittadini, in-negozji, il-prattikanti ġuridiċi u l-membri tal-ġudikatura b’interkonnessjonijiet semantikament interoperabbli mal-bażijiet tad-data u r-reġistri nazzjonali kif ukoll l-iffaċilitar ta’ soluzzjoni tat-tilwim straġudizzjarja online. Jiġu promossi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għall-qrati u l-prattikanti legali bbażati fuq soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali li probabbilment jissimplifikaw u jħaffu l-proċeduri (pereżempju applikazzjonijiet “tekniċi ġuridiċi”).

4.It-trasport, l-enerġija u l-ambjent: Jiġu skjerati soluzzjonijiet deċentralizzati u infrastrutturi meħtieġa għal applikazzjonijiet diġitali fuq skala kbira bħal bliet intelliġenti jew żoni rurali intelliġenti b’appoġġ għall-politiki tat-trasport, l-enerġija u l-ambjent.

5.Edukazzjoni u kultura: Jingħata aċċess lill-kreaturi u lill-industrija kreattiva fl-Ewropa għall-aħħar teknoloġiji diġitali mill-intelliġenza artifiċjali għall-computing avvanzat. Jiġi sfruttat il-wirt kulturali Ewropew bħala vettur biex jippromwovi d-diversità kulturali, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza Ewropea. Jiġi appoġġat it-teħid ta’ teknoloġiji diġitali fl-edukazzjoni.

L-attivitajiet kollha ta’ hawn fuq jistgħu jkunu parzjalment sostnuti mill-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali permezz tal-istess kapaċitajiet żviluppati biex jgħinu lill-industrija tagħhom fit-trasformazzjoni diġitali tagħhom (ara l-punt II).

Barra minn hekk, se jiġi appoġġat sett ta’ attivitajiet ta’ appoġġ lis-Suq Uniku Diġitali li se jinkludi netwerk pan-Ewropew ta’ Ċentri ta’ Internet Aktar Sikur biex irawmu l-litteriżmu diġitali u jżidu l-għarfien fost il-minorenni, il-ġenituri u l-għalliema dwar ir-riskji li l-minuri jistgħu jiltaqgħu magħhom online u l-mezzi sabiex jipproteġuhom, u biex jindirizzaw it-tixrid ta’ materjal tal-abbuż sesswali tat-tfal online; miżuri mmirati lejn il-ġlieda kontra t-tixrid intenzjonat ta’ diżinformazzjoni; osservatorju tal-UE għall-ekonomija tal-pjattaforma diġitali kif ukoll għall-istudji u għall-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni.

II. L-attivitajiet inizjali relatati mad-diġitizzazzjoni tal-industrija:

1.Il-kontribut għall-espansjoni tal-infrastruttura u l-faċilitajiet ta’ teknoloġija (tagħmir, softwer u għodod) tan-netwerk tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali biex jiġi żgurat aċċess għall-kapaċitajiet diġitali lin-negozju, b’mod partikolari l-SMEs, f’kull reġjun fl-UE kollha. Dan b'mod partikolari jinkludi:

1.1.Aċċess għall-ispazju ta’ Data Komuni Ewropea u l-pjattaformi tal-intelliġenza artifiċjali u għall-faċilitajiet tal-HPC Ewropej għall-analiżi tad-data u għall-applikazzjonijiet intensivi tal-computing

1.2.Aċċess għall-faċilitajiet ta’ ttestjar tal-intelliġenza artifiċjali fuq skala kbira u għodod avvanzati taċ-ċibersigurtà

1.3.Aċċess għall-ħiliet avvanzati

2.L-attivitajiet ser ikunu kkoordinati ma’, u se jikkomplimentaw l-azzjonijiet ta’ innovazzjoni f’teknoloġiji diġitali appoġġati b’mod partikolari taħt il-Programm Orizzont Ewropa kif ukoll investimenti fil-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali appoġġati taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Jistgħu jingħataw ukoll għotjiet għar-replikazzjoni tas-suq mill-Programm Ewropa Diġitali b’konformità mar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat. Appoġġ għall-aċċess biex jiġu ffinanzjati aktar passi fit-trasformazzjoni diġitali tagħhom se jinkiseb bl-istrumenti finanzjarji li jagħmlu użu mill-iskema InvestEU.

ANNESS 2

Indikaturi tal-prestazzjoni

Objettiv speċifiku 1 - Il-computing ta' prestazzjoni għolja (HPC)

1.1 Għadd ta’ infrastrutturi tal-HPC akkwistati b’mod konġunt

1.2 L-użu totali ta’ kompjuters fuq skala eksa u skala posteksa u minn diversi gruppi ta’ partijiet ikkonċernati (universitajiet, SMEs eċċ.)

Objettiv speċifiku 2 - L-intelliġenza artifiċjali

2.1 L-ammont totali ko-investit f’siti għall-esperimentazzjoni u l-ittestjar

2.2 L-għadd ta’ kumpaniji u organizzazzjonijiet li jużaw l-intelliġenza artifiċjali

Objettiv speċifiku 3 - Iċ-ċibersigurtà u l-fiduċja

3.1 L-għadd ta’ infrastrutturi taċ-ċibersigurtà u/jew għodod akkwistati b’mod konġunt.

3.2 L-għadd ta’ utenti u ta’ komunitajiet ta’ utenti li qed jiksbu aċċess għall-faċilitajiet ta’ ċibersigurtà Ewropej

Objettiv speċifiku 4 - Il-ħiliet diġitali avvanzati

4.1 L-għadd ta’ nies speċjalizzati fl-ICT imħarrġa u qed jaħdmu

4.2 L-għadd ta’ intrapriżi li jkollhom diffikultà biex jirreklutaw speċjalisti tal-ICT

Objettiv speċifiku 5 - L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċità diġitali u l-Interoperabilità

5.1 It-teħid tas-servizzi pubbliċi diġitali

5.2 L-intrapriżi b’punteġġ għoli ta’ intensità diġitali

5.3 L-allinjament tal-Qafas Nazzjonali ta’ Interoperabbiltà mal-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà

ANNESS 3

Sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni

3.Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa għandhom jiżguraw li:

(a)Filwaqt li diversi oqsma tematiċi indirizzati mill-Ewropa Diġitali u minn Orizzont Ewropa jikkonverġu, it-tip ta’ azzjonijiet li jridu jiġu appoġġati, l-outputs mistennija tagħhom u l-loġika ta’ intervent tagħhom huma differenti u komplimentari;

(b)Orizzont Ewropa se jipprovdi appoġġ estensiv għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, id-dimostrazzjoni, il-pilotaġġ, il-prova tal-kunċett, l-ittestjar l-innovazzjoni inkluż l-iskjerament prekummerċjali ta’ teknoloġiji diġitali innovattivi, b’mod partikolari permezz ta’ (i) baġit iddedikat fil-pilastru l-Isfidi Globali għat-“Teknoloġija diġitali u l-industrija” biex jiżviluppa teknoloġiji abilitanti (l-Intelliġenza Artifiċjali u r-Robotika, Internet tal-Ġenerazzjoni li jmiss, il-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u l-Big Data, Teknoloġiji Diġitali Ewlenin, li jikkombinaw it-teknoloġiji diġitali ma’ teknoloġiji oħra); (ii) appoġġ għall-Infrastrutturi elettroniċi taħt il-pilastru tax-Xjenza Miftuħa; (iii) l-integrazzjoni tat-tekonolġija diġitali fl-Isfidi Globali kollha (is-saħħa, is-sigurtà, l-enerġija u l-mobbiltà, il-klima, eċċ.); u (iv) l-appoġġ għall-espansjoni tal-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji taħt il-pilastru tal-Innovazzjoni Miftuħa (li ħafna minnhom se jgħaqqdu flimkien it-teknoloġiji diġitali u fiżiċi);

(c)L-Ewropa Diġitali se jinvesti fi (i) il-bini ta’ kapaċità diġitali fil-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u (ii) l-iskjerament nazzjonali u reġjonali fil-qafas tal-UE ta’ kapaċitajiet diġitali u l-aħħar teknoloġiji diġitali f’oqsma ta’ interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b’mod partikolari intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju);

(d)Il-kapaċitajiet u l-infrastrutturi tal-Ewropa Diġitali jsiru disponibbli għall-komunità ta’ riċerka u innovazzjoni li jinkludu l-attivitajiet appoġġati minn Orizzont Ewropa inklużi l-ittestjar, l-esperimentazzjoni u d-dimostrazzjoni fis-setturi u d-dixxiplini kollha;

(e)Billi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali ġodda jimmatura matul Orizzont Ewropa, dawn se jiġu akkwistati b’mod progressiv u użati mill-Ewropa Diġitali.

(f)L-inizjattivi ta’ Orizzont Ewropa għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi fil-kurrikuli, inklużi dawk imwassla fiċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-KIC-Digital tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, jiġu kkomplimentati mill-bini tal-kapaċitajiet appoġġati mill-Ewropa Diġitali f’ħiliet diġitali avvanzati.

(g)Jiġu stabbiliti mekkaniżmi b’saħħithom ta’ koordinazzjoni għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni filwaqt li jiġu allinjati l-proċeduri kollha għaż-żewġ programmi sa fejn ikun possibbli. L-istrutturi ta’ governanza tagħhom se jinvolvi s-servizzi kkonċernati kollha tal-Kummissjoni.

4.Is-sinerġiji ma’ programmi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), għandhom jiżguraw li:

(a)Arranġamenti għal finanzjament komplimentari minn programmi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża u l-Programm Ewropa Diġitali jintużaw biex jappoġġaw attivitajiet li jipprovdu pont bejn l-ispeċjalizzazzjonijiet intelliġenti u l-appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija Ewropea.

(b)Il-FEŻR jikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-tisħiħ reġjonali u lokali ta’ ekosistemi ta’ innovazzjoni u trasformazzjoni industrijali. Dan jinkludi l-appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija u t-teħid tar-riżultati kif ukoll l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u soluzzjonijiet innovattivi. Il-Programm Ewropa Diġitali se jikkomplimenta u jappoġġa n-netwerking transnazzjonali u l-immappjar tal-kapaċitajiet diġitali biex jagħmluhom aċċessibbli għall-SMEs u biex jagħmlu s-soluzzjonijiet interoperabbli tal-IT aċċessibbli għar-reġjuni kollha tal-UE.

5.Is-sinerġiji mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) għandhom jiżguraw li:

(a)Id-DEP tal-futur jiffoka fuq il-bini tal-kapaċitajiet u l-infrastruttura diġitali fuq skala kbira tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati li jimmiraw lejn it-teħid u l-iskjerament wesgħin fl-Ewropa kollha tas-soluzzjonijiet innovattivi kritiċi eżistenti jew ttestjati fil-qafas tal-UE f’oqsma ta’ interess pubbliku jew falliment tas-suq. Id-DEP hu prinċipalment implimentat permezz ta’ investimenti kkoordinati u strateġiċi mal-Istati Membri, b’mod partikolari permezz ta’ akkwist pubbliku konġunt, f’kapaċitajiet diġitali biex jiġu kondiviżi fl-Ewropa kollha u f’azzjonijiet li jappoġġaw l-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni bħala parti mill-iżvilupp ta’ Suq Uniku Diġitali.

(b)Il-kapaċitajiet u l-infrastrutturi tal-Ewropa Diġitali jsiru disponibbli għall-iskjerament ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi ġodda fil-qasam tal-mobbiltà u t-trasport. Is-CEF tappoġġa l-introduzzjoni u l-iskjerament ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi ġodda fil-qasam tal-mobbiltà u t-trasport.

(c)Se jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni b’mod partikolari permezz ta’ strutturi xierqa ta’ governanza.

6.Is-sinerġiji mal-InvestEU għandhom jiżguraw li:

(a)Appoġġ skont ir-Regolament tal-Fond InvestEU permezz ta’ finanzjament ibbażat fis-suq, inkluż billi jiġu segwiti l-objettivi ta’ politika taħt dan il-Programm. Tali finanzjament ibbażat fuq is-suq jista’ jiġi kkombinat ma’ għotja ta’ sostenn.

(b)Aċċess għall-istrumenti finanzjarji mill-kumpaniji se tiġi ffaċilitata permezz tal-appoġġ ipprovdut mill-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali.

7.Is-sinerġiji ma’ Erasmus għandhom jiżguraw li:

(a)Il-Programm se jappoġġa l-iżvilupp u l-akkwist ta’ ħiliet diġitali avvanzati meħtieġa għall-iskjerament ta’ teknoloġiji avvanzati, bħalma huma l-intelliġenza artifiċjali jew il-computing ta’ prestazzjoni għolja, f’kooperazzjoni mal-industriji rilevanti.

(b)Il-ħiliet avvanzati ta’ parti mill-programm Erasmus se jikkomplimentaw l-interventi tal-Ewropa Diġitali li jindirizzaw il-kisba ta’ ħiliet fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha, permezz ta’ esperjenzi ta’ mobbiltà.

(1)    COM(2018) 233 final, dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali; l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u l-bini ta' soċjetà aktar b'saħħitha;