Strasburgu,29.5.2018

COM(2018) 374 final

2018/0199(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

{SEC(2018) 268 final}
{SWD(2018) 282 final}
{SWD(2018) 283 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu 2021-2027 1 .

Is-simplifikazzjoni tal-qafas ġiet identifikata bħala objettiv ewlieni fid-dokument ta’ riflessjoni dwar il-finanzi tal-UE kif ukoll mill-evalwazzjoni ex post tal-qafas attwali u l-konsultazzjoni pubblika dwar il-qafas għall-2021-2027. L-esperjenza tissuġġerixxi li r-regoli attwali huma kumplessi u frammentati wisq, u dan iwassal għal piż mhux meħtieġ fuq il-maniġers tal-programmi u l-benefiċjarji finali.

Rigward il-mira tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg), il-Kummissjoni tipproponi sforz kbir biex tiġi ssimplifikata l-kooperazzjoni lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), jagħmel distinzjoni ċara bejn kooperazzjoni territorjali bejn l-Istati Membri u kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi mhux tal-UE. Il-kooperazzjoni territorjali bejn l-Istati Membri ssir fil-qafas tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (interna) (it-Titolu XVIII tat-Tielet Parti dwar il-politiki u l-azzjonijiet interni tal-Unjoni). Il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi mhux tal-UE ssir fil-qafas tal-Kapitolu 2, u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-qafas tal-Kapitolu 3, tat-Titolu III (kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u għajnuna umanitarja) tal-Ħames Parti dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif ukoll ir-Raba’ Parti dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej (PTEE).

Għalhekk, mhuwiex legalment possibbli li jiġi stabbilit fond ta’ kooperazzjoni wieħed fi u lil hinn mill-fruntieri tal-UE. Madankollu, fi sforz kbir biex tiġi simplifikata u massimizzata s-sinerġija bejniethom, ir-Regolamenti li jirregolaw l-istrumenti finanzjarji esterni futuri tal-UE,

·l-IPA III:    l-Istrument ta’ Qabel l-Adeżjoni 2 (“IPA III”),

·l-NDICI:    l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali 3 (“NDICI”) u

·l-OCTP:    id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u    t-Territorji ekstra-Ewropej 4 li tistabbilixxi l-finanzjament fil-forma ta’ Programm    (“OCTP”),

għandhom l-għan li jistabbilixxu regoli ċari biex tiġi trasferita parti mir-riżorsi tagħhom lill-programmi Interreg. Dawn imbagħad jiġu implimentati prinċipalment skont ir-regoli stabbiliti mir-Regolament dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u minn strumenti ta’ finanzjament estern (“ir-Regolament dwar il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)”). Dawn jiġu implimentati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg fl-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża.

Rigward l-IPA III, l-ammont tal-kontribuzzjoni għall-programmi Interreg se jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ETC/Interreg, li se japplika għall-użu tal-kontribuzzjoni. Fejn xieraq, l-IPA III jista’ jikkontribwixxi wkoll għal programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali jew miżuri li huma stabbiliti u implimentati skont ir-Regolament ETC/Interreg (l-Artikolu 5(4) u (5) tar-Regolament IPA III).

Rigward l-NDICI, fejn jiġu implimentati miżuri ta’ natura globali, transreġjonali jew reġjonali, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, skont il-programmi indikattivi pluriennali rilevanti jew il-pjanijiet ta’ azzjoni jew il-miżuri rilevanti, li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ azzjonijiet għal pajjiżi u territorji mhux koperti mir-Regolament NDICI. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-finanzjament tal-Unjoni jkun koerenti u effettiv jew biex titrawwem kooperazzjoni reġjonali u transreġjonali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tista’ tinkludi finanzjament speċifiku biex jgħin lil pajjiżi u reġjuni sħab isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma’ reġjuni ultraperiferiċi tal-viċinat tal-UE u ma’ pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni OCTP. Għal dan il-għan, l-NDICI jista’ jikkontribwixxi, fejn xieraq u fuq il-bażi tar-reċiproċità u l-proporzjonalità rigward il-livell ta’ finanzjament mill-OCTP u / jew mir-Regolament ETC/Interreg, għal azzjonijiet implimentati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew xi entità oħra skont dan ir-Regolament propost, minn pajjiż, territorju, jew xi entità oħra skont id-Deċiżjoni OCTP jew minn reġjun ultraperiferiku tal-UE skont programmi operazzjonali konġunti jew għal programmi jew miżuri ta’ kooperazzjoni interreġjonali stabbiliti u implimentati skont ir-Regolament ETC/Interreg (l-Artikolu 33(2) tar-Regolament NDICI u l-Artikolu 87 tad-Deċiżjoni OCTP).

Biex ikun hemm konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE f’dan il-qasam, ir-regoli dwar it-twettiq u l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) huma rregolati kemm jista’ jkun mir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (Common Provisions Regulation, “CPR”). Dan jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għas-seba’ fondi ta’ ġestjoni kondiviża kollha fil-livell tal-UE. Dawn huma b’mod partikolari:

·FK:        il-Fond ta' Koeżjoni 5

·FEMS:        il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 6

·FEŻR:        il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 7

·FSE+:        il-Fond Soċjali Ewropew Plus 8

·AMIF:        il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni 9

·BMVI:        l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża 10

·FSI:        il-Fond għas-Sigurtà Interna 11 .

Biex tiġi ssimplifikata l-istruttura leġiżlattiva u jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet applikabbli huma ċari, is-CPR jistipula regoli komuni u speċifiċi għal kull fond. L-istess jgħodd għar-Regolament li jkopri kemm il-FEŻR kif ukoll il-Fond ta’ Koeżjoni li jintervjeni fil-qafas tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u, għall-FEŻR, fil-qafas tal-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea(Interreg).

Il-programmi fil-qafas tal-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) li jinvolvu diversi Stati Membri u anki pajjiżi mhux fl-UE għandhom karatteristiċi speċjali. Ir-Regolament dwar il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għalhekk jistabbilixxi regoli speċifiċi għal Interreg kemm għas-CPR kif ukoll għar-Regolament li jkopri kemm il-FEŻR kif ukoll il-Fond ta’ Koeżjoni. Jistabbilixxi wkoll regoli speċifiċi għall-programmi fil-qafas tal-mira tal-ETC/Interreg (“il-programmi Interreg”) fejn l-Istati Membri jikkooperaw ma’ pajjiżi mhux fl-UE.

L-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-UE jistabbilixxu regoli ċari ta’ “trasferiment” għall-komponenti kollha ta’ Interreg. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-programmi IPA-CBC diġà kienu ġestiti mid-DĠ REGIO u r-regoli ta’ implimentazzjoni, ibbażati fuq ir-Regolament IPA, kienu fil-biċċa l-kbira allinjati mar-regoli ta’ Interreg għall-programmi ta’ kooperazzjoni fl-Istati Membri. Il-programmi ENI-CBC kienu ġestiti mid-DĠ NEAR; ir-regoli ta’ implimentazzjoni, ibbażati fuq ir-Regolament ENI, stabbilixxew għadd ta’ differenzi mir-regoli ta’ Interreg. Il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi kienet fil-biċċa l-kbira organizzata fil-livell tal-proġett, kif ukoll xi azzjonijiet pilota bl-involviment ta’ awtoritajiet tal-programm Interreg fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kooperazzjoni b’ġestjoni indiretta.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata bl-Artikolu 174 TFUE: “(L)-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha. B’mod partikolari, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti.

L-għanijiet tal-FEŻR huma definiti fl-Artikolu 176 TFUE: Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fil-Unjoni permezz tal-parteċipazzjoni fl-iżvilupp u t-tibdil strutturali tar-reġjuni li jkunu għadhom lura kif ukoll fir-rikonverżjoni tar-reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura.

Barra minn hekk, l-Artikolu 174 TFUE jistipula li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, żoni milquta minn transizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti. Dawn jinkludu r-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni transfruntieri u reġjuni muntanjużi.

L-Artikolu 178 TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika għall-adozzjoni ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni relatati mal-FEŻR, il-fond tal-politika ta’ koeżjoni li jappoġġa l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

Rigward l-appoġġ mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-UE, l-Artikolu 212(2) TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika għal kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi mhux tal-UE b’mod ġenerali, inklużi dawk eliġibbli għall-adeżjoni: “1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, u b’mod partikolari dawk tal-Artikoli minn 208 sa 211, l-Unjoni għandha twettaq azzjonijiet ta’ koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika, inkluża għajnuna, b’mod partikolari għajnuna finanzjarja, ma’ pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dawn il-miżuri għandhom ikunu koerenti mal-politika għall-iżvilupp ta’ l-Unjoni u għandhom jitwettqu fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi ta’ l-azzjoni esterna tagħha. L-azzjonijiet ta’ l-Unjoni u dawk ta’ l-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin. 2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.”

L-Artikolu 209(1) TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw: “1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp, li jistgħu jinvolvu programmi ta’ koperazzjoni pluriennali ma’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jew programmi b’ approċċ tematiku.”

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 349 TFUE jipprovdi għall-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, li hija aktar ikkumplikata minħabba ċerti fatturi speċifiċi li jirrestrinġu bil-kbir l-iżvilupp tagħhom.

Sussidjarjetà u proporzjonalità

Il-valutazzjoni tal-impatt 12 identifikat diversi raġunijiet għaliex l-azzjoni tal-UE żżid il-valur mal-azzjoni nazzjonali. Dawn jinkludu dan li ġej:

·F’ħafna pajjiżi, il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jirrappreżentaw tal-anqas 50 % tal-investiment pubbliku – dawn l-Istati Membri kieku ma jkollhomx il-kapaċità finanzjarja biex jagħmlu investimenti bħal dawn.

·Hemm effetti kollaterali potenzjali sinifikanti lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u reġjonali, pereżempju għal investimenti fl-innovazzjoni u l-SMEs. L-UE għandha rwol importanti biex tiżgura li dawn l-effetti kollaterali jseħħu u biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ investiment. Barra minn hekk, l-investimenti jridu jkunu maħsuba biex jimmassimizzaw l-effetti kollaterali.

·F’ħafna reġjuni, inklużi dawk l-aktar żviluppati, l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3) jirrappreżentaw qafas strateġiku konsistenti għall-investimenti u jġibu valur miżjud għoli. Dawn kienu xprunati permezz tar-rekwiżit tal-programmazzjoni strateġika u tal-prekundizzjoni korrispondenti għall-appoġġ mill-FEŻR. Il-benefiċċji ta’ dawn l-istrateġiji għandhom tendenza li jkunu l-ogħla fir-reġjuni l-aktar żviluppati (u b’mod partikolari fil-pajjiżi Nordiċi, l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Benelux u Franza).

·Hija tippromwovi l-prijoritajiet tal-UE. Dawn jinkludu riformi strutturali tas-swieq tax-xogħol, it-trasport, l-ambjent, l-enerġija, l-edukazzjoni u politiki u programmi soċjali, kif ukoll il-modernizzazzjoni amministrattiva.

·Il-FEŻR iwettaq riżultati tanġibbli f’oqsma li huma ta’ ċerta importanza għan-nies - “Il-baġit tal-UE jgħin biex jitwettqu l-affarijiet li huma importanti għall-Ewropej” 13 . L-għajnuna lir-reġjuni biex jadattaw għall-isfidi tal-globalizzazzjoni, il-ħolqien ta’ 420 000 impjieg bl-appoġġ ta’ 1,1 miljun SME bejn l-2014 u l-2020, l-indirizzar tal-faqar urban — dawn kollha huma prijoritajiet għall-pubbliku Ewropew. Ta’ min jinnota li ħafna minn dawn ir-riżultati huma partikolarment evidenti barra mill-pajjiżi ta’ koeżjoni.

L-għażliet ta’ politika fir-Regolament propost huma proporzjonati, għal raġunijiet li jinkludu dawn li ġejjin:

·Il-programmi mhumiex ġestiti direttament mill-Kummissjoni Ewropea, iżda minflok huma implimentati fi sħubija mal-Istati Membri (b’ġestjoni kondiviża).

·Ir-regoli magħqudin flimkien (is-CPR assoċjat flimkien ma’ dan ir-Regolament) huma ferm iżjed sempliċi u iżjed ikkonsolidati minn dawk tal-perjodu preċedenti.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATTI

L-evalwazzjoni ex post ta’ Interreg 2007-2013

Sa tmiem l-2013, il-programmi Interreg kienu ffinanzjaw kważi 7 000 proġett f’oqsma ta’ politika li huma fil-qalba tal-istrateġija Ewropa 2020. Dawn kienu jinkludu l-ħolqien u l-espansjoni ta’ raggruppamenti ekonomiċi, l-istabbiliment ta’ ċentri ta’ eċċellenza, ċentri ta’ edukazzjoni għolja u ta’ taħriġ, netwerks ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentri ta’ riċerka u servizzi ta’ konsulenza transfruntieri għall-intrapriżi u n-negozji l-ġodda. Madwar 1 300 proġett ambjentali kienu jinvolvu l-ġestjoni konġunta ta’ riżorsi naturali, inklużi l-baċiri tal-baħar u tax-xmajjar; azzjoni kooperattiva għall-ġlieda kontra r-riskji naturali, biex ikun hemm tweġiba għat-tibdil fil-klima u tkun ippreżervata l-bijodiversità u inizjattivi pilota biex tkun żviluppata l-enerġija rinnovabbli.

Il-programmi Interreg ikkontribwixxew għal għadd ta’ titjib, inklużi l-aċċessibbiltà, l-edukazzjoni u t-taħriġ konġunti, u aktar protezzjoni minn riskji ambjentali u dawk ikkawżati mill-bniedem. L-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs tjiebet, b’mod partikolari f’reġjuni transfruntieri. Il-programmi kkontribwixxew ukoll għal effetti aktar mifruxa, b’mod partikolari bit-tnaqqis ta’ ostakli speċifiċi għall-kooperazzjoni (prinċipalment ostakli kulturali u fiżiċi) u bit-titjib tal-integrazzjoni soċjali.

L-evalwazzjoni ex post sabet ukoll dan li ġej:

1.Il-programmi Interreg baqgħu wesgħin ħafna u ta’ spiss kienu mmirati primarjament biex jiġu żviluppati l-kooperazzjoni u r-rabtiet. Huwa importanti li jinsab bilanċ xieraq bejn il-kooperazzjoni (li għadha element ċentrali ta’ Interreg) u l-ingranaġġ tat-tagħlim għat-twettiq tal-għanijiet tal-Politika ta’ Koeżjoni.

2.Jidher li ngħatat attenzjoni limitata għall-kunċett ta’ reġjun jew żona funzjonali fl-identifikazzjoni tar-reġjuni biex jiġu appoġġati. Madankollu, dan huwa essenzjali meta jitqiesu l-benefiċċji potenzjali ta’ kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali.

3.Il-biċċa l-kbira tal-programmi adottaw approċċ minn isfel għal fuq meta kien qed jiġi deċiż liema proġetti kellhom jiġu appoġġati. Dan għamilha diffiċli biex tiġi segwita strateġija koerenti li tippromwovi l-iżvilupp u l-integrazzjoni soċjoekonomika u territorjali tar-reġjuni kkonċernati, anki jekk bosta proġetti individwali taw kontribuzzjoni.

4.Kien hemm koordinazzjoni limitata ħafna bejn il-programmi Interreg u dawk ewlenin. Għalhekk, il-potenzjal li jikkomplementaw lil xulxin u li jsaħħu l-effetti fuq l-iżvilupp intilef.

Dawn id-dgħufijiet qed jiġu indirizzati permezz tar-regolamenti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. B’mod partikolari, ir-riżultat u l-qafas ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jiżguraw konċentrazzjoni akbar ta’ fondi fuq għadd limitat ta’ għanijiet ta’ politika, b’loġika ta’ intervent artikolat tajjeb mill-bidu nett u bil-kejl tar-riżultati.

Il-perjodu 2021-2027 se jfittex li jkompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni. Dan se jsir permezz tal-miżuri li ġejjin b’mod partikolari:

1.L-adattament tal-arkitettura tal-programmi Interreg biex jittieħdu inkunsiderazzjoni aħjar iż-żoni funzjonali. Il-programmi transfruntieri se jkunu adattati aħjar sabiex jiġu kkonċentrati riżorsi fil-fruntieri fuq l-art fejn hemm livell għoli ta’ interazzjoni transfruntiera. Il-kooperazzjoni marittima se tissaħħaħ billi jingħaqdu flimkien id-dimensjoni ta’ ħidma transfruntiera u dik transnazzjonali f’diversi baċiri tal-baħar fi programmi marittimi ġodda.

2.L-integrazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera f’ħidma ta’ politika riċenti msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” 14 (Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri). Programmi li jiffukaw fuq azzjonijiet li huma ta’ interess dirett għaċ-ċittadini u n-negozji li jinsabu f’reġjuni tal-fruntieri.

3.It-tisħiħ tal-programmi Interreg ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u marittima li jkopru l-istess żoni funzjonali bħall-istrateġiji makroreġjonali (SMR). Iż-żieda tal-allinjament bejn il-finanzjament u l-prijoritajiet tal-SMR.

4.It-tisħiħ tal-kooperazzjoni għall-innovazzjoni interreġjonali kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli 15 . Dan se jsir billi jiġi propost strument interreġjonali ġdid maħsub biex jgħin lil dawk involuti fl-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (S3) jingħaqdu flimkien, sabiex tiżdied l-innovazzjoni u biex prodotti u proċessi innovattivi jaslu fis-suq Ewropew.

5.Ir-Regolamenti CPR u tal-FEŻR se jinkoraġġixxu u jappoġġaw aktar koordinazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-programmi Interreg u l-programmi ta’ Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir. Dan se jsir billi jiġi żgurat li l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni huma rappreżentati sew fil-prijoritajiet finanzjati fil-qafas ta’ dawk il-programmi.

Lezzjonijiet mislutin mill-IPA 2014-2020

L-IPA jippromwovi attivament il-kooperazzjoni territorjali, pereżempju permezz ta’ programmi transfruntieri, programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali, u strateġiji makroreġjonali. Il-valur miżjud huwa ovvju: ir-rikonċiljazzjoni u l-bini ta’ fiduċja fil-Balkani tal-Punent, ostakli ġeografiċi u mentali megħluba, u l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajbin tal-viċinat - dawn kollha jibqgħu aspetti ewlenin tal-proċess ta’ tkabbir li huma indirizzati biss permezz tal-programmi tal-UE u mhux minn donaturi oħra.

L-evalwazzjoni ex post tal-programmi ENPI CBC 16 fil-perjodu 2007-2013

It-13-il programm ENPI CBC implimentati matul il-perjodu 2007-2013 kienu jkopru disa’ fruntieri fuq l-art tal-UE, tliet baċiri tal-baħar u qsim bil-baħar wieħed. Ir-riżorsi finanzjarji allokati kienu jammontaw għal EUR 947,2 miljun bl-għaqda ta’ fondi mill-ENPI, il-FEŻR u l-IPA. Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi parteċipanti u /jew mill-benefiċjarji ġabu l-allokazzjoni totali għal EUR 1,2 biljun. Il-programmi kienu jinvolvu erbgħa u tletin pajjiż, 19-il Stat Membru tal-UE u 12 mis-16-il pajjiż sieħeb tal-viċinat kif ukoll in-Norveġja, ir-Russja u t-Turkija.

B’kollox, il-programmi ffinanzjaw 941 proġett fuq il-perjodu għal ammont ikkuntrattat totali ta’ EUR 910 miljun (minn April 2017), li minnhom 38 % għaddew għal proġetti li jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku, 32 % għall-ambjent, 19 % għall-iżvilupp soċjali u 11 % għal kwistjonijiet tas-sigurtà. Il-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-UE (70 %) twassal permezz ta’ proġetti standard b’sejħiet għal proposti. Il-proġetti infrastrutturali fuq skala kbira (LIP’s) kienu jirrappreżentaw 22 % tal-finanzjament totali kkuntrattat tal-UE (madwar EUR 195 miljun), filwaqt li l-proġetti strateġiċi kienu jkpru sehem minuri (8 % tal-finanzjament totali kkuntrattat tal-UE). B’kollox, kien hemm 867 proġett standard, 51 LIP u 23 proġett strateġiku. Il-parteċipazzjoni f’sejħiet għal proposti kienet għolja ħafna (b’kollox, kienu ppreżentati aktar minn 7 000 applikazzjoni għall-programmi kollha), xhieda li s-CBC huma attraenti għall-partijiet ikkonċernati fiż-żoni eliġibbli. B’kollox, l-ENPI CBC involvew 4 569 organizzazzjoni minn sitta u tletin pajjiż differenti, li minnhom 2 106 kienu minn pajjiżi sħab.

L-evalwazzjoni ex post faħħret l-għadd u l-varjetà impressjonanti ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera kif ukoll il-bażi solida għall-kooperazzjoni meta mqabbla mal-perjodu preċedenti, b’awtoritajiet tal-programm stabbiliti sew u b’benefiċjarji b’aktar esperjenza. Fl-istess ħin, l-evalwazzjoni nnotat l-evidenza insuffiċjenti tal-kisbiet tal-programmi ENPI CBC, dewmien fil-programm u fl-implimentazzjoni tal-proġett, kif ukoll l-objettivi wesgħin ħafna tal-programm u l-prijoritajiet tas-sejħiet li naqqsu l-impatt ġenerali. Xi wħud minn dawn l-elementi diġà ġew indirizzati (bis-sħiħ jew parzjalment) mill-ġenerazzjoni attwali tal-programmi 2014-2020.

Ir-rakkomandazzjonijiet għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss jinkludu t-tisħiħ tal-fowkus u tal-impatt fuq il-programmi, aktar sinerġiji ma’ strumenti u politiki oħrajn tal-UE, it-tisħiħ tal-valur miżjud ta’ proġetti infrastrutturali kbar, it-titjib tal-effiċjenza tal-programm, it-titjib tal-oqfsa ta’ prestazzjoni u tal-prattiki ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, u t-tisħiħ tal-assistenza teknika u tal-appoġġ għall-programmi.

Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programmi ENI CBC fil-perjodu 2014-2020

Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programmi ENI CBC fil-perjodu 2014-2020 sab li l-istrateġija CBC għadha adegwata fil-kuntest tal-qafas ta’ politika tal-UE u tipprovdi tweġiba għall-iżviluppi fir-reġjun. Tabilħaqq, is-CBC hu meqjus bħala vettura importanti għal kollaborazzjoni pożittiva bejn iċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili fuq iż-żewġ naħat tal-fruntieri tal-UE, anki f’każijiet fejn relazzjonijiet bilaterali usa’ jistgħu jkunu ta’ sfida. Għalkemm l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programm imxew aktar bil-mod milli kien ippjanat oriġinarjament, is-sħab jirrikonoxxu li l-proċess tjieb meta mqabbel mas-snin preċedenti u li l-impenn li jiġu implimentati programmi li jirnexxu għadu b’saħħtu.

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Saret konsultazzjoni pubblika online bejn l-10 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2018. Il-konsultazzjoni kopriet il-politika ta’ koeżjoni, jiġifieri l-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FSE, inklużi aspetti tal-ETC/Interreg.

·Rigward l-isfidi l-aktar importanti, l-akbar proporzjon (94 % ta’ dawk li wieġbu) identifika “it-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali” bħala ferm importanti jew pjuttost importanti; dan kien segwit minn “it-tnaqqis tal-qgħad, impjiegi ta’ kwalità u mobbiltà tax-xogħol” u “il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar” (91 %).

·Fost l-isfidi, “It-trawwim tar-riċerka u l-innovazzjoni” kienet meqjusa bħala dik indirizzata bl-akbar suċċess (61 %), segwita mill-“kooperazzjoni territorjali” (59 %).

·Sitta u sebgħin fil-mija (76 %) ta’ dawk li wieġbu qiesu li l-fondi jżidu l-valur għal parti kbira jew kbira mhux ħażin; inqas minn 2 % ddikjaraw li ma għandhom ebda valur miżjud.

·Il-proċeduri kumplessi (86 %) kienu meqjusa bħala l-akbar ostaklu biex jintlaħqu l-għanijiet. Wara ġew il-proċeduri ta’ awditu u kontroll (68 %), u n-nuqqas ta’ flessibbiltà biex ikun hemm reazzjoni għal ċirkostanzi mhux previsti (60 %).

·Għas-simplifikazzjoni, l-għażla l-aktar frekwenti kienet “Inqas regoli, li jkunu aktar ċari u iqsar” (90 %); dan kien segwit minn “l-allinjament tar-regoli bejn il-fondi tal-UE” (79 %) u “aktar flessibbiltà” fl-allokazzjoni tar-riżorsi kemm lejn kif ukoll fiż-żona tal-programm (76-77 %).

Fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet miftuħa, fil-parti l-kbira, dawk li wieġbu jappoġġaw bis-sħiħ dan li ġej:

·Il-politika ta’ koeżjoni għar-reġjuni kollha (għalkemm b’fokus kontinwu fuq dawk inqas żviluppati).

·L-innovazzjoni tal-politika, inklużi strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u investiment intelliġenti b’mod aktar ġenerali.

·It-tkomplija u l-iżvilupp ta’ konċentrazzjoni tematika.

·Fokus fuq l-isfidi lokali (speċjalment l-iżvilupp urban sostenibbli)

·Il-kooperazzjoni interreġjonali, kemm transfruntiera kif ukoll madwar l-Ewropa. Din tal-aħħar hija essenzjali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti – l-innovazzjoni f’setturi ta’ teknoloġija għolja ħafna drabi tiddependi minn skambji u effetti kollaterali mill-kooperazzjoni bejn ir-raggruppamenti jew iċ-ċentri tal-għarfien madwar l-Ewropa.

Dawn il-kwistjonijiet qed jiġu indirizzati f’dan ir-Regolament propost li:

·ikompli jiffoka fuq l-indirizzar tad-disparitajiet reġjonali u l-isfidi li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni madwar l-Ewropa;

·ikompli u jsaħħaħ il-konċentrazzjoni tematika dwar it-tkabbir intelliġenti permezz ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u żvilupp b’livell baxx ta’ karbonju u sostenibbli;

·isostni l-appoġġ għall-kooperazzjoni interreġjonali, filwaqt li jestendih għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti; kif ukoll

·jippromwovi l-iżvilupp lokali bbażat fuq strateġiji territorjali u lokali integrati u jinkoraġġixxi l-iżvilupp urban sostenibbli kif ukoll it-tisħiħ tal-bini tal-kapaċità f’dan il-qasam.

Barra minn hekk, ir-Regolament CPR se jipprovdi qafas għall-FEŻR biex:

·jiġu ssimplifikati l-proċeduri kumplessi assoċjati miegħu;

·tiżdied il-flessibbiltà biex ikun hemm tweġiba għal sfidi li qed jitfaċċaw; kif ukoll

·jiġu allinjati r-regoli bejn id-diversi fondi tal-UE koperti.

Valutazzjoni tal-impatt

L-opzjonijiet jittrattaw tnaqqis ta’ 7 % fil-baġit:

·Opzjoni 1: Tnaqqis tal-kontribuzzjoni lir-reġjuni aktar żviluppati.

·Opzjoni 2: Iż-żamma tal-appoġġ f’oqsma ewlenin (konċentrazzjoni tematika) u t-tnaqqis tiegħu għal temi oħrajn.

L-opzjoni 2 hija dik preferuta, għal raġunijiet li jinkludu dawn li ġejjin:

·Biex jinżamm fokus fuq it-temi tal-ogħla valur miżjud tal-UE, fejn l-evidenza mill-evalwazzjoni tissuġġerixxi li l-politika kellha l-akbar impatt.

·Ħafna mill-akbar sfidi (il-globalizzazzjoni u t-trasformazzjoni ekonomika, it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’użu baxx tal-karbonju, l-isfidi ambjentali, il-migrazzjoni u żoni ta’ faqar urban) kull ma’ jmur qed jaffettwaw ħafna reġjuni fl-UE kollha, inklużi dawk aktar żviluppati. L-investiment tal-UE huwa kemm neċessarju kif ukoll sinjal ta’ solidarjetà.

·Iż-żamma tal-massa kritika - l-investimenti fir-reġjuni aktar żviluppati diġà huma żgħar f’termini per capita.

·Fil-konsultazzjoni pubblika, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati appoġġaw il-FEŻR fir-reġjuni kollha. Dan l-approċċ jiżgura wkoll li l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jkollhom viżibbiltà aħjar fl-Istati Membri kollha.

Simplifikazzjoni

Hemm evidenza ta’ spejjeż amministrattivi sostanzjali assoċjati mal-FEŻR, stmat fi studju 17 reċenti għal 3 % tal-medja tal-ispejjeż tal-programm. Il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji (inklużi l-SMEs) huwa ogħla.

Ħafna mis-simplifikazzjonijiet fil-FEŻR se jsiru permezz tas-CPR. Ħafna minnhom huma diffiċli biex jiġu kkwantifikati finanzjarjament bil-quddiem, iżda l-istudju għamel l-istimi li ġejjin:

·Aktar użu ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati (jew pagamenti bbażati fuq il-kundizzjonijiet) għall-FEŻR jista’ jnaqqas sostanzjalment l-ispejjeż amministrattivi totali – b’20-25 % jekk dawn l-opzjonijiet ikunu applikati kullimkien.

·Dan l-approċċ aktar proporzjonat għall-kontroll u l-awditi jimplika tnaqqis kbir fl-għadd ta’ verifiki u fil-piż tal-awditjar għal programmi ta’ “riskju baxx”; dan inaqqas l-ispejjeż amministrattivi totali tal-FEŻR bi 2-3 % u l-ispejjeż għall-programmi affettwati b’ammont ferm akbar.

Aspett ewlieni ieħor tas-simplifikazzjoni huwa li din il-proposta tintegra l-appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-UE, kif stabbilit hawn fuq.

Koeżjoni elettronika u skambju ta’ data

Il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 irrikjeda sistema ta’ skambju ta’ data elettronika bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u bejn l-awtoritajiet differenti tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Din il-proposta għal Regolament tibni fuq dan u tkompli tiżviluppa ċerti punti fir-rigward tal-ġbir tad-data. Id-data kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni inklużi r-riżultati u l-prestazzjoni tal-programmi issa se tiġi trażmessa b’mod elettroniku kull xahrejn. Dan ifisser li l-pjattaforma tad-data miftuħa se tkun aġġornata kważi f’ħin reali.

Bl-istess mod, id-data dwar il-benefiċjarji u l-operazzjonijiet se tiġi ppubblikata f’forma elettronika, f’sit web immexxi mill-awtorità ta’ ġestjoni.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Din il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit. Il-proposta dwar il-FEŻR u r-Regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni jistabbilixxu l-implikazzjonijiet għall-baġit tal-FEŻR li huwa s-sors ta’ fondi għal azzjonijiet koperti minn din il-proposta.

5.TAQSIRA TAL-KONTENUT TAR-REGOLAMENT

Il-biċċa l-kbira mit-twettiq u l-implimentazzjoni tal-FEŻR huwa kopert mis-CPR. Din il-proposta għal Regolament għalhekk jenħtieġ li titqies f’dan il-kuntest. Il-fowkus prinċipali tagħha huwa fuq kwistjonijiet ewlenin ta’ implimentazzjoni u kooperazzjoni, b’mod partikolari:

·id-definizzjoni u l-kopertura ġeografika tal-ħames komponenti;

·l-objettivi u l-kamp ta’ applikazzjoni speċifiċi għal Interreg;

·l-adattamenti tar-regoli tas-CPR dwar il-programmazzjoni, l-awtoritajiet tal-programm, il-ġestjoni u l-kontroll u l-ġestjoni finanzjarja; kif ukoll

·l-integrazzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament estern tal-UE.

Kapitolu I –Dispożizzjonijiet ġenerali (l-Artikoli minn 1 sa 13)

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u komponenti ta’ Interreg

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi s-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ETC/Interreg. B’mod partikolari, jiddeskrivi l-ħames komponenti ta’ Interreg: transfruntier, transnazzjonali u marittimu, kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, interreġjonali u investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni ġodda.

Kopertura ġeografika

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ aktar minn sentejn u proċess ta’ konsultazzjoni magħruf bħala “Cross-border review”. Dan ġabar evidenza li turi li r-reġjuni tal-fruntieri b’mod ġenerali ma jmorrux tajjeb ekonomikament daqs reġjuni oħra fi Stat Membru. L-aċċess għas-servizzi pubbliċi bħall-isptarijiet u l-universitajiet huwa ġeneralment aktar diffiċli fir-reġjuni tal-fruntieri. In-navigazzjoni bejn sistemi amministrattivi u legali differenti ħafna drabi għadha kumplessa u għalja.

Bħala segwitu għall-Cross-border Review, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri li tipproponi għadd ta’ miżuri konkreti biex jittieħdu mill-UE u l-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali. Dawn il-miżuri jinkludu “il-kunsiderazzjoni tal-qafas legali u finanzjarju għal kooperazzjoni transfruntiera”. Il-Komunikazzjoni tipproponi li tfittex modi kif programmi ta’ finanzjament futuri, inkluż il-programm Interreg, jistgħu jagħtu kontribuzzjoni aktar strateġika għall-prevenzjoni u s-soluzzjoni għall-ostakli relatati mal-fruntieri u l-iżvilupp ta’ servizzi pubbliċi transfruntieri.

Konsegwentement, il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera se jkun ikkonċentrat fuq il-fruntieri fuq l-art, filwaqt li l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri marittimi tiġi integrata fil-komponent imwessa’ “kooperazzjoni transnazzjonali u kooperazzjoni marittima”.

Il-proposti għall-2021-2027 kemm għall-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir kif ukoll għal dik tal-ETC/Interreg jirriflettu dan l-impenn f’żewġ modi. L-ewwel nett, huma jgħollu b’mod sinifikanti l-profil tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni fil-programmi. It-tieni nett, dawn jgħinu biex il-programmi transfruntiera jiffokaw aktar minn qatt qabel fuq il-kooperazzjoni istituzzjonali, is-soluzzjoni għal kwistjonijiet tal-fruntiera, u l-investiment f’servizzi konġunti ta’ interess pubbliku.

Riżorsi u rati ta’ kofinanzjament

Dawn id-dispożizzjonijiet ikopru r-riżorsi, kemm mill-FEŻR kif ukoll mill-istrumenti ta’ finanzjament estern. Huwa stabbilit mekkaniżmu ta’ “ritorn” ta’ fondi li jista’ jifdal f’każ li ma ssir ebda sottomissjoni jew ma jiġi ffirmat ebda ftehim ta’ finanzjament estern ta’ Interreg. B’mod partikolari għall-kooperazzjoni esterna, il-kofinanzjament jenħtieġ li jkun ogħla milli għall-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir.

Kapitolu II - Miri speċifiċi għal Interreg u konċentrazzjoni tematika (l-Artikoli 14 u 15)

Filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċjali ta’ Interreg, huma stabbiliti żewġ miri speċifiċi għal Interreg:

“governanza aħjar ta’ Interreg”; kif ukoll

“Ewropa b’inqas periklu u aktar sigurtà”,

Ir-Regolament propost jistabbilixxi wkoll perċentwali speċifiċi għal konċentrazzjoni tematika.

Kapitolu III - Programmazzjoni (programmi Interreg – żvilupp territorjali – fond għal operazzjonijiet u proġetti żgħar - AT) (l-Artikoli minn 16 sa 26)

Dan il-Kapitolu jadatta r-regoli tas-CPR għall-programmi Interreg. Karatteristika ġdida hija l-“Fond għal proġetti żgħar” li jippermetti lis-soċjetà lokali u ċivili biex twaqqaf proġetti żgħar b’opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati.

Kapitolu IV - Monitoraġġ – evalwazzjoni – informazzjoni u komunikazzjoni (l-Artikoli minn 27 sa 35)

Dan il-Kapitolu jadatta wkoll ir-regoli tas-CPR għall-programmi Interreg.

Sabiex ikun żgurat monitoraġġ konsistenti tal-prestazzjoni, ir-Regolament propost iżomm u jirfina wkoll is-sett komuni ta’ indikaturi tal-output, filwaqt li jżid għall-ewwel darba sett komuni ta’ indikaturi tar-riżultati. Dan tal-aħħar jagħmilha possibbli li jiġu rrapportati r-riżultati f’ħin reali fuq il-Pjattaforma ta’ Data Miftuħa u li dawn jitqabblu bejn il-programmi u l-Istati Membri. Dawn se jikkontribwixxu wkoll għad-diskussjonijiet dwar il-prestazzjoni u l-evalwazzjonijiet ta’ suċċess.

Kapitolu V – Eliġibbiltà (l-Artikoli minn 36 sa 43)

Ir-regoli tal-eliġibbiltà jenħtieġ li jkunu stabbiliti kemm jista’ jkun minn kull Stat Membru b’minimu ta’ regoli tal-UE. Madankollu, dan l-approċċ ma jaħdimx għall-programmi Interreg fejn jista’ jkun hemm kontradizzjonijiet u kunflitti bejn 2 u 27 sett differenti ta’ regoli nazzjonali. Għalhekk, dan il-Kapitolu jistabbilixxi ġerarkija ċara ta’ regoli tal-UE speċifiċi għall-programm Interreg u mbagħad regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet dettaljati skont ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 18 huma integrati f’dan ir-Regolament propost.

Kapitolu VI - awtoritajiet, ġestjoni u kontroll tal-programm Interreg (l-Artikoli minn 44 sa 48)

Ir-regoli tas-CPR dwar l-awtoritajiet, il-ġestjoni u l-kontroll tal-programm huma adattati għall-programmi Interreg. Dawn jaffettwaw b’mod partikolari l-funzjonament tal-awtorità tal-awditjar unika u jissimplifikaw ħafna l-awditu tal-operazzjonijiet.

Kapitolu VII - Ġestjoni finanzjarja, kontijiet u korrezzjonijiet finanzjarji (l-Artikoli 49 u 50)

Il-programmi Interreg jenħtieġ li jirċievu prefinanzjament ogħla u aktar malajr minn programmi oħrajn tal-politika ta’ koeżjoni biex il-benefiċjarji li spiss ma jkollhomx biżżejjed riżorsi proprji jkunu jistgħu jibdew l-operazzjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, il-katina ta’ rkupru jenħtieġ li tiġi stabbilita fid-dettall.

Kapitolu VIII - Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi u ta’ PTEE fil-programmi Interreg b’ġestjoni kondiviża (l-Artikoli minn 51 sa 59)

Il-punt ta’ tluq huwa li japplikaw ir-regoli “normali” tal-ETC/Interreg. Ċerti adattamenti huma meħtieġa biex jittieħed inkunsiderazzjoni li pajjiżi mhux fl-UE jew pajjiżi sħab jew PTEE mhumiex marbuta bid-dritt tal-UE. Dan għandu impatt fuq l-awtoritajiet tal-programm, il-metodi ta’ ġestjoni, l-eliġibbiltà, il-proġetti ta’ infrastruttura kbar, l-akkwist, il-ġestjoni finanzjarja u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ finanzjament.

Kapitolu IX - Regoli speċifiċi dwar il-ġestjoni indiretta (l-Artikoli 60 u 61)

Dawn ikopru l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u jistgħu jikkonċernaw il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi.

Kapitolu X – Dispożizzjonijiet finali (l-Artikoli minn 62 sa 65)

Dawn ikopru d-delega, il-komitoloġija u dispożizzjonijiet tranżitorji.

ANNESS

L-Anness ikopri l-mudell għall-programmi Interreg.

2018/0199 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 178, l-Artikolu 209(1), l-Artikolu 212(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 19 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 20 ,

F’azzjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti kategoriji ta’ reġjuni, fosthom ir-reġjuni transkonfinali elenkati b’mod espliċitu.

(2)Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar jikkoopera minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta’ programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.

(3)Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f’livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

(4)Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b’mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta’ tkabbir mhux sfruttat f’żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE 23 (Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri). Konsegwentement, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jkun limitat għal kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jenħtieġ li tkun integrata fil-komponent transnazzjonali.

(5)Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f’dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f’simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.

(6)Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta’ azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni, u jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera marittima. Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji akbar fuq l-art kontinentali tal-Unjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li tkopri territorji madwar il-baċiri tal-baħar u tintegra l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri marittimi matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà massima biex titkompla l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima preċedenti f'qafas ta’ kooperazzjoni marittima akbar, b’mod partikolari billi jkunu definiti t-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal proġett ta’ sħubija u t-twaqqif ta’ sottoprogrammi u kumitati ta’ tmexxija speċifiċi.

(7)Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta’ kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet tal-programm u għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw mal-pajjiżi tal-viċinat u t-territorji tagħhom bl-aktar mod effettiv u sempliċi.

(8)Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta’ Interreg u n-nuqqas ta’ tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b’mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta’ koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi, wieħed li jippermetti kull tip ta’ esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (“REKT”) stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 u ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta’ żvilupp. Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli” 25 , b’mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija, l-immodernizzar tal-industrija jew il-qasam agroalimentari. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-“Inizjattiva Urbana Ewropea”. Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

(9)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għad-deżinjazzjoni ta’ reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 .

(10)Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta’ benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma’ pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA 27 , l-NDICI 28 u l-OCTP 29 , jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u l-NDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkumplementat b’tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv, jiġifieri, sa 3 % tal-pakkett finanzjarju skont l-IPA III u sa 4 % tal-pakkett finanzjarju tal-programm ġeografiku tal-Viċinat skont l-Artikolu 4(2)(a) tal-NDICI.

(11)L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.

(12)Fir-rigward tal-assistenza tal-NDICI, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa relazzjoni privileġġata mal-pajjiżi tal-viċinat tagħha, bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona ta’ prosperità u ta’ relazzjonijiet tajbin tal-viċinat, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi li jserrħu fuq il-kooperazzjoni. Dan ir-Regolament u l-NDICI għalhekk jenħtieġ li jappoġġaw l-aspetti interni u esterni tal-istrateġiji makroreġjonali rilevanti. Dawn l-inizjattivi huma strateġikament importanti u joffru oqfsa politiċi ta’ importanza għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u fosthom, ibbażati fuq il-prinċipji ta’ responsabbiltà reċiproka, sjieda u responsabbiltà kondiviżi.

(13)Huwa importanti li jitkompla jiġi osservat ir-rwol tas-SEAE u l-Kummissjoni fit-tħejjija tal-programmazzjoni strateġika u l-programmi Interreg appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/EU 30 .

(14)Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista’ jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni mal-viċinat tagħhom, filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE 31 .

(15)Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta’ Interreg, inkluż is-sehem ta’ kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, is-sehem għall-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jitnaqqas, filwaqt li s-sehem għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jiżdied minħabba l-integrazzjoni tal-kooperazzjoni marittima, u jenħtieġ li jinħoloq komponent ġdid tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi.

(16)Għall-aktar użu effiċjenti tal-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun stabbilit mekkaniżmu sabiex jiġi organizzat ir-ritorn ta’ dan l-appoġġ f’każijiet fejn il-programmi ta’ kooperazzjoni esterna ma jkunux jistgħu jiġu adottati jew ikollhom jitwaqqfu, inkluż ma’ pajjiżi terzi li ma jirċievu appoġġ minn ebda strument finanzjarju tal-Unjoni. Dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li jfittex jikseb funzjonament ottimali tal-programmi u l-koordinazzjoni massima possibbli bejn dawk l-istrumenti.

(17)Il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxi, fil-qafas ta’ Interreg, għall-objettivi speċifiċi skont l-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni. Madankollu, il-lista ta’ objettivi speċifiċi fil-qafas tal-objettivi tematiċi differenti jenħtieġ li tiġi adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ Interreg, billi tipprovdi għal objettivi speċifiċi addizzjonali fil-qafas tal-objettiv tal-politika “Ewropa aktar soċjali permezz tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” sabiex tippermetti interventi tat-tip FSE.

(18)Fil-kuntest ta’ ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u fid-dawl li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transfruntier ġdid “PEACE-PLUS” jenħtieġ li jkompli u jibni fuq il-ħidma ta’ programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm huwa jenħtieġ li jiġi ġestiti b’mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta’ operazzjonijiet f’dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dan il-programm b’rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

(19)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jżid żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg, wieħed biex jappoġġa l-objettiv tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali, billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni legali u amministrattiva, b’mod partikolari fejn marbuta mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Reġjuni tal-Fruntieri, bl-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, u ieħor biex jindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta’ kooperazzjoni esterna bħas-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u tal-migrazzjoni.

(20)Il-parti l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta’ objettivi ta’ politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta’ Interreg.

(21)Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid].

(22)Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li jridu jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar sħubija fil-qafas tal-operazzjoni ta’ Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Madankollu, is-sħab ta’ Interreg jenħtieġ li jikkooperaw fl-erba’ dimensjonijiet kollha (l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta’ persunal u l-finanzjament) u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tlieta minn erbgħa minnhom, billi jenħtieġ li jsir aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fuq il-livell tal-programmi u tal-operazzjonijiet.

(23)Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar li ilhom implimentati mill-ħolqien ta’ Interreg, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi. Kif stabbilit ukoll fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera” 32 , dawn il-fondi għal proġetti żgħar għandhom rwol importanti fil-bini ta’ fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, joffru valur miżjud kbir Ewropew u jikkontribwixxu b’mod konsiderevoli għall-objettiv ġenerali tal-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera billi jegħlbu l-ostakli tal-fruntieri u jintegraw iż-żoni tal-fruntieri u ċ-ċittadini tagħhom. Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta’ proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta’ kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta’ opzjonijiet simplifikati ta’ kostijiet u ta’ ammonti f’daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.

(24)Minħabba l-involviment ta’ iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f’assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b’appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta’ assistenza teknika effettivi.

(25)Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi b’mod prattiku.

(26)Fuq il-bażi tal-esperjenza matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, jenħtieġ li titkompla s-sistema li introduċiet ġerarkija ċara tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa filwaqt li jinżamm il-prinċipju tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa stabbilit fil-livell tal-Unjoni jew għall-programm Interreg fl-intier tiegħu sabiex jiġu evitati l-kuntradizzjonijiet jew l-inkonsistenzi kollha possibbli bejn Regolamenti differenti jew bejn Regolamenti u regoli nazzjonali. Regoli addizzjonali adottati minn Stat Membru wieħed li jkunu japplikaw biss għall-benefiċjarji f’dak l-Istat Membru jenħtieġ li jkunu limitati għall-minimu strett. B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 33 adottat għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 jenħtieġ li jiġu integrati f’dan ir-Regolament.

(27)L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jassenjaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni lil REKT jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transfruntieri oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta’ sottoprogramm, investiment territorjali integrat jew fond wieħed jew aktar għal proġetti żgħar, jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku.

(28)Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb prinċipali permezz tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta’ kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb prinċipali, sakemm dan ikun jirriżulta f’tariffi doppji għall-konverżjoni f’euro u f’muniti oħra jew vice versa bejn is-sieħeb ewlieni u sħab oħra.

(29)Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b’mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta’ kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikat u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.

(30)Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta’ irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta’ ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta’ Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta’ ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jenħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f’każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta’ ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. B’mod partikolari, l-awtorità ta’ ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f’pajjiż differenti.

(31)Sabiex japplikaw l-aktar sett komuni ta’ regoli kemm fl-Istati Membri kif ukoll f’pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTTE parteċipanti, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE, sakemm regoli speċifiċi huma stabbiliti f’Kapitolu speċifiku ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-programm Interreg jistgħu jikkorrispondu għal awtoritajiet kompetenti oħrajn f’pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE. Il-punt ta’ tluq għall-eliġibbiltà tal-infiq jenħtieġ li jkun marbut mal-iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament mill-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE rilevanti. L-akkwist għall-benefiċjarji fil-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jenħtieġ li jsegwi r-regoli dwar l-akkwist estern skont ir-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 . Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ finanzjament ma’ kull wieħed mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE kif ukoll ftehimiet bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u kull wieħed mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-appoġġ minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jew fil-każ ta’ trasferiment ta’ kontribuzzjoni addizzjonali minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE lill-programm Interreg minbarra l-kofinanzjament nazzjonali.

(32)Għalkemm il-programmi Interreg bil-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jenħtieġ li jiġu implimentati b’ġestjoni kondiviża, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi tista’ tiġi implimentata b’ġestjoni indiretta. Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar kif jiġu implimentati dawn il-programmi fl-intier tagħhom jew parzjalment b’ġestjoni indiretta.

(33)Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 bi proġetti ta’ infrastruttura kbar fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, il-proċeduri jenħtieġ li jkunu ssimplifikati. Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm ċerti drittijiet li jikkonċernaw l-għażla ta’ proġetti bħal dawn.

(34)Is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta u temenda l-listi ta’ programmi Interreg, il-lista tal-ammont globali tal-appoġġ mill-Unjoni għal kull programm Interreg u biex tadotta deċiżjonijiet li japprovaw il-programmi Interreg u l-emendi tagħhom. Dawn is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni 35 . Minkejja li dawn l-atti huma ta’ natura ġenerali, jenħtieġ li tintuża l-proċedura konsultattiva billi huma jimplimentaw biss id-dispożizzjonijiet b’mod tekniku.

(35)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, il-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera esterna, fejn applikabbli, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ dawk il-programmi.

(36)Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda l-Anness dwar il-mudell għall-programmi Interreg. Hu ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(37)Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali

Taqsima i
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u komponenti ta’ Interreg

Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kontigwi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej (“PTEE”) rispettivament.

2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata programmazzjoni effettiva inkluż fuq assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll ġestjoni finanzjarja tal-programmi skont il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (“programmi Interreg”) appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”).

3.Fir-rigward tal-appoġġ mill-“Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni” (IPA III”), l-“Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali” (“NDICI”) u l-finanzjament għall-PTEE kollha għall-perjodu mill-2021 sal-2027 stabbilit bħala Programm bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX (“OCTP”) għall-programmi Interreg (it-tliet strumenti flimkien: “l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni”), dan ir-Regolament jiddefinixxi objettivi speċifiċi addizzjonali kif ukoll l-integrazzjoni ta’ dawk il-fondi fil-programmi Interreg, il-kriterji għal pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE u r-reġjuni tagħhom biex ikunu eliġibbli u ċerti regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi.

4.Fir-rigward tal-appoġġ mill-FEŻR u l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni (imsejħa b’mod konġunt “il-fondi Interreg”) lill-programmi Interreg, dan ir-Regolament jiddefinixxi l-objettivi speċifiċi għal Interreg kif ukoll l-organizzazzjoni, il-kriterji għall-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, u l-PTEE u r-reġjuni tagħhom biex ikunu eliġibbli, ir-riżorsi finanzjarji, u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom.

5.Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] u r-Regolament (KE) [FEŻR ġdid] għandhom japplikaw għall-programmi Interreg, ħlief fejn speċifikament previst mod ieħor skont dawk ir-Regolamenti u dan ir-Regolament jew fejn dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jistgħu japplikaw biss għall-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1)“benefiċjarju IPA” tfisser pajjiż jew territorju elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) [IPA III];

(2)“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux Stat Membru tal-Unjoni u li ma jirċevix appoġġ minn fondi Interreg;

(3)“pajjiż sieħeb” tfisser benefiċjarju tal-IPA jew pajjiż jew territorju kopert miż-“żona ġeografika tal-Viċinat” elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) [NDICI] u l-Federazzjoni Russa, u li jirċievi appoġġ minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni;

(4)“entità legali transfruntiera” tfisser entità legali stabbilita skont il-liġijiet ta’ wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.

2.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jirreferu għal “Stat Membru”, din għandha tiġi interpretata li tfisser “l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni” u meta d-dispożizzjonijiet jirreferu għal "Kull Stat Membru” jew “Stati Membri”, din għandha tiġi interpretata li tfisser “l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE li jipparteċipaw fi programm Interreg partikolari”.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, meta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jirreferu għal “il-Fondi” kif elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, jew il-“FEŻR”, din għandha tiġi interpretata li tfisser li jkopru wkoll l-istrument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni rispettiv.

Artikolu 3
Komponenti tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

Skont il-mira tal-kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg), il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jappoġġaw il-komponenti li ġejjin:

(1)il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat (il-komponent 1):

(a)il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma’ żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma’ tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); jew

(b)il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma’ tal-anqas Stat Membru wieħed u ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)benefiċjarji tal-IPA; jew

(ii)pajjiżi sħab appoġġati mill-NDICI; jew

(iii)il-Federazzjoni Russa, biex tkun permesa l-parteċipazzjoni tagħha f’kooperazzjoni transfruntiera appoġġata wkoll mill-NDICI;

(2)il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u fi Greenland, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta’ integrazzjoni territorjali (“il-komponent 2”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni transnazzjonali: “il-komponent 2A”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni marittima: “il-komponent 2B”);

(3)il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma’ pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali tagħhom fil-viċinat tagħhom (“il-komponent 3”);

(4)il-kooperazzjoni interreġjonali sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni (“il-komponent 4”) bil-promozzjoni ta’:

(a)l-iskambju ta’ esperjenzi, approċċi innovattivi u l-bini tal-kapaċità fir-rigward ta’:

(i)l-implimentazzjoni ta’ programmi Interreg;

(ii)l-implimentazzjoni ta’ programmi għall-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, b’mod partikolari fir-rigward ta’ azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu minn tal-anqas fi Stat Membru wieħed ieħor;

(iii)l-istabbiliment, il-funzjonament u l-użu ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT);

(b)l-analiżi tax-xejriet tal-iżvilupp relatati mal-għanijiet tal-koeżjoni territorjali;

(5)l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali permezz tal-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta’ innovazzjoni interreġjonali bil-potenzjal li jħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta’ valur Ewropej (“il-komponent 5”).

Taqsima ii
Kopertura ġeografika

Artikolu 4
Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni transfruntiera

1.Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri fuq l-art kollha interni u esterni ma’ pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab.

2.Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi fuq il-baħar b’kollegament fiss għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera.

3.Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista’ tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra u Monaco.

4.Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

Artikolu 5
Kopertura ġeografika għal kooperazzjoni transnazzjonali u kooperazzjoni marittima

1.Għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.

2.Il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima tal-programmi Interreg tista’ tkopri:

(a)reġjuni fl-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra, Monaco u San Marino;

(b)Greenland;

(c)il-Gżejjer Faroe;

(d)reġjuni ta’ pajjiżi sħab skont l-IPA III jew l-NDICI;

jekk humiex jew le appoġġati mill-baġit tal-UE.

3.Ir-reġjuni, pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.

Artikolu 6
Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi

1.Għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni kollha elenkati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR.

2.Il-programmi Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab tal-viċinat appoġġati mill-NDICI jew PTEE appoġġati mill-OCTP, jew it-tnejn li huma.

Artikolu 7
Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali u
l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni

1.Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 jew għal investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni skont il-komponent 5, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR.

2.Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni.

Artikolu 8
Lista ta’ żoni li jirċievu appoġġ mill-programm Interreg

1.Għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ żoni li jirċievu appoġġ mill-programm Interreg, maqsuma għal kull komponent u kull programm Interreg. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 63(2).

Il-programmi Interreg transfruntieri esterni għandhom jiġu elenkati bħala “programmi Interreg IPA III CBC” jew “programmi Interreg tal-Viċinat CBC” rispettivament.

2.L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni kif ukoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ allokazzjoni skont il-komponent 2B imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(3).

3.Ir-reġjuni ta’ pajjiżi terzi jew sħab jew territorji barra mill-Unjoni li ma jirċevux appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jissemmew ukoll fil-lista msemmija fil-paragrafu 1.

Taqsima iii
Riżorsi u rati ta’ kofinanzjament

Artikolu 9
Riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

1.Ir-riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal EUR 8 430 000 000 tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021- 2027 u stabbiliti fl-Artikolu [102(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

2.Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a)52,7 % (jiġifieri, total ta’ EUR 4 440 000 000) għall-kooperazzjoni transkonfinali;

(b)31,4 % (jiġifieri, total ta’ EUR 2 649 900 000) għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima (il-komponent 2);

(c)3,2 % (jiġifieri, total ta’ EUR 270 100 000) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);

(d)1,2 % (jiġifieri, total ta’ EUR 100 000 000) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4);

(e)11,5 % (jiġifieri, total ta’ EUR 970 000 000) għall-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni (il-komponent 5);

3.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lil kull Stat Membru s-sehem tiegħu tal-ammonti globali għall-komponenti 1, 2 u 3, maqsumin skont is-sena.

Id-daqs tal-popolazzjoni fir-reġjuni li ġejjin għandu jintuża bħala l-kriterju għat-tqassim skont l-Istat Membru:

(a)ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 u dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 2B elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);

(b)ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponenti 2A u 3.

4.Kull Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa 15 % tal-allokazzjoni finanzjarja tiegħu lil kull wieħed mill-komponenti 1, 2 u 3 minn wieħed minn dawn il-komponenti għal wieħed jew aktar mill-oħrajn.

5.Fuq il-bażi tal-ammonti kkomunikati skont il-paragrafu 3, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk u kif huwa uża l-opzjoni ta’ trasferiment prevista fil-paragrafu 4 u d-distribuzzjoni riżultanti tas-sehem tiegħu fost il-programmi Interreg li l-Istat Membru jipparteċipa fihom.

Artikolu 10
Dispożizzjonijiet bejn il-fondi

1.Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi dokument ta’ strateġija pluriennali fir-rigward tal-programmi Interreg transfruntieri esterni appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI jew l-IPA III. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 63(2).

Fil-rigward tal-programmi Interreg appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI, dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jistabbilixxi l-elementi msemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) [NDICI].

2.Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR għall-programmi Interreg transfruntieri esterni li jridu jiġu appoġġati wkoll mill-pakkett finanzjarju skont l-IPA III allokat lill-kooperazzjoni transfruntiera (“IPA III CBC”) jew mill-pakkett finanzjarju skont l-NDICI allokat lill-kooperazzjoni transfruntiera għaż-żona ġeografika tal-Viċinat (“NDICI CBC”) għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribuzzjoni tal-FEŻR stabbilita għal kull Stat Membru m’għandhiex tiġi sussegwentement riallokata bejn l-Istati Membri kkonċernati.

3.L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta’ programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik l-ekwivalenza għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.

Madankollu, meta r-rieżami tad-dokument ta’ programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-IPA III jew l-NDICI jirriżulta fi tnaqqis tal-ammont korrispondenti għas-snin li jifdal, kull Stat Membru kkonċernat għandu jagħżel fost l-opzjonijiet li ġejjin:

(a)jitlob il-mekkaniżmu skont l-Artikolu 12(3);

(b)ikompli l-programm Interreg bil-bqija tal-appoġġ mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC; jew

(c)jgħaqqad l-opzjonijiet (a) u (b) flimkien.

4.L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu għall-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programmi Interreg transfruntieri esterni għandhom jiddaħħlu fl-intestaturi tal-baġit rilevanti għall-eżerċizzju baġitarju tal-2021.

5.Jekk il-Kummissjoni tinkludi allokazzjoni finanzjarja speċifika biex tassisti lil pajjiżi jew reġjuni sħab skont ir-Regolament (UE) [NDICI] u l-PTEE skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill [Deċiżjoni OCT] jew it-tnejn li huma biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tagħhom ma’ reġjuni ultraperiferiċi tal-viċinat tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu [33(2)] tar-Regolament (UE) [NDICI] jew l-Artikolu [87] tad-[Deċiżjoni OCTP] jew it-tnejn li huma, il-FEŻR jista’ jikkontribwixxi wkoll skont dan ir-Regolament, fejn ikun xieraq u fuq bażi ta’ reċiproċità u proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta’ finanzjament mill-NDICI jew l-OCTP jew it-tnejn li huma, għal azzjonijiet implimentati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew kwalunkwe entità oħra skont ir-Regolament (UE) [NDICI], minn pajjiż, territorju, jew kwalunkwe entità oħra skont id-[Deċiżjoni OCT] jew minn reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni skont, b’mod partikolari, programm Interreg konġunt wieħed jew aktar tal-komponenti 2, 3 jew 4 jew skont miżuri ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 60 li huma stabbiliti u implimentati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 11
Lista ta’ riżorsi tal-programm Interreg

1.Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(5), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi lista tal-programmi Interreg kollha u tindika għal kull programm l-ammont globali tal-appoġġ totali tal-FEŻR u, fejn applikabbli, l-appoġġ totali minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 63(2).

2.Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jinkludi wkoll lista tal-ammonti trasferiti skont l-Artikolu 9(5) mqassmin skont l-Istat Membru u minn strument finanzjarju estern tal-Unjoni.

Artikolu 12
Ritorn tar-riżorsi u twaqqif

1.Fl-2022 u l-2023, il-kontribuzzjoni annwali mill-FEŻR għall-programmi Interreg transfruntieri esterni, li għalihom ma jkun ġie ppreżentat l-ebda programm lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu tas-snin rispettivi, u li ma ġietx riallokata lil programm ieħor ippreżentat taħt l-istess kategorija ta’ programmi Interreg transfruntieri esterni, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

2.Jekk sal-31 ta’ Marzu 2024, ikun għad hemm programmi Interreg transfruntieri esterni li ma jkunux ġew ippreżentati lill-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni kollha mill-FEŻR imsemmija fl-Artikolu 9(5) għal dawk il-programmi għas-snin li jifdal sal-2027, li ma ġietx riallokata lil programm Interreg transfruntier estern ieħor appoġġat ukoll mill-IPA III CBC jew l-NDICI CBC rispettivament, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

3.Kwalunkwe programm Interreg transfruntier estern diġà approvat mill-Kummissjoni għandu jitwaqqaf, jew l-allokazzjoni lil dak il-programmi għandha titnaqqas, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli, b’mod partikolari, jekk:

(a)ebda wieħed mill-pajjiżi sħab koperti mill-programm Interreg rispettiv ma jkun iffirma l-ftehim ta’ finanzjament rilevanti sal-iskadenzi stipulati skont l-Artikolu 57;

(b)il-programm Interreg ma jkunx jista’ jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.

F’dawn il-każijiet, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR imsemmija fil-paragrafu 1 li tikkorrispondi għall-pagamenti akkont annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati, jew pagamenti akkont annwali impenjati u diżimpenjati totalment jew parzjalment fl-istess sena baġitarja, li ma tkunx ġiet riallokata lil programm Interreg transfruntier estern ieħor appoġġat ukoll mill-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

4.Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta’ pajjiż sieħeb jew ta’ Greenland għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.

L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, il-bqija tal-pajjiżi sħab parteċipanti, għandhom jitolbu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b’mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dak il-pajjiż sieħeb jew ta’ Greenland;

(b)li l-allokazzjoni lil dak il-programm Interreg titnaqqas, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli;

(c)li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dak il-pajjiż sieħeb jew ta’ Greenland.

Jekk l-allokazzjoni lill-programm Interreg titnaqqas skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR li tikkorrispondi għall-pagamenti akkont annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati, għandha tiġi allokata lil programm Interreg ieħor tal-komponent 2 fejn Stat Membru wieħed jew aktar ikkonċernat jipparteċipa jew, fejn Stat Membru jipparteċipa biss fi programm Interreg tal-komponent 2, lil programm Interreg transfruntier intern wieħed jew aktar li fih jipparteċipa dak l-Istat Membru.

5.Il-kontribuzzjoni mill-IPA III, l-NDICI jew l-OCTP imnaqqsa skont dan l-Artikolu għandha tintuża f’konformità mar-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill [OCT] rispettivament.

6.Jekk pajjiż terz jew pajjiż sieħeb li jikkontribwixxi għal programm Interreg b’riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta’ appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta’ operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

Artikolu 13
Rati ta’ kofinanzjament

Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.

KAPITOLU II
Objettivi speċifiċi għal Interreg u konċentrazzjoni tematika

Artikolu 14
Objettivi speċifiċi għal Interreg

1.Il-FEŻR, skont il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu kif stabbilit fl-Artikolu [4] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandu jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ politika kif stipulati fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] permezz ta’ azzjonijiet konġunti ġodda fil-qafas tal-programmi Interreg.

2.Fil-każ tal-programm PEACE PLUS, fejn ikun qed jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR, bħala objettiv speċifiku skont l-objettiv ta’ politika 4, għandu jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, partikolarment permezz ta’ azzjonijiet għall-promozzjoni tal-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Prijorità separata għandha tappoġġa dan l-objettiv speċifiku.

3.Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:

(a)it-tisħiħ tal-effettività tas-swieq tax-xogħol u t-titjib tal-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità bejn il-fruntieri;

(b)it-titjib tal-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja bejn il-fruntieri bil-ħsieb li tiżdied il-kisba edukattiva u l-livelli fil-ħiliet tagħha kif rikonoxxuta lil hinn mill-fruntieri;

(c)it-tisħiħ tal-aċċess ugwali u f’waqtu għal servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità, sostenibbli u affordabbli bejn il-fruntieri;

(d)it-titjib tal-aċċessibbiltà, l-effettività u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-servizzi tal-kura fit-tul bejn il-fruntieri;

(e)il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż permezz tat-titjib tal-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bejn il-fruntieri.

4.Skont il-komponenti 1, 2 u 3, il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu jappoġġaw ukoll l-objettiv speċifiku ta’ Interreg “governanza aħjar ta’ Interreg”, b’mod partikolari permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

(a)fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2B:

(i)it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi, b’mod partikolari dawk inkarigati li jiġġestixxu territorju speċifiku, u tal-partijiet ikkonċernati;

(ii)it-tisħiħ ta’ amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f’reġjuni tal-fruntieri;

(b)fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponent 1, 2 u 3: it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati biex jiġu implimentati strateġiji makroreġjonali u strateġiji tal-baċiri tal-baħar;

(c)fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 appoġġati mill-fondi Interreg, minbarra l-punti (a) u (b): il-bini ta’ fiduċja reċiproka, b’mod partikolari billi jiġu inkoraġġiti azzjonijiet interpersonali, bit-tisħiħ ta’ demokrazija sostenibbli u bl-appoġġ tal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċessi ta’ riforma u ta’ tranżizzjonijiet demokratiċi;

5.Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta’ Interreg estern “Ewropa b’inqas periklu u aktar sigurtà”, b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti.

Artikolu 15
Konċentrazzjoni tematika

1.Tal-anqas 60 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni allokati fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, għandhom ikunu allokati lil massimu ta’ tlieta mill-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 4(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

2.Ħmistax fil-mija (15 %) addizzjonali tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg “governanza aħjar ta’ Interreg” jew għall-objettiv speċifiku għal Interreg estern “Ewropa b’inqas periklu u aktar sigurtà”.

3.Jekk programm Interreg tal-komponent 2A jappoġġa strateġija makroreġjonali, it-total tal-FEŻR u, fejn applikabbli, it-total tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun programmat fuq l-objettivi ta’ dik l-istrateġija.

4.Jekk programm Interreg tal-komponent 2B jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċiri tal-baħar, tal-anqas 70 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandhom ikunu allokati lill-objettivi ta’ dik l-istrateġija.

5.Għall-programmi Interreg tal-komponent 4, it-total tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun allokat lill-objettiv speċifiku għal Interreg “governanza aħjar ta’ Interreg”.

KAPITOLU III
Programmazzjoni

Taqsima i
Tħejjija, approvazzjoni u emenda tal-programmi Interreg

Artikolu 16
Tħejjija u preżentazzjoni tal-programmi Interreg

1.Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b’ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista’ jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b’ġestjoni indiretta u tal-komponent 5 li għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta jew indiretta.

2.L-Istati Membriu, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

3.L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f’kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Il-pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, fejn applikabbli, għandhom jinvolvu wkoll is-sħab tal-programm ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dak l-Artikolu.

4.L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus disa’ xhur;] f’isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti.

Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta’ strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.

5.L-Istati Membri, u fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom jikkonfermaw bil-miktub il-ftehim tagħhom dwar il-kontenut ta’ programm Interreg qabel il-preżentazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni. Dan il-qbil għandu jinkludi wkoll impenn mill-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, minn pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, sabiex jipprovdu l-kofinanzjament meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programm Interreg u, fejn applikabbli, l-impenn għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-programmi Interreg li jinvolvu reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw lill-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE rispettivi qabel ma jippreżentaw il-programmi Interreg lill-Kummissjoni. F’dan il-każ, il-ftehimiet dwar il-kontenut tal-programmi Interreg u l-kontribuzzjoni possibbli tal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jistgħu minflok jiġu espressi fil-minuti formalment approvati tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jew tad-deliberazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta’ kooperazzjoni reġjonali.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 62 biex temenda l-Anness sabiex tadatta għal bidliet li jseħħu matul il-perjodu ta’ programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali tiegħu.

Artikolu 17
Kontenut tal-programmi Interreg

1.Kull programm Interreg għandu jistabbilixxi strateġija konġunta għall-kontribuzzjoni tal-programm biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u l-objettivi speċifiċi għal Interreg stipulati fl-Artikolu 14(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament u l-komunikazzjoni tar-riżultati tiegħu.

2.Kull programm Interreg għandu jikkonsisti minn prijoritajiet.

Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv ta’ politika wieħed jew, fejn applikabbli, għal objettiv wieħed jew għaż-żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg rispettivament jew għal assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta’ politika jew, fejn applikabbli, għal objettiv wieħed jew għaż-żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg rispettivament għandha tikkonsisti minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista’ tikkorrispondi għall-istess politika jew objettiv speċifiku għal Interreg.

3.F’każijiet debitament ġustifikati u bi qbil mal-Kummissjoni, sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu operazzjonijiet fuq skala akbar, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li jittrasferixxi lejn il-programmi Interreg sa [x] % tal-ammont tal-FEŻR allokat lill-programm korrispondenti fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-istess reġjun. L-ammont trasferit għandu jikkostitwixxi prijorità separata jew prijoritajiet separati.

4.Kull programm Interreg għandu jistabbilixxi:

(a)iż-żona tal-programm (inkluża mappa tiegħu bħala dokument separat);

(b)taqsira tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni:

(i)id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(ii)il-ħtiġijiet ta’ investiment konġunt u l-komplementarjetà ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ;

(iii)il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat;

(iv)l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar fejn il-qasam tal-programm kollu kemm hu jew parzjalment huwa koperta minn strateġija waħda jew aktar;

(c)ġustifikazzjoni għall-objettivi ta’ politika u l-objettivi speċifiċi għal Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, l-objettivi speċifiċi u l-forom ta’ appoġġ, li jindirizzaw, fejn xieraq, il-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera;

(d)għal kull prijorità, ħlief għall-assistenza teknika, objettivi speċifiċi;

(e)għal kull objettiv speċifiku:

(i)it-tipi ta’ azzjonijiet relatati, inkluża lista ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi speċifiċi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;

(ii)l-indikaturi tal-output u l-indikaturi tar-riżultati bl-istadji importanti u l-miri korrispondenti;

(iii)il-gruppi fil-mira ewlenin;

(iv)it-territorji speċifiċi mmirati, inklużi l-użu ppjanat ta’ investimenti territorjali integrati, żvilupp lokali mmexxi mill-komunità jew għodod territorjali oħra;

(v)l-użu ppjanat ta’ strumenti finanzjarji;

(vi)analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta’ intervent.

(f)għall-prijorità tal-assistenza teknika, l-użu ppjanat skont l-Artikoli [30], [31] u [32] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u tipi ta’ interventi rilevanti;

(g)pjan ta’ finanzjament li jinkludi t-tabelli li ġejjin (mingħajr ebda diviżjoni għal kull Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE parteċipanti, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fih):

(i)tabella li tispeċifika l-allokazzjoni finanzjarja totali mill-FEŻR u, fejn rilevanti, għal kull strument finanzjarju estern tal-Unjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu u skont is-sena;

(ii)    tabella li tispeċifika li l-allokazzjoni finanzjarja totali għal kull prijorità mill-FEŻR u, fejn rilevanti, minn kull strument finanzjarju tal-Unjoni skont il-prijorità u l-kofinanzjament nazzjonali u jekk il-kofinanzjament nazzjonali hux magħmul minn kofinanzjament pubbliku u privat;

(h)    l-azzjonijiet meħudin biex jiġu involuti s-sħab rilevanti tal-programm imsemmijin fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) fil-preparazzjoni tal-programm Interreg, u r-rwol ta’ dawk is-sħab tal-programm fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni ta’ dak il-programm;

(i)    l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibbiltà għall-programm Interreg permezz tad-definizzjoni tal-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta’ kommunikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni mill-midja soċjali, il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti għal monitoraġġ u evalwazzjoni.

5.    L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tingħata kif ġej:

(a)    rigward it-tabelli msemmija fil-punt (g) u f’dak li jikkonċerna l-appoġġ minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, dawk il-fondi għandhom ikunu stabbiliti kif ġej:

(i)    għal programmi Interreg transfruntieri esterni appoġġ mill-IPA III u mill-NDICI bħala ammont wieħed (“IPA III CBC” jew “Viċinat CBC” li jikkombinaw il-kontribuzzjoni minn [Intestatura 2 Koeżjoni u Valuri, sottolimitu Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali] u [Intestatura 6 Viċinat u d-Dinja];

(ii)    għal programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 appoġġati mill-IPA III, mill-NDICI jew mill-OCTP bħala ammont wieħed (“Fondi Interreg”) li jikkombina l-kontribuzzjoni minn [Intestatura 2] u [Intestatura 6] jew qsim għal kull strument ta’ finanzjament “FEŻR”, “IPA III”, “NDICI” u “OCTP”, skont l-għażla tas-sħab tal-programm;

(iii)    għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta’ finanzjament (“FEŻR” u “OCTP Greenland”);

(iv)    għal programmi Interreg tal-komponent 3 appoġġati mill-NDICI u mill-OCTP qsim għal kull strument ta’ finanzjament (“FEŻR”, “NDICI” u “OCTP”, kif xieraq).

(b)    fir-rigward tat-tabella msemmija fil-punt (g)(ii) ta’ paragrafu 4, din għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss.

6.    fir-rigward tal-punt (e)(vi) u (f) tal-paragrafu 4, it-tipi ta’ intervent għandhom ikunu bbażati fuq nomenklatura stabbilita fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

7.    Il-programm Interreg għandu:

(a)    jidentifika l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità ta’ awditjar u l-korp li għalihom għandhom isiru l-pagamenti mill-Kummissjoni;

(b)    jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt;

(c)    jistabbilixxu t-tqassim tar-responsabbiltajiet fost l-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab jew PTEE parteċipanti, fl-eventwalità ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-awtorità ta’ ġestjoni jew il-Kummissjoni.

8.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ paragrafu 7 mingħajr ma teħtieġ emenda tal-programm.

9.    B’deroga minn paragrafu 4, il-kontenut tal-programmi Interreg tal-komponent 4 għandu jkun adattat għall-karattru speċifiku ta’ dawn il-programmi Interreg, b’mod partikolari kif ġej:

(a)    l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) mhix meħtieġa;

(b)    l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punti (b) u (h) għandha tingħata bħala deskrizzjoni qasira;

(c)    għal kull objettiv speċifiku taħt kull prijorità ħlief assistenza teknika, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(i)    id-definizzjoni ta’ benefiċjarju wieħed jew lista limitata ta’ benefiċjarji u l-proċedura ta’ għotja;

(ii)    it-tipi ta’ azzjonijiet relatati u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għall-objettivi speċifiċi;

(iii)    l-indikaturi tal-outputs u l-indikaturi tar-riżultati mal-istadji importanti u l-miri korrispondenti;

(iv)    il-gruppi mira ewlenin;

(v)    l-analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta’ intervent.

Artikolu 18
Approvazzjoni tal-programmi Interreg

1.    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta’ appoġġ minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta’ strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) jew il-qafas ta’ pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.

2.    Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kummenti fi żmien tliet xhur mid-data ta’ preżentazzjoni tal-programm Interreg mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni prospettiva.

3.    L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

4.    Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard wara d-data ta’ preżentazzjoni ta’ dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni prospettiva.

5.    Fir-rigward tal-programmi Interreg tranfruntieri esterni, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet tagħha skont il-paragrafu 4 wara l-konsultazzjoni tal-“Kumitat tal-IPA III” f’konformità mal-Artikolu [16] tar-Regolament (UE) [IPA III] u tal-“Kumitat għall-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Viċinat u l-Iżvilupp” skont l-Artikolu [36] tar-Regolament (UE) [NDICI].

Artikolu 19
Emenda tal-programmi Interreg

1.    L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni jista’ jippreżenta talba motivata għal emenda ta’ programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta’ dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.

2.    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista’ tagħmel kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda.

3.    L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

4.    Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta’ programm Interreg sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

5.    L-Istat Membru jista’ jittrasferixxi matul il-perjodu ta’ programmazzjoni ammont sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.

Tali trasferimenti ma għandhomx jaffettwaw snin preċedenti.

Dawn għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux sostanzjali u ma għandhomx jeħtieġu deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm Interreg. Iżda, huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji kollha. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni t-tabella riveduta msemmija fil-punt (g)(ii) tal-Artikolu 17(4).

6.    L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-programm Interreg. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar tali korrezzjonijiet.

Taqsima ii
Żvilupp territorjali

Artikolu 20
Żvilupp territorjali integrat

Għal programmi Interreg, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti urbani, lokali jew territorjali oħrajn responsabbli għat-tfassil ta’ strateġiji ta’ żvilupp territorjali jew lokali kif elenkati fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) [CRP ġdid], jew responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt dawk l-istrateġiji kif imsemmi fl-Artikolu [23(4)] ta’ dak ir-Regolament jew għat-tnejn li huma għandhom ikunu jew entitajiet legali tranfruntieri jew REKT.

Entità legali transfruntiera jew REKT li jimplimenta investiment territorjali integrat skont l-Artikolu [24] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], jew għodda territorjali oħra skont il-punt (c) tal-Artikolu [22] ta’ dak ir-Regolament jista’ wkoll ikun l-uniku benefiċjarju skont l-Artikolu 23(5) ta’ dan ir-Regolament, dment li jkun hemm separazzjoni ta’ funzjonijiet f'entitajiet legali transfruntieri jew ir-REKT.

Artikolu 21
Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

L-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) taħt il-punt (b) tal-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jista’ jkun implimentat fil-programmi Interreg, dment li l-gruppi ta’ azzjoni lokali rilevanti huma komposti minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom ebda grupp wieħed ta’ interess ma jikkontrolla t-teħid tad-deċiżjonijiet, u tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti, li wieħed minnhom huwa Stat Membru.

Taqsima iii
Operazzjonijiet u fondi ta’ proġett żgħir

Artikolu 22
Għażla tal-operazzjonijiet Interreg

1.    L-operazzjonijiet Interreg għandhom jintgħażlu skont l-istrateġija u l-objettivi tal-programm minn kumitat ta’ monitoraġġ imwaqqaf f’konformità mal-Artikolu 27.

Dak il-kumitat ta’ monitoraġġ jista’ jistabbilixxi wieħed jew, b’mod partikolari fil-każ ta’ sottoprogrammi, aktar kumitati ta’ tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet.

Jekk operazzjoni sħiħa jew parti minnha tkun implimentata barra miż-żona tal-programm [ġewwa jew barra l-Unjoni], l-għażla ta’ dik l-operazzjoni għandha teħtieġ l-approvazzjoni espliċita mill-awtorità ta’ ġestjoni fil-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta’ tmexxija.

2.    Għall-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta’ tmexxija għandhom jistabbilixxu u japplikaw kriterji u proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti, li jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli u tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 11 u l-Artikolu 191(1) TFUE.

Il-kriterji u l-proċeduri għandhom jiżguraw il-prijoritizzazzjoni ta’ operazzjonijiet li għandhom jintgħażlu bil-ħsieb li jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni biex jitwettqu l-objettivi tal-programm Interreg u biex tiġi implimentata d-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-operazzjonijiet taħt il-programmi ta’ Interreg, kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) u (4).

3.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni u tikkunsidra l-kummenti tagħha qabel l-ewwel preżentazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta’ tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.

4.    Fl-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta’ tmexxija għandu:

(a)    jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jikkonformaw mal-programm Interreg u jipprovdu kontribuzzjoni effettiva għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tiegħu;

(b)    jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula ma jkunux f’kunflitt mal-istrateġiji korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 10(1) jew stabbiliti għal wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni;

(c)    jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jippreżentaw l-aħjar relazzjoni bejn l-ammont ta’ appoġġ, l-attivitajiet li jsiru u t-twettiq tal-objettivi;

(d)    jivverifika li l-benefiċjarju għandu r-riżorsi finanzjarji u l-mekkaniżmi neċessarji biex ikopri l-ispejjeż operattivi u ta’ manutenzjoni;

(e)    jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 huma soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew proċedura ta’ skrinjar, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 .

(f)    jivverifika li fejn l-operazzjonijiet ikunu bdew qabel il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta’ ġestjoni, tkun ġiet osservata l-liġi applikabbli;

(g)    jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-fond Interreg ikkonċernat u huma attribwiti għal tip ta’ intervent;

(h)    jiżgura li l-operazzjonijiet ma jinkludux attivitajiet li kienu parti minn operazzjoni soġġetta għal rilokazzjoni f’konformità mal-Artikolu [60] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], jew li se jkunu qed jikkostitwixxi trasferiment ta’ attività produttiva f’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 59(1)] ta’ dak ir-Regolament.

(i)    jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula mhumiex affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni rigward ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet;

(j)    jiżgura l-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima ta’ investimenti fl-infrastruttura u b’tul ta’ żmien tal-anqas ta’ ħames snin.

5.    Il-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta’ tmexxija għandu japprova l-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla ta’ operazzjonijiet Interreg, inkluża kwalunkwe bidla għalih, mingħajr preġudizzju għall-[punt (b) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] fir-rigward tas-CLLD u l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament.

6.    Għal kull operazzjoni Interreg, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipprovdi dokument tas-sieħeb ewlieni jew uniku li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni Interreg, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw il-prodotti jew is-servizzi li għandhom jitwasslu, il-pjan ta’ finanzjament tagħha, il-limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tagħha u, fejn applikabbli, il-metodu li għandu jiġi applikat għad-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-operazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-pagament tal-għotja.

Dan id-dokument għandu wkoll jistipula l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 50. Dawn l-obbligi għandhom ikunu definiti mill-kumitat ta’ monitoraġġ. Madankollu, sieħeb ewlieni lokalizzat fi Stat Membru, pajjiż terz jew pajjiż imsieħeb jew f’PTEE differenti mis-sieħeb ma għandux ikun obbligat li jirkupra permezz ta’ proċedura ġudizzjarja.

Artikolu 23
Sħubija fl-operazzjonijiet Interreg

1.    L-operazzjonijiet magħżula taħt il-komponenti 1, 2 u 3 għandhom jinvolvu atturi tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti, fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru.

Il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ minn fond Interreg u sħab li ma jirċievu ebda appoġġ finanzjarju minn dawn il-fondi (il-benefiċjarji u s-sħab flimkien: “sħab”) jikkostitwixxu sħubija ta’ operazzjoni Interreg.

2.    Operazzjoni Interreg tista’ tiġi implimentata f’pajjiż wieħed, dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.

3.    Paragrafu 1 ma għandux japplika għall-operazzjonijiet taħt il-programme PEACE PLUS li fihom il-programm qed jaġixxi biex jappoġġa l-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

4.    Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta’ persunal u l-finanzjament ta’ operazzjonijiet Interreg.

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tlieta mill-erba’ dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.

5.    Jekk hemm żewġ sħab jew aktar, wieħed minnhom għandu jkun innominat mis-sħab kollha bħala s-sieħeb ewlieni.

6.    Entità legali transfruntiera jew REKT jista’ jkun l-uniku sieħeb ta’ operazzjoni Interreg taħt il-programmi Intereg komponenti 1, 2 u 3, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti.

Entità legali transfruntiera jew REKT għandu jkollu membri minn tal-anqas tliet pajjiżi parteċipanti taħt il-programmi Interreg tal-komponent 4.

Entità legali li timplimenta strument finanzjarju jew fond ta’ fondi, kif applikabbli, tista’ tkun l-uniku sieħeb ta’ operazzjoni Interreg mingħajr l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-kompożizzjoni tagħha stipulati f’paragrafu 1.

7.    L-uniku sieħeb għandu jkun irreġistrat fi Stat Membru parteċipanti fil-programm Interreg.

Madankollu, l-uniku sieħeb jista’ jkun reġistrat fi Stat Membru mhux parteċipanti fil-programm, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 jiġu ssodisfatti.

Artikolu 24
Fondi ta’ proġett żgħir

1.    Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, għal fond ta’ proġett żgħir fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż EUR 20 000 000 jew 15 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg, tkun liema tkun l-anqas minnhom.

Ir-riċevituri finali f'fond ta’ proġett żgħir għandhom jirċievu l-appoġġ mill-FEŻR jew, fejn applikabbli mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni permezz tal-benefiċjarju u jimplimentaw proġetti żgħar f'dak il-fond ta’ proġett żgħir (“proġett żgħir”).

2.    Il-benefiċjarju ta’ fond ta’ proġett żgħir għandu jkun entità legali jew REKT transfruntier.

3.    Id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ għal fond ta’ proġett żgħir għandu, minbarra l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 22(6) jistabbilixxi l-elementi meħtieġa sabiex jiżgura li l-benefiċjarju:

(a)    jistabbilixxi proċedura ta’ selezzjoni mhux diskriminatorja u trasparenti;

(b)    japplika kriterji oġġettivi għall-għażla ta’ proġetti żgħar, li jevitaw il-kunflitti ta’ interess;

(c)    jivvaluta l-applikazzjonijiet għal appoġġ;

(d)    jagħżel il-proġetti u jiffissa l-ammont ta’ appoġġ għal kull proġett żgħir;

(e)    huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni u jżomm fil-livell tiegħu d-dokumenti ta’ appoġġ kollha meħtieġa għal rekord tal-awditjar f’konformità mal-Anness [IX] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

(f)    ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tar-riċevituri finali li jibbenefikaw mill-operazzjoni.

Il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 35.

4.    L-għażla ta’ proġetti żgħar ma għandhiex tikkostitwixxi delegazzjoni ta’ kompiti mill-awtorità ta’ ġestjoni lil korp intermedju kif imsemmi fl-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

5.    Spejjeż tal-persunal u indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta’ fond għal proġett żgħir ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiza totali eliġibbli tal-fond għal proġett żgħir rispettiv.

6.    Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta’ kost unitarju jew somom f’daqqa jew jinkludi rati fissi, minbarra proġetti li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

Jekk jintuża finanzjament b’rata fissa, il-kategoriji tal-ispejjeż li għalihom tapplika r-rata fissa jistgħu jiġu rimborżati f’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 48(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Artikolu 25
Kompiti tas-sieħeb ewlieni

1.    Is-sieħeb ewlieni għandu:

(a)    jistabbilixxi l-arranġamenti mas-sħab l-oħra fi ftehim li jinkludi dispożizzjonijiet li, inter alia, jiggarantixxu l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fond rispettiv tal-Unjoni allokat lill-operazzjoni Interreg, inklużi l-arranġamenti għall-irkupru ta' ammonti mħallsa indebitament;

(b)    jassumi r-responsabbiltà għall-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni Interreg kollha;

(c)    jiżgura li n-nefqa ppreżentata mis-sħab kollha tkun saret fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni Interreg u tikkorrispondi mal-attivitajiet miftiehma bejn is-sħab kollha, u hija f'konformità mad-dokument ipprovdut mill-awtorità ta' ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 22(6).

2.    Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb prinċipali għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn fond rispettiv tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli u b’mod sħiħ. L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b’effett ekwivalenti li se tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra.

3.    Kwalunkwe benefiċjarju fi Stat Membru, f’pajjiż terz, f’pajjiż sieħeb jew f’PTEE parteċipanti fi programm Interreg jista’ jinħatar bħala sieħeb ewlieni.

Madankollu, Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jaqblu li sieħeb li mhux qed jirċievi appoġġ mill-FEŻR jew strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jista’ jintgħażel ukoll bħala s-sieħeb ewlieni.

Taqsima iv
Assistenza teknika

Artikolu 26
Assistenza teknika

1.    Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa bl-applikazzjoni tal-perċentwali stabbilit fil-paragrafu 2 għal nefqa eliġibbli inkluża f’kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq.

2.    Il-perċentwali tal-FEŻR u l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni li għandhom jiġu rimborżati għal assistenza teknika għandu jkun kif ġej:

(a)    għal programmi Interreg ta’ kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 6 %;

(b)    għal programmi Interreg transfruntiera esterni appoġġati mill-IPA III CBC jew mill-NDICI CBC: 10 %;

(c)    għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni: 7 %.

3.    Għal programmi Interreg b’allokazzjoni totali bejn EUR 30 000 000 u EUR 50 000 000, l-ammont li jirriżulta mill-perċentwali għal assistenza teknika għandu jiżdied b’ammont addizzjonali ta’ EUR 500 000. Il-Kummissjoni għandha żżid dak l-ammont għall-ewwel pagament interim.

4.    Għal programmi Interreg b’allokazzjoni totali anqas minn EUR 30 000 000, l-ammont meħtieġ għall-għajnuna teknika espress f’EUR u tal-perċentwali li jirriżulta għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm Interreg ikkonċernat.

KAPITOLU IV
Monitoraġġ, evalwazzjoni u komunikazzjoni

Taqsima i
Monitoraġġ

Artikolu 27
Kumitat ta’ monitoraġġ

1.    L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti f’dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta’ ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (aktar ’il quddiem il-“kumitat ta’ monitoraġġ”) fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm Interreg,

2.    Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jew tal-awtorità ta’ ġestjoni.

Fejn ir-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ jistabbilixxu presidenza b’rotazzjoni, il-kumitat ta’ monitoraġġ jista’ jkun ippresedut minn rappreżentant ta’ pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, u kopresedut minn rappreżentant tal-Istat Membru jew tal-awtorità ta’ ġestjoni, u viċi versa.

3.    Kull membru tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jkollu d-dritt li jivvota.

4.    Kull kumitat ta’ monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu waqt l-ewwel laqgħa tiegħu.

Ir-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ u, fejn applikabbli, il-kumitat ta’ tmexxija għandhom jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fl-għażla tal-operazzjonijiet Interreg.

5.    Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ tal-anqas darba f’sena u għandu jirrevedi il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-programm fit-twettiq tal-objettivi tiegħu.

6.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni kollha kondiviżi mal-kumitat ta’ monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 28
Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ

1.    Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ ta’ programm Interreg għandha tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f’dak il-programm u tiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandha tikkunsidra n-numru ta’ Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fil-programm Interreg ikkonċernat.

Il-Kumitat ta’ monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta’ korpi mwaqqfa b’mod konġunt fuq iż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT.

2.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika lista tal-membri tal-kumitat ta’ monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

3.    Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ f’kapaċità konsultattiva.

Artikolu 29
Funzjonijiet tal-kumitat ta’ monitoraġġ

1.    Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jeżamina:

(a)    il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u t-twettiq tal-għanijiet u l-miri tal-programm Interreg;

(b)    kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm Interreg u l-miżuri meħudin biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet;

(c)    fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji, elementi ta’ valutazzjoni ex ante elenkati fl-Artikolu [52(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u d-dokument ta’ strateġija msemmi fl-Artikolu [53(2)] ta’ dak ir-Regolament;

(d)    il-progress li sar fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet, sinteżi tal-evalwazzjonijiet u kwalunkwe segwitu għas-sejbiet;

(e)    l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà;

(f)    il-progress fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet Interreg ta’ importanza strateġika u, fejn applikabbli, ta’ proġetti kbar ta’ infrastruttura;

(g)    il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti.

2.    Flimkien mal-kompiti tiegħu li jikkonċernaw l-għażla tal-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 22, il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu japprova:

(a)    il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla fihom, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(2), mingħajr preġudizzju għall-[punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

(b)    il-pjan ta’ evalwazzjoni u kwalunkwe emenda li ssirilu;

(c)    kull proposta mill-awtorità ta’ ġesjoni għal emenda tal-programm Interreg jew għal trasferiment f’konformità mal-Artikolu 19(5);

(d)    ir-rapport finali tal-prestazzjoni.

Artikolu 30
Rieżami

1.    Ir-rieżami jista’ jiġi organizzat mill-Kummissjoni bl-għan li tiġi eżaminata l-prestazzjoni tal-programmi Interreg.

Ir-rieżami jista’ jsir bil-miktub.

2.    B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha, fi żmien xahar, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 29(1):

(a)    il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u t-twettiq tal-għanijiet u l-miri, kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm Interreg rispettiv u l-azzjonijiet meħuda biex jindirizzawhom;

(b)    il-progress li sar fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet, sinteżi tal-evalwazzjonijiet u kwalunkwe segwitu għas-sejbiet

(c)    il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi tal-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarji.

3.    L-eżitu tar-rieżami għandu jiġi rreġistrat f’minuti miftehma.

4.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha ssegwi l-kwistjonijiet imqajma mill-Kummissjoni u tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur dwar il-miżuri meħuda.

Artikolu 31
Trażmissjoni tad-data

1.    Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva tal-programm Interreg rispettiv sal-31 ta’ Jannar, il-31 ta’ Marzu, il-31 ta’ Mejju, il-31 ta’ Lulju, it-30 ta’ Settembru u t-30 ta’ Novembru ta’ kull sena f’konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta fil-31 ta’ Jannar 2022 u l-aħħar waħda fit-31 ta’ Jannar 2030.

2.    Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddettalja kull prijorità skont kull objettiv speċifiku u għandha tirreferi għal:

(a)    in-numru ta’ operazzjonijiet Interreg magħżula, l-ispiża totali eliġibbli tagħhom, il-kontribuzzjoni minn fond Interreg rispettiv u n-nefqa totali eliġibbli dikjarata mis-sħab lill-awtorità ta’ ġestjoni, ilkoll iddettaljati skont it-tipi ta’ intervent;

(b)    il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg.

3.    Għal strumenti ta’ finanzjament, id-data għandha tiġi pprovduta wkoll dwar dawn li ġejjin:

(a)    in-nefqa eliġibbli skont it-tip ta’ prodott finanzjarju;

(b)    l-ammont tal-ispiża u ta’ tariffi tal-ġestjoni ddikjarati bħala nefqa eliġibbli;

(c)    l-ammont, it-tip ta’ prodott finanzjarju, ir-riżorsi pubbliċi u privati mobilizzati flimkien mal-Fondi;

(d)    l-imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tal-appoġġ minn fondi Interreg lill-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u r-riżorsi ritornati li jistgħu jiġu attribwiti għall-appoġġ mill-fondi Interreg kif imsemmi fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament.

4.    Id-data ppreżentata f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tkun aġġornata sal-aħħar tax-xahar ta’ qabel ix-xahar tal-preżentazzjoni.

5.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika d-data trażmessa lill-Kummissjoni fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 32
Rapport finali tal-prestazzjoni

1.    Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport finali tal-prestazzjoni tal-programm Interreg rispettiv sal-15 ta’ Frar 2031.

Ir-rapport finali tal-prestazzjoni għandu jkun ippreżentat bl-użu tal-mudell stabbilit f’konformità mal-Artikolu [38(5)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

2.    Ir-rapport finali tal-prestazzjoni għandu jivvaluta t-twettiq tal-objettivi tal-programmi fuq il-bażi tal-elementi elenkati fl-Artikolu 29, bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1 tiegħu.

3.    Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport finali tal-prestazzjoni u tinforma lill-awtorità ta’ ġestjoni dwar il-kummenti tagħha fi żmien ħames xhur mid-data li fiha tkun irċeviet dan ir-rapport. Jekk isiru dawn il-kummenti, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta’ dawn il-kummenti u, fejn ikun xieraq, tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur dwar il-miżuri meħuda. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bl-aċċettazzjoni tar-rapport.

4.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika r-rapport finali tal-prestazzjoni fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 33
Indikaturi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

1.    L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], u, fejn neċessarju, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom ikunu użati f’konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt (d)(ii) tal-Artikolu 17(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.    Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti fil-livell ta’ żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

Taqsima ii
Evalwazzjoni u komunikazzjoni

Artikolu 34
Evalwazzjoni matul il-perjodu ta' programmazzjoni

1.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta’ kull programm Interreg. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

2.    Barra minn hekk, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha twettaq evalwazzjoni għal kull programm Interreg biex tevalwa l-impatt tiegħu sal-30 ta’ Ġunju 2029.

3.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tafda l-evalwazzjonijiet lil esperti funzjonalment indipendenti.

4.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.

5.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tfassal pjan ta’ evalwazzjoni li jista’ jkopri aktar minn programm Interreg wieħed.

6.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippreżenta l-pjan ta’ evalwazzjoni lill-kumitat ta’ monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara l-approvazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

7.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika l-evalwazzjonijiet kollha fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 35
Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u tas-sħab fir-rigward tat-trasparenza u l-komunikazzjoni

1.    Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tidentifika uffiċjal tal-komunikazzjoni għal kull programm Interreg taħt ir-responsabbiltà tagħha.

2.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm Interreg, ikun hemm sit web fejn informazzjoni dwar kull programm Interreg taħt ir-responsabbiltà tagħha hija disponibbli, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli u t-twettiq tal-programm.

3.    L-Artikolu [44 minn (2) sa (7)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta’ ġestjoni għandu japplika.

4.    Kull sieħeb ta’ operazzjoni Interreg jew kull korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju għandu jirrikonoxxi l-appoġġ minn fond Interreg, inklużi riżorsi użati mill-ġdid għal strumenti finanzjarji f’konformità mal-Artikolu [56] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], għal operazzjoni Interreg billi:

(a)    jipprovdi fis-sit web professjonali tas-sieħeb, fejn jeżisti sit web ta’ din ix-xorta, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ ipprovdut minn fond Interreg, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;

(b)    jipprovdi dikjarazzjoni li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg b’mod viżibbli fuq dokumenti u materjal ta’ komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni Interreg, użati għall-pubbliku jew għall-parteċipanti;

(c)    juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta’ tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi EUR 100 000;

(d)    għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat jew f’forma elettronika ta’ daqs minimu ta’ A3 b’informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;

(e)    għal operazzjonijiet ta’ importanza strateġika u operazzjonijiet li l-ispiża totali tagħhom taċċedi EUR 10 000 000 li jorganizzaw avveniment ta’ komunikazzjoni u jinvolvu l-Kummissjoni u lill-awtorità ta’ ġestjoni responsabbli f’ħin xieraq.

It-terminu “Interreg” għandu jintuża ħdejn l-emblema tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

5.    Għal fondi għal proġett żgħir u strumenti ta’ finanzjament, il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 4.

6.    Meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jew il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu japplika korrezzjoni finanzjarja billi jikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata.

KAPITOLU V
Eligibbiltà

Artikolu 36
Regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa

1.    It-totalità jew parti minn operazzjoni Interreg tista’ tkun implimentata barra minn Stat Membru, inkluż barra l-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni Interreg tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm Interreg rispettiv.

2.    Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-eliġibbiltà stipulati fl-Artikoli minn [57 sa 62] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], l-Artikoli [4 u 6] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] jew f’dan il-Kapitolu, inklużi f’atti adottati taħtu, l-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE għandhom, b’deċiżjoni konġunta fil-kumitat ta’ monitoraġġ, biss jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programm Interreg fuq il-kategoriji ta’ nefqa mhux koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet. Dawk ir-regoli addizzjonali għandhom ikopru ż-żona tal-programm b’mod ġenerali.

Madankollu, fejn programm Interreg jagħżel l-operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet għal proposti, dawn ir-regoli għandhom jiġu adottati qabel ma tiġi ppubblikata l-ewwel sejħa għall-proposti. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawn ir-regoli għandhom ikunu adottati qabel ma jintgħażlu l-ewwel operazzjonijiet.

3.    Għal kwistjonijiet mhux koperti mir-regoli dwar l-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli minn [minn 57 sa 62] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], l-Artikoli [4 u 6] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan il-Kapitolu, inklużi f’atti adottati taħtu jew regoli stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 4, ir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE li fihom issir in-nefqa għandhom japplikaw.

4.    F’każ ta’ differenza ta’ opinjoni bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ awditjar fir-rigward tal-eliġibbiltà bħala tali ta’ operazzjoni Interreg magħżula taħt il-programm Interreg rispettiv, l-opinjoni tal-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipprevali, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-opinjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ.

5.    Il-PTEE ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR taħt il-programmi Interreg, iżda jistgħu jipparteċipaw f’dawn il-programmi taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 37
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-eliġibbiltà ta’ kategoriji tal-ispiża

1.    L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE, jistgħu jaqblu fil-kumitat ta’ monitoraġġ ta’ programm Interreg li n-nefqa li taqa’ taħt waħda jew aktar mill-kategoriji msemmija fl-Artikoli minn 38 sa 43 ma għandhiex tkun eliġibbli taħt prijorità waħda jew aktar ta’ programm Interreg.

2.    Kull nefqa eliġibbli f'konformità ma' dan ir-Regolament, imħallsa minn jew f’isem sieħeb Interreg, għandha tkun relatata mal-ispejjeż ta’ bidu jew mal-bidu u l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni jew ta’ parti minn operazzjoni.

3.    L-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli:

(a)    multi, penalitajiet finanzjarji u n-nefqa fuq tilwim legali u l-litigazzjoni;

(b)    spejjeż ta' rigali, apparti dawk li l-valur unitarju tagħhom ma jkunx ogħla minn EUR 50, meta jkunu jirrigwardaw il-promozzjoni, il-komunikazzjoni, ir-reklamar jew l-informazzjoni;

(c)    l-ispejjeż relatati ma' fluttwazzjoni fir-rata tal-kambju.

Artikolu 38
Spejjeż tal-persunal

1.    L-ispejjeż tal-persunal għandhom jikkonsistu fi spejjeż ta' impjieg gross tal-persunal impjegat mis-sieħeb Interreg f'waħda mill-modalitajiet li ġejjin:

(a)    full time;

(b)    part-time b'perċentwali fiss ta' ħin maħdum għal kull xahar;

(c)    part-time b’numru flessibbli ta' sigħat maħduma għal kull xahar; jew

(d)    fuq bażi ta' kull siegħa.

2.    L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:

(a)    il-pagamenti ta' salarji relatati mal-attivitajiet li l-entità ma twettaqx jekk l-operazzjoni kkonċernata ma tkunx saret, stabbiliti f'kuntratt ta' impjieg jew xogħol, f'deċiżjoni ta' ħatra (minn hawn 'il quddiem imsejħa t-tnejn li huma “dokument ta' impjieg”) jew bil-liġi, u marbuta mar-responsabbiltajiet speċifikati fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-membru tal-persunal ikkonċernat;

(b)    kwalunkwe spejjeż oħra direttament marbuta mal-pagamenti ta’ salarji mġarrba u mħallsa mill-impjegatur, bħalma huma t-taxxi fuq l-impjieg u s-sigurtà soċjali inklużi l-pensjonijiet, kif kopert mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 , sakemm huma:

(i)    ikunu stabbiliti f'xi dokument ta' impjieg jew bil-liġi;

(ii)    ikunu f'konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija fid-dokument ta' impjieg u mal-prassi standard tal-pajjiż jew tal-organizzazzjoni fejn effettivament ikun qed jaħdem il-membru individwali tal-persunal jew mat-tnejn li huma; u

(iii)    ma jkunux irkuprabbli mill-impjegatur.

Fir-rigward tal-punt (a), il-pagamenti lil persuni fiżiċi li jaħdmu għas-sieħeb Interreg fil-qafas ta' kuntratt ħlief kuntratt tal-impjieg jew tax-xogħol jistgħu jiġu assimilati mal-pagamenti ta' salarji u kuntratt bħal dan ikun jista' jitqies bħala dokument ta' impjieg.

3.    L-ispejjeż marbuta mal-persunal jistgħu jiġu rimborżati:

(a)    f’konformità mal-[punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] (ipprovat permezz tad-dokument ta’ impjieg u tal-payslips); jew

(b)    fuq il-bażi tal-opzjonijiet tal-ispejjeż simplifikati, kif stabbilit fil-[punti minn (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]; jew

(c)    bħala rata fissa f’konformità mal-Artikolu [50(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

4.    L-ispejjeż tal-persunal relatati ma' individwi li jiġu assenjati inkarigu part-time waqt operazzjoni, għandhom ikunu kkalkulati jew bħala:

(a)    perċentwali fiss tal-ispiża ta’ impjieg gross f’konformità mal-Artikolu [50(2)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]; jew

(b)    sehem flessibbli tal-ispiża tal-impjieg gross, f'konformità man-numru ta' sigħat li jvarjaw minn xahar għal ieħor, maħduma waqt l-operazzjoni, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni ta' ħin li tkopri 100 % tal-ħin tax-xogħol tal-impjegat.

5.    Fir-rigward tal-karigi part-time msemmija taħt il-punt (b) tal-paragrafu 4, ir-rimborż tal-ispejjeż marbuta mal-persunal jiġi kkalkulat fuq bażi ta' rata fis-siegħa, determinat billi:

(a)    tiġi diviża l-ispiża gross tal-impjieg ta' kull xahar bil-ħin tax-xogħol ta’ kull xahar stabbilit fid-dokument ta' impjieg u espress f’sigħat; jew

(b)    tiġi diviża l-ispiża dokumentata tal-impjieg gross annwali l-aktar riċenti, b'1 720 siegħa, f’konformità mal-[paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu [50] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

6.    L-ispejjeż marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

Artikolu 39
Spejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi

L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu limitati għall-elementi li ġejjin:

(a)    il-kirja tal-uffiċċji;

(b)    l-assigurazzjoni u t-taxxi relatati mal-bini fejn ikun qiegħed il-persunal u mat-tagħmir tal-uffiċċji (pereż. assigurazzjonijiet fuq is-serq u kontra n-nar);

(c)    l-utilitajiet (pereż. l-elettriku, it-tisħin, l-ilma);

(d)    il-provvisti tal-uffiċċju;

(e)    il-kontabbiltà ġenerali pprovduta fl-organizzazzjoni benefiċjarja;

(f)    l-arkivji;

(g)    il-manutenzjoni, it-tindif u t-tiswijiet;

(h)    is-sigurtà;

(i)    is-sistemi tal-IT;

(j)    il-mezzi ta' komunikazzjoni (pereż. it-telefown, il-faks, l-Internet, is-servizzi postali, il-biljetti ta' kuntatt);

(k)    l-imposti bankarji għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kont jew kontijiet, meta l-implimentazzjoni ta' operazzjoni tkun tirrikjedi li jinfetaħ kont separat;

(l)    l-imposti għal tranżazzjonijiet finanzjarji tranżnazzjonali.

Artikolu 40
Spejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni;

1.    L-ispejjeż ta’ vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni għandhom ikunu limitati għall-elementi li ġejjin:

(a)    l-ispejjeż ta' vvjaġġar (pereż. il-biljetti, l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar u tal-karozzi, il-fjuwil, il-kilometraġġ, in-nollijiet, u l-miżati għall-parkeġġ);

(b)    l-ispejjeż tal-ikliet;

(c)    l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni;

(d)    l-ispejjeż tal-viża;

(e)    l-indennizzi ta’ kuljum,

irrispettivament minn jekk dawn l-ispejjeż jiġġarrbux u jitħallsux fi jew barra ż-żona tal-programm.

2.    Kull element elenkat fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 1, kopert minn indennizz ta' kuljum, ma jkunx rimborżat flimkien mal-indennizz ta’ kuljum.

3.    L-ispejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ akkomodazzjoni ta' esperti u fornituri tas-servizz esterni jaqgħu taħt l-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni elenkati fl-Artikolu 41.

4.    Il-pagament dirett ta' nefqa għal spejjeż skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat.

5.    L-ispejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ akkommodazzjoni ta’ operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti ħlief l-ispejjeż diretti tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni.

Artikolu 41
Spejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni

L-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni għandhom ikun limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju tal-operazzjoni:

(a)    l-istudji jew l-istħarriġiet (pereż. evalwazzjonijiet, strateġiji, dokumenti kunċettwali, pjanijiet ta' disinn, manwali);

(b)    it-taħriġ;

(c)    it-traduzzjonijiet;

(d)    is-sistemi tal-IT u l-iżvilupp ta' siti web, il-modifiki u l-aġġornamenti;

(e)    il-promozzjoni, il-komunikazzjoni, ir-reklamar jew l-informazzjoni marbuta ma' operazzjoni jew ma' programm ta' kooperazzjoni bħala tali;

(f)    il-ġestjoni finanzjarja;

(g)    is-servizzi relatati mal-organizzazzjoni u mal-implimentazzjoni ta' avvenimenti jew laqgħat (inklużi l-kiri, il-forniment tal-ikel jew l-interpretazzjoni);

(h)    il-parteċipazzjoni f'avvenimenti (pereż. il-miżati ta' reġistrazzjoni);

(i)    il-konsulenza legali u s-servizzi notarili, l-għarfien espert tekniku u finanzjarju, servizzi oħra ta' konsulenza u kontabbiltà;

(j)    id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(k)    il-verifiki skont il-[punt (a) tal-Artikolu 68(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u l-Artikolu 45(1) ta’ dan ir-Regolament;

(l)    l-ispejjeż tal-funzjoni ta’ kontabbiltà fuq il-livell ta’ programm skont l-Artikolu [70] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament;

(m)    l-ispejjeż tal-awditjar fuq il-livell tal-programm skont l-Artikolu [72] u [75] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] skont l-Artikoli 47 u 48 ta’ dan ir-Regolament;

(n)    l-għoti ta' garanziji minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, fejn ikun mitlub mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, jew f'xi dokument ta' programmazzjoni adottat mill-kumitat ta' monitoraġġ;

(o)    l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni, il-kelliema, il-presidenti tal-laqgħat u l-fornituri tas-servizz;

(p)    għarfien espert u servizzi speċifiċi oħra meħtieġa għall-operazzjonijiet.

Artikolu 42
Spejjeż tat-tagħmir

1.    L-ispejjeż tat-tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni ħlief dawk koperti bl-Artikolu 39, għandhom ikunu limitati għal li ġejjin:

(a)    l-apparat tal-uffiċċju;

(b)    il-hardware u s-software tal-IT;

(c)    l-għamara u l-fittings;

(d)    l-apparat tal-laboratorju;

(e)    il-magni u l-istrumenti;

(f)    l-għodod jew l-apparat;

(g)    il-vetturi;

(h)    tagħmir speċifiku ieħor meħtieġ għall-operazzjonijiet.

2.    L-ispejjeż tax-xiri ta' tagħmir second-hand jistgħu jkunu eliġibbli bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    ma tkun ingħatat ebda assistenza oħra għalih mill-fondi tal-Interreg jew mill-Fondi elenkati fil-[punt (a) tal-Artikolu 1(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

(b)    dan il-prezz ma jaqbiżx il-prezz ġeneralment aċċettat fis-suq inkwistjoni;

(c)    ikollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-operazzjoni u jkun konformi man-normi u mal-istandards applikabbli.

Artikolu 43
Spejjeż għall-infrastruttura u x-xogħlijiet

L-ispejjeż għall-infrastruttura u xogħlijiet għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:

(a)    ix-xiri tal-art f’konformità mal-[punt (c) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

(b)    il-permessi tal-bini;

(c)    il-materjal tal-bini;

(d)    ix-xogħol;

(e)    l-interventi speċjalizzati (pereż. ir-remedjazzjoni tal-ħamrija, it-tindif tal-mini).

KAPITOLU VI
Awtoritajiet ta’ programm Interreg, ġestjoni, kontroll
u awditjar

Artikolu 44
Awtoritajiet ta’ programm Interreg

1.    L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], awtorità ta’ ġestjoni unika u awtorità ta’ awditjar waħda.

2.    L-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ awditjar għandhom ikunu lokalizzati fl-istess Stat Membru.

3.    Fir-rigward tal-programm PEACE PLUS, il-Korp Speċjali tal-Programmi tal-UE, meta dan jiġi identifikat bħala l-awtorità ta’ ġestjoni, għandu jkun kkunsidrat li huwa lokalizzat fi Stat Membru.

4.    L-Istati Membri u, fejn applikabbli, u l-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jidentifikaw REKT bħala awtorità ta’ ġestjoni ta’ dak il-programm.

5.    Fir-rigward ta’ programm Interreg taħt il-komponent 2B, u taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta’ żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.

6.    Jekk l-awtorità ta’ ġestjoni tidentifika korp intermedju taħt programm Interreg f’konformità mal-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], il-korp intermedju għandu jwettaq dawk il-kompiti f’aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew, fejn applikabbli, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE.

Artikolu 45
Funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni

1.    L-awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm Interreg għandha twettaq il-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli [66], [68] u [69] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] bl-eċċezzjoni tal-kompitu li tagħżel l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 66(1), u l-Artikolu 67 u ta’ pagamenti lil benefiċjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 68(1). Dawn il-funzjonijiet għandhom jitwettqu madwar it-territorju kollu kopert minn dak il-programm, suġġett għad-derogi stabbiliti fil-Kapitolu VIII ta’ dan ir-Regolament.

2.    L-awtorità ta’ ġestjoni, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u, fejn applikabbli, kwalunkwe pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti fil-programm Interreg, għandha twaqqaf segretarjat konġunt, b’persunal billi titqies is-sħubija tal-programm.

Is-segretarjat konġunt għandu jassisti lill-awtorità ta’ ġestjoni u lill-kumitat ta’ monitoraġġ fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Is-segretarjat konġunt għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt programmi Interreg u għandu jassisiti lill-benefiċjarji u s-sħab fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet.

3.    B’deroga minn [punt (c) tal-Artikolu 70(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], nefqa mħallsa f’munita oħra għandha tkun konvertita f’euro minn kull sieħeb bl-użu tar-rata ta’ kambju tal-kontabbiltà ta’ kull xahar tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu dik in-nefqa tkun ġiet ippreżentata għall-verifika lill-awtorità ta’ ġestjoni f’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 68(1)] ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 46
Il-funzjoni tal-kontabbiltà

1.    L-Istati Membri u, fejn applikabbli, u l-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jaqblu dwar l-arranġamenti biex titwettaq il-funzjoni tal-kontabbiltà.

2.    Il-funzjoni tal-kontabbiltà għandha tikkonsisti fil-kompiti elenkati fil-[punti (a) u (b) tal-Artikolu 70(1)] tar-Regolament [CPR ġdid] u għandha wkoll tkopri l-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni u, bħala regola ġenerali, il-pagamenti magħmula lis-sieħeb ewlieni f’konformità mal-[punt (b) tal-Artikolu 68(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Artikolu 47
Funzjonijiet tal-awtorità tal-awditjar

1.    L-awtorità ta’ awditjar ta’ programm Interreg għandha twettaq il-funzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 48 fit-territorju kollu kopert minn dak il-programm Interreg, soġġett għad-derogi stabbiliti fil-Kapitolu VIII.

Madankollu, Stat Membru parteċipanti jista’ jispeċifika meta l-awtorità tal-awditjar għandha tkun akkumpanjata minn awditur minn dak l-Istat Membru parteċipanti.

2.    L-awtorità ta’ awditjar ta’ programm Interreg għandha tkun responsabbli li twettaq awditjar tas-sistema u awditjar fuq operazzjonijiet sabiex tipprovdi assigurazzjoni indipendenti lill-Kummissjoni li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll jiffunzjonaw b’mod effettiv u li n-nefqa inkluża fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni hija legali u regolari.

3.    Jekk programm Interreg ikun inkluż fil-popolazzjoni li minnha l-Kummissjoni għażlet kampjun komuni skont l-Artikolu 48(1), l-awtorità ta’ awditjar għandha twettaq awditjar ta’ operazzjonijiet magħżula mill-Kummissjoni sabiex tipprovdi assigurazzjoni indipendenti lill-Kummissjoni li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll jiffunzjonaw b’mod effettiv.

4.    Ix-xogħol tal-awditjar jitwettaq f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

5.    L-awtorità ta’ awditjar għandha tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni kull sena sal-15 ta’ Frar wara tmiem is-sena ta’ kontabbiltà opinjoni annwali tal-awditjar f’konformità mal-Artikolu [63(7)] tar-Regolament [FR-Omnibus] bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness [XVI] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u bbażata fuq ix-xogħol tal-awditjar kollu mwettaq, li jkopri kull wieħed mill-komponenti li ġejjin:

(a)    il-kompletezza, il-veraċità u l-akkuratezza tal-kontijiet;

(b)    il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni;

(c)    is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm Interreg.

Jekk il-programm Interreg hu inkluż fil-popolazzjoni li minnha l-Kummissjoni tagħżel kampjun skont l-Artikolu 48(1), l-opinjoni annwali tal-awditjar għandha tkopri biss il-komponenti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

L-iskadenza tal-15 ta’ Frar tista' tiġi estiża b'mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu, fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-Istat Membru ospitanti l-awtorità ta’ ġestjoni kkonċernati.

6.    L-awtorità ta’ awditjar għandha tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni kull sena sal-15 ta’ Frar wara tmiem is-sena ta’ kontabbiltà rapport ta’ kontroll annwali f’konformità mal-[punt (b) tal-Artikolu 63(5)] tar-Regolament [FR-Omnibus] bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness [XVII] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u, tappoġġa l-opinjoni tal-awditjar prevista fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u tistabbilixxi sommarju tas-sejbiet, inklużi analiżi tan-natura u l-firxa ta’ żbalji u nuqqasijiet fis-sistemi kif ukoll azzjonijiet korrettivi proposti u implimentati u r-rata ta’ żball totali u r-rata ta’ żball residwu għan-nefqa mniżżla fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni.

7.    Jekk il-programm Interreg hu inkluż fil-popolazzjoni li minnha l-Kummissjoni tagħżel kampjun skont l-Artikolu 48(1), l-awtorità ta’ awditjar għandha tfassal ir-rapport annwali ta’ kontroll imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u tissodisfa r-rekwiżiti tal-[punt (b) tal-Artikolu 63(5)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness XVII tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u tappoġġa l-opinjoni ta’ awditjar prevista fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Dan ir-rapport għandu jipprovdi sommarju tas-sejbiet, inklużi analiżi tan-natura u l-firxa ta’ żbalji u nuqqasijiet fis-sistemi kif ukoll azzjonijiet korrettivi proposti u implimentati, ir-riżultati tal-awditjar tal-operazzjonijiet imwettqa mill-awtorità tal-awditjar fir-rigward ta’ kampjun komuni msemmi fl-Artikolu 48(1) u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg għal kwalunkwe irregolarità individwali misjuba mill-awtorità ta’ awditjar għal dawn l-operazzjonijiet.

8.    L-awtorità ta’ awditjar għandha tittrażmetti rapporti ta’ awditjar tas-sistema lill-Kummissjoni hekk kif il-proċedura kontradittorja meħtieġ mal-awditjat rilevanti hi konkluża.

9.    Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ awditjar għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari u tal-anqas darba fis-sena, sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor, sabiex jeżaminaw l-istrateġija ta’ awditjar, ir-rapport annwali ta’ kontroll u l-opinjoni tal-awditjar, sabiex jikkoordinaw il-pjanijiet u l-metodi tagħhom ta’ awditjar u sabiex jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet relatati mat-titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

Artikolu 48
Awditjar ta’ operazzjonijiet

1.    Il-Kummissjoni għandha tagħżel kampjun ta’ operazzjonijiet komuni (jew unitajiet oħra ta’ kampjunar) bl-użu ta’ metodu ta’ statistika ta’ teħid ta’ kampjuni għall-awditjar ta’ operazzjonijiet li għandu jitwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar għal programmi Interreg u li jirċievu appoġġ mill-FEŻR jew strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull sena tal-kontabbiltà.

Il-kampjun komuni għandu jkun rappreżentattiv għall-programmi Interreg kollha li jikkostitwixxu l-popolazzjoni.

Għall-finijiet tal-għażla ta’ kampjun komuni, il-Kummissjoni tista’ tistratifika l-gruppi ta’ programmi Interreg skont ir-riskji speċifiċi tagħhom.

2.    L-awtoritajiet tal-programm għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-għażla tal-kampjun komuni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru wara t-tmiem ta’ kull sena fiskali.

Din l-informazzjoni għandha tkun ippreżentata f’format elettroniku standardizzat, għandha tkun kompleta u għandha tirrikonċilja man-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni għas-sena ta’ referenza tal-kontabbiltà.

3.    Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li jitwettaq l-awditjar imsemmi fl-Artikolu 47(2), l-awtoritajiet ta’ awditjar għal programmi Interreg koperti minn kampjun komuni ma għandhomx iwettqu awditjar addizzjonali ta’ operazzjonijiet taħt dawk il-programmi, sakemm ma jkunux mitluba mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu jew f’każijiet fejn awtorità tal-awditjar identifikat riskji speċifiċi.

4.    Il-Kummissjoni għandha tinforma l-awtoritajiet ta’ awditjar tal-programmi Interreg ikkonċernati dwar il-kampjun komuni magħżul fil-ħin biex tippermetti li dawn l-awtoritajiet iwettqu awditjar tal-operazzjonijiet, b’mod ġenerali, mhux iżjed tard mill-1 ta’ Ottubru wara t-tmiem tas-sena ta’ kontabbiltà.

5.    L-awtoritajiet ta’ awditjar konċernati għandhom jippreżentaw l-informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ dan l-awditjar kif ukoll dwar kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja meħuda fir-rigward ta’ irregolaritajiet individwali misjuba l-aktar tard fir-rapporti annwali ta’ kontroll li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 47(6) u (7).

6.    Wara l-valutazzjoni tagħha tar-riżultati ta’ awditjar ta’ operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkalkula rata ta’ żball globali estrapolata fir-rigward tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, għall-finijiet tal-proċess ta’ assigurazzjoni tagħha stess.

7.    Jekk ir-rata ta’ żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rata tal-iżball globali residwu, billi tikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg rispettiv għal irregolaritajiet individwali identifikati permezz ta’ awditjar ta’ operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1.

8.    Jekk ir-rata tal-iżball residwu globali msemmi fil-paragrafu 7 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa dikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk hux neċessarju li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta’ programm Interreg speċifiku jew grupp ta’ programmi Interreg l-iżjed milquta biex twettaq xogħol ta’ awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta’ żball u jiġu vvalutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba.

9.    Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riżultati ta’ xogħol ta’ awdijar addizzjonali mitlub skont il-paragrafu 8 il-Kummissjoni tista’ titlob li jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali fuq il-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet tal-programm Interreg għandhom iwettqu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa f’konformità mal-Artikolu [97] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

10.    Kull awtorità ta’ awditjar ta’ programm Interreg li għalih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 hija nieqsa jew mhix kompleta jew ma ġietx ippreżentata qabel l-iskadenza stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha twettaq eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni separat għal programm Interreg rispettiv f’konformità mal-Artikolu [73] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

KAPITOLU VII
Ġestjoni finanzjarja

Artikolu 49
Pagamenti u prefinanzjament

1.    L-appoġġ tal-FEŻR u, fejn applikabbli, l-appoġġ minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal kull programm Interreg għandu jitħallas, f’konformità mal-Artikolu 46(2), f’kont uniku mingħajr ebda subkontijiet nazzjonali.

2.    Il-Kummissjoni għandha tħallas prefinanzjament ibbażat fuq l-appoġġ totali minn kull fond Interreg, kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova programm Interreg skont l-Artikolu 18, suġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, f’pagamenti annwali kif ġej u qabel l-1 ta’ Lulju tas-snin 2022 sa 2026, jew, is-sena tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni, sa mhux aktar tard minn 60 jum wara li dik id-deċiżjoni hija adottata:

(a)    2021: 1 %;

(b)    2022: 1 %;

(c)    2023: 1 %;

(d)    2024: 1 %;

(e)    2025: 1 %;

(f)    2026: 1 %.

3.    Jekk programmi Intereg transfuntieri esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta’ xi att adottat taħtu.

L-ammont ta' prefinanzjament jista' jitħallas f'żewġ pagamenti, fejn xieraq, skont il-ħtiġijiet baġitarji.

L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm.

Artikolu 50
Irkupri

1.    L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ammont imħallas bħala riżultat ta’ irregolarità jkun irkuprat mis-sieħeb ewlieni jew uniku. Is-saħb għandhom iħallsu lura lis-sieħeb ewlieni kwalunkwe ammont imħallas indebitament.

2.    Jekk is-sieħeb ewlieni ma jirnexxilux jiggarantixxi l-pagament lura minn sħab oħra jew fejn l-awtorità ta’ ġestjoni ma jirnexxilhiex tiggarantixxi l-pagament lura mis-sieħeb ewlieni jew uniku, l-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE li fit-territorju tagħhom is-sieħeb ikkonċernat huwa lokalizzat jew, fil-każ ta’ REKT, huwa rreġistrat għandu jirrimborża lill-awtorità ta’ ġestjoni kwalunkwe ammont imħallas indebitament lil dak is-sieħeb. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, f’konformità mat-tqassim tar-responsabbiltajiet fost l-Istati Membri parteċipanti, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE kif stabbilit fil-programm Interreg.

3.    Meta l-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jkun irrimborża lill-awtorità ta’ ġestjoni kwalunkwe ammont imħallas indebitament lil sieħeb, huwa jista’ jkompli jew jibda proċedura ta’ rkupru kontra dak is-sieħeb skont il-liġi nazzjonali tiegħu. F’każ ta’ rkupru b’suċċess, l-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jista’ juża dawn l-ammonti għal kofinanzjament nazzjonali għall-programm Interreg ikkonċernat. L-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE ma għandu jkollu ebda obbligi ta’ rappurtar lejn l-awtoritajiet tal-programm, il-kumitat ta’ monitoraġġ jew il-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn l-irkupri nazzjonali.

4.    Jekk Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lura lill-awtorità ta’ ġestjoni kwalunkwe ammont imħallas indebitament lil sieħeb skont il-paragrafu 3, dawk l-ammonti għandhom ikunu suġġetti għal ordni ta’ rkupru maħruġa mill-AOD li għandha tiġi eżegwita, fejn possibbli, billi jitnaqqsu l-ammonti dovuti lill-Istat Membru jew il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE taħt pagamenti sussegwenti għall-istess programm Interreg jew, fil-każ ta’ pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, taħt il-pagamenti sussegwenti għal programmi taħt l-istrumenti ta’ finanzjament estern rispettivi tal-Unjoni. Irkupru ta’ din ix-xorta ma għandux jikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR jew kwalunkwe strument finanzjarju estern tal-Unjoni għal programm Interreg rispettiv. L-ammont irkuprat għandu jikkostitwixxi dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu [177(3)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus].

KAPITOLU VIII
Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE fi programmi Interreg
b'ġestjoni kondiviża

Artikolu 51
Dispożizzjonijiet applikabbli

Il-Kapitoli minn I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE fi programmi Interreg soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 52
Awtoritajiet ta’ programm Interreg u l-funzjonijiet tagħhom

1.    Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jippermettu lill-awtorità ta’ ġestjoni ta’ dak il-programm twettaq il-funzjonijiet tagħha fit-territorju rispettiv tagħha jew għandhom jidentifikaw awtorità nazzjonali bħala l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ta’ ġestjoni jew kontrollur nazzjonali għat-twettiq tal-verifiki ta’ ġestjoni kif previst fil-[punt (a) tal-Artikolu 68(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] fit-territorju rispettiv tiegħu.

2.    Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jew jippermettu l-awtorità ta’ awditjar ta’ dak il-programm biex twettaq il-funzjonijiet tagħha fit-territorju rispettiv tagħha jew għandhom jidentifikaw awtorità jew korp nazzjonali ta’ awditjar, funzjonalment indipendenti mill-awtorità nazzjonali.

3.    Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jiddelegaw lill-persunal tas-segretarjat konġunt ta’ dak il-programm jew għandhom jistabbilixxu fergħa fit-territorju rispettiv tiegħu, jew jagħmlu t-tnejn li huma.

4.    L-awtorità nazzjonali jew korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 35(1), għandha tappoġġa l-awtorità ta’ ġestjoni u s-sħab, fil-pajjiż terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 35 minn (2) sa (7).

Artikolu 53
Metodi ta’ ġestjoni

1.    Il-programmi Interreg transfruntieri esterni appoġġati kemm mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew NDICI CBC għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f’xi pajjiżi terzi jew pajjiż sieħeb parteċipanti.

Il-programm PEACE PLUS għandu jkun implimentat b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Irlanda kif ukoll fir-Renju Unit.

2.    Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f’xi pajjiżi terzi jew pajjiż sħab parteċipanti jew, f’dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe TPEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni.

3.    Il-programmi Interreg tal-komponent 3 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati fi kwalunkwe minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)    b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f’kull pajjiż terz parteċipanti jew PTEE;

(b)    b'ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti fir-rigward ta’ nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, mentri l-kontribuzzjonijiet minn wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti b'ġestjoni indiretta;

(c)    b'ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti;

Jekk it-totalità jew parti minn programm Interreg tal-komponent 3 hija implimentata b'ġestjoni indiretta, għandu japplika l-Artikolu 60.

Artikolu 54
Eligibbiltà

1.    B’deroga mill-Artikolu [57(2)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] in-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jekk din tkun saret minn sieħeb jew is-sieħeb privat ta’ operazzjonijiet PPP fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet Interreg mill-1 ta’ Jannar 2021 u mħallsa wara d-data meta l-ftehim ta’ finanzjament ma’ pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE rispettiv kien konkluż.

Madankollu, in-nefqa għal assistenza teknika ġestita mill-awtoritajiet tal-programmi lokalizzati fi Stat Membru għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anke meta mħallsa għal azzjonijiet implimentati favur pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE.

2.    Jekk programm Interreg jagħżel l-operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet għal proposti, sejħiet bħal dawn jistgħu jinkludu applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, anki meta mnedija qabel ma kien iffirmat il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti, u operazzjonijiet jistgħu diġà jkunu magħżula qabel dawn id-dati.

Madankollu, l-awtorità ta’ ġestjoni ma tistax tipprovdi d-dokument previst fl-Artikolu 22(6) qabel dawn id-dati.

Artikolu 55
Proġetti ta’ infrastruttura kbar

1.    Proġetti Interreg taħt din it-taqsima jistgħu jappoġġaw “proġetti ta’ infrastruttura kbar” jiġifieri proġetti li jinkludu sett ta' xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi intenzjonati biex jissodisfaw funzjoni indiviżibbli ta' natura preċiża li jsegwu objettivi identifikati b'mod ċar ta' interess komuni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' investimenti li jwasslu impatt u benefiċċji transfruntieri u fejn sehem minn baġit tal-anqas ta' EUR 2 500 000 miljun ikun allokat għall-akkwist ta' infrastruttura.

2.    Kull benefiċjarju li jimplimenta proġett ta’ infrastruttura kbir jew parti minnu għandu japplika għar-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku.

3.    Jekk l-għażla ta’ proġett ta’ infrastruttura kbir wieħed jew aktar minn wieħed tkun fuq l-aġenda ta’ kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, fil-laqgħa tal-kumitat ta’ tmexxija, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tittrażmetti dokument kunċettwali għal proġett bħal dan lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta’ massimu ta’ tliet paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom. Jekk dokument kunċettwali dwar proġett ta’ infrastruttura kbir wieħed jew aktar ma jiġix trażmess lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-president tal-kumitat ta’ monitoraġġ jew lill-kumitat ta’ tmexxija sabiex jitneħħew il-proġetti kkonċernati minn fuq l-aġenda tal-laqgħa.

Artikolu 56
Akkwist

1.    Jekk l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni teħtieġ l-akkwist ta’ kuntratti ta’ servizzi, provvisti jew xogħlijiet minn benefiċjarju, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)    meta l-benefiċjarju huwa awtorità kontraenti jew entità kontraenti skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-proċeduri ta' akkwist, huwa għandu japplika liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati b'konnessjoni mal-liġi tal-Unjoni;

(b)    meta l-benefiċjarju huwa awtorità pubblika ta’ pajjiż sieħeb taħt IPA III jew NDICI li l-kofinanzjament tiegħu jiġi trasferit lill-Awtorità ta’ Ġestjoni, jista’ japplika liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, sakemm il-ftehim ta’ finanzjament jippermetti dan u li l-kuntratt jingħata lill-offerta li toffri l-aħjar valur għall-flus, jew kif xieraq, lill-offerta li toffri l-anqas prezz, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

2.    Għall-għoti ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi fil-każijiet kollha ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-proċeduri ta’ akkwist skont l-Artikoli [178] u [179] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] u l-Kapitolu 3 tal-Anness 1 (il-Punti minn 36 sa 41) ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw.

Artikolu 57
Ġestjoni finanzjarja

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw il-programmi Interreg appoġġati wkoll minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jissosdisfaw ir-rekwiżiti neċessarji sabiex jitqiesu bħala deċiżjonijiet ta’ finanzjament skont it-termini tal-Artikolu [110(2)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus].

Artikolu 58
Konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Finanzjament taħt ġestjoni kondiviża

1.    Sabiex jiġi implimentat programm Interreg f’pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, f’konformità mal-Artikolu [112(4)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], ftehim ta’ finanzjament li għandu jkun konkluż bejn il-Kummissjoni li tirrappreżenta lill-Unjoni u kull pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE parteċipanti rappreżentat skont il-qafas legali nazzjonali tiegħu.

2.    Kull ftehim ta’ finanzjament għandu jkun konkluż sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi wara s-sena meta sar l-ewwel impenn baġitarju u għandu jitqies konkluż fid-data li fiha l-aħħar parti ffirmatu.

Kwalunkwe ftehim ta’ finanzjament għandu jidħol fis-seħħ jew fid-data:

(a)    meta l-aħħar parti ffirmatu; jew

(b)    meta l-pajjiż terz jew sieħeb jew il-PTEE kkompleta l-proċedura meħtieġa għar-ratifikazzjoni taħt il-qafas legali nazzjonali tiegħu u informa lill-Kummissjoni.

3.    Jekk programm Interreg jinvolvi aktar minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE wieħed, tal-anqas ftehim ta’ finanzjament wieħed għandu jkun iffirmat miż-żewġ partijiet qabel dik id-data. Il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE jistgħu jiffirmaw il-ftehimiet ta’ finanzjament rispettivi tagħhom sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Ġunju tat-tieni sena wara s-sena meta sar l-ewwel impenn tal-baġit.

4.    L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm Interreg rilevanti, jew

(a)    jista’ wkoll jiffirma l-ftehim ta’ finanzjament; jew

(b)    għandu jiffirma, fl-istess data, ftehim ta’ implimentazzjoni ma’ kull pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE parteċipanti f’dak il-programm Interreg li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi reċiproki fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni finanzjarja tiegħu.

Meta jittrażmetti kopja ffirmata tal-ftehim ta’ finanzjament jew kopja tal-ftehim ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni għandu wkoll jibgħat, bħala dokument separat, lista ta’ proġetti ta’ infrastruttura kbar ippjanati kif definit fl-Artikolu 55, li tindika l-isem, il-post, il-baġit u sieħeb ewlieni prospettivi tagħhom.

5.    Ftehim ta’ implimentazzjoni ffirmat skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu tal-anqas ikopri l-elementi li ġejjin:

(a)    l-arranġamenti ddettaljati għal pagamenti;

(b)    il-ġestjoni finanzjarja;

(c)    iż-żamma ta’ rekords;

(d)    l-obbligi ta’ rappurtar;

(e)    il-verifiki, il-kontrolli u l-awditjar;

(f)    l-irregolaritajiet u l-irkupri.

6.    Jekk l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm Interreg jiddeċiedi li jiffirma l-ftehim ta’ finanzjament skont il-punt (a) tal-paragrafu 4, dak il-ftehim ta’ finanzjament għandu jkun ikkunsidrati bħala għodda għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni skont ir-Regolament Finanzjarju u mhux ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli minn 216 sa 219 TFUE.

Artikolu 59
Kontribuzzjoni ta’ pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ħlief kofinanzjament

1.    Jekk pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE jittrasferixxi lill-Awtorità ta’ Ġestjoni kontribuzzjoni finanzjarja għall-programm Interreg, bl-esklużjoni ta’ kofinanzjament tal-Unjoni b’appoġġ tal-programm Interreg, id-dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun inkluża fid-dokument li ġej:

(a)    fejn l-Istat Membru jiffirma l-ftehim ta’ finanzjament skont il-punt (a) tal-Artikolu 58(4), f’rapport separat li jimplimenta l-ftehim iffirmat bejn l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni u l-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jew direttament bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE;

(b)    fejn l-Istat Membru jiffirma ftehim ta’ implimentazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 58(4), f’waħda minn dawn li ġejjin:

(i)    parti distinta ta’ dak il-ftehim ta’ implimentazzjoni; jew

(ii)    ftehim ta’ implimentazzjoni addizzjonali ffirmat bejn l-istess partijiet imsemmija fil-punt (a).

Għall-finijiet tal-punt (b) (i) tal-ewwel subparagrafu, it-taqsimiet tal-ftehim ta’ implimentazzjoni jistgħu, fejn applikabbli, ikopru kemm il-kontribuzzjoni finanzjarja trasferita u l-appoġġ tal-Unjoni għall-programm Interreg.

2.    Ftehim ta’ implimentazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandu tal-anqas jinkludi l-elementi li jikkonċernaw il-kofinanzjament tal-pajjiż terz, tal-pajjiż sieħeb jew tal-PTEE elenkati fl-Artikolu 58(5).

Barra minn hekk, għandu jistabbilixxi t-tnejn li ġejjin:

(a)    l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali;

(b)    l-użu intenzjonat u l-kundizzjonijiet għall-użu tiegħu, inklużi l-kundizzjonijiet għal applikazzjonijiet għal dik il-kontribuzzjoni addizzjonali.

3.    Fir-rigward tal-programm PEACE PLUS, il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet tal-Unjoni mingħand ir-Renju Unit fil-forma ta’ dħul assenjat estern kif imsemmi fil-[punt (e) tal-Artikolu 21(2)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] għandha tagħmel parti mill-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-Intestatura 2 “Koeżjoni u Valuri”, sottolimitu “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”.

Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun soġġetta għal ftehim ta’ finanzjament speċifiku mar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 58. Kemm il-Kummissjoni u r-Renju Unit kif ukoll l-Irlanda għandhom ikunu partijiet għal dan il-ftehim ta’ finanzjament speċifiku.

Dan għandu jiġi ffirmat qabel il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm u b’hekk jippermetti lill-Korp Speċjali tal-Programmi tal-UE sabiex japplika l-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-programm.

KAPITOLU IX
Dispożizzjonijiet speċifiċi għal ġestjoni diretta jew indiretta

Artikolu 60
Kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi

1.    Jekk parti jew it-totalità ta’ programm Interreg tal-komponent 3 tkun implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 53(3), il-kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], b’mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluża l-awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm Interreg ikkonċernat.

2.    F’konformità mal-[punt (c) tal-Artikolu 154(6)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma teħtieġx valutazzjoni ex ante kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dak l-Artikolu meta kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja msemmija fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ikunu fdati lil awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati skont l-Artikolu 37(1) ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

3.    F’każ li l-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja msemmija fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament [FR-Omnibus] huma fdati lill-organizzazzjoni ta’ Stat Membru, l-Artikolu [157] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] għandu japplika.

4.    Jekk programm jew azzjoni kofinanzjata minn strument finanzjarju estern wieħed jew aktar minn wieħed ikun implimentat minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb, PTEE jew xi korpi oħra elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] jew imsemmija fir-Regolament (UE) [NDICI] jew d-Deċiżjoni tal-Kunsill [Deċiżjoni PTEE] jew it-tnejn li huma, ir-regoli rilevanti ta’ dawn l-istrumenti għandhom japplikaw, b’mod partikolari fir-rigward tal-Kapitoli I, III u V tat-Titolu II tar-Regolament (UE) [NDICI].

Artikolu 61
Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali

B'inizjattiva tal-Kummissjoni, il-FEŻR jista’ jappoġġa investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Artikolu 3, li jlaqqgħu flimkien ir-riċerkaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fi strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, stabbiliti fil-livell nazzjonali jew reġjonali.

KAPITOLU X
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 62
Eżerċizzju tad-delega

1.    Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.    Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(6) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni minn [ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu = id-data tad-dħul fis-seħħ] sal-31 ta’ Diċembru 2027.

3.    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.    Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.    Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.

6.    Att delegat adottat skont l-Artikolu 16(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

Artikolu 63
Proċedura ta’ Kumitat

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu [108(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 64
Dispożizzjonijiet tranżitorji

Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 jew kwalunkwe att adottat taħtu għandu jkompli japplika għall-programmi u l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020.

Artikolu 65
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    COM(2018) 322 final, 2.5.2018.
(2)    Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).
(3)    Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).
(4)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru XXX dwar l-assoċjazzjoni ta’ Pajjiżi u Territorji ektra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. x).
(5)    [Referenza]
(6)    [Referenza]
(7)    [Referenza]
(8)    [Referenza]; minbarra “il-Programm tal-Unjoni għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali” u l-“Programm tal-Unjoni għas-Saħħa”.
(9)    [Referenza]; komponenti tal-ġestjoni kondiviża biss.
(10)    [Referenza]; minbarra l-“Programm ta’ Tagħmir ta’ Kontroll Doganali”.
(11)    [Referenza]
(12)    Għal aktar dettalji, ara l-Valutazzjoni tal-Impatt, Kapitolu 3.1 dwar is-sussidjarjetà u l-valur miżjud tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni.
(13)    Ara d-Dokument ta’ Riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE - COM(2017) 358 final, 28.6.2017: https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt .
(14)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017) 534 final).
(15)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli - COM(2017) 376 final, 18.7.2017.
(16)    Fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1).
(17)    Spatial Foresight & t33 "New assessment of administrative costs and burden in ESI Funds, preliminary results".
(18)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).
(19)    ĠU C […], […], p. […].
(20)    ĠU C […], […], p. […].
(21)    [Referenza]
(22)    [Referenza]
(23)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017) 534 final).
(24)    Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).
(25)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli - COM(2017) 376 final, 18.7.2017.
(26)    Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.
(27)    Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).
(28)    Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).
(29)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta’ Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).
(30)    Id-deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(31)    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, - COM(2017) 623 final, 24.10.2017.
(32)    L-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera” tat-12 ta’ Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).
(33)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).
(34)    [Referenza]
(35)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(36)    Id-Direttiva 2001/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(37)    Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE (ĠU L 124, 25.4.2001, p. 1).
(38)    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

Strasburgu, 29.5.2018

COM(2018) 374 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern

{SEC(2018) 268 final}
{SWD(2018) 282 final}
{SWD(2018) 283 final}


ANNESS

IL-MUDELL GĦALL-PROGRAMMI INTERREG

CCI

[15-il karattru]

Titolu

[255]

Verżjoni

L-ewwel sena

[4]

L-aħħar sena

[4]

Eliġibbli minn

Eliġibbli sa

Numru tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Numru tad-deċiżjoni ta’emenda tal-programm

[20]

Data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta' emenda tal-programm

Reġjuni NUTS koperti mill-programm

Komponent ta’ Interreg

1. Strateġija tal-programm: l-isfidi u r-risposti politiċi ewlenin għall-iżvilupp

1.1.Iż-żona tal-programm (mhux meħtieġa għal programmi Interreg tal-komponent 4)

Referenza: l-Artikolu 17 (4)(a), l-Artikolu 17(9)(a)

Il-kaxxa tat-test [2 000]

1.2.Sommarju tal-isfidi komuni ewlenin, waqt li ġew ikkunsidrati d-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali, il-ħtiġijiet ta’ investiment konġunt u komplementari ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ, it-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza tal-imgħoddi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar fejn il-qasam tal-programm kollu kemm hu jew parzjalment huwa kopert minn strateġija waħda jew aktar.

Referenza: l-Artikolu 17(4(b), l-Artikolu 17(9(b)

Il-kaxxa tat-test [50 000]

1.3.Ġustifikazzjoni għall-għażla tal-għanijiet ta’ politika u l-għanijiet speċifiċi ta’ Interreg, il-prijoritajiet korrispondenti, l-għanijiet speċifiċi u l-forom ta’ appoġġ, l-indirizzar, fejn xieraq, il-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera

Referenza: l-Artikolu 17(4)(c)



Tabella 1

Għan ta’ politika magħżula jew l-għan magħżul speċifiku għal Interreg

Għan speċifiku magħżul

Prijorità

Ġustifikazzjoni għall-għażla

Għal kull għan [2 000]

2.Prijoritajiet [300]

Referenza: l-Artikolu 17(4)(d) u (e)

2.1.Titolu tal-prijorità (ripetut għal kull prijorità)

Referenza: l-Artikolu 17(4)(d)

Kaxxa tat-test: [300]

Din hija prijorità skont trasferiment skont l-Artikolu 17(3)

2.1.1.    Għan speċifiku(ripetut għal kull għan speċifiku magħżul, għal prijoritajiet għajr dawk ta’ assistenza teknika)

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)

2.1.2    Tipi ta’ azzjoni relatati, inkluża lista ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għal dawk l-għanijiet speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq

Referenza: l-Artikolu 17(4)(i), l-Artikolu 17(9)(c)(ii)

Il-kaxxa tat-test [7000]

Il-lista ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika

Il-kaxxa tat-test [2000]

Għall-programmi Interreg tal-komponent 4:

Referenza: l-Artikolu 17(9)(c)(i)

Id-definizzjoni ta’ benefiċjarju wieħed jew numru limitat ta’ benefiċjarji u l-proċedura tal-għoti

Il-kaxxa tat-test [7000]

2.1.3    Indikaturi

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)(ii), l-Artikolu 17(9)(c)(iii)

Tabella 2: Indikaturi tal-output

Prijorità

Għan speċifiku

ID

[5]

Indikatur

L-unità ta' kejl

[255]

Stadju importanti (2024)

[200]

Mira finali (2029)

[200]

Tabella 3: Indikaturi tar-riżultati

Prijorità

Għan speċifiku

ID

Indikatur

L-unità ta' kejl

Linja bażi

Sena ta' referenza

Mira finali (2029)

Sors tad-data

Kummenti

2.1.4    Il-gruppi ewlenin fil-mira

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)(iii), l-Artikolu 17(9)(c)(iv)

Il-kaxxa tat-test [7000]

2.1.5    Territorji speċifiċi fil-mira, inkluż l-użu ppjanat tal-ITI, tas-CLLD jew għodod territorjali oħrajn

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)(iv)

Il-kaxxa tat-test [7000]

2.1.6    L-użu ppjanat ta’ strumenti finanzjarji

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)(v)

Il-kaxxa tat-test [7000]

2.1.7    Tqassim indikattiv tar-riżorsi tal-programm tal-UE skont it-tip ta’ intervent

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)(vi), l-Artikolu 17(9)(c)(v)

Tabella 4: Dimensjoni 1 – qasam tal-interventi

Nru ta’ prijorità

Fond

Għan speċifiku

Kodiċi

Ammont (f'EUR)



Tabella 5: Dimensjoni 2 – forma ta' finanzjament

Nru ta’ prijorità

Fond

Għan speċifiku

Kodiċi

Ammont (f'EUR)

Tabella 6: Dimensjoni 3 — il-mekkaniżmu ta’ kunsinna territorjali u enfasi territorjali

Nru ta’ prijorità

Fond

Għan speċifiku

Kodiċi

Ammont (f'EUR)

2.T.    Projorità ta' assistenza teknika

Referenza: l-Artikolu 17(4)(f) ETC

Il-kaxxa tat-test [8000]

Nru ta’ prijorità

Fond

Kodiċi

Ammont (f'EUR)

3.Pjan ta' finanzjament

Referenza: l-Artikolu 17(4)(g)

3.1    Approprjazzjonijiet finanzjarji skont is-sena

Referenza: l-Artikolu 17(4)(g)(i), l-Artikolu 17(5)(a)(i)-(iv)

Tabella 7

Fond

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total

FEŻR

IPA III CBC 1

Viċinat CBC 2

IPA III 3

NDICI 4

OCTP Greenland 5

OCTP 6

Fondi Interreg 7

Total

3.2    Approprjazzjoni finanzjarja totali skont il-fond u kofinanzjament nazzjonali

Referenza: l-Artikolu 17(4)(g)(ii), l-Artikolu 17(5)(a)(i)-(iv), l-Artikolu 17(5)(b)

Tabella 8*

Kaxxa Nru jew AT

Prijorità

Fond

(skont kif japplika)

Bażi għall-kalkolu tal-appoġġ tal-UE (total jew pubblika)

Kontribuzzjoni tal-UE

(a)

Kontribuzzjoni nazzjonali

(B)=(c) + (d)

Tqassim indikattiv tal-kontroparti nazzjonali

Total

(E)=(a) + (b)

Rata ta’ kofinanzjament

(F)=(a) / (e)

Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi

(għall-informazzjoni)

Pubbliku nazzjonali

(c)

Privat nazzjonali

(d)

Prijorità 1

FEŻR

IPA III CBC 8

Viċinat CBC 9

IPA III 10

NDICI 11

Programm PTEE Greenland 12

OCTP 13

Fondi Interreg 14

Prijorità 2

(fondi bħal aktar ’il fuq)

Total

Il-fondi kollha

FEŻR

IPA III CBC

Viċinat CBC

IPA III

NDICI

OCTP Greenland

OCTP

Il-Fondi Interreg

Total

Il-fondi kollha

* Qabel ir-reviżjoni ta’ nofs is-sena, din it-tabella tinkludi l-ammonti għas-snin 2021-2025 biss.

4.L-azzjonijiet meħuda sabiex is-sħab tal-programmi rilevanti jkunu involuti fit-tħejjija tal-programm Interreg, u r-rwol ta’ dawn is-sħab tal-programmi fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni

Referenza: l-Artikolu 17(4)(h)

Il-kaxxa tat-test [10 000]

5.L-approċċ lejn il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-programm Interreg, inkluż il-baġit ippjanat

Referenza: l-Artikolu 17(4)(i)

Il-kaxxa tat-test [10 000]

6.    Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni

6.1.    L-awtoritajiet tal-programmi

Referenza: l-Artikolu 17(7)(a)

Tabella 10

L-awtoritajiet tal-programmi

Isem l-instituzzjoni [255]

Isem il-persuna ta’ kuntatt [200]

E-mail [200]

Awtorità maniġerjali

Awtorità nazzjonali (għal programmi ma’ pajjiżi terzi parteċipanti, jekk xieraq)

Awtorità tal-awditjar

Grupp ta’ awdituri rappreżentanti (għal programmi ma’ pajjiżi terzi parteċipanti, jekk xieraq)

Il-korp li għandu jirċievi l-pagamenti mill-Kummissjoni

6.2.    Proċedura għall-istabbiliment tas-segretarjat konġunt

Referenza: l-Artikolu 17(7)(b)

Il-kaxxa tat-test [3 500]

6.3    It-tqassim ta’ responsabbiltajiet fost l-Istati Membri parteċipanti u fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi u l-PTEE, f’każ ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-awtorità maniġerjali jew mill-Kummissjoni

Referenza: l-Artikolu 17(7)(c)

Il-kaxxa tat-test [10 500]

APPENDIĊI

·Mappa taż-żona tal-programm

·Rimborż tan-nefqa eliġibbli mill-Kummissjoni lill-Istat Membru fuq il-bażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi

·Finanzjament mhux marbut mal-kost

Appendiċi 1:    Mappa taż-żona tal-programm

Appendiċi 2:    Rimborż tan-nefqa eliġibbli mill-Kummissjoni lill-Istat Membru fuq il-bażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi

Rimborż tan-nefqa eliġibbli mill-Kummissjoni lill-Istat Membru fuq il-bażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi

Il-mudell għall-preżentazzjoni tad-data biex tiġi eżaminata mill-Kummissjoni

(l-Artikolu 88 CPR)

Data tal-preżentazzjoni tal-proposta

Verżjoni attwali

A.    Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

Proporzjon stmat tal-allokazzjoni finanzjarja totali fil-prijorità li għaliha se jiġi applikat l-SCO f’% (stima)

Tip(i) ta’ operazzjoni

Isem l-indikatur(i) korrispondenti

Unità ta’ kejl għall-indikatur

Tip ta’ SCO (skala standard ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi)

Skali standard korrispondenti ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi

Kodiċi

Deskrizzjoni

Kodiċi

Deskrizzjoni

B. Dettalji skont it-tip ta’ operazzjoni (għandha timtela għal kull tip ta’ operazzjoni)

L-Awtorità Maniġerjali rċeviet appoġġ minn kumpanija esterna biex tistabbilixxi l-kostijiet issimplifikati ta’ hawn taħt?

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema kumpanija esterna:    Iva / Le — Isem il-kumpanija esterna

Tipi ta' operazzjonijiet:

1.1. Deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni

1.2 Prijorità / objettiv(i) speċifiku(ċi) kkonċernat(i)

1.3 Isem l-indikatur 15

1.4 Unità ta’ kejl għall-indikatur

1.5 Skala standard ta’ kost unitarju, somma f’daqqa jew rata fissa

1.6 Ammont

1.7 Kategoriji ta’ kostijiet koperti mill-kost unitarju, somma f’daqqa jew rata fissa

1.8 Dawn il-kategoriji ta’ kostijiet ikopru n-nefqa eliġibbli kollha għall-operazzjoni? (I / L)

1.9 Metodu ta’ aġġustament(i)

1.10 Verifika tal-kisba tal-unità ta’ kejl

- iddeskrivi liema dokument(i) se jintużaw biex jiġi vverifikat l-akkwist tal-unità ta’ kejl

- iddeskrivi x’se jiġi vverifikat waqt il-verifiki maniġerjali (inklużi verifiki fuq il-post), u minn min

- iddeskrivi x’arranġamenti hemm biex tinġabar u tinħażen id-data / dokumenti

1.11 inċentivi perversi jew problemi possibbli minħabba dan l-indikatur, kif jistgħu jiġu mmitigati, u l-livell ta’ riskju stmat

1.12 Ammont totali (nazzjonali u tal-UE) mistenni li jitħallas lura

C: Kalkolu tal-iskala standard ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi

1. Sors tad-data użat biex tiġi kkalkulata l-iskala standard ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi (min ipproduċa, ġabar u rreġistra d-data; fejn tinħażen id-data; dati ta’ skadenza; validazzjoni, eċċ.):

2. Speċifika għalfejn il-metodu u l-kalkolu proposti huma rilevanti gћat-tip ta’ operazzjoni:

3. Speċifika kif il-kalkoli saru, b’mod partikolari inklużi s-suppożizzjonijiet magħmula f’termini ta’ kwalità jew kwantitajiet. Fejn rilevanti, jenħtieġ li jintużaw u li jinthemżu ma’ dan l-appendiċi evidenza statistika u punti ta’ riferiment, taħt format li jista’ jintuża mill-Kummissjoni.

4. Spjega kif żgurajt li n-nefqa eleġibbli biss ġiet inkluża fil-kalkolu tal-iskala standard tal-kost unitarju, is-somma f’daqqa jew ir-rata fissa;

5. Il-valutazzjoni tal-awtorità(jiet) ta’ verifika dwar il-metodoloġija tal-kalkolu u l-ammonti u l-arranġamenti għall-iżgurar tal-verifika, tal-kwalità, tal-ġbir u l-ħżin tad-data:



Appendiċi 3: Finanzjament mhux marbut mal-kostijiet

Il-mudell għall-preżentazzjoni tad-data biex tiġi eżaminata mill-Kummissjoni

(l-Artikolu 89 CPR)

Data tal-preżentazzjoni tal-proposta

Verżjoni attwali

A.    Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

L-ammont kopert minn finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet

Tip(i) ta’ operazzjoni

Kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati / riżultati li għandhom jinkisbu

Isem l-indikatur/i korrispondenti

Unità ta’ kejl għall-indikatur

Kodiċi

Deskrizzjoni

L-ammont totali kopert

B. Dettalji skont it-tip ta’ operazzjoni (għandha timtela għal kull tip ta’ operazzjoni)

Tipi ta' operazzjoni:

1.1. Deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni

1.2 Prijorità / objettiv(i) speċifiku(ċi) kkonċernat(i)

1.3 Kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati jew riżultati li għandhom jinkisbu

1.4 Data ta’ skadenza għat-twettiq tal-kondizzjonijiet jew riżultati li għandhom jinkisbu

1.5 Definizzjoni tal-indikatur għal riżultati tanġibbli

1.6 Unità ta’ kejl għall-indikatur għal riżultati tanġibbli

1.7 Riżultati tanġibbli intermedji (jekk applikabbli) li jwasslu għal rimborż mill-Kummissjoni bi skeda għal rimborżi

Riżultati tanġibbli intermedji

Data

Ammonti

1.8 Ammont totali (inklużi fondi tal-UE u nazzjonali)

1.9 Metodu ta’ aġġustament(i)

1.10 Verifika għall-kisba tar-riżultat jew tal-kundizzjoni (u fejn rilevanti, ir-riżultati tanġibbli intermedji)

- iddeskrivi liema dokument (i) se jintuża / se jintużaw għall-verifika tal-kisba tar-riżultat jew tal-kondizzjoni

- iddeskrivi x’se jiġi vverifikat waqt il-verifiki maniġerjali (inklużi verifiki fil-post), u minn min

- iddeskrivi x’arranġamenti hemm biex tinġabar u tinħażen id-data / dokumenti

1.11 Arranġamenti biex jiġi żgurat ir-rendikont tal-entrati

Elenka l-korp(i) responsabbli għal dawn l-arranġamenti.

(1)

   Komponent 1, kooperazzjoni transfruntiera esterna

(2)

   Komponent 1, kooperazzjoni transfruntiera esterna

(3)

   Komponenti 2 u 4

(4)

   Komponenti 2 u 4

(5)

   Komponenti 2 u 4

(6)

   Komponenti 3 u 4

(7)

   FEŻR, IPA III, NDICI jew OCTP, meta l-għajnuna tingħata bħala ammont uniku taħt il-Komponenti 2 u 4

(8)

   Komponent 1, kooperazzjoni transfruntiera esterna

(9)

   Komponent 1, kooperazzjoni transfruntiera esterna

(10)

   Komponenti 2 u 4

(11)

   Komponenti 2 u 4

(12)

   Komponenti 2 u 4

(13)

   Komponenti 3 u 4

(14)

   FEŻR, IPA III, NDICI jew OCTP, meta l-għajnuna tingħata bħala ammont uniku taħt il-Komponenti 2 u 4

(15)

   Bosta indikaturi komplementari (pereżempju indikatur tal-output u indikatur tar-riżultati) huma possibbli għal tip ta’ operazzjoni waħda. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li t-Taqsimiet minn 1.3 sa 1.11 jimtlew għal kull indikatur.