Brussell, 24.5.2018

COM(2018) 339 final

2018/0171(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-titoli koperti minn bonds sovrani

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2018) 251 final}
{SWD(2018) 252 final}
{SWD(2018) 253 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Din il-proposta għandha l-għan li tippermetti l-iżvilupp ta’ suq immexxi mid-domanda ta’ Titoli Koperti minn Bonds Sovrani (Sovereign Bond-Backed Securities, SBBSs), biex tappoġġa l-integrazzjoni u d-diversifikazzjoni fis-settur finanzjarju Ewropew, li jwassal għal Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar b’saħħitha u reżiljenti. Din l-inizjattiva tikkumplimenta elementi oħra tal-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali billi ttejjeb l-integrazzjoni, it-tnaqqis tar-riskju u d-diversifikazzjoni tar-riskju fis-sistema finanzjarja.

Mill-kriżi finanzjarja dinjija u l-kriżi tad-dejn tal-gvern fiż-żona tal-euro nkiseb progress konsiderevoli fl-istabbilizzazzjoni tas-settur finanzjarju tal-UE u taż-żona tal-euro u l-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal aktar integrazzjoni, billi ġew implimentati regoli robusti prudenzjali u ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji. Dan ġara, fost oħrajn, minħabba riformi bħad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek 1 , il-ħolqien tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku 2 u l-Mekkaniżmu Uniku taʼ Riżoluzzjoni kif ukoll ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali 3 . Madankollu, integrazzjoni u diversifikazzjoni ulterjuri tas-swieq finanzjarji mal-fruntieri nazzjonali għandhom il-potenzjal li jsarrfu f’Ewropa u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tagħha aktar reżiljenti minħabba diversifikazzjoni aħjar tar-riskju u lqugħ aħjar tas-shock permezz tas-swieq kapitali. Dan huwa l-għan tal-isforzi tal-Kummissjoni biex tapprofondixxi u tintegra iktar is-swieq kapitali Ewropej fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Madankollu, is-settur finanzjarju taż-żona tal-euro għadu vulnerabbli għar-rabta bejn il-banek u l-emittenti sovrani, jiġifieri r-rabta b’saħħitha bidirezzjonali bejn l-affidabbiltà kreditizja ta’ gvern u dik tal-banek fil-ġurisdizzjoni tiegħu, li hija parzjalment dovuta għat-tendenza tal-banek li jikkonċentraw il-portafolli tal-bonds sovrani tagħhom fil-gvern tagħhom stess (l-hekk imsejjaħ “preġudizzju intern”). Il-potenzjal li rriżulta għad-destabbilizzazzjoni ta’ kontaġju reċiproku u instabbiltà finanzjarja deher ċar matul il-kriżi tad-dejn tal-gvern fiż-żona tal-euro: id-deterjorament tal-affidabbiltà kreditizja tal-gvern iwassal, permezz ta’ valuri baxxi tal-bonds, għal differenzi tal-karta tal-bilanċ għall-banek fil-ġurisdizzjoni tiegħu; min-naħa tagħhom, il-problemi tal-banek jagħmlu pressjoni fuq il-baġit tal-gvern jew direttament (“salvataġġ”) jew permezz ta’, pereżempju, dħul aktar baxx mit-taxxa minn attività mdgħajfa ta’ kreditu u ekonomika. Lil hinn minn dawn ir-rabtiet mal-gvern tagħhom stess, il-banek jibqgħu wkoll esposti ħafna għal żviluppi ekonomiċi f’pajjiżhom (minħabba diversifikazzjoni transfruntiera insuffiċjenti).

Barra minn hekk, minkejja żieda fid-dejn pubbliku globali sa riċentement wara l-kriżi finanzjarja dinjija, naqset il-provvista ta’ bonds sovrani ta’ rata għolja ddenominati fl-euro, li jaġixxu bħala “assi sikuri’ fis-sistema finanzjarja moderna. Fl-istess ħin, id-domanda tal-banek u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra għal assi bħal dawn żdiedet, inkluż minħabba rekwiżiti regolatorji ġodda li jżommu bafers suffiċjenti ta’ assi likwidi ħafna (pereż. f’termini ta’ proporzjonijiet ta’ kopertura ta’ likwidità).

Bħala parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tavvanza l-Unjoni Bankarja u tapprofondixxi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, f’konformità mal-Karta ta’ Riflessjoni ta’ Mejju 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u kif imħabbar fl-Ittra ta’ Intenzjoni ta’ Settembru 2017 li takkumpanja d-Diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni, u l-pakkett ta’ approfondiment tal-UEM ta’ Diċembru 2017, din il-proposta għandha l-għan li tipprovdi qafas li jippermetti żvilupp immexxi mis-suq tat-Titoli Koperti minn Bonds Sovrani (SBBSs).

L-SBBSs jinħolqu mis-settur privat. Entità tas-settur privat tkun tista’ tiġbor portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani mis-suq u sussegwentement twaqqaf entità ġuridikament separata, u awtonoma, biex toħroġ lill-investituri serje ta’ titoli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-qligħ minn dan il-portafoll sottostanti. Id-diversi titoli maħruġa jġorru kwalunkwe telf mill-portafoll sottostanti f’ċerta sekwenza (jiġifieri, it-telf ikun dovut l-ewwel lid-detenturi ta’ titoli subprivileġġat, jew subordinati, u wara li dawn it-titoli jkunu ġew kompletament imneħħija biss jkunu dovuti wkoll lid-detenturi ta’ pretensjonijiet privileġġati).

L-SBBS ma joqogħdu fuq l-ebda kondiviżjoni tar-riskju jew reċiproċità fiskali bejn l-Istati Membri. L-investituri privati biss jikkondividu r-riskji u t-telf possibbli. L-SBBS għalhekk huma differenti mill-Eurobonds.

F’nofs l-2016, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (European Systemic Risk Board - BERS) stabbilixxa task force ta’ livell għoli (minn hawn ’il quddiem, it-task force tal-BERS) biex jevalwa l-merti u l-fattibbiltà tal-SBBS. It-task force tal-BERS kienet tinkludi rappreżentanti minn bosta banek ċentrali u awtoritajiet superviżorji finanzjarji tal-Istati Membri, kif ukoll tal-istituzzjonijiet Ewropej (il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea) u aġenziji (l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) Ewropej, uffiċjali għall-ġestjoni tad-dejn pubbliku u akkademiċi.

It-task-force tal-BERS ikkonkludiet 4 li suq għall-SBBSs jista’ jiżviluppa taħt ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, jista’ jiġi aċċertat fl-aħħar mill-aħħar jekk l-SBBSs ikunux vijabbli jew le biss jekk jitpoġġew fuq test tas-suq. Din il-proposta tħejji t-triq għal test tas-suq bħal dan.

Sejba ewlenija tat-task force tal-BERS, ikkorroborata wkoll minn interazzjonijiet ma’ parteċipanti tas-suq u partijiet interessati oħra, hija li l-qafas regolatorju attwali jikkostitwixxi tfixkil sinifikanti għall-iżvilupp tal-SBBSs. Fil-qafas regolatorju eżistenti, l-SBBSs ikunu definiti bħala prodotti ta’ titolizzazzjoni, u għalhekk ikunu ttrattati b’mod sinifikanti inqas favorevolment mill-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro (pereżempju permezz ta’ rekwiżiti kapitali ogħla, limitazzjoni / ebda eliġibbiltà għal kopertura ta’ likwidità u kollaterali, limiti ta’ investiment aktar stretti għal diversi klassijiet ta’ investituri, eċċ.). Madankollu, minħabba n-natura tal-assi sottostanti tagħhom u n-natura standardizzata u sempliċi tagħhom, l-SBBSs iġorru riskji li huma komparabbli mal-bonds sovrani sottostanti minflok titolizzazzjonijiet regolari. Pereżempju, ma hemm l-ebda asimetrija ta’ informazzjoni bejn l-emittent tat-titolizzazzjoni tal-SBBSs u l-investituri finali, minħabba li l-assi sottostanti huma magħrufa u nnegozjati fis-suq.

Huwa għalhekk meħtieġ li l-qafas regolatorju jkun adattat b’mod xieraq biex jaqbad il-karatteristiċi uniċi tal-SBBSs. Huwa importanti li l-iffaċilitar tal-SBBSs ma jinvolvix tibdil fit-trattament regolatorju tal-iskoperturi sovrani. Kif stipulat fil-Karta ta’ Riflessjoni ta’ Mejju 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, din tal-aħħar ikollha implikazzjonijiet profondi, inkluż f’termini ta’ stabbiltà finanzjarja u kundizzjonijiet ekwi għall-banek tal-UE.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Billi l-SBBSs jirrappreżentaw kunċett ġdid u għadhom ma jeżistux fil-prattika, għadha ma nħolqietx regolamentazzjoni xierqa għal dan it-tip ta’ strument li tqis il-proprjetajiet uniċi tagħhom.

Fil-qafas legali attwali, kif indikat hawn fuq, l-SBBSs ikunu definiti bħala prodotti ta’ titolizzazzjoni. Għalhekk, bħala riżultat tal-qafas regolatorju għat-titolizzazzjonijiet - li huwa, bħala tali, xieraq għat-titolizzazzjonijiet eżistenti - l-investiment fl-SBBSs ikun assoċjat ma’ tariffi regolatorji ogħla mill-investiment direttament f'bonds sovrani taż-żona tal-euro, li jikkostitwixxu l-portafoll sottostanti tal-SBBSs. Pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti kapitali għall-banek, il-bonds sovrani taż-żona tal-euro huma ppeżati bl-ebda riskju (jiġifieri, il-banek ma għandu jkollhom l-ebda kapital kontra l-investiment tagħhom f’dawn il-bonds), iżda investimenti f’taqsimiet ta’ titolizzazzjoni huma assoċjati ma’ rekwiżiti kapitali pożittivi u—skont il-privileġġ —ta’ spiss pjuttost għoljin.

Il-ġustifikazzjoni għal dawn it-tariffi ogħla għall-prodotti ta’ titolizzazzjoni b’mod ġenerali (l-hekk imsejħa “non-newtralità” tal-qafas ta’ titolizzazzjoni) tinsab f’riskji speċifiċi għat-titolizzazzjoni, primarjament minħabba informazzjoni asimmetrika bejn l-oriġinatur tal-prodotti ta’ titolizzazzjoni u l-investituri. Din tipikament tiġi kkumplikata min-natura opaka tal-assi titolizzati u l-kumplessità tal-istruttura, li tinvolvi riskji tal-aġenzija u riskji legali. Fit-titolizzazzjonijiet tipiċi, ir-riskji tal-aġenziji jirriżultaw mill-fatt li l-oriġinaturi ta’ prodotti bħal dawn jafu b’mod sostanzjali aktar mill-investituri dwar l-assi li jikkomponu l-aggregazzjoni tat-titolizzazzjoni. Dan ovvjament ikun il-każ fejn, pereżempju, bank joħroġ ipoteki u mbagħad jittitolizzahom. Investitur ma jkollux aċċess għall-istess informazzjoni fuq min jissellef b’ipoteka bħalma jkollu l-bank. Għalhekk jistgħu wkoll jassumu li l-bank jista’ jittitolizza l-ewwel / biss l-ipoteki l-inqas profittabbli / aktar riskjużi. Huwa minħabba din il-problema tal-aġenzija li bosta investituri istituzzjonali kif ukoll banek ma jitħallewx jinvestu f’titolizzazzjonijiet sakemm l-emittent ma jżommx xi skopertura għall-assi sottostanti.

Madankollu, l-SBBSs huma prodott finanzjarju speċifiku b’żewġ karatteristiċi ewlenin. L-ewwel nett, ħafna mill-assimetriji ta’ informazzjoni u kumplessitajiet ta’ struttura ta’ titolizzazzjoni tipika mhumiex preżenti minħabba li l-grupp sottostanti tal-SBBSs huwa magħmul minn bonds sovrani taż-żona tal-euro. Dawn l-assi huma magħrufa sew u mifhuma mill-parteċipanti tas-suq. Barra minn hekk, l-istruttura tal-aggregazzjoni ta’ assi sottostanti għall-SBBSs hija ddeterminata minn qabel (pereż. il-piżijiet tal-bonds sovrani ċentrali tal-Istati Membri individwali jkunu konformi mal-kontribuzzjoni tagħhom għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew, bi ftit devjazzjoni). It-tieni nett, il-bonds sovrani taż-żona tal-euro huma nnegozjati regolarment fis-swieq. Dan ifisser li kulħadd jista’ jikseb skopertura finanzjarja għalihom mingħajr ma jirrikorri għat-titolizzazzjoni.

Għalhekk, it-tariffi regolatorji speċifiċi għat-titolizzazzjoni mhumiex ġustifikati għall-SBBSs kif iddefinit f’din il-proposta regolatorja.

Din il-proposta tindirizza problema simili kif ġie indirizzat bir-Regolament dwar Titolizzazzjoni Sempliċi, Trasparenti u Standardizzata (Simple, Transparent and Standardised, STS) riċenti. Speċifikament, ir-raġuni għar-Regolament STS riċenti (Regolament (UE) 2017/2402) huwa li, fil-preżenza ta’ titolizzazzjonijiet li huma strutturati b’mod sempliċi, trasparenti u standardizzat u skont standards tal-UE, li ma jirrikonoxxux dawk il-proprjetajiet bi trattament regolatorju speċifiku (u, fil-prattika, aktar favorevoli) kienu jfixklu l-iżvilupp tagħhom indebitament.

Minħabba n-natura speċjali tal-assi sottostanti tal-SBBSs, jiġifieri l-bonds sovrani ċentrali taż-żona tal-euro, il-porzjon bejn it-trattament regolatorju tat-titolizzazzjonijiet (tradizzjonali) u r-riskju / inċertezza attwali tal-istrument huwa saħansitra aktar evidenti għall-SBBSs milli kien il-każ għat-titolizzazzjonijiet STS. U dan għal żewġ raġunijiet. (1) l-assi sottostanti (jiġifieri, bonds sovrani taż-żona tal-euro) huma saħansitra aktar sempliċi, trasparenti u standardizzati; u (2) l-bonds sovrani taż-żona tal-euro huma stess jirċievu t-trattament regolatorju l-aktar favorevoli fid-dawl tal-proprjetajiet u l-funzjonijiet tagħhom fis-settur finanzjarju.

Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet dwar l-investiment fir-rigward tal-bonds tal-gvern huma partikolarment sensittivi għall-ispejjeż u t-tariffi minħabba l-volumi involuti, il-kompetizzjoni qawwija u l-likwidità għolja tas-suq. L-ispejjeż rilevanti, mill-perspettiva ta’ istituzzjoni finanzjarja li beħsiebha tinvesti f’assi bħal dawn, jinkludu l-ispiża tal-kapital assoċjat max-xiri tagħhom. Għalhekk, in-nuqqas li jiġi indirizzat dan l-ostaklu regolatorju x’aktarx ikollu effett ta’ tfixkil akbar korrispondenti fuq l-iżviluppi tas-suq għall-SBBSs milli kien ikun, pereżempju, il-każ għat-titolizzazzjonijiet STS.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

It-tnaqqis tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja billi tiġi ffaċilitata d-diversifikazzjoni tal-portafolli tal-gvern tal-banek u tiddgħajjef aktar ir-rabta bejn il-banek u l-emittenti sovrani huwa ta’ importanza kbira għat-tlestija tal-Unjoni Bankarja.

Din il-proposta leġiżlattiva hija parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ l-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Hija għandha l-għan li tiffaċilita t-tfaċċar ta’ suq effiċjenti għall-SBBSs matul iż-żmien. Min-naħa tagħhom, l-SBBSs jistgħu jappoġġaw aktar diversifikazzjoni tal-portafoll fis-settur bankarju, filwaqt li joħolqu sors ġdid ta’ kollaterali ta’ kwalità għolja partikolarment adattat għall-użu fi tranżazzjonijiet finanzjarji transfruntiera. Barra minn hekk, tista’ tirrendi bonds sovrani maħruġa fi swieq altrimenti żgħar u anqas likwidi aktar attraenti għall-investituri internazzjonali. Dan jinkoraġġixxi l-kondiviżjoni tar-riskju tas-settur privat u t-tnaqqis tar-riskju u jippromwovi allokazzjoni aktar effiċjenti tar-riskji fost l-investituri. Barra minn hekk, l-iffaċilitar tal-SBBSs iżid il-firxa ta’ strumenti disponibbli fis-swieq finanzjarji, li jimbotta l-isforzi tal-Kummissjoni biex tapprofondixxi u tintegra aktar swieq kapitali Ewropej fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Billi b’hekk jgħinu biex titlesta l-Unjoni Bankarja u tavvanza l-Unjoni tas-Suq Kapitali, l-SBBSs jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-avvanz tal-Unjoni Finanzjarja u l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Kif imsemmi, l-SBBSs se jkunu strument ibbażat fuq is-suq li x’aktarx jiżviluppa gradwalment maż-żmien, bħala opportunità ta’ investiment alternattiv u kumplimentari, ħdejn bonds sovrani. L-SBBSs mhumiex mistennija li jkollhom impatt negattiv materjali fuq is-swieq tal-bonds nazzjonali eżistenti u mhumiex mistennija li jissostitwixxuhom.

L-SBBSs huma kunċettwalment distinti u differenti mill-assi sikuri Ewropej kif diskuss fil-Karta ta’ Riflessjoni ta’ Mejju 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. L-assi sikur Ewropew – b’mod differenti mill-SBBSs – ikun strument finanzjarju ġdid għall-ħruġ komuni ta’ dejn. L-iżvilupp ta’ tali assi sikur Ewropew iqajjem għadd ta’ mistoqsijiet kumplessi legali, politiċi u istituzzjonali li jeħtieġ li jiġu esplorati fid-dettall. Irid ikun imfassal b’konformità mal-limitazzjonijiet fit-Trattat f’termini ta’ kondiviżjoni tar-riskju tas-settur pubbliku u b’mod partikolari l-“klawżola dwar meta ma jingħatax salvataġġ finanzjarju (no-bail-out-clause)” (l-Artikolu 125 TFUE). Fil-Pjan Direzzjonali kif ippreżentat fid-Dokument ta’ Riflessjoni msemmi hawn fuq, il-ħruġ ta’ assi sikur Ewropew bħal dan huwa previst bħala pass ulterjuri possibbli matul is-snin sal-2025. Għaldaqstant, huwa innovazzjoni fit-terminu medju ta' żmien.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-SBBSs huma għodda biex issaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja u l-kondiviżjoni tar-riskju fiż-żona tal-euro. B’hekk jistgħu jkomplu japprofondixxu iktar is-suq intern. Din il-proposta għalhekk għandha bħala bażi ġuridika l-Artikolu 114 TFUE, li jagħti lill-istituzzjonijiet Ewropej il-kompetenzi li jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa li għandhom bħala l-għan tagħhom it-twaqqif u l-funzjonament tas-suq intern.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-impedimenti regolatorji identifikati għall-iżvilupp tas-swieq tal-SBBSs huma stabbiliti f’bosta biċċiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE 5 . Bħala konsegwenza, azzjoni individwali tal-Istat Membru ma tkunx tista’ tilħaq l-għanijiet ta’ din l-inizjattiva leġiżlattiva, jiġifieri li tneħħi impedimenti regolatorji bħal dawn, billi l-emendi tal-leġiżlazzjoni tal-UE jistgħu jsiru biss permezz ta’ azzjoni tal-UE.

Apparti minn din il-kunsiderazzjoni legali, l-azzjoni fil-livell tal-Istati Membri tkun subottimali. Jista’ jirriżulta li strumenti differenti jkunu “ffaċilitati” fi Stati Membri differenti. Dan jagħmel is-suq opak u jaqsam id-domanda tas-suq f’diversi strumenti differenti. Dan jagħmilha diffiċli jew saħansitra impossibbli li kwalunkwe wieħed minnhom jikseb il-likwidità meħtieġa. Barra minn hekk, anki jekk dawn kollha kienu mmirati lejn l-istess strument, il-leġiżlaturi nazzjonali jistgħu jispiċċaw f’tellieqa biex joffru lil dan l-istrument trattament regolatorju li jkun favorevoli kemm jista’ jkun. Fiż-żewġ każijiet, jiġifieri li jiġu indirizzati prodotti ddefiniti b’mod differenti jew li jingħata trattament regolatorju differenti, azzjoni fil-livell nazzjonali toħloq ostakli għas-suq uniku. Dawn l-ostakli jkollhom effetti konsiderevoli, minħabba l-integrazzjoni għolja ħafna tas-swieq tal-bonds tal-gvern li huma sottostanti u t-trattament regolatorju identiku tagħhom madwar l-UE. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa u xierqa.

Proporzjonalità

Ir-regolament propost għandu l-għan li jiffaċilita l-istrument il-ġdid billi jneħħi l-ostakli regolatorji għat-tfaċċar gradwali ta’ suq tal-SBBSs. Dan l-intervent huwa proporzjonat billi joħloq livell wieħed għal kundizzjonijiet ekwi bejn l-istrument il-ġdid u l-assi sottostanti tiegħu. Il-proposta mhi mistennija jkollha l-ebda impatt materjali fuq is-swieq eżistenti tal-bonds sovrani nazzjonali.

Għażla tal-istrument

Din il-proposta għandha l-għan li tippermetti żvilupp tas-suq immexxi mid-domanda tal-SBBSs. Għal dan il-għan, il-proposta tistipula li l-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-istrument jiġu ttikkettati bħala SBBSs u tipprovdi l-qafas superviżorju meħtieġ.

Sabiex jinkisbu l-benefiċċji mmirati, huwa meħtieġ li prodott standardizzat ikun iffaċilitat. Jenħtieġ li din l-istandardizzazzjoni tkun uniformi madwar l-UE, għalhekk hija meħtieġa definizzjoni armonizzata u trattament regolatorju tal-SBBSs fil-livell tal-UE. L-Artikolu 114(1) TFUE jipprovdi l-bażi ġuridika għal Regolament li joħloq dispożizzjonijiet uniformi mmirati lejn it-titjib tal-funzjonament tas-suq intern. Direttiva ma twassalx għall-istess riżultati, billi l-implimentazzjoni ta’ Direttiva, minħabba d-diskrezzjoni eżerċitata meta tiġi trasposta, tista’ twassal għal differenzi, li fil-każ tas-suq tal-SBBSs, jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u arbitraġġ regolatorju.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Bħala parti mill-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-SBBSs, it-task force tal-BERS wettqet konsultazzjoni pubblika fl-aħħar tal-2016 u kisbet kontribut u feedback mill-industrija, jiġifieri diversi istituzzjonijiet finanzjarji u minn uffiċjali tal-ġestjoni tad-dejn pubbliku (debt management officers, DMOs), permezz ta’ firxa ta’ laqgħat bilaterali kif ukoll żewġ workshops iddedikati fl-2016 u l-2017. Il-Kummissjoni ma nidietx konsultazzjoni pubblika miftuħa minnha stess biex tevita d-duplikazzjoni. Jenħtieġ li jiġi nnutat li l-inizjattiva proposta mhix diretta lejn il-konsumaturi jew l-investituri fil-livell tal-konsumatur.

Il-konsultazzjoni msemmija hawn fuq fost ir-rappreżentanti tal-industrija fittxet feedback dwar diversi kwistjonijiet ewlenin rigward l-implimentazzjoni possibbli tal-SBBS, b’mod partikolari rigward it-trattament regolatorju u l-aspetti ekonomiċi tal-ħruġ tal-SBBSs. Il-feedback, b’mod partikolari, wera kunsens qawwi dwar l-iskarsezza dejjem akbar ta’ assi “sikuri” (ta’ riskju baxx) fis-suq. Il-maġġoranza tar-rispondenti kienu tal-fehma li mill-inqas SBBSs superjuri għandhom jirċievu l-istess trattament regolatorju bħall-bonds sovrani sottostanti tagħhom.

Filwaqt li l-parteċipanti tas-suq b’mod ġenerali qablu li se tkun meħtieġa integrazzjoni finanzjarja aktar profonda u diversifikazzjoni tal-portafoll tal-gvern tal-banek fl-Ewropa, il-fehmiet kienu mħallta dwar il-vijabbiltà tal-SBBSs. B’mod partikolari, tpoġġiet fid-dubju l-kummerċjabbiltà tas-segment subordinat tal-prodott. Il-parteċipanti qablu b’mod ġenerali li biex jitfaċċa suq tal-SBBSs, se jkun meħtieġ dan li ġej: (1) il-koordinazzjoni ta’ ħarġiet minn Uffiċjali tal-Ġestjoni tad-Dejn (DMOs); (2) qafas regolatorju li jitfa’ fuq livell wieħed il-kundizzjonijiet bejn il-bonds sovrani u l-SBBSs; (3) karatteristiċi SBBS sempliċi u standardizzati, inkluż piżijiet tal-portafoll fissi fuq in-naħa tal-assi u massimu ta’ tliet segmenti fuq in-naħa tal-obbligazzjoni; (4) likwidità suffiċjenti fis-suq tal-SBBSs; u (5) ċarezza dwar il-proċedura fil-każ ta’ inadempjenza tal-gvern (selettiva). Tqassim dettaljat tar-risposti dwar mistoqsijiet ewlenin u konklużjonijiet ġenerali meħuda mill-istħarriġ huma ppreżentati fil-Volum II tar-rapport tat-task force tal-BERS imsemmi hawn fuq.

F’workshop iddedikat, id-DMOs semmew it-tħassib dwar id-disinn u l-implimentazzjoni tal-SBBSs u qiesu li l-SBBSs la jkissru r-rabta bejn il-banek u l-emittenti sovrani u lanqas joħolqu assi ta’ riskju baxx taż-żona tal-euro. B’mod aktar speċifiku, it-tħassib tad-DMOs relatat mal-impatt tal-SBBSs fuq is-swieq nazzjonali ta’ bonds sovrani (b’mod partikolari fuq il-likwidità tagħhom), l-implikazzjonijiet ta’ xiri ta' bonds sovrani primarji u / jew sekondarji minn emittenti tal-SBBSs u t-trattament regolatorju possibbli tal-SBBSs. Huma esprimew ukoll tħassib dwar il-fattibilità teknika u l-vijabbiltà ekonomika tal-istrument il-ġdid.

Minbarra l-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq bħala parti mill-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-BERS, il-Kummissjoni kkonsultat l-Istati Membri u organizzat laqgħa tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar banek, pagamenti u assigurazzjoni (EGBPI) fil-11 ta’ April 2018 sabiex tirċievi feedback tekniku dwar mistoqsijiet speċifiċi. Il-parteċipanti indikaw il-ħtieġa li l-ewwel tiġi diskussa l-ħtieġa tal-SBBSs qabel ma jingħata parir tekniku, billi fil-fehma tagħhom il-ħtieġa għall-SBBSs ma kinitx ovvja. Huma pprovdew fehmiet utli dwar kwistjonijiet tekniċi selettivi, b’mod partikolari billi jitolbu għal aktar flessibbiltà għall-parteċipanti tas-suq meta jiġu biex jiddeterminaw il-karatteristiċi fundamentali tal-SBBSs (jiġifieri fir-rigward tal-piżijiet tal-bonds sovrani tal-Istati Membri differenti fil-portafoll sottostanti jew il-livelli tas-segmenti ).

   Ġbir u użu tal-kompetenzi

Il-Kummissjoni kkontribwiet b’mod attiv għall-ħidma tat-task force tal-BERS imsemmija hawn fuq. Din il-proposta regolatorja tibni fil-biċċa l-kbira fuq ix-xogħol tat-task force. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ awtoritajiet pubbliċi u rappreżentanti tas-settur privat biex titlob għall-għarfien espert tagħhom u tikkorrobora s-sejbiet tat-task force.

Valutazzjoni tal-impatt

Għall-preparazzjoni ta’ din il-proposta, ġiet ippreparata u diskussa Valutazzjoni tal-Impatt ma’ Grupp ta’ Tmexxija Interservizz f’diversi okkażjonijiet. Il-Valutazzjoni tal-Impatt qieset l-għażliet ta’ politika li ġejjin: (i) il-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas propost (jiġifieri, għal kwalunkwe titolizzazzjoni ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro, jew għal dawk li jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti ta’ standardizzazzjoni biss); (ii) jekk terġax titreġġa’ lura “newtralità regolatorja”, jiġifieri, jingħata l-istess trattament bħal dak tal-bonds sovrani sottostanti biss għas-segment superjuri tal-SBBSs jew għas-segmenti kollha tal-SBBSs; u (iii) kif tiġi ssorveljata u tiġi żgurata l-konformità mal-qafas propost (jiġifieri, permezz ta’ approċċ ta’ awtoattestazzjoni jew permezz ta’ ċertifikazzjoni ex ante).

Il-Valutazzjoni tal-Impatt enfasizzat bosta kompromessi importanti. Pereżempju, it-tneħħija ta’ impedimenti regolatorji għal kull u kwalunkwe titolizzazzjoni tippermetti flessibbiltà massima lill-parteċipanti fis-suq biex jiddisinjaw l-istrument il-ġdid biex jimmassimizzaw l-prospetti filwaqt li jimminimizzaw ir-riskji. Min-naħa l-oħra, ċertu grad ta’ standardizzazzjoni preskritta jista’ jiżgura aħjar li l-likwidità tal-istrument il-ġdid ma tiġix ddissipata f’ħafna varjanti differenti. Bl-istess mod, billi l-għoti tal-istess trattament ta’ bonds sovrani biss għas-segment superjuri jista’ jagħti inċentivi akbar lill-banek biex jiffokaw fuq segmenti superjuri, tali approċċ ikun inkonsistenti mat-trattament regolatorju attwali tal-iskoperturi tal-gvern (u jkun wieħed li inqas “jiffaċilita” l-SBBSs b’mod ġenerali, billi jkun naqqas il-bażi potenzjali tal-investitur).

Il-Valutazzjoni tal-Impatt ivvalutat l-effetti tad-diversi għażliet dwar sa fejn jitneħħew in-nuqqasijiet regolatorji identifikati, sa fejn l-istrumenti l-ġodda jgħinu fit-tnaqqis tar-riskju fil-karti tal-bilanċ tal-banek u bl-espansjoni tal-provvista ta’ assi b’riskju baxx iddenominati fl-euro, u l-benefiċċji tad-diversi approċċi ta’ konformità u superviżjoni f’termini ta’ fiduċja tas-suq stabbilita fir-rigward tal-ispejjeż assoċjati (kemm pubbliċi kif ukoll privati).

Minħabba li l-qafas propost jippermetti biss l-iżvilupp ta’ suq tal-SBBS immexxi mis-settur privat, iżda ma jagħti l-ebda garanzija, il-Valutazzjoni tal-Impatt tikkunsidra żewġ xenarji distinti biex tivvaluta l-impatt, wieħed fejn l-SBBSs jilħqu biss volum limitat ħafna (EUR 100 biljun) u stat stabbli fejn jilħqu EUR 1,5 triljun - volum rilevanti mil-lat makroekonomiku (għalkemm xorta limitat meta mqabbel mas-suq tad-dejn tal-gvern globali taż-żona tal-euro, li laħaq valur ta’ EUR 9 miljun mit-tieni kwart tal-2017).

Indikazzjoni kwantitattiva tas-sinifikat tal-ostakli li jitneħħew b’din il-proposta tista’ tinkiseb billi jsir tqabbil bejn, pereżempju, ir-rekwiżit ta' kapital li l-banek ikollhom jissodisfaw jekk jixtru l-SBBSs illum kontra dawk li jkollhom jissodisfaw għall-istess akkwist skont il-qafas regolatorju apposta propost. Ċertament, dan it-tfaddil (virtwali) jiddependi mill-preżunzjonijiet li jsiru (inkluż il-piż tar-riskju minħabba s-segmenti sub-superjuri). Fix-xenarju ta’ volum limitat, jekk wieħed jassumi li l-banek jixtru s-segmenti kollha, u li l-banek li jużaw l-approċċ standardizzat għal sehem minn dan l-akkwist li huwa ugwali għas-sehem attwali tagħhom mill-akkwist tal-bonds sovrani, l-assi b’riskju peżat aggregati jiżdiedu b’xi EUR 87 biljun. Għax-xenarju stabbli, il-kalkolu ekwivalenti jagħti żieda fl-assi b’riskju ppeżat aggregati ta’ EUR 1,3 triljun.

Meta niġu għall-impatt fuq il-volum ta’ assi b’rata AAA iddenominati f’euro, il-kalkolu huwa bbażat fuq id-data tal-Eurostat dwar dejn tal-gvern ċentrali taż-żona tal-euro f’Diċembru 2016, 6 kif ukoll il-klassifikazzjoni ta’ Standard & Poor's tal-gvernijiet taż-żona tal-euro fl-istess data 7 . Dan il-kalkolu juri li l-assi b’rata AAA jiżdiedu bi 2% (rispettivament, 30 %) fix-xenarju tal-volum limitat (rispettivament, stat stabbli).

Fl-aħħar nett, f’dak li għandu x’jaqsam mal-impatt tal-SBBSs fuq id-diversifikazzjoni tal-portafolli tal-gvern tal-banek, l-analiżi fil-Valutazzjoni tal-Impatt turi li l-impatt huwa żgħir fix-xenarji ta’ volum limitat, iżda sinifikanti fix-xenarju stabbli. Skont dawn l-assunzjonijiet, il-preġudizzju intern fil-kampjun tal-banek fiż-żona tal-euro koperti mill-eżerċizzju ta’ trasparenza mmexxi mill-Awtorità Bankarja Ewropea se jonqos bi 42%.

Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt ġie ppreżentat lill-Bord ta’ Skrutinju Regolatorju fid-19 ta’ Jannar 2018. Il-laqgħa tal-bord saret fl-14 ta’ Frar 2018. Il-Bord ta opinjoni pożittiva u talab għal bidliet u kontribut addizzjonali fl-oqsma li ġejjin: (1) biex jiġi ċċarat jekk din l-inizjattiva għandhiex l-għan li tipprovdi qafas li jippermetti u test tas-suq jew struttura ta’ inċentiv għall-SBBSs; (2) biex jiġi żviluppat aktar il-benefiċċju pubbliku nett potenzjali tal-inizjattiva, kif ukoll riskji jew konsegwenzi mhux intenzjonati; u (3) biex jiġu ppreżentati aħjar il-kompromessi bejn proposti ta’ politika alternattiva. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati u inkorporati fil-verżjoni finali li takkumpanja din il-proposta.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din l-inizjattiva ma għandhiex l-għan li tissimplifika jew tnaqqas il-piż amministrattiv li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni eżistenti, imma minflok tistipula regoli ġodda li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ strumenti tal-SBBSs fis-suq.

Il-proposta regolatorja mhix mistennija li taffettwa direttament lill-investituri fil-livell tal-konsumaturi, lill-familji, lill-SMEs jew lill-mikrointrapriżi, għaliex mhux probabbli li jkunu attivi fis-swieq tal-SBBSs. Fl-istess ħin, dawn is-setturi jibbenefikaw indirettament minn din il-proposta regolatorja bħala riżultat tar-reżiljenza mtejba tas-settur finanzjarju – sal-punt li l-benefiċċji mistennija tal-istabbiltà makroekonomika u finanzjarja jibdew jidhru.

Drittijiet fundamentali

Din il-proposta tikkonforma mad-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-drittijiet għall-proprjetà u l-libertà ta’ intrapriża, u għandha tiġi applikata skont dawk id-drittijiet u prinċipji. B’mod partikolari, dan ir-Regolament jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-investituri tal-SBBSs billi jiżgura l-integrità tal-ħruġ tal-SBBSs u tal-portafoll sottostanti tad-dejn tal-gvern.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta regolatorja se jkollha implikazzjonijiet finanzjarji limitati ġodda għall-baġits pubbliċi, billi l-mekkaniżmu ta’ konformità jkun ibbażat fuq awtoattestazzjoni minn dawk li joħorġu l-SBBSs u s-superviżuri jivverifikaw il-konformità ex post waqt l-attivitajiet superviżorji ta’ rutina tagħhom. Fid-dawl tal-kompiti ġodda previsti, u filwaqt li jitqiesu s-sinerġiji possibbli mal-funzjonijiet eżistenti tiegħu, hemm bżonn ta’ xi riżorsi addizzjonali għall-ESMA (ara d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva). L-emittenti tal-SBBSs iġarrbu l-ispejjeż ta’ awtoattestazzjoni, li madankollu jenħtieġ li jkunu pjuttost żgħar minħabba s-sempliċità tal-prodott finanzjarju (il-punt sa fejn dawn jiġu tradotti għal investituri jiddependi fuq il-kompetittività tas-suq).

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-objettivi speċifiċi ta’ din l-inizjattiva, jiġifieri li jiġu eliminati l-ostakli regolatorji u li jkun hemm kontribut għal-likwidità tal-prodotti SBBS il-ġodda, inkluż billi jingħataw trattament regolatorju ta’ “punt ta’ riferiment” tassew jintlaħqu ladarba l-leġiżlazzjoni proposta tidħol fis-seħħ. Dan huwa l-każ għaliex prodott standardizzat biss ikun eliġibbli għat-trattament regolatorju speċifiku previst u t-trattament regolatorju tal-SBBSs ikun ekwiparat ma’ dak tal-bonds sovrani sottostanti 8 .

F’termini tal-objettiv ġenerali li jippermetti s-swieq għall-SBBSs, l-impatt tal-leġiżlazzjoni se jiġi vvalutat billi jiġi mmonitorjat sa fejn dawn il-prodotti ġodda attwalment jinġabru u jiġu nnegozjati u l-punt sa fejn l-iżvilupp tal-SBBSs jikkontribwixxi għall-espansjoni fl-ammont ta’ assi ta’ riskju baxx u t-tnaqqis ta’ “preġudizzju intern” tal-banek. L-impatt tal-SBBSs fuq il-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani nazzjonali se jiġi vvalutat ukoll.

Meta jiġu interpretati r-riżultati ta’ dawn l-analiżijiet, jeħtieġ li wieħed iżomm f’moħħu li l-iżvilupp tas-swieq tal-SBBSs u l-evoluzzjoni tal-punti ta’ referenza msemmija hawn fuq jiddependu fuq bosta fatturi oħra li huma indipendenti minn, jew jistgħu jkunu biss marbuta b’mod dgħajjef mal-qafas regolatorju. Dan x’aktarx jagħmilha diffiċli li jiġu żviluppati l-effetti tal-leġiżlazzjoni proposta minn dawn il-fatturi l-oħra. B’mod partikolari, il-provvista ta’ prodotti ġodda x’aktarx tiddependi fuq l-ispejjeż legali tat-twaqqif tal-vettura tal-ħruġ il-faċilità li jinkisbu bonds b’termini suffiċjentement uniformi, l-ispejjeż biex jingħata servizz lill-istruttura, eċċ. Bl-istess mod, id-domanda tagħhom se tiddependi fuq l-ambjent tar-rata tal-imgħax globali, l-aptit għar-riskju, u d-domanda minn diversi tipi ta’ investituri għal segmenti differenti. L-iżviluppi fis-suq jistgħu wkoll ma jkunux lineari, billi l-prodott previst se jibbenefika minn qligħ fuq skala mid-daqs u l-esternalitajiet tan-netwerk. Għalhekk, pereżempju, jekk il-prodott jidher li jattira biżżejjed l-interess tal-investitur, il-maniġers tad-dejn jistgħu jiddeċiedu li jorganizzaw irkanti ddedikati għall-produzzjoni tal-SBBSs, b’bonds standardizzati ta’ maturitajiet li jvarjaw. Dan imbagħad inaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni u jista’ jaċċellera t-tkabbir tas-suq.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-proposta fiha erba’ partijiet. L-ewwel parti tipprovdi sett ta’ regoli li jiddefinixxu l-elementi kostituttivi tal-SBBSs. Dawn ir-regoli huma meħtieġa biex jiżguraw li prodott standardizzat kemm jista’ jkun jiġi prodott mis-swieq. Dan imbagħad jiffavorixxi l-likwidità tiegħu u jappella lill-investituri. It-tieni parti tipprovdi regoli li jiddefinixxu r-rekwiżiti ta’ notifika u trasparenza għall-entità tal-ħruġ biex jiżguraw li l-awtoattestazzjoni titwettaq b’mod armonizzat u kredibbli. It-tielet parti fiha regoli dwar is-superviżjoni tal-SBBSs u s-sanzjonijiet possibbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità u / jew imġiba frawdolenti tal-entità tal-ħruġ. Ir-raba’ parti fiha sett ta’ emendi għall-qafas legali eżistenti meħtieġ biex l-SBBSs jingħataw trattament regolatorju konformi mad-disinn u l-proprjetajiet uniċi tagħhom.

Id-dispożizzjonijiet introduttorji (l-Artikoli minn 1 sa 3)

Id-dispożizzjonijiet jispjegaw is-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet użati bl-iskop li jiġi pprovdut qafas ġenerali għal SBBSs u entitajiet standardizzati involuti fil-ħruġ u ż-żamma ta’ strumenti bħal dawn. Id-definizzjonijiet użati huma konsistenti ma’ dawk użati f’partijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni.

L-eliġibbiltà u l-kompożizzjoni tal-portafoll sottostanti u s-segmentazzjoni tal-ħruġ ta’ SBBSs (l-Artikoli minn 4 sa 6)

Il-portafoll sottostanti tal-SBBSs jenħtieġ li jkun magħmul minn bonds sovrani tal-Istati Membri kollha tal-UE li l-munita tagħhom hija l-euro. Din ir-restrizzjoni hija li jiġi żgurat li l-ebda wieħed mill-bonds fil-portafoll sottostanti tal-SBBSs ma jiġi affettwat mir-riskju tal-kambju. Il-piż relattiv tal-bonds sovrani ta’ kull Stat Membru jenħtieġ li jkun viċin ħafna tal-piż relattiv tal-parteċipazzjoni tal-Istat Membru rispettiv fil-kjavi fil-kapital tal-BĊE. Il-kjavi fil-kapital tal-BĊE hija indikatur tad-daqs ekonomiku ta’ kull Stat Membru u s-sehem tiegħu fl-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Ewropea. Ġew ikkunsidrati kjavi oħra iżda nstab li huma inferjuri. Pereżempju, kjavi bbażata fuq id-dejn tal-gvern pendenti ta’ kull Stat Membru tista’ twassal għal periklu morali, fejn Stat Membru jista’ jibbenefika aktar mill-prodott jekk dan iżid id-dejn pendenti ġenerali tiegħu.

Il-maturitajiet tal-bonds sovrani sottostanti jenħtieġ li jkunu allinjati mill-qrib mal-maturità tal-SBBSs.

Jenħtieġ li l-SBBSs ikunu magħmula minn segment superjuri, li jikkorrispondi għal 70 fil-mija tal-valur nominali tal-ħruġ tal-SBBSs, u segment subordinat wieħed jew aktar 9 . L-għan tas-segmenti subordinati huwa li jipprovdu protezzjoni lis-segment superjuri, li għalhekk huwa strument ta’ riskju baxx. Id-diviżjoni preċiża tal-porzjon subordinat tal-kostruzzjoni tal-SBBSs fid-diversi segmenti tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-emittent, li jimmassimizza l-prezz totali inkluż billi jissodisfa d-domanda speċifika tar-riskju / tar-ritorn ta’ diversi tipi ta’ investituri. Is-segment superjuri huwa stabbilit għal 70 fil-mija tal-istruttura kumplessiva biex tiġi żgurata l-istandardizzazzjoni ta’ dan is-segment fi ħruġ differenti. Biex jiġi limitat ir-riskju tas-segment inferjuri (is-segment li jġarrab telf qabel kull segment ieħor), il-valur nominali tas-segment inferjuri jenħtieġ li jkun ta’ mill-inqas 2 % tal-valuri nominali pendenti tal-ħarġa totali ta’ SBBSs. It-task force tal-BERS uriet permezz ta’ analiżi komprensiva li segment subordinat wiesa’ ta’ 30 fil-mija huwa biżżejjed biex jiżgura riskju baxx ta’ inadempjenza għas-segment superjuri korrispondenti (jiġifieri 70 fil-mija wiesa’) inkluż f’xenarji ta’ stress fis-suq.

L-Artikoli 4 u 6 jipprevedu ċirkostanzi speċifiċi li fihom l-istruttura tal-SBBSs (il-kompożizzjoni tal-portafoll sottostanti u d-daqs tas-segment superjuri) tista’ tinbidel għal ħarġiet futuri u jiddeskrivu l-proċeduri rilevanti. Bonds sovrani ta’ Stat Membru partikolari jistgħu jiġu esklużi mill-portafoll sottostanti meta u sakemm il-ħruġ ta’ bonds sovrani minn Stat Membru jkun limitat b’sinifikanti minħabba ħtieġa mnaqqsa għal dejn pubbliku jew aċċess indebolit tas-suq. Barra minn hekk, l-istruttura ta' segmenti tista' tinbidel f'każijiet eċċezzjonali fejn żviluppi avversi tas-suq li jfixklu serjament il-funzjonament tas-swieq tad-dejn tal-gvern fi Stat Membru jew fl-Unjoni jkunu jirrikjedu segment superjuri iżgħar biex jiżgura l-kwalità għolja / riskju baxx kontinwi tiegħu. L-ESMA għandha l-kompitu li timmonitorja jekk jeżistux il-kundizzjonijiet għal bidla fil-kompożizzjoni tal-portafoll sottostanti jew fid-daqs tas-segment superjuri u biex tinforma lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tali kundizzjonijiet jeżistu jew li ma għadhomx jeżistu billi tadotta att ta’ implimentazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni jista' jidħol fis-seħħ biss wara votazzjoni mir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat Ewropew tat-Titoli, skont il-proċedura ta’ eżami. L-SBBSs maħruġa wara l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni għandhom jirriflettu l-bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll sottostanti jew id-daqs tas-segment superjuri li għalih ikun inħareġ l-att ta’ implimentazzjoni.

Il-ħruġ u l-immaniġġar tal-SBBSs (l-Artikoli 7 u 8)

Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jkunu protetti mir-riskju ta’ insolvenza tal-istituzzjoni li takkwista l-bonds sovrani (ix-xerrej oriġinali, tipikament bank), jenħtieġ li l-ħruġ ta’ SBBSs isir minn Entità bi Skop Speċjali (Special Purpose Entity, SPE) li tkun iddedikata esklużivament għall-ħruġ u l-immaniġġar tal-SBBSs u li ma twettaq l-ebda attività riskjuża oħra, bħall-għoti tal-kreditu.

Jenħtieġ li l-SPE tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ segregazzjoni ta’ assi stretti biex tiżgura l-integrità tal-ħruġ tal-SBBSs u tal-pożizzjonijiet miżmuma mill-investituri tal-SBBSs. Jenħtieġ li l-SPEs jiżguraw li l-kompożizzjoni tal-aggregazzjoni sottostanti ta’ bonds sovrani tkun fissa matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-SBBSs. Għall-immaniġġar tad-diskrepanzi fil-maturità limitata, jenħtieġ li l-SBBSs jitħallew jinvestu l-qligħ mill-portafoll sottostanti biss fi flus kontanti jew fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna b’riskju baxx tas-suq u tal-kreditu.

Billi l-investituri f’segmenti tal-SBBSs ikollhom pretensjonijiet biss fuq il-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani, iżda mhux fuq il-karta tal-bilanċ tal-emittent jew tax-xerrej oriġinali, l-SPE u l-portafoll sottostanti tagħha jenħtieġ li ma jkollhomx għalfejn jiġu kkonsolidati fil-portafoll tax-xerrej oriġinali.

L-użu tad-denominazzjoni “Titoli Koperti minn bonds sovrani” (l-Artikolu 9)

Biex tiġi żgurata l-istandardizzazzjoni tal-SBBSs, dawk il-prodotti biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti rigward il-kompożizzjoni u l-maturità tal-bonds sovrani sottostanti u s-segmentar jenħtieġ li jgawdu l-istess trattament regolatorju bħal dak tal-bonds sovrani sottostanti. Sistema ta’ notifika lill-ESMA hija stabbilita biex tiżgura li ma jitwettqu l-ebda abbużi. Prodott jista’ b’hekk ikun ikkwalifikat bħala SBBS biss jekk ikunu ġew issodisfati kemm ir-rekwiżiti sostantivi kif ukoll dawk ta’ notifika.

Ir-rekwiżiti ta’ notifika u trasparenza tal-SBBSs (l-Artikoli minn 10 sa 12)

L-SPEs huma responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti tal-prodott u tan-notifika. L-ESMA hija fdata bil-pubblikazzjoni tan-notifiki fuq is-sit web tagħha. Dan jiżgura li l-SPEs jieħdu r-responsabbiltà li jitolbu li prodott jikkwalifika bħala SBBS u li jkun hemm trasparenza fis-suq. L-SPEs għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara li jirriżultaw minn notifiki mhux korretti jew qarrieqa taħt il-kundizzjonijiet stipulati mil-liġi nazzjonali. L-investituri se jkollhom iwettqu d-diliġenza dovuta meħtieġa għal kwalunkwe investiment fi prodotti finanzjarji iżda jistgħu jqiegħdu d-dipendenza xierqa fuq in-notifika tal-SBBSs u l-informazzjoni żvelata minn SPEs dwar il-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-prodott tal-SBBSs. Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza imposti fuq l-SBBSs u bonds sovrani sottostanti jenħtieġ li jippermettu lill-investituri jifhmu, jivvalutaw u jqabblu t-tranżazzjonijiet fl-SBBSs u ma joqogħdux biss fuq terzi persuni, bħal aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Jenħtieġ li jippermettu lill-investituri jaġixxu bħala investituri prudenti u jagħmlu d-diliġenza dovuta tagħhom. Din il-proposta tiżgura li l-investituri jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-SBBSs għad-dispożizzjoni tagħhom. Biex jiġi ffaċilitat il-proċess għall-investituri u l-SPEs, l-informazzjoni li għandha tingħata lill-ESMA se tkun armonizzata u se jiġi żviluppat mudell mill-ESMA għall-valutazzjoni tal-SBBSs. Jenħtieġ li l-SPEs jagħmlu l-informazzjoni disponibbli b’mod liberu għall-investituri, permezz ta’ mudelli standardizzati, fuq sit web li jissodisfa ċerti kriterji bħall-kontroll tal-kwalità tad-data u l-kontinwità tan-negozju. Barra minn hekk, il-kuntratt dwar it-trasferiment ta’ pożizzjoni fl-SBBSs lil investitur għandu jinkludi informazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-qligħ u l-proċedura li għandha tiġi segwita b'antiċipazzjoni jew wara nuqqas ta’ ħlas ta’ assi sottostanti. Sabiex l-awtoritajiet superviżorji jkunu infurmati u jwettqu l-kompiti tagħhom relatati mal-ħruġ ta’ SBBSs, jenħtieġ li l-ESMA tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b’kull notifika tal-SBBSs riċevuta.

Is-superviżjoni u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet (l-Artikoli 13 u 14)

Biex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja, tiġi żgurata l-fiduċja tal-investituri u tiġi promossa l-likwidità, is-superviżjoni xierqa u effettiva tas-swieq tal-SBBSs hija importanti. Għal dan il-għan, il-proposta teħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet kompetenti skont l-atti legali tal-UE eżistenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament jenħtieġ li ssir primarjament biex tiżgura l-protezzjoni tal-investituri u, fejn applikabbli, dwar aspetti prudenzjali li jistgħu jkunu marbuta mal-ħruġ jew iż-żamma ta’ SBBSs minn entitajiet regolati. Jenħtieġ li s-superviżuri maħtura jkollhom is-setgħat li jingħatawlhom skont il-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji rilevanti.

Minħabba n-natura transfruntiera tas-suq tal-SBBSs, jenħtieġ li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA tkun żgurata permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni, kooperazzjoni f’attivitajiet superviżorji u investigazzjonijiet u koordinazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni konsistenti u fehim komuni tar-rekwiżiti tal-SBBSs mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-ESMA tiffaċilita l-koordinazzjoni tax-xogħol tal-awtoritajiet kompetenti u tivvaluta kwistjonijiet prattiċi li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tal-SBBSs.

Is-sanzjonijiet u l-miżuri ta’ rimedju (l-Artikoli minn 15 sa 18)

Bħala deterrent biex tiġi evitata mġiba abbużiva u tinżamm il-fiduċja fil-prodott, jenħtieġ li jiġu pprovduti sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju xierqa għal sitwazzjonijiet fejn prodott li jkun iddikjarat minn SPE bħala SBBS ma jissodisfax ir-rekwiżiti għal dak il-prodott li għandu jitqies bħala SBBS jew rekwiżiti oħra ta’ notifika jew trasparenza. Il-fatt li prodott li ġie ddikjarat SBBS huwa fil-fatt SBBS huwa ta’ importanza partikolari sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-investituri. Għal din ir-raġuni, l-Artikolu 15 jipprovdi għal proċedura speċifika fejn awtorità kompetenti trid tiddeċiedi jekk prodott li huwa suspettat li mhux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament huwa SBBS jew le. Jekk sanzjonijiet kriminali għal ċerti ksur ikunu stipulati skont il-liġi nazzjonali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat li jittrasmettu lill-ESMA u awtoritajiet kompetenti oħra informazzjoni rilevanti dwar investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali relatati mal-ksur. Jenħtieġ li s-sanzjonijiet ikkawżati lill-SPE jiġu ppubblikati. Barra minn hekk, SBBS li jinstab li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament propost jenħtieġ li jitneħħa mingħajr dewmien żejjed mil-lista tal-SBBSs miġbura mill-ESMA.

Il-monitoraġġ makroprudenzjali (l-Artikolu 19) 

Skont l-analiżi mwettqa qabel il-ħruġ ta’ din il-proposta, jidher li l-SBBSs mhux se jkollhom impatt fuq il-likwidità ta’ prodotti finanzjarji oħra fis-suq jew ikollhom impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja. Madankollu, billi l-SBBSs huma prodott ġdid huwa xieraq li l-BERS, fil-mandat tiegħu, jimmonitorja l-iżvilupp tas-suq.

Notifiki (l-Artikolu 20)

L-Istati Membri għandhom li jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dipożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ superviżjoni u sanzjonijiet previsti fir-Regolament.

L-emendi għal atti legali oħra (l-Artikoli minn 21 sa 24)

L-Artikoli minn 21 sa 24 jemendaw xi artikoli ta’ atti legali oħra, b’mod partikolari l-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (undertakings for collective investment in transferable securities, UCITS), ir-Regolament dwar ir-Rekwiżit Kapitali (Capital Requirement Regulation, CRR), l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (institutions for occupational retirement provision, IORP II) u d-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni (Solvibbiltà II). Dawn il-modifiki huma meħtieġa biex jiżguraw li l-investiment fl-SBBSs jirċievi trattament regolatorju ekwivalenti fis-setturi finanzjarji kollha regolati fil-livell Ewropew għal dak mogħti lill-assi sottostanti tagħhom, jiġifieri l-bonds sovrani taż-żona tal-euro.

B’mod partikolari, l-UCITS għandhom jirrispettaw ir-regoli tad-diversifikazzjoni, li jistgħu jżommuhom milli jżommu ċerti volumi ta’ SBBSs. L-għan li tiġi emendata d-Direttiva dwar il-UCITS huwa li jiġi żgurat li meta l-Istati Membri jawtorizzaw UCITS biex tinvesti sa 100 % f’titoli trasferibbli maħruġa jew garantiti minn korp pubbliku, din l-eċċezzjoni tingħata wkoll lill-SBBSs. Għal dan il-għan, jiddaħħal l-Artikolu 54a ġdid fid-Direttiva.

Għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-SBBSs jiġu ttrattati bħala titolizzazzjoni. Bil-formula standard ta’ Solvibbiltà II, kull titolizzazzjoni hija soġġetta għar-rekwiżiti kapitali relatati mar-riskju mifrux fil-kalkolu tar-rekwiżit kapitali bażiku tas-solvibbiltà. L-SBBSs għalhekk ikunu soġġetti għar-rekwiżiti kapitali għar-riskju mifrux, u jqegħduhom fi żvantaġġ relattiv għall-parteċipazzjonijiet diretti tal-bonds sovrani ċentrali tal-Istati Membri ddenominati u ffinanzjati f’munita domestika. L-Artikolu 104 tad-Direttiva dwar is-Solvibbiltà II huwa għalhekk emendat billi jiżdied paragrafu ġdid biex jiġi żgurat li għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali, l-SBBSs jiġu ttrattati bħala gvern ċentrali u banek ċentrali tal-Istati Membri ddenominati u ffinanzjati fil-munita domestika tagħhom.

Bl-istess mod, ir-Regolament dwar ir-Rekwiżit Kapitali huwa emendat biex jiżgura li r-rekwiżiti kapitali u l-limiti ta’ skopertura għal istituzzjonijiet li għandhom l-SBBSs ikunu l-istess bħal dawk li għandhom direttament il-bonds sovrani tal-Istati Membri. Dan l-għan jintlaħaq, permezz taż-żieda ta’ paragrafu għall-Artikolu 268 (kif modifikat mir-Regolament (UE) 2017/2401), billi jiġi estiż għas-segment kollha tal-SBBSs l-approċċ taċ-ċar kristall mogħti lill-iskopertura għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali. Dan jiżgura li l-iskoperturi għas-segmenti kollha tal-SBBSs jiksbu l-istess trattament prudenti bħall-assi sottostanti. Barra minn hekk, billi jiġi emendat l-Artikolu 304, l-istess trattament mogħti lill-bonds sovrani f’rekwiżiti kapitali tar-riskju tas-suq jingħata lill-SBBSs. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 390 huwa wkoll emendat biex jiżgura li għal-limiti ta’ skopertura, l-approċċ taċ-ċar kristall użat għat-titolizzazzjoni jiġi applikat ukoll għal skoperturi għall-SBBSs.

Għall-fondi ta’ pensjoni okkupazzjonali, id-Direttiva IORP II tistabbilixxi limiti ta’ riskju mifrux li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx għal investimenti f’bonds sovrani. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jimponu restrizzjonijiet kwantitattivi għat-titolizzazzjonijiet. Biex jiġi żgurat l-istess trattament għall-SBBSs, jiżdied Artikolu 18a ġdid fid-Direttiva IORP II.

Il-Kummissjoni se tadotta l-bidliet meħtieġa għall-atti ddelegati marbuta mal-biċċiet ta’ leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq fejn meħtieġ.

Dan huwa b’mod partikolari l-każ għar-Regolament dwar il-Proporzjon ta’ Kopertura tal-Likwidità (Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/61 10 ), li għalih il-bidla jenħtieġ li tiżgura li l-SBBSs jkunu kkwalifikati bħala assi tal-Livell 1 li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-gvern ċentrali ta’ Stat Membru jew li jkunu ggarantiti minn gvern ċentrali ta’ Stat Membru, u rekwiżiti prudenzjali ta’ assigurazzjoni (ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 11 ) biex jiġi żgurat li r-regoli applikabbli għall-iskoperturi ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni għall-bonds sovrani taż-żona tal-euro jkunu applikabbli wkoll għall-iskoperturi għall-SBBSs.

Sakemm (id-dispożizzjonijiet rilevanti fi) l-atti ddelegati bbażati fuq dawn id-Direttivi u r-Regolamenti jiġu emendati, dawn jibqgħu applikabbli bħala tali.

Il-Kummissjoni se tadotta wkoll il-bidliet meħtieġa għall-iskedi tal-prospett u l-elementi importanti (Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2017/1129 12 ) biex jiġi żgurat li jiġi stabbilit żvelar xieraq għal dan it-tip ġdid ta’ strument finanzjarju, imfassal għall-karatteristiċi tal-prodott. Jenħtieġ li dan isir b’mod proporzjonat, filwaqt li titqies in-natura komparabbli sempliċi tal-prodott u bil-għan li jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ.

2018/0171 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-titoli koperti minn bonds sovrani

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 13 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 14 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Titoli Koperti minn Bonds Sovrani (Sovereign Bond-Backed Securities, “SBBS”) jistgħu jindirizzaw xi vulnerabbiltajiet li ġew esposti minn jew li rriżultaw mill-kriżi finanzjarja tal-2007-2008. B’mod aktar speċifiku, l-SBBSs jistgħu jgħinu lill-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jiddiversifikaw aħjar l-iskoperturi tal-gvern tagħhom, idgħajfu aktar ir-rabta bejn il-banek u l-emittenti sovrani u jtejbu l-provvista ta’ assi ddenominati fl-euro b’riskju baxx. L-SBBSs jistgħu, barra minn hekk, jirrendu l-bonds maħruġa fi swieq nazzjonali żgħar u anqas likwidi aktar attraenti għall-investituri internazzjonali, li jistgħu jinkoraġġixxu l-kondiviżjoni tar-riskju tas-settur privat u t-tnaqqis tar-riskju u jippromwovu allokazzjoni aktar effiċjenti tar-riskji fost l-operaturi finanzjarji.

(2)F'il-qafas legali eżistenti, l-SBBSs jiġu ttrattat bħala titolizzazzjonijiet u għalhekk ikunu soġġetit għal tariffi addizzjonali u skontijiet relattivi għat-tariffi u l-iskontijiet ffaċċjati mill-bonds sovrani taż-żona tal-euro fil-portafoll sottostanti. Dawn it-tariffi addizzjonali u l-iskontijiet jimpedixxu l-produzzjoni u l-użu tal-SBBSs mis-settur privat, minkejja li l-SBBSs ma jġorrux ir-riskji assoċjati mat-titolizzazzjonijiet li jiġġustifikaw dawn it-tariffi u skontijiet. Jenħtieġ għalhekk li l-SBBSs ikunu soġġett għal qafas regolatorju li jqis aħjar il-karatteristiċi u l-proprjetajiet uniċi tal-SBBS biex dan il-prodott ikun jista’ jitfaċċa fis-suq. Għal dan il-għan, it-tneħħija ta' ostakli regolatorji hija meħtieġa.

(3)L-iffaċilitar ta’ żvilupp tas-SBBSs immexxi mis-suq huwa għalhekk parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tnaqqas ir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u tavvanza lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja. L-SBBSs jistgħu jappoġġaw aktar diversifikazzjoni tal-portafoll fis-settur bankarju, filwaqt li joħolqu sors ġdid ta’ kollaterali ta’ kwalità għolja, li huwa partikolarment adattat għall-użu fi transazzjonijiet finanzjarji transfruntiera. Barra minn hekk, l-iffaċilitar tal-SBBSs jista’ wkoll iżid in-numru ta’ strumenti disponibbli għall-investiment transfruntiera u l-kondiviżjoni tar-riskju, li jimbotta l-isforzi tal-Kummissjoni biex tapprofondixxi u tintegra aktar swieq kapitali tal-Ewropa fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

(4)L-SBBSs ma jinvolvu l-ebda reċiproċità ta’ riskji u telf fost l-Istati Membri minħabba li l-Istati Membri mhux se jiggarantixxu reċiprokament ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom fil-portafoll ta’ bonds sovrani sottostanti tal-SBBSs. Barra minn hekk, l-iffaċilitar ta’ tfaċċar tal-SBBSs ma jinvolvi l-ebda bidla fit-trattament regolatorju attwali tal-iskoperturi tal-gvern.

(5)Biex jinkisbu l-għanijiet tad-diversifikazzjoni tar-riskju ġeografiku fl-Unjoni Bankarja u s-suq intern, il-portafoll sottostanti tal-SBBSs jenħtieġ li jkun magħmul minn bonds sovrani ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Biex jiġu evitati r-riskji tal-munita, bonds sovrani iddenominati fl-euro maħruġa minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro biss jenħtieġ li jitħallew jiddaħħlu fil-portafoll sottostanti tal-SBBSs. Biex jiġi żgurat li l-bonds sovrani ta’ kull Stat Membru fiż-żona tal-euro jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-SBBSs f’konformità mal-ishma ta’ kull Stat Membru fl-istabbiltà taż-żona tal-euro globali, il-piż relattiv tal-bonds sovrani nazzjonali fil-portafoll sottostanti tal-SBBSs jenħtieġ li jkun ħafna qrib il-piż relattiv tal-Istati Membri rispettivi fil-kjavi għas-sottoskrizzjoni mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(6)Biex jipprovdi għal assi ta’ kwalità għolja b’riskju baxx u fl-istess ħin jissodisfa l-livelli differenti ta' aptit għar-riskju tal-investituri, ħruġ ta’ SBBSs jenħtieġ li jkun magħmul minn segment superjuri u segment subordinat wieħed jew aktar. Is-segment superjuri, li jikkorrispondi għal 70 fil-mija tal-valur nominali ta’ ħruġ ta’ SBBSs, jenħtieġ li jżomm ir-rata ta’ telf mistennija tal-SBBSs f’konformità ma’ dik tal-bonds sovrani l-aktar sikuri fiż-żona tal-euro, filwaqt li jitqiesu r-riskju u l-korrelazzjoni tal-bonds sovrani fil-portafoll sottostanti tal-SBBSs ta’ bonds sovrani. Is-segmenti subordinati għandhom jipprovdu protezzjoni għas-segment superjuri. Jenħtieġ li s-superjorità tas-segmenti tiddetermina l-ordni li fih it-telf fuq il-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani għandu jitħallas mill-investituri. Biex jiġi limitat ir-riskju tas-segment inferjuri (is-segment li jġarrab telf qabel kull segment ieħor), jenħtieġ li l-valur nominali tas-segment inferjuri jkun ta’ mill-inqas 2 % tal-valuri nominali pendenti tal-ħarġa totali tal-SBBSs.

(7)Biex tiġi żgurata l-integrità ta’ SBBSs u jiġu llimitati kemm jista’ jkun ir-riskji relatati maż-żamma u l-immaniġġar tal-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani, jenħtieġ li l-maturitajiet tal-bonds sovrani sottostanti jkunu allinjati mill-qrib mal-maturità tal-SBBSs u l-kompożizzjoni tal-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani jenħtieġ li tkun fissa għaċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-SBBSs.

(8)Il-kompożizzjoni standardizzata tal-portafoll sottostanti ta’ SBBSs tista’ tirrendi diffiċli jew tfixkel il-ħruġ ta’ SBBSs meta bonds sovrani ta’ Stat Membru wieħed jew aktar ma jkunux disponibbli fis-suq. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu esklużi bonds sovrani ta’ Stat Membru partikolari minn ħruġ futur ta' SBBSs meta u sakemm l-ħruġ tal-bonds sovrani minn dak l-Istat Membru jkun limitat b’mod sinifikanti minħabba l-ħtieġa mnaqqsa għall-aċċess għad-dejn pubbliku jew għas-suq indebolit.

(9)Biex jiġi żgurat li l-SBBSs ikunu omoġenji biżżejjed, l-esklużjoni u r-riintegrazzjoni ta’ bonds sovrani ta’ Stat Membru partikolari mill-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani jenħtieġ li jitħallew biss wara deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tiżgura li l-SBBSs kollha maħruġa fl-istess ħin ikollhom l-istess portafoll sottostanti ta' bonds sovrani.

(10)Id-daqs fiss tas-segment superjuri għal kull ħruġ tal-SBBSs jista’ jitnaqqas għall-ħruġ futur tal-SBBSs fejn, minħabba żviluppi avversi tas-suq li jfixklu serjament il-funzjonament tas-swieq tad-dejn tal-gvern fi Stat Membru jew fl-Unjoni, huwa meħtieġ daqs iżgħar biex jiġu żgurati l-kwalità għolja tal-kreditu u r-riskju baxx kontinwi għas-segment superjuri. Meta jispiċċaw dawn l-iżviluppi avversi tas-suq, id-daqs tas-segment superjuri għall-ħruġ fil-futur tal-SBBSs jenħtieġ li jitnaqqas b’mod korrispondenti għall-valur inizjali tiegħu ta’ 70 fil-mija. Biex jiġi żgurat li l-SBBSs jkunu standardizzati, jenħtieġ li l-varjazzjoni tas-segment superjuri tkun permessa biss wara deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tiżgura li s-segmenti superjuri kollha tal-SBBSs maħruġa fl-istess ħin ikollhom l-istess daqs.

(11)Jenħtieġ li l-investituri jkunu protetti mir-riskju ta' insolvenza tal-istituzzjoni li takkwista l-bonds sovrani (“xerrej oriġinali”) bl-iskop li jinġabar il-portafoll sottostanti tal-SBBSs. Għal din ir-raġuni, huma biss l-entitajiet bi skop speċjali (special purpose entities, "SPEs") li huma ddedikati esklużivament għall-ħruġ u l-immaniġġar tal-SBBSs u li ma jwettqux attivitajiet oħra, bħall-għoti ta’ kreditu, biss jenħtieġ li jitħallew joħorġu l-SBBSs. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-SPEs ikunu soġġetti għal rekwiżiti stretti ta’ segregazzjoni tal-assi.

(12)Sabiex jimmaniġġaw diskrepanzi limitati fil-maturità fil-perjodu ta’ żmien bejn il-wasla tal-qligħ tas-servizz tad-dejn fuq il-portafoll sottostanti u d-dati tal-ħlas lill-investituri tal-SBBSs, jenħtieġ li l-SPEs jitħallew jinvestu l-qligħ mis-servizz tad-dejn fuq il-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani tal-SBBSs biss fi flus u strumenti finanzjarji likwidi ħafna b’riskju baxx tas-suq u tal-kreditu.

(13)Huma biss il-prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti rigward il-kompożizzjoni u l-maturità tal-portafoll sottostanti kif ukoll id-daqs tas-segmenti superjuri u subordinati kif stipulat f’dan ir-Regolament li jenħtieġ li jgawdu l-istess trattament regolatorju bħat-trattament regolatorju mogħti lill-iskoperturi tal-gvern f’termini ta’ rekwiżiti kapitali, limiti ta’ konċentrazzjoni, u likwidità.

(14)Sistema ta’ awtoattestazzjoni mill-SPEs jenħtieġ li tiżgura li l-ħruġ ta’ SBBSs jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-ESMA għalhekk iżżomm lista tal-SBBSs maħruġa, li tippermetti lill-investituri jivverifikaw jekk prodott li jkun offrut għall-bejgħ bħala SBBS ikunx tassew SBBSs. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-ESMA tindika f’dik il-lista jekk tkunx ġiet imposta kwalunkwe sanzjoni fir-rigward ta’ SBBS ġietx imposta u tneħħi minn din il-lista dawk il-prodotti li jinstabu li jkunu qed jiksru dan ir-Regolament.

(15)Jenħtieġ li l-investituri jkunu jistgħu jserrħu fuq in-notifika tal-SBBSs mill-SPEs lill-ESMA u fuq l-informazzjoni pprovduta mill-SPEs. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-SBBSs u l-bonds sovrani fil-portafoll sottostanti tagħti s-setgħa lill-investituri biex jifhmu, jivvalutaw u jqabblu t-tranżazzjonijiet tal-SBBSs u ma joqogħdux biss fuq terzi persuni, inklużi aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Jenħtieġ li din il-possibbiltà tippermetti lill-investituri biex jaġixxu b’mod prudenti u li jwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom b’mod effiċjenti. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-SBBSs għalhekk tkun disponibbli b'mod liberu għall-investituri, permezz ta’ mudelli standardizzati, fuq sit web li jiżgura aċċessibbiltà kontinwa.

(16)Sabiex tiġi evitata mġiba abbużiva u biex jiġi żgurat li tinżamm il-fiduċja fl-SBBSs, jenħtieġ li jiġu pprovduti sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju xierqa mill-Istati Membri għall-każijiet ta’ ksur negliġenti jew intenzjonat tan-notifiki jew rekwiżiti tal-prodott għall-SBBSs.

(17)Jenħtieġ li l-investituri f’setturi finanzjarji differenti jkunu jistgħu jinvestu fl-SBBSs taħt l-istess kundizzjonijiet li jinvestu fil-bonds sovrani sottostanti taż-żona tal-euro. Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 , ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 , id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 u d-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18  jenħtieġ li għalhekk jiġu emendati biex jiġi żgurat li l-SBBS jingħataw l-istess trattament regolatorju bħall-assi sottostanti tagħhom fid-diversi setturi finanzjarji rregolati.

(18)Biex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja, tiġi żgurata l-fiduċja tal-investituri u tiġi promossa l-likwidità, superviżjoni xierqa u effettiva tas-swieq tal-SBBSs hija importanti. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu infurmati dwar il-ħruġ tal-SBBSs u jenħtieġ li jirċievu mill-SPEs u l-intermedjarji l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex iwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom. Is-superviżjoni tal-konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ssir primarjament biex tiżgura l-protezzjoni tal-investituri u, fejn applikabbli, fuq aspetti li jistgħu jkunu marbuta mal-ħruġ u ż-żamma tal-SBBSs minn entitajiet irregolati finanzjarji.

(19)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom u jiżguraw li d-deċiżjonijiet tagħhom ikunu konsistenti. Jekk il-ksur ta’ dan ir-Regolament ikun jikkonċerna t-twettiq tal-obbligi meħtieġa biex prodott jikkwalifika bħala SBBS, l-awtorità kompetenti li tidentifika dak il-ksur jenħtieġ li tinforma kemm lill-ESMA kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-ESMA teżerċita s-setgħat vinkolanti tagħha ta’ medjazzjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 .

(20)Minħabba li l-SBBSs huma prodotti ġodda, huwa xieraq li l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u maħtura għal strumenti makroprudenzjali jissorveljaw is-suq tal-SBBSs.

(21)Bħala korp b’kompetenza speċjalizzata ħafna dwar is-swieq tat-titoli, huwa xieraq li l-ESMA tiġi fdata bl-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għall-preżentazzjoni lill-Kummissjoni dwar it-tipi ta’ investiment li tista’ twettaq l-SPE bil-qligħ mill-pagamenti tal-kapital jew tal-imgħax tal-portafoll sottostanti tal-SBBSs, l-informazzjoni li għandha tingħata mill-SPE biex il-prodotti tagħhom jikkwalifikaw bħala SBBSs u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fil-kuntratt dwar it-trasferiment ta’ pożizzjoni f’SBBSs. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dawn l-istandards skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u bl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(22)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tar-rekwiżiti tan-notifika tal-SPEs qabel il-ħruġ tal-SBBSs.

(23)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi, fuq parir tekniku mill-ESMA, jekk il-bonds sovrani ta’ Stat Membru għandhomx jitneħħew jew jiġu inklużi fil-portafoll sottostanti tal-SBBSs u jekk għandux jinbidel id-daqs tas-segment superjuri tal-SBBSs fil-futur. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 .

(24)Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas għall-SBBSs, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, billi l-itfaċċar ta’ suq tal-SBBSs jiddependi mit-tneħħija ta’ ostakli li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern għall-investituri istituzzjonali u l-entitajiet kollha involuti fl-operat tal-SBBSs, jistgħu jintlaħqu biss fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dan il-għan.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titoli koperti minn bonds sovrani.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għal xerrejja oriġinali, entitajiet bi skop speċjali, investituri u kwalunkwe entità oħra involuta fil-ħruġ jew iż-żamma tal-SBBSs.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“awtorità kompetenti” tfisser awtorità pubblika jew korp rikonoxxut uffiċjalment bil-liġi nazzjonali li għandu s-setgħa bil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni li jwettaq il-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(2)“bond tal-gvern” tfisser kwalunkwe strument ta’ dejn maħruġ mill-gvern ċentrali ta’ Stat Membru li jkun ddenominat u ffinanzjat fil-munita domestika ta’ dak l-Istat Membru u jkollu maturità oriġinali ta’ sena jew aktar;

(3)“titolu kopert minn bonds sovrani” jew “SBBS” tfisser strument finanzjarju ddenominati fl-euro li r-riskju ta’ kreditu tiegħu huwa assoċjat mal-iskoperturi għal portafoll ta’ bonds sovrani u li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

(4)“entità bi skop speċjali” jew “SPE” tfisser persuna ġuridika, minbarra x-xerrej oriġinali, li toħroġ l-SBBSs u twettaq l-attivitajiet relatati mal-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani skont l-Artikoli 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament;

(5)“xerrej oriġinali” tfisser persuna ġuridika li tixtri bonds sovrani f’isimha stess u sussegwentement tittrasferixxi dawk il-bonds sovrani lil SPE bl-iskop li toħroġ SBBSs;

(6)“investitur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha SBBSs;

(7)“segment” tfisser segment stabbilit kuntrattwalment tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-portafoll sottostanti tal-SBBSs ta’ bonds sovrani u li jġorr riskju ta’ telf ta’ kreditu akbar jew iżgħar minn pożizzjoni tal-istess ammont f’segment ieħor ta’ dak ir-riskju ta’ kreditu;

(8)“segment superjuri" tfisser is-segment fi ħdan ħruġ ta’ SBBSs li jġarrab telf wara li s-segmenti subordinati kollha ta’ dak l-SBBSs ikunu għamlu hekk;

(9)"segment subordinat" tfisser kwalunkwe segment fi ħruġ ta’ SBBSs li jġarrab telf qabel is-segment superjuri;

(10)“segment inferjuri” tfisser is-segment fi ħruġ ta’ SBBSs li jġarrab telf qabel kwalunkwe segment ieħor;

Kapitolu 2

Kompożizzjoni, maturità u struttura tal-SBBSs

Artikolu 4

Kompożizzjoni tal-portafoll sottostanti

1.Il-portafoll sottostanti ta’ ħarġa ta’ SBBSs għandu jikkonsisti biss minn dan li ġej:

(a)bonds sovrani ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;

(b)il-qligħ mit-tifdija ta’ dawk il-bonds sovrani.

2.Il-piż tal-bonds sovrani ta’ kull Stat Membru fi ħdan il-portafoll sottostanti tal-SBBS (“piż bażi”) għandu jkun daqs il-piż relattiv tal-kontribuzzjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) minn dak l-Istat Membru skont il-kjavi għas-sottoskrizzjoni , mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri, tal-kapital imħallas tal-BĊE kif stabbilit fl-Artikolu 29 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE.

L-SPEs jistgħu madankollu jiddevjaw mill-valur nominali ta’ bonds sovrani ta’ kull Stat Membru, kif mogħti bl-applikazzjoni tal-piż bażi, b’massimu ta' ħamsa fil-mija.

3.Il-bonds sovrani ta’ Stat Membru għandhom ikunu esklużi mill-portafoll sottostanti tal-SBBSs fejn il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi li teżisti kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)matul it-12-il xahar ta’ qabel (“perjodu ta’ referenza”), l-Istat Membru jkun ħareġ anqas minn nofs l-ammont ta’ bonds sovrani li jirriżultaw mill-piż relattiv tiegħu determinat skont il-paragrafu 1, immultiplikat bl-ammont aggregat tal-SBBSs maħruġa fit-tnax-il xahar qabel il-perjodu ta’ referenza;

(b)matul it-12-il xahar ta’ qabel, l-Istat Membru jkun iffinanzja mill-inqas nofs ir-rekwiżiti finanzjarji annwali tiegħu permezz ta’ assistenza finanzjarja uffiċjali b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku kif speċifikat fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 .

Fejn japplika l-ewwel subparagrafu, l-SPEs għandhom jiddeterminaw il-piżijiet bażi tal-bonds sovrani tal-bqija tal-Istati Membri billi jeskludu l-bonds sovrani tal-Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu u japplikaw il-metodu tal-kalkolu tal-paragrafu 1.

4.L-ESMA għandha timmonitorja u tivvaluta jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 3 teżistix jew tkunx waqfet teżisti u tinforma lill-Kummissjoni b’dan.

5.Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi li s-sitwazzjoni msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 3 tkun teżisti jew tkun waqfet teżisti. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jkun adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 5

Maturità tal-assi sottostanti

1.Is-segmenti tal-SBBSs li huma parti mill-istess ħruġ għandu jkollhom data ta’ maturità oriġinali waħda. Din id-data ta’ maturità għandha tkun ugwali għal jew sa jum aktar mill-maturità li jidfal tal-bond tal-gvern bl-itwal maturità li jifdal fil-portafoll sottostanti.

2.Il-maturità li jifdal ta’ kwalunkwe bonds sovrani fil-portafoll sottostanti ta’ SBBSs ma għandhiex tkun iqsar minn sitt xhur mill-maturità li jifdal tal-bond tal-gvern bl-itwal maturità li jifdal f'dan il-portafoll.

Artikolu 6

Struttura tas-segmenti, pagament u telf

1.Ħarġa ta’ SBBSs għandha tkun magħmula minn segment wieħed superjuri u segment subordinat wieħed jew aktar. Il-valur nominali pendenti tas-segment superjuri għandu jkun 70 fil-mija tal-valur nominali pendenti tal-ħruġ kollu tal-SBBSs. In-numru u l-valuri nominali pendenti tas-segmenti subordinati għandhom jiġu ddeterminati mill-SPE, soġġetti għal-limitazzjoni li l-valur nominali tas-segment inferjuri ikun mill-inqas tnejn fil-mija tal-valur nominali pendenti tal-ħruġ kollu tal-SBBS.

2.Jekk l-iżviluppi avversi jfixklu serjament il-funzjonament tas-swieq tad-dejn tal-gvern fi Stat Membru jew fl-Unjoni, u jekk dan it-tfixkil ikun ġie kkonfermat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4, l-SPEs għandhom ibaxxu l-valur nominali pendenti tas-segment superjuri għal sittin fil-mija għal kwalunkwe SBBSs maħruġa wara dik il-konferma.

Jekk il-Kummissjoni, skont il-paragrafu 4, tkun ikkonfermat li dak it-tfixkil ma jkunx baqa’ jeżisti, għandu japplika l-paragrafu 1 għall-SBBSs kollha maħruġa wara dik il-konferma.

3.L-ESMA għandha timmonitorja u tivvaluta jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkunx teżisti jew tkunx waqfet milli teżisti u tinforma lill-Kummissjoni b’dan.

4.Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi li t-tfixkil imsemmi fil-paragrafu 2 ikunx jeżisti jew ma jkunx baqa’ jeżisti. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jkun adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

5.Il-pagamenti skont l-SBBS għandhom ikunu dipendenti fuq il-pagamenti tal-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani.

6.Id-distribuzzjoni tat-telf u l-ordni tal-pagamenti għandhom jiġu stabbiliti mis-segment tal-SBBS u għandhom jkunu fissi għaċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-SBBS.

It-telf għandu jiġi rikonoxxut u assenjat hekk kif jimmaterjalizza.

Artikolu 7

Ħruġ tal-SBBS u obbligi tal-SPEs

1.L-SPEs għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)ikunu stabbiliti fl-Unjoni;

(b)l-attivitajiet tagħhom ikunu limitati għall-ħruġ u l-għoti ta’ servizz tal-SBBS u l-immaniġġjar tal-portafoll sottostanti ta’ dawk l-SBBS skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 8;

(c)L-SPEs huma unikament responsabbli għall-provvista tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b).

2.L-SPEs għandu jkollhom pussess sħiħ tal-portafoll sottostanti tal-SBBS.

22 Il-portafoll sottostanti ta SBBS għandu jikkostitwixxi arranġament finanzjarju kollaterali ta’ sigurtà kif definit fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiżgura l-obbligi finanzjarji tal-SPE lejn l-investituri fl-SBBS.

Iż-żamma tal-SBBS ta’ ħruġ speċifiku ma għandhiex tipprovdi għal xi drittijiet jew pretensjonijiet fuq l-assi tas-SPE li toħroġ l-SBBS li jmorru lil hinn mill-portafoll sottostanti ta’ dak il-ħruġ u d-dħul iġġenerat miż-żamma ta’ dak l-SBBS.

Kwalunkwe tnaqqis fil-valur jew qligħ tal-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani ma għandux iwassal għal pretensjoni ta’ responsabbiltà mill-investituri.

3.SPE għandha żżomm ir-rekords u l-kontijiet sabiex:

(a)tissegrega l-assi u r-riżorsi finanzjarji tagħha stess minn dawk tal-portafoll sottostanti tal-SBBS u l-qligħ relatat;

(b)tissegrega l-portafolli sottostanti u l-qligħ ta’ ħarġiet differenti tal-SBBS;

(c)tissegrega l-pożizzjonijiet miżmuma minn investituri jew intermedjarji differenti;

(d)tivverifika li fi kwalunkwe ħin in-numru ta’ strumenti tal-SBBS ta’ ħruġ wieħed ikun ugwali għas-somma tal-istrumenti tal-SBBS miżmuma mill-investituri jew intermedjarji kollha f’dak il-ħruġ;

(e)tivverifika li l-valur nominali pendenti tal-SBBS ta’ ħruġ wieħed ikun ugwali għall-valur nominali pendenti tal-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani ta’ dak il-ħruġ.

4.L-SPEs għandhom iżommu l-bonds sovrani msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) taħt kustodja, kif permess skont il-punt (1) tat-Taqsima B tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 u l-punt (2) tat-Taqsima A tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24  f’banek ċentrali, depożitarji ċentrali tat-titoli, istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati jew ditti tal-investiment awtorizzati biss.

Artikolu 8

Politika ta' investiment

1.SPE għandha tinvesti l-pagamenti tal-kapital jew tal-imgħax mill-bonds sovrani msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) li jkunu dovuti qabel pagamenti tal-kapital jew tal-imgħax taħt l-SBBS fi flus kontanti biss, jew fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna ddenominati fl-euro b’riskju baxx tas-suq u tal-kreditu. Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli għal-likwidazzjoni fi żmien jum b’effett negattiv minimu tal-prezz.

SPE għandha żżomm f’kustodja, kif permess skont il-punt (1) tat-Taqsima B tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u l-punt (2) tat-Taqsima A tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 909/2014 il-pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu f’banek ċentrali, depożitarji ċentrali tat-titoli, istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati jew ditti tal-investiment awtorizzati biss.

2.SPE ma għandhiex tbiddel il-portafoll sottostanti ta’ SBBS sal-maturità ta’ dak l-SBBS.

3.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jitqiesu likwidi ħafna b’riskju minimu tas-suq u tal-kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-ESMA għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni [fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Kapitolu 3

L-użu tad-denominazzjoni SBBS u r-rekwiżiti ta’ notifika, trasparenza u informazzjoni

Artikolu 9

L-użu tad-denominazzjoni “Titoli Koperti minn bonds sovrani”

Id-denominazzjoni “Titoli Koperti minn bonds sovrani” jew “SBBS” għandha tintuża biss għall-prodotti finanzjarji li jikkonformaw maż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-prodott finanzjarju jkun jikkonforma b’mod kontinwu mal-Artikoli 4, 5 u 6;

(b)L-ESMA ġiet innotifikata dwar dan il-prodott finanzjarju skont l-Artikolu 10(1) u l-prodott finanzjarju ġie inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 10

Rekwiżiti ta’ notifika tal-SBBS

1.SPE għandha tinnotifika lill-ESMA mill-inqas ġimgħa qabel il-ħruġ ta’ SBBS u permezz tal-mudell imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li ħruġ tal-SBBS jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 4, 5 u 6. L-ESMA għandha tinforma b’dan lill-awtorità kompetenti tal-SPE mingħajr dewmien żejjed.

2.L-ESMA għandha żżomm lista tal-SBBS kollha li ġew innotifikati mill-SPEs fuq is-sit web uffiċjali tagħha. L-ESMA għandha taġġorna dik il-lista istantanjament u tneħħi kwalunkwe SBBS li ma jkunx għadu meqjus bħala SBBS wara deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 15.

3.Awtorità kompetenti li tkun imponiet miżuri ta’ rimedju jew sanzjonijiet amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 15 għandha tinnotifika immedjatament lill-ESMA b’dan. L-ESMA għandha tindika minnufih fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li awtorità kompetenti imponiet sanzjoni amministrattiva li minnhom ma jistax isir appell, b’rabta mal-SBBS ikkonċernat.

4.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni [fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-mudelli li għandhom jintużaw għall-provvista tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni [fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11

Rekwiżiti ta’ trasparenza

1.Jenħtieġ li SPE, mingħajr dewmien, tipprovdi lill-investituri u lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni li ġejja:

(a)informazzjoni dwar il-portafoll sottostanti li huwa essenzjali biex jiġi vvalutat jekk il-prodott finanzjarju jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4, 5 u 6;

(b)deskrizzjoni dettaljata tal-prijorità tal-pagamenti tas-segmenti tal-SBBS;

(c)fejn ma jkun tfassal l-ebda prospett f’konformità mal-Artikoli 1(4), 1(5) jew 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , ħarsa ġenerali tal-karatteristiċi ewlenin tal-SBBS, inkluż, fejn applikabbli, dettalji dwar il-karatteristiċi tal-iskopertura, il-flussi tal-flus u l-kaskata tat-telf;

(d)in-notifika msemmija fl-Artikolu 10(1).

L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tkun disponibbli mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ maturità għall-pagament tal-imgħax tal-SBBS.

2.SPE għandha tagħmel l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli fuq sit web li:

(a)ikollu sistema ta’ kontroll tal-kwalità tad-data li tiffunzjona tajjeb;

(b)ikun soġġett għal standards ta’ governanza xierqa u jinżamm u jitħaddem skont struttura organizzattiva li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament tajjeb tas-sit web;

(c)ikun soġġett għal sistemi, kontrolli u proċeduri li jidentifikaw is-sorsi rilevanti kollha ta’ riskju operazzjonali;

(d)jinkludi sistemi li jiżguraw il-protezzjoni u l-integrità tal-informazzjoni riċevuta u r-reġistrazzjoni fil-pront ta’ dik l-informazzjoni;

(e)jagħmilha possibbli li jinżammu r-rekords tal-informazzjoni għal mill-inqas ħames snin wara d-data tal-maturità ta’ kull ħruġ tal-SBBSs.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-post fejn tkun disponibbli l-informazzjoni għandhom jiġu indikati mill-SPE fid-dokumentazzjoni li tirrigwarda l-SBBSs ipprovduti lill-investituri.

Artikolu 12

Rekwiżiti ta’ informazzjoni

1.Qabel ma jittrasferixxi pożizzjoni f’SBBSs, it-trasferent għandu jipprovdi liċ-ċessjonarju l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)il-proċedura biex jiġi allokat il-qligħ mill-portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani għas-segmenti differenti tal-SBBSs, inkluż wara jew b’antiċipazzjoni ta’ nuqqas ta’ pagament fuq l-assi sottostanti;

(b)kif għandhom jiġu assenjati d-drittijiet tal-vot fuq offerta ta’ skambju wara jew b’antiċipazzjoni ta’ nuqqas ta’ pagament fuq kwalunkwe bonds sovrani fil-portafoll sottostanti lill-investituri u kif kwalunkwe telf minn nuqqas ta’ pagament ta’ dejn għandu jiġi allokat bejn is-segmenti differenti tal-SBBSs.

2.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni [fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Kapitolu 4

Sorveljanza tal-prodott

Artikolu 13

Superviżjoni

1.L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex jissorveljaw il-konformità tal-SPEs ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA dwar dawk l-awtoritajiet kompetenti u fejn rilevanti, dwar kif inhuma maqsuma l-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun stabbilita fih l-SPE għandha tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji, investigattivi u ta’ sanzjonar biex iwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

Huma għandu jkollhom is-setgħa li, tal-inqas:

(a)jitolbu aċċess għal kwalunkwe dokumenti fi kwalunkwe forma sa fejn ikunu relatati mal-SBBSs, u li jirċievu jew jieħdu kopja tagħhom;

(b)jenħtieġu li l-SPE tipprovdi informazzjoni mingħajr dewmien;

(c)jenħtieġu informazzjoni minn kwalunkwe persuna relatata mal-attivitajiet tal-SPE;

(d)iwettqu spezzjonijiet fil-post b’avviż minn qabel jew mingħajru;

(e)jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li SPE tkompli tikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

(f)joħorġu ordni biex jiżguraw li SPE tkun konformi ma’ dan ir-Regolament u tieqaf milli tirripeti kwalunkwe mġiba li tikser dan ir-Regolament.

3.L-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tal-awtoritajiet kompetenti fuq is-sit web tagħha.

Artikolu 14

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA

1.L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkooperaw mill-qrib u jiskambjaw informazzjoni biex iwettqu dmirijiethom. B’mod partikolari, għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom biex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta’ dan ir-Regolament, jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prattiki, jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, jinkoraġixxu l-konsistenza fl-interpretazzjoni u jipprovdu valutazzjonijiet ta’ ġurisdizzjoni transfruntiera f’każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta' qbil.

Biex tiffaċilita l-użu tas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti u tiżgura l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-ESMA għandha taġixxi skont is-setgħat stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.Awtorità kompetenti li għandha raġunijiet ċari u dimostrabbli li SPE tkun qed tikser dan ir-Regolament għandha tinforma minnufih b’mod dettaljat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-SPE. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-SPE għandha tieħu l-miżuri xierqa, inkluża d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 15.

3.Jekk l-SPE tippersisti li taġixxi b’mod li jkun qed tikser dan ir-Regolament b’mod ċar minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita, jew għax dik l-awtorità kompetenti tkun naqset milli tieħu miżuri fi żmien raġonevoli, l-awtorità kompetenti li tkun sabet il-ksur ta’ dan ir-Regolament tista’, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-SPE, tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tipproteġi lill-investituri, inkluż li tipprojbixxi lill-SPE milli twettaq aktar kummerċjalizzazzjoni tal-SBBSs fit-territorju tagħha u tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 15.

Artikolu 15

Użu ħażin tad-denominazzjoni tal-SBBS

1.Jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li SPE bi ksur tal-Artikolu 9 tkun użat id-denominazzjoni “SBBS” biex tqiegħed fis-suq prodott li jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-SPE għandha ssegwi l-proċedura stipulata fil-paragrafu 2.

2.Fi żmien 15-il jum wara li tkun saret taf bil-ksur possibbli msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-SPE b’suspett ta’ ksur, għandha tiddeċiedi jekk l-Artikolu 9 ikunx inkiser u għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra b’dan, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-investituri, meta dawk ikunu magħrufa. Awtorità kompetenti li ma taqbilx mad-deċiżjoni meħuda għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra dwar in-nuqqas ta’ qbil tagħha mingħajr dewmien żejjed. Jekk dan in-nuqqas ta’ qbil ma jiġix solvut fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha jkunu ġew innotifikati, il-kwistjoni għandha tiġi rriferuta lill-ESMA skont l-Artikolu 19 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 20 tar- Regolament (UE) Nru 1095/2010 . Il-perjodu ta’ konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandu jkun ta’ xahar.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaslu għal ftehim fil-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 19 (3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien xahar. Matul il-proċedura stabbilita f’dan il-paragrafu, SBBS li jidher fil-lista miżmuma mill-ESMA skont l-Artikolu 10(2) għandu jibqa’ jitqies bħala SBBS u għandu jinżamm fil-lista.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jaqblu li l-ksur mill-SPE ikun relatat man-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 9 in bona fede, jistgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-SPE perjodu massimu ta’ tliet xhur biex tirrimedja l-ksur identifikat, li jibda mill-jum li fih l-SPE tkun ġiet infurmata bil-ksur mill-awtorità kompetenti. Matul dak il-perjodu, SBBS li jidher fil-lista miżmuma mill-ESMA skont l-Artikolu 10(2) għandu jibqa’ jitqies bħala SBBS u għandu jinżamm f’dik il-lista.

3.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-obbligi ta’ kooperazzjoni u l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont il-paragrafi 1 u 2.

L-ESMA għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni [fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 16

Miżuri ta’ rimedju u sanzjonijiet amministrattivi

1.Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali skont l-Artikolu 17, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu lill-SPE jew lill-persuna fiżika li timmaniġġa l-SPE l-miżuri xierqa ta’ rimedju, inkluża d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 15 u s-sanzjonijiet amministrattivi xierqa stabbiliti fil-paragrafu 3 fejn l-SPEs:

(a)ikunu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8;

(b)ikunu naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9, anki fejn ma jkunux innotifikaw lill-ESMA skont l-Artikolu 10(1) jew ikunu għamlu notifika qarrieqa;

(c)ikunu naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-trasparenza tal-Artikolu 11.

2.Is-sanzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)dikjarazzjoni pubblika li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun wettqet il-ksur u n-natura tal-ksur;

(b)ordni li tenħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika li tkun wettqet il-ksur twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c)projbizzjoni temporanja li tipprevjeni lil kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-SPE jew lil kwalunkwe persuna fiżika oħra miżmuma responsabbli għall-ksur milli jeżerċita funzjonijiet ta’ ġestjoni fl-SPEs;

(d)fil-każ ta’ ksur kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, projbizzjoni temporanja fuq l-SPE milli tagħmel notifika kif imsemmi fl-Artikolu 10(1);

(e)sanzjonijiet pekunarji amministrattivi ta’ massimu ta’ EUR 5 000 000, jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jew ta’ massimu ta’ 10 % tal-fatturat nett annwali totali tal-SPE, kif stabbilit fil-kontijiet disponibbli l-aktar riċenti approvati mill-korp maniġerjali tal-SPE;

(f)sanzjonijiet pekunarji amministrattivi ta’ massimu ta’ darbtejn l-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi ddeterminat, anki meta dak il-benefiċċju jaqbeż l-ammonti massimi msemmija fil-punt (e).

3.L-awtoritajiet kompetenti, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell tas-sanzjonijiet amministrattivi, għandhom iqisu sa fejn il-ksur kien intenzjonat jew jirriżulta minn negliġenza u ċ-ċirkostanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż, fejn xieraq:

(a)il-materjalità, il-gravità u t-tul tal-ksur;

(b)il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(c)is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(d)l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati dawk il-profitti jew telf;

(e)it-telf għal terzi persuni kkawżat mill-ksur;

(f)il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;

(g)ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li timponi miżuri ta’ rimedju jew sanzjonijiet amministrattivi tkun motivata sewwa u tkun soġġetta għal dritt ta' appell.

Artikolu 17

Interazzjoni ma’ sanzjonijiet kriminali

L-Istati Membri li jkunu stabbilixxew sanzjonijiet kriminali għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 16(1) għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jikkomunikaw ma’ awtoritajiet ġudizzjarji, ta’ prosekuzzjoni jew ta’ ġustizzja kriminali fil-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu minn, u jipprovdu lil, awtoritajiet kompetenti oħra u l-ESMA informazzjoni speċifika dwar investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali mibdija għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 16(1).

Artikolu 18

Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi

1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva li fir-rigward tagħha ma jkunx għad hemm dritt ta’ appell u li tkun imposta għall-ksur kif imsemmi fl-Artikolu 16(1) mingħajr dewmien żejjed u wara li tkun ġiet infurmata l-persuna kkonċernata.

Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha tkun ġiet imposta s-sanzjoni amministrattiva.

2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjoni amministrattiva fuq bażi anonima, f’konformità mal-liġi nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)meta s-sanzjoni amministrattiva tiġi imposta fuq persuna fiżika u, wara valutazzjoni minn qabel, jinstab li l-pubblikazzjoni tad-data personali tkun sproporzjonata;

(b)meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;

(c)meta l-pubblikazzjoni tikkawża ħsara sproporzjonata lill-SPE jew lill-persuni fiżiċi involuti.

Alternattivament, meta ċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu jkun hemm probabbiltà li jieqfu f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, il-pubblikazzjoni taħt il-paragrafu 1 tista’ tiġi posposta għal tali perjodu ta’ żmien.

3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata taħt il-paragrafu 1 jew 2 tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal ħames snin. Id-data personali għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti biss għall-perjodu neċessarju.

Artikolu 19

Sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tal-SBBSs

Fil-limiti tal-mandat tiegħu stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 , il-BERS għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tal-SBBSs tal-Unjoni u jaġixxi skont is-setgħat stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Notifiki tal-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fl-Artikoli 13 u 16 lill-Kummissjoni u lill-ESMA sa [sena mid-data tad- dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom mingħajr dewmien żejjed.

Kapitolu 4
Setgħat ta’ implimentazzjoni u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 21

Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE

Fid-Direttiva 2009/65/KE jiddaħħal l-Artikolu 54a li ġej:

“Artikolu 54a

1.Jekk l-Istati Membri japplikaw deroga kif imsemmi fl-Artikolu 54 jew jagħtu rinunzja kif imsemmi fl-Artikolu 56(3), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom:

(a)japplikaw l-istess deroga jew jagħtu l-istess rinunzja għall-UCITS biex jinvestu sa 100 % tal-assi tagħhom fl-SBBSs kif imfisser fl-Artikolu 3(3) [tiddaħħal referenza għar-Regolament dwar l-SBBS] tar-Regolament skont il-prinċipju ta’ tixrid tar-riskju fejn dawk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li t-titolari ta’ unitajiet fl-UCITS ikollhom protezzjoni li tkun ekwivalenti għal dik tat-titolari ta’ unitajiet f'UCITS li tikkonforma mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52;

(b)għandhom jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 56.

2.Sa [sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-SBBS], l-Istati Membri għandhom jadottaw, jippubblikaw u jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafu 1.”.

Artikolu 22

Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE

Fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2009/138/KE, jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

“8.Għall-finijiet tal-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku, l-iskoperturi għat-titoli koperti minn bonds sovrani kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament [għandha tiddaħħal ir-referenza tar-Regolament dwar l-SBBS] għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali tal-Istati Membri ddenominati u ffinanzjati fil-munita domestika tagħhom.

Sa [sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-SBBS], l-Istati Membri għandhom jadottaw, jippubblikaw u jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-ewwel subparagrafu."

Artikolu 23

Emendi għar-Regolament UE Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 268, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.B’deroga mill-ewwel paragrafu, titoli koperti minn bonds sovrani kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament [għandha tiddaħħal ir-referenza tar-Regolament dwar l-SBBS] jistgħu dejjem jiġu ttrattati skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.”;

(2)fl-Artikolu 325, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4.Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-iskoperturi fl-għamla ta’ titoli koperti minn bonds sovrani kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament [għandha tiddaħħal ir-referenza tar-Regolament dwar l-SBBS] bħala skoperturi għall-gvern ċentrali ta' Stat Membru.";

(3)fl-Artikolu 390(7), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-iskoperturi għat-titoli koperti minn bonds sovrani kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament [għandha tiddaħħal ir-referenza tar-Regolament dwar l-SBBS]. ".

Artikolu 24

Emenda għad-Direttiva (UE) 2016/2341

Fid-Direttiva (UE) 2016/2341, jiddaħħal l-Artikolu 18a li ġej:

"Artikolu 18a

Titoli Koperti minn bonds sovrani

1. Fir-regoli nazzjonali tagħhom dwar il-valutazzjoni tal-assi tal-IORPs, il-kalkolu tal-fondi proprji tal-IORPs u l-kalkolu ta’ marġni ta’ solvenza għall-IORPs, l-Istati Membri għandhom jittrattaw it-titoli koperti minn bonds sovrani, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament [għandha tiddaħħal ir-referenza tar-Regolament dwar l-SBBS], bl-istess mod bħall-istrumenti ta’ dejn tal-gvern taż-żona tal-euro.

2. Sa [sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jadottaw, jippubblikaw u jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafu 1.”.

Artikolu 25

Klawżola ta’ evalwazzjoni

Mhux aktar kmieni minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u ladarba ssir disponibbli data suffiċjenti, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tivvaluta jekk tkunx laħqet l-objettivi tagħha biex telimina ostakli regolatorji mhux meħtieġa għat-tfaċċar tal-SBBSs.

Artikolu 26

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE 27 . Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB

1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-titoli koperti minn bonds sovrani

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

Regolamentazzjoni tas-Suq Finanzjarju, Unjoni Bankarja

1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

 Il-proposta / L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

 Il-proposta / L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota / azzjoni preparatorja 28  

 Il-proposta / L-inizjattiva hija relatata mal- estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta / L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta / tal-inizjattiva

Il-proposta hija parti mill-ambizzjonijiet tal-Kummissjoni li tlesti l-Unjoni Bankarja billi tippromwovi t-tnaqqis tar-riskju u l-kondiviżjoni tar-riskju tas-settur privat. Din tikkonsisti f’qafas ta' abilitazzjoni li jegħleb l-impedimenti regolatorji preżenti għal Titoli Koperti minn Bonds Sovrani (Sovereign Bond-Backed Securities, SBBSs) li jirriżultaw mid-differenza fit-trattament bejn l-SBBSs stess u l-bonds sovrani, li jikkostitwixxu l-portafoll sottostanti tal-SBBSs. L-SBBSs jistgħu jgħinu lill-banek (u istituzzjonijiet oħra) jiddiversifikaw il-portafolli ta’ bonds sovrani tagħhom u jdgħajfu r-rabta bejn il-banek u l-emittenti sovrani, li minkejja li l-progress riċenti f’xi każijiet tibqa’ b’saħħitha.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku(ċi)

Objettiv speċifiku Nru

Għal assi bħall-SBBSs li għandu jkun “iffaċilitat”, u b’hekk jippermetti test tas-suq tal-vijabbiltà tiegħu, iridu jintlaħqu ż-żewġ objettivi speċifiċi li ġejjin:

1.    Jiġi eliminat tfixkil regolatorju mhux meħtieġ (jiġifieri, terġa’ tinbeda “newtralità” regolatorja għall-SBBSs).

2.    Tiġi inkoraġġuta l-likwidità u l-kwalità ta’ “punt ta’ riferiment” (jiġifieri, l-istrument il-ġdid għandu jiġi ttrattat bħal punti ta’ riferiment—likwidità de jure— u għandu jkun kapaċi jilħaq massa/standardizzazzjoni kritika suffiċjenti sabiex ikun likwidu de facto wkoll).

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Jiġu speċifikati l-effetti li l-proposta / l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji / gruppi fil-mira.

Il-partijiet ikkonċernati prinċipali li jkunu affettwati mil-leġiżlazzjoni proposta jinkludu banek (u istituzzjonijiet finanzjarji oħra soġġetti għal CRR / CRD), maniġers ta’ assi oħra, l-arranġaturi / emittenti tal-prodott, superviżuri u uffiċjali ta’ ġestjoni tad-dejn (bħala prokuri għall-effett tal-leġiżlazzjoni u l-SBBSs dwar is-swieq nazzjonali tad-dejn tal-gvern).

L-impatt, kemm f’termini ta’ benefiċċji potenzjali kif ukoll ta’ spejjeż potenzjali, jiddependi fuq id-daqs tas-suq għal dan il-prodott finanzjarju ġdid. L-intervent propost għandu l-għan biss li “jiffaċilita” dan il-prodott ġdid, li bħalissa għadu ma jeżistix. Madanakollu, il-vijabbiltà ta’ dan il-prodott ġdid, u għalhekk sa fejn jista’ jiżviluppa suq għal dan il-prodott finanzjarju ġdid, tiddependi wkoll minn fatturi oħra minbarra t-trattament regolatorju tagħhom u għalhekk jista’ jiġi aċċertat biss permezz ta’ test tas-suq—li l-intervent propost jagħmlu possibbli.

F’termini ġenerali, jekk l-SBBSs—ladarba ffaċilitati minn perspettiva regolatorja billi, pereżempju, jiġu eliminati ħlasijiet addizzjonali regolatorji fir-rigward tar-rekwiżiti kapitali u r-rekwiżiti ta’ kopertura tal-likwidità—juru li jkunu vijabbli, huma mistennija l-benefiċċji li ġejjin:

- Id-disponibbiltà ta’ prodott ġdid li jgħin lill-banek, l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-fondi ta’ pensjonijiet u investituri oħra biex jiddiversifikaw il-portafolli ta’ bonds sovrani tagħhom.

- L-istabbiltà finanzjarja mtejba billi l-SBBSs jgħinu biex tiddgħajjef ir-rabta bejn il-banek u l-emittenti sovrani. Barra minn hekk, l-SBBSs jistgħu juru wkoll li huma stabilizzanti fi żminijiet ta’ stress fis-suq finanzjarju billi s-sehem tal-bonds sovrani pendenti miżmuma fil-portafolli tal-SBBSs ma jkunx responsabbli għall-bejgħ bl-għaġġla.

- Il-bażi ta’ investitur estiża għad-dejn tal-gvern Ewropew, effett li huwa mistenni li jkun akbar għal Stati Membri iżgħar li l-bonds sovrani tagħhom ma jistgħux ikunu fuq l-iskrin tar-radar ta' investituri internazzjonali.

- Il-benefiċċji indiretti għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, familji u SMEs sal-punt li jimmaterjalizzaw l-benefiċċji msemmija hawn fuq f’termini ta’ stabbiltà finanzjarja msaħħa.

Fir-rigward tal-ispejjeż, dawn huma mistennija li jkunu limitati.

- Għaċ-ċittadini/konsumaturi, l-ispejjeż limitati indiretti jistgħu jidhru minħabba l-impatt tal-SBBSs fuq xi likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani li tista’ twassal għal spejjeż ogħla ta’ finanzjament, li min-naħa tagħhom jiġu mġarrba mill-kontribwent. Jekk l-SBBSs jidhru li jkunu vijabbli, dawn l-effetti x’aktarx jiġu kkumpensati bit-tnaqqis fir-riskju ġenerali (u għalhekk l-ispejjeż tas-self) minn stabbiltà finanzjarja msaħħa.

- L-emittenti tal-SBBSs ikollhom iħallsu l-ispejjeż limitati tal-ħolqien ta’ tali prodott, bħall-ispejjeż legali tat-twaqqif tal-vettura tal-ħruġ, eċċ.

- L-amministrazzjonijiet (il-Kummissjoni, l-ESMA, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ...) iħallsu l-ispejjeż pjuttost limitati tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni u tal-interventi leġiżlattivi li jkunu meħtieġa fil-futur biex jadattawha għaċ-ċirkostanzi li jkunu qed jevolvu. L-istrument il-ġdid iwassal ukoll għal spejjeż ta’ superviżjoni, iżda dawn x’aktarx ikunu marġinali (billi s-superviżuri xorta jkunu meħtieġa jissorveljaw l-investituri tal-SBBSs).

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Jiġu speċifikati l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.

L-impatt tal-leġiżlazzjoni jista’ jiġi vvalutat billi jiġi mmonitorjat sa fejn dawn il-prodotti ġodda jkunu attwalment maħluqa u nnegozjati. Madankollu, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-leġiżlazzjoni li tiffaċilita se tippermetti test tas-suq tal-vijabbiltà tal-prodott u li l-iżvilupp ta’ dan is-suq ġdid jiddependi minn bosta fatturi oħra li huma indipendenti minn, jew jistgħu jkunu biss marbuta b’mod dgħajjef mal-qafas regolatorju. Dan x’aktarx jagħmilha diffiċli li jintgħażlu minn xulxin l-effetti tal-leġiżlazzjoni proposta per se (fi kliem ieħor, il-leġiżlazzjoni tista’ taħdem b’mod preċiż kif maħsub iżda l-SBBSs jistgħu jonqsu milli jiżviluppaw xorta waħda għal raġunijiet indipendenti). Bl-istess mod, id-domanda għall-SBBS tiddependi fuq l-ambjent tar-rata tal-imgħax globali, l-aptit għar-riskju u d-domanda minn diversi tipi ta’ investituri għas-segmenti differenti, eċċ. Fi kliem ieħor, filwaqt li l-SBBSs jistgħu ma jiżviluppawx fl-isfond ekonomiku attwali, dan ma jfissirx li ma jistgħux jagħmlu dan fil-futur, ladarba t-tfixkil regolatorju jitneħħa b’suċċess.

1.5.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jiġi(u) ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Fuq medda qasira ta' żmien, l-ESMA għandha l-kompitu li tiżviluppa l-kapaċità tagħha li tirċievi notifiki għall-ħruġ tal-SBBSs, li tivverifika l-konformità tagħhom mar-regolament, li tinforma lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tirċievi informazzjoni minnhom u tippubblika ħarġiet notifikati tal-SBBS u awtoritajiet nazzjonali kompetenti fuq is-sit web tagħha.

Barra minn hekk, l-ESMA tenħtieġ li tiżviluppa standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni fi żmien XXX xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-inizjattiva.

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadann ta’ koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li inkella kien ikun maħluq mill-Istati Membri waħedhom.

Ir-raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

L-SBBSs huma għodda biex issaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja u l-kondiviżjoni tar-riskju fiż-żona tal-euro. Huma għalhekk jistgħu jikkontribwixxu għal funzjonament aħjar tas-suq intern. L-Artikolu 114 TFUE, li jagħti lill-istituzzjonijiet Ewropej il-kompetenza li jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa li għandhom bħala l-objettiv tagħhom it-twaqqif u l-funzjonament tas-suq intern, huwa għalhekk il-bażi ġuridika xierqa. L-impedimenti regolatorji identifikati għall-iżvilupp tas-swieq tal-SBBSs huma stabbiliti f’bosta biċċiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Bħala konsegwenza, azzjoni individwali tal-Istat Membru ma tkunx tista’ tilħaq l-għanijiet ta’ din l-inizjattiva leġiżlattiva, jiġifieri li tneħħi impedimenti regolatorji bħal dawn, billi l-emendi tal-leġiżlazzjoni tal-UE jistgħu jsiru biss permezz ta’ azzjoni tal-UE.

Il-valur miżjud iġġenerat mill-Unjoni mistenni (ex post)

Il-proposta leġiżlattiva timmira lejn il-progress fil-qasam tal-Unjoni Bankarja. L-SBBSs jistgħu jgħinu lill-banek u istituzzjonijiet oħra jiddiversifikaw il-portafolli ta’ bonds sovrani tagħhom u jdgħajfu r-rabta bejn il-banek u l-emittenti sovrani, b’hekk tissaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja b’mod ġenerali.

1.5.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

L-ESMA ġiet mitluba żżomm reġistri diġà għall-UCITS, l-AIFs, l-EuVECA u l-EuSEF. B’mod ġenerali l-esperjenza kienet pożittiva.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-inizjattiva hija konformi mar-rwol imsaħħaħ li tingħata l-ESMA fil-proposta li tikkonċerna r-reviżjoni tal-ASE. Madankollu, ma għandha l-ebda impatt dirett fuq il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-ASE minħabba li tikkonċerna kwistjoni teknika speċifika mhux indirizzata fir-reviżjoni.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta / Inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta / Inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

 Proposta / Inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

segwita minn tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 29

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

   aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

☑ korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209;

◻ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

Mhux Applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Jiġu speċifikati l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

F’konformità ma’ arranġamenti diġà eżistenti, l-ESMA tipprepara rapporti regolari dwar l-attività tagħha (inkluż ir-rapportar intern lill-Maniġment Superjuri, ir-rapportar lill-Bordijiet u l-produzzjoni tar-rapport annwali) u tgħaddi minn awditi mill-Qorti tal-Awdituri u s-Servizz tal-Awditjar Intern dwar l-użu tagħha tar-riżorsi. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-azzjonijiet proposti preżenti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti diġà eżistenti.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju(i) identifikat(i)

Fir-rigward tal-użu legali, ekonomiku, effiċjenti tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-proposta, huwa mistenni li l-proposta ma toħloqx riskji ġodda li attwalment mhumiex koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti tal-ESMA.

2.2.2.Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)

Is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll kif stipulat fir-Regolament tal-ESMA huma diġà implimentati. L-ESMA taħdem mill-qrib mas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni biex tiżgura li jiġu ssodisfati l-istandards xierqa fl-oqsma kollha ta’ kontroll intern. Dawn l-arranġamenti se japplikaw ukoll fir-rigward tar-rwol tal-ESMA skont il-proposta preżenti. Ir-rapporti annwali ta’ awditjar intern jintbagħtu lill-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Jiġu speċifikati l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom japplikaw għall-ESMA mingħajr ebda restrizzjoni.

Bħalissa l-ESMA għandha strateġija ddedikata kontra l-frodi u l-pjan ta’ azzjoni li jirriżulta. L-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni ġew stabbiliti fl-2014. L-azzjonijiet imsaħħa tal-ESMA fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi se jkunu konformi mar-regoli u l-gwida pprovduti mir-Regolament Finanzjarju (miżuri kontra l-frodi bħala parti minn ġestjoni finanzjarja b’saħħitha), il-politiki tal-OLAF għall-prevenzjoni tal-frodi, id-dispożizzjonijiet ipprovduti mill-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni (COM(2011) 376) kif ukoll kif stabbiliti mill-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE (Lulju 2012) u l-pjan direzzjonali relatat.

Ir-Regolament li jwaqqaf l-ESMA jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-ESMA u r-regoli finanzjarji applikabbli.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)

·Il-linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Diff./Mhux diff 30 .

minn pajjiżi tal-EFTA 31

minn pajjiżi kandidati 32

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1.a

12 02 06 ESMA

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1A

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

ESMA

Sena
N 33

Sena
N+1 34

Sena
N+2

Sena
N+3

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Titolu 1:

Impenji

(1)

0.419

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

Pagamenti

(2)

0.419

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

Titolu 2:

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Titolu 3:

Impenji

(3a)

Pagamenti

(3b)

Approprjazzjonijiet TOTALI
għall-ESMA

Impenji

=1+1a +3a

0.419

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

Pagamenti

=2+2a

+3b

0.419

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <......>

• Riżorsi Umani

• Nefqa amministrattiva oħra

DĠ TOTALI <......>

Approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 35

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0.419

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

Pagamenti

0.419

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

0.225

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-ESMA

   Il-proposta / L-inizjattiva ma tenħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta / L-inizjattiva tenħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Jiġu indikati l-objettivi u r-riżultati

Sena
N

Sena
N+1 36

Sena
N+2

Sena
N+3

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

RIŻULTATI

Tip 37

Spiża medja

Le

Spiża

Le

Spiża

Le

Spiża

Le

Spiża

Le

Spiża

Le

Spiża

Le

Spiża

Nru Totali

Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 38

- L-iżvilupp ta’ reġistru ta’ notifiki tal-SBBS, bażi ta’ data tas-sanzjonijiet tal-SBBS, lista tal-NCAs tal-SBBS u mudelli għan-notifiki tal-SBBS

0.281

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

- Riżultat

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

SPIŻA TOTALI

0.281

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-ESMA

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta / L-inizjattiva ma tenħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / L-inizjattiva tenħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 39

Sena
N+1 40

Sena
N+2

Sena
N+3

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL 41

Uffiċjali (Gradi AD)

0.087

0.082

0.082

0.082

0.082

0.082

0.082

 

Uffiċjali (gradi AST)

Persunal b’kuntratt

0.051

0.046

0. 046

0. 046

0. 046

0. 046

0. 046

 

Persunal temporanju

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0.119

0.128

0.128

0.128

0.128

0.128

0.128

Impatt stmat fuq il-persunal (FTE addizzjonali) – pjan ta’ twaqqif

Grupp u grad tal-funzjoni

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

AD16

AD15

AD14

AD13

AD12

AD11

AD10

AD9

AD8

AD7

1

1

1

1

AD6

AD5

 

Total AD

1

1

1

1

AST11

AST10

AST9

AST8

AST7

AST6

AST5

AST4

AST3

AST2

AST1

Total AST

AST/SC 6

AST/SC 5

AST/SC 4

AST/SC 3

AST/SC 2

AST/SC 1

Total AST/SC

SOMMA FINALI

Impatt stmat fuq il-persunal (addizzjonali) – persunal estern

Aġenti kuntrattwali

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Grupp ta’ funzjoni IV

0.5

1

1

1

Grupp ta’ funzjoni III

Grupp ta’ funzjoni II

Grupp ta’ funzjoni I

Total

0.5

1

1

1

Esperti Nazzjonali Sekondati

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Indika d-data ppjanata ta’ reklutaġġ u adatta l-ammont skont il-każ (jekk ir-reklutaġġ iseħħ f’Lulju, jitqies biss 50 % tal-ispiża medja) u pprovdi aktar spjegazzjonijiet f’anness.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta / L-inizjattiva ma tenħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta / L-inizjattiva tenħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa pożizzjoni deċimali waħda)

Sena
N

Sena
N+1

Sena N +2

Sena N +3

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ twaqqif (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) 42

XX 01 02 01 (AC, SNE, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss 43

- fil-Kwartieri Ġenerali 44

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (jiġu speċifikati)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà ngħataw kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-unitajiet tal-FTE għandha tiġi inkluża fl-Anness V, Taqsima 3.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta / L-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta / L-inizjattiva se tinvolvi pprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Jiġi spjegat liema pprogrammar mill-ġdid huwa meħtieġa, billi jiġu speċifikati l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta / L-inizjattiva tenħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 45 .

Jiġi spjegat dak li huwa meħtieġ, filwaqt li jiġu speċifikati l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

Il-proposta / L-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn terzi persuni.

Il-proposta / L-inizjattiva tipprovdi għal kofinanzjament stmat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1 46

Sena
N+2

Sena
N+3

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

NCAs 47

0.600

0.338

0.338

0.338

0.338

0.338

0.338

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati

0.600

0.338

0.338

0.338

0.338

0.338

0.338



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta / Linizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta / L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta / tal-inizjattiva 48

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Jitniżżel kemm hemm bżonn snin biex tintwera d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, tiġi/jiġu speċifikata(i) l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i).

Jiġi speċifikat l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1)    Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(3)    Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(4)    Ara l-volumi I (“sejbiet ewlenin”) u II (“analiżi teknika”) tar-rapport tat-task force tal-BERS “Titoli koperti minn bonds sovrani: studju ta’ fattibbiltà”, jinsab fuq: https://www.esrb.europa.eu/pub/task_force_safe_assets/html/index.en.html
(5)    Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1); Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1). Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(6)    Imniżżel mis- sit elettroniku tal-Eurostat fil-21 ta’ Diċembru 2017 fl-10:42.
(7)    Imniżżel mis- sit elettroniku tal-S&P fil-21 ta’ Diċembru 2017.
(8)    Xi ostakli speċifiċi, pereżempju l-eliġibbiltà differenzjali għar-rekwiżiti ta’ kopertura ta’ likwidità bejn SBBS u bonds sovrani taż-żona tal-euro, jiġu indirizzati f’biċċiet separati ta’ leġiżlazzjoni, minħabba li ġejjin minn atti ddelegati.
(9)    Fil-verżjoni analizzata mit-task force tal-BERS kien hemm żewġ segmenti subordinati, segment intermedju u wieħed subordinat, li jikkorrispondu rispettivament għal 20 u 10 fil-mija tal-valur nominali tal-ħruġ tal-SBBSs.
(10)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(11)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).
(12)    Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).
(13)    ĠU C , , p. .
(14)    ĠU C , , p. .
(15)    Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (undertakings for collective investments in transferable securities, UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(16)    Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(17)    Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(18)    Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (institutions for occupational retirement provision, IORPs), (ĠU L 354, 23.12.2016, p.37).
(19)    Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L331, 15.12.2010, p. 84).
(20)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(21)    Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).
(22)    Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).
(23)    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(24)    Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012, L 257, 28.8.2014, p. 1
(25)    Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE, ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12
(26)    Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
(27)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2011. p. 45).
(28)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju
(29)    Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit tal-BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx .
(30)    Diff: = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(31)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(32)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(33)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(34)    In-nefqa għall-perjodu wara l-2020 qed tingħata biss għal skopijiet illustrattivi. L-impatt finanzjarju fuq il-Baġit Ewropew wara l-2020 se jkun parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
(35)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(36)    In-nefqa għall-perjodu wara l-2020 qed tingħata biss għal skopijiet illustrattivi. L-impatt finanzjarju fuq il-Baġit Ewropew wara l-2020 se jkun parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
(37)    Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi fornuti (pereż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(38)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku(ċi)…”
(39)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(40)    In-nefqa għall-perjodu wara l-2020 qed tingħata biss għal skopijiet illustrattivi. L-impatt finanzjarju fuq il-Baġit Ewropew wara l-2020 se jkun parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
(41)    Inklużi l-ispejjeż tar-reklutaġġ
(42)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet.
(43)    Is-sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
(44)    Prinċipalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (European Fisheries Fund, EFF).
(45)    Ara l-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
(46)    In-nefqa għall-perjodu wara l-2020 qed tingħata biss għal skopijiet illustrattivi. L-impatt finanzjarju fuq il-Baġit Ewropew wara l-2020 se jkun parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
(47)    Il-livell ta’ kofinanzjament għall-ASE huwa kkalkulat skont il-modalitajiet attwali ta’ governanza u finanzjament u ma jqisx il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-ASE li għadha ma ġietx adottata.
(48)    Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż ta’ ġbir.