Brussell, 17.5.2018

COM(2018) 296 final

2018/0148(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2018) 234 final}
{SWD(2018) 188 final}
{SWD(2018) 189 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

It-titjib tat-tikkettar tat-tajers għandu jagħti lill-konsumaturi aktar informazzjoni dwar l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, is-sikurezza u l-istorbju. B’hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni preċiża, rilevanti u komparabbli dwar l-aspetti msemmija meta jiġu biex jixtru tajers. It-titjib tal-effettività tal-iskema tat-tikkettar tat-tajers għandu jiżgura vetturi aktar nodfa, aktar sikuri u inqas storbjużi, filwaqt li jkattar kemm jista’ jkun il-kontribut tal-iskema lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport.

Din il-proposta tħassar u tissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 1 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ir-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tajers, minn hawn ’il quddiem ir-“RTT”).

Ir-RTT ġie emendat darbtejn qabel ma beda japplika, l-ewwel biex inkluda metodu ġdid ta’ ttestjar għall-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1 (għall-vetturi), u mbagħad biex jirrifletti l-fatt li metodu internazzjonali xieraq ta’ ttestjar tal-qabda fuq l-imxarrab kien ġie żviluppat ukoll għat-tajers C2 (għall-vannijiet) u C3 (għall-vetturi heavy-duty) 2 , kif ukoll biex inkluda proċedura ta’ allinjament tal-laboratorji għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien. Din il-proposta tinkorpora dawk l-emendi.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Fl-2009, l-UE adottat żewġ settijiet ta’ regoli dwar it-tajers:

Ir-RTT, li stabbilixxa rekwiżiti tal-Unjoni li jarmonizzaw l-informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers li għandha tingħata lill-utenti aħħarija biex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jiġu biex jixtru; u

Ir-Regolament dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip 3 għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi motorizzati (ir-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali, minn hawn ’il quddiem ir-“RSĠ”), li stabbilixxa rekwiżiti tekniċi armonizzati li t-tajers għandhom jissodisfaw qabel ma jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Ir-RSĠ jistabbilixxi rekwiżiti minimi, fost l-oħrajn għat-tajers, rigward:

(i) ir-reżistenza għad-dawrien;

(ii) il-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab; u

(iii) l-istorbju estern tad-dawrien tat-tajers.

Dawn ir-rekwiżiti saru applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2012, u t-tieni fażi ta’ rekwiżiti aktar stretti għar-reżistenza għad-dawrien bdiet tapplika fl-1 ta’ Novembru 2016 (b’iktar aġġustamenti li se jibdew japplikaw fl-2018 u fl-2020).

Bħal kull prodott ieħor imqiegħed fis-suq tal-Unjoni, it-tajers iridu jiġu vverifikati mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq, għall-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 4 jistabbilixxi l-qafas għas-sorveljanza tas-suq mill-Istati Membri, u jiżgura sorveljanza tas-suq transfruntiera effiċjenti.

Il-qafas ġenerali għat-tikkettar tal-enerġija ġie aġġornat fl-2017 bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1369 5 . Dan ħassar u ssostitwixxa d-Direttiva 2010/20/UE u daħħal għadd ta’ elementi ġodda, fosthom bażi tad-data tar-reġistrazzjoni tal-prodotti u regoli ġodda dwar ir-riklamar viżiv u dwar il-bejgħ mill-bogħod u bl-internet.

It-tikkettar tat-tajers jifforma parti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti. Dan jinkludi regolamenti dwar id-disinn ekoloġiku, li jistabbilixxu rekwiżiti minimi li l-prodotti marbutin mal-enerġija għandhom jissodisfaw qabel ma jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll regolamenti dwar it-tikkettar enerġetiku, li jagħtu lill-konsumaturi informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija u aspetti essenzjali oħra tal-prodotti, sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati, kosteffettivi u b’rispett lejn l-ambjent meta jiġu biex jixtru.

Din l-inizjattiva hija konformi mal-politika enerġetika tal-Unjoni, billi taġġorna u ttejjeb l-effettività tal-acquis eżistenti dwar it-tikkettar tat-tajers.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Ir-rieżami tal-iskema tat-tikkettar tat-tajers jikkontribwixxi lejn l-isforzi tal-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja kkawżati mis-settur tat-trasport.

Din l-inizjattiva hija parti mit-Tielet Pakkett “L-Ewropa Attiva”, li jimplimenta l-istrateġija l-ġdida ta’ politika industrijali ta’ Settembru 2017, u huwa mfassal biex ilesti l-proċess li jippermetti lill-Ewropa tgawdi l-aqwa benefiċċji mill-modernizzazzjoni u mid-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà. Huwa essenzjali li s-sistema tal-mobbiltà tal-ġejjieni tkun sikura, nadifa, u effiċjenti għaċ-ċittadini kollha tal-UE. L-għan huwa li l-mobbiltà Ewropea ssir iktar sikura u iktar aċċessibbli, li l-industrija Ewropea ssir aktar kompetittiva, li l-impjiegi Ewropej ikunu aktar siguri, u li t-trasport fl-UE jkun aktar nadif u adattat aħjar għall-ġlieda obbligatorja kontra t-tibdil fil-klima. Dan se jirrikjedi l-impenn sħiħ tal-UE, tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati, mhux l-inqas billi nsaħħu l-isforzi tagħna biex innaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Komunikazzjoni dwar Strateġija Ewropea għall-Plastik f’Ekonomija Ċirkolari” tirreferi għall-ħtieġa li jiġu mistħarrġa modi ta’ kif jitnaqqas ir-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 jissejjes fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Jixraq li jkun hemm bażi ġuridika marbuta mas-suq intern, billi r-Regolament huwa marbut ma’ rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għat-tajers li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, iżda billi jkopri wkoll l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, jixraq li tiżdied bażi ġuridika marbuta mal-enerġija, jiġifieri l-Artikolu 194 tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-istrumenti dwar l-effiċjenza enerġetika u fl-użu tal-fjuwil adottati fuq il-livell tal-UE jirriflettu l-importanza dejjem tikber tal-enerġija bħala sfida politika u ekonomika, u r-rabtiet mill-qrib tagħha mal-oqsma tal-politika tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, it-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà, l-ambjent, is-suq intern, u l-iżvilupp ekonomiku. Sal-lum, l-Istati Membri waħedhom ma kinux biżżejjed kapaċi biex jiksbu l-għanijiet tal-effiċjenza enerġetika, u għalhekk, jeħtieġ azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex tħaffef u tappoġġa t-twettiq ta’ attivitajiet fil-livell nazzjonali.

Huwa essenzjali li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-manifatturi u għall-bejjiegħa f’termini tal-informazzjoni mogħtija lill-klijenti fir-rigward tat-tajers għall-bejgħ fis-suq intern tal-UE. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ regoli vinkolanti mal-UE kollha.

Is-sorveljanza tas-suq issir mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Biex tkun effettiva, trid tkun uniformi mal-Unjoni kollha, inkella s-suq intern jintlaqat ħażin, u n-negozji ma jkollhomx inċentiv biex jinvestu riżorsi fid-disinn, fil-manifattura u fil-bejgħ ta’ prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-inklużjoni tat-tajers f’bażi tad-data ta’ prodotti għandha żżid l-effiċjenza tas-sorveljanza tas-suq.

Proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-emendi proposti għall-qafas leġiżlattiv eżistenti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti. L-emendi se jtejbu ċ-ċarezza u l-prattiċità ta’ dak il-qafas.

Permezz tal-emendi proposti, se jkun possibbli li tintwera informazzjoni dwar it-tajers tal-borra / tas-silġ fuq it-tikketta, se jissaħħaħ ir-rekwiżit li tintwera t-tikketta f’sitwazzjonijiet fejn il-konsumaturi ma jarawx it-tajer(s) li qed jikkunsidraw li jixtru (għax it-tajers ikunu maħżuna xi mkien ieħor, jew minħabba bejgħ mill-bogħod jew fuq l-internet), u t-tajers se jiġu inklużi fil-bażi tad-data ta’ reġistrazzjoni tal-prodotti stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/1369 bil-għan li jittejbu s-sorveljanza tas-suq u l-informazzjoni għall-konsumaturi.

Il-fornituri ser ikollhom l-obbligu li jdaħħlu informazzjoni fil-bażi tad-data ġdida ta’ prodotti. Billi din hija informazzjoni li bħalissa għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq fuq talba tagħhom, kwalunkwe piż addizzjonali jitqies minimu u proporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji ta’ infurzar u trasparenza li mistennija ġġib magħha l-bażi tad-data ta’ prodotti.

Valutazzjoni tal-impatt SWD(2018) 189 takkumpanja din il-proposta, u għandha ssir referenza għall-partijiet li jiddiskutu l-proporzjonalità.

Għażla tal-istrument

Ir-RTT huwa Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u jixraq li jiġi ssostitwit bi strument tal-istess tip, billi fih obbligi direttament applikabbli għall-operaturi ekonomiċi.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post / kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex-post tar-RTT, li tinstab fl-Anness 5 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt.

L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-effettività u l-effiċjenza tar-RTT jistgħu jkomplu jittejbu, b’mod partikolari billi:

(i)    jiżdiedu l-għarfien u l-fiduċja tal-konsumaturi fit-tikketta (u b’hekk iktar ikun hemm il-probabbiltà li jużaw l-informazzjoni tat-tikketta meta jixtru t-tajers), u

(ii)    tittejjeb is-sorveljanza tas-suq sabiex fl-aħħar mill-aħħar jinkisbu bis-sħiħ it-tliet għanijiet tar-RTT.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Laqgħa mal-partijiet ikkonċernati saret f'Novembru 2015, ma’ ’l fuq minn 40 parti kkonċernata.

Saret konsultazzjoni pubblika mill-10 ta’ Ottubru 2017 sat-8 ta’ Jannar 2018 fuq is-sit web tal-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni 6 . Waslu 70 risposta, u sommarju ddettaljat ta’ min wieġeb u t-tweġibiet tagħhom jinstab fl-Anness 2 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Bħala parti minn studju speċifiku u wiesa’, ikkummissjonat biex iħejji għar-rieżami 7 , ġew intervistati 6000 konsumatur f’sitt Stati Membri.

Valutazzjoni tal-impatt

Valutazzjoni tal-impatt takkumpanja din il-proposta, u tinsab ippubblikata fuq is-sit web Europa tal-Kummissjoni, flimkien mal-opinjoni favorevoli tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (Ares(2018) 1626237) adottata fit-23 ta’ Marzu 2018.

Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat għadd ta’ kwistjonijiet imqajma mir-Regolament attwali. L-iktar tnejn importanti kienu:

l-effettività mnaqqsa tat-tikketta tat-tajer minħabba viżibbiltà ħażina;

in-nuqqas ta’ konformità minħabba infurzar dgħajjef.

L-għażliet ta’ politika eżaminati kienu:

1.miżuri mhux regolatorji, inkluż kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, azzjonijiet konġunti ta’ infurzar, u r-reviżjoni tal-metodi ta’ ttestjar;

2.emendi leġiżlattivi mmirati, li jagħtu lok għal:

·it-tikkettar, fil-każijiet kollha, tat-tajers li jitwasslu mal-vetturi;

·it-tikkettar online;

·l-inklużjoni fuq it-tikketta ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni fuq il-borra u fuq is-silġ;

·it-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ tikkettar għat-tajers C3;

·it-tisħiħ tar-rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni teknika;

·emendi għall-annessi dwar il-metodi ta’ ttestjar, u t-twessigħ tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip biex jinkludi d-dikjarazzjoni tat-tikketta;

·l-inklużjoni futura tal-kilometraġġ u r-reżistenza għall-brix bħala parametri tal-prestazzjoni;

·l-aġġustament mill-ġdid tal-klassijiet tat-tikketti; u

·l-inklużjoni tat-tajers fil-bażi tad-data ta’ reġistrazzjoni stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369.

Tqiesu wkoll għażliet sekondarji, li fihom ġew esklużi wħud mill-emendi leġiżlattivi mmirati msemmija hawn fuq;

3.taħlita tal-għażliet ta’ politika 1 u 2.

L-għażla ppreferuta hija n-nru 3. L-analiżi ta’ din l-għażla sabet l-istimi tal-impatti li ġejjin (it-taqsima 6 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt):

·żieda fil-fatturat għan-negozji ta’ EUR 9 biljun fis-sena sal-2030;

·iffrankar ta’ fjuwil ta’ 129 PJ fis-sena sal-2030;

·iffrankar fl-emissjonijiet ta’ 10 Mt f’ewkwivalent tas-CO2 fis-sena sal-2030;

·inqas emissjoni akustika mit-tajers, u l-benefiċċji li ġġib magħha għas-saħħa; u

·iktar sikurezza u inqas aċċidenti.

Din il-proposta timplimenta l-parti leġiżlattiva tal-għażla ppreferuta. Azzjoni ulterjuri mhux leġiżlattiva biex timplimenta l-għażla hija deskritta fil-valutazzjoni tal-impatt.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Billi din il-proposta tirrieżamina leġiżlazzjoni eżistenti, stħarrġet kif tista’ tissemplifika u ttejjeb dik il-leġiżlazzjoni. It-test ġie aġġornat biex jiżgura l-massimu ta’ konsistenza ma’ leġiżlazzjoni oħra aġġornata fil-qasam, b’mod partikulari r-Regolament il-ġdid dwar il-Qafas tat-Tikkettar Enerġetiku.

Ġew identifikati u inklużi fil-proposta tliet possibbiltajiet ewlenin biex jissemplifikaw il-leġiżlazzjoni u jnaqqsu l-piż amministrattiv:

·bażi tad-data għar-reġistrazzjoni tal-prodotti;

·allinjament mal-metodi ta’ ttestjar tar-RSĠ; u

·użu aktar mifrux ta’ atti delegati.

L-istimi tal-iffrankar fil-kostijiet fil-qafas tar-REFIT ta’ dawn it-tliet possibbiltajiet huma kif ġej:



Iffrankar fil-kostijiet REFIT - għażliet ippreferuti

Deskrizzjoni

Ammont

Kummenti

Bażi tad-data għar-reġistrazzjoni tal-prodotti

EUR 80 000 fis-sena

Iffrankar fil-kostijiet rikorrenti għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri, għall-manifatturi u għall-bejjiegħa bl-imnut. Iffrankar fil-kostijiet possibbli għall-manifatturi wkoll.

Kostijiet marġinali inizjali għall-Kummissjoni biex tinkludi tajers fil-bażi tad-data għall-prodotti marbutin mal-enerġija.

Allinjament mar-RSĠ

EUR 420 000 fis-sena

Jaf jirrikjedi testijiet aktar għaljin għall-manifatturi f’laboratorji tal-ittestjar approvati, iżda mill-banda l-oħra, ma jkollhomx iwettqu testijiet ulterjuri. Kostijiet imnaqqsa tas-sorveljanza tas-suq (iffrankar rikorrenti).

RTT / atti delegati

EUR 110 000 għal kull att delegat

Inaqqsu l-kostijiet amministrattivi fl-istituzzjonijiet leġiżlattivi tal-UE u fl-Istati Membri.

Biex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta fis-suq uniku u informazzjoni koerenti u konsistenti għall-konsumaturi, l-istess regoli għandhom japplikaw għall-operaturi ekonomiċi kollha. Għaldaqstant, il-bejjiegħa bl-imnut kollha għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli, billi t-tikketti tat-tajers ikunu utli għall-konsumaturi biss jekk il-prodotti kollha jkunu ttikkettati fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut kollha. F’dan is-sens, il-proposta ma teżentax lill-SMEs jew lill-mikrointrapriżi. Madankollu, ma jeżisti ebda manifattur tat-tajers Ewropew li huwa SME jew mikrointrapriża. Il-kostijiet potenzjali mhux mistenni li jkunu insinifikanti, u se jkunu marbutin l-iktar mal-obbligu li l-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut juru t-tikketta meta t-tajers jitqiegħdu għall-bejgħ online.

Il-proposta hija adattata għall-internet, billi tinkludi t-tikkettar tat-tajers fil-bażi tad-data ta’ reġistrazzjoni tal-prodotti stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, li se tissimplifika, tħaffef u ttejjeb it-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-prodotti fost il-manifatturi, il-bejjiegħa bl-imnut, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u l-konsumatur. Bħal prodotti oħra, it-tajers jużaw kodiċijiet QR li jagħtu lill-konsumaturi aċċess elettroniku għal informazzjoni ddettaljata. Dawn il-kodiċijiet QR se jkunu parti mit-tikketta l-ġdida.

Drittijiet fundamentali

Din il-proposta ma titqies li tolqot id-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta tissostitwixxi Regolament eżistenti dwar it-tikkettar tat-tajers, u għaldaqstant huwa stmat li l-impatt u l-kostijiet amministrattivi jkunu moderati, billi l-biċċa l-kbira mill-istrutturi u r-regoli meħtieġa diġà jinsabu fis-seħħ.

L-ispiża se tkun appoġġata fi ħdan ir-riżorsi diġà previsti fl-ipprogrammar finanzjarju uffiċċjali. Mhux se jkun hemm bżonn riżorsi addizzjonali mill-baġit tal-UE. Barra minn hekk, din l-inizjattiva mhix maħsuba li tippreġudika l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

L-impatt tar-Regolament il-ġdid se jiġi mmonitorjat u evalwat fi studju li għandu jsir sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-evalwazzjoni se tiddetermina jekk ikunux intlaħqu l-għanijiet tal-inizjattiva.

Ir-rappurtar mill-Istati Membri lill-Grupp Espert dwar it-Tikkettar tat-Tajers - Kooperazzjoni Amministrattiva dwar is-Sorveljanza tas-Suq se jipprovdi data dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u dwar ir-rati tal-konformità. Aktar data għandha tasal mill-azzjoni konġunta ta’ sorveljanza MSTyre15 8 li għaddejja bħalissa u minn kwalunkwe proġett ta’ segwitu.

Il-bażi tad-data għar-reġistrazzjoni tal-prodotti obbligatorja li qiegħda tiġi proposta se tkun ukoll sors ta’ data li abbażi tagħha jkun jista’ jiġi mmonitorjat u evalwat il-progress lejn il-kisba tal-għanijiet tar-Regolament. Se tipprovdi data dwar id-distribuzzjoni tat-tajers fost il-klassijiet differenti ta’ prestazzjoni. Se tappoġġa wkoll is-sorveljanza tas-suq, li hija essenzjali għall-infurzar tar-Regolament. L-infurzar se jkun appoġġat ukoll billi l-Istati Membri jkollhom l-obbligu li jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-penali u bil-mekkaniżmi ta’ infurzar applikabbli għall-ksur tar-Regolament.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta żżomm l-għanijiet u l-prinċipji ewlenin tar-RTT attwali, iżda tikkjarifika, issaħħaħ u twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, billi:

·taġġorna t-tikketta tat-tajer u tagħti lok għar-reviżjoni tagħha;

·ittejjeb il-viżibbiltà tat-tikketta għall-konsumaturi, billi tirrikjedi li tintwera fis-sitwazzjonijiet kollha fejn jinbiegħu t-tajers; u tistabbilixxi rekwiżiti marbutin mal-bejgħ mill-bogħod u bl-internet, kif ukoll għal sitwazzjonijiet oħra fejn il-konsumatur ma jarax it-tajers fiżikament;

·tirrikjedi li t-tikketta tinkludi informazzjoni dwar il-prestazzjoni tat-tajers fuq il-borra u fuq is-silġ;

·tagħti lok għall-inklużjoni futura tal-kilometraġġ u tar-reżistenza għall-brix, fejn xieraq, bħala parametru għat-tikketta;

·tagħti lok għall-inklużjoni futura tat-tajers ittredjati mill-ġdid, fejn xieraq;

·tirrikjedi li t-tikketta tintwera f’riklami viżivi u f’materjal promozzjonali tekniku;

·testendi r-rekwiżit li tintwera t-tikketta għat-tajers C3;

·testendi l-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip biex jinkludi d-dikjarazzjoni tat-tikketta;

·ittejjeb l-infurzar billi toħloq l-obbligu li t-tajers jiġu rreġistrati fil-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369;

·taġġusta l-klassifikazzjoni tal-parametri tat-tajers fl-Anness I;

·taġġorna t-tikketta fl-Anness II (b’mod partikulari biex turi ikona tal-borra);

·iżżid annessi dwar rekwiżiti ta’ informazzjoni;

·tissostitwixxi l-anness dwar il-metodu ta’ ttestjar għall-kejl tal-indiċi ta’ qabda fuq l-imxarrab (G) tat-tajers C1, b’referenza għall-metodi ta’ kejl rilevanti.

Aġġornament tat-tikketta tat-tajer u faċilitazzjoni tar-reviżjoni tagħha:

It-tikketta tkopri tliet parametri: ir-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, u l-istorbju estern tad-dawrien. Jeħtieġ li l-klassijiet għal dawn il-parametri jiġu aġġustati, sabiex iqisu l-progress teknoloġiku u l-fatt li, bir-rekwiżiti tar-RSĠ, il-klassijiet l-iktar baxxi effettivament jinsabu vojta, billi tali tajers ma jistgħux ikomplu jinbigħu fis-suq tal-Unjoni.

L-Artikolu 11 tar-Regolament attwali jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati biex jemendaw elementi mhux essenzjali u jissupplimentaw ir-Regolament, kif ukoll biex jadattaw l-annessi fid-dawl tal-progress teknoloġiku. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-artikolu jitwessa’ biex jinkludi bidliet fit-tikketta nnifisha, bil-għan li l-inklużjoni futura possibbli ta’ parametri dwar is-silġ, il-kilometraġġ u r-reżistenza għall-brix, kif ukoll l-aġġustament futur tal-klassijiet tat-tikketti, ikunu jistgħu jsiru permezz ta’ atti delegati.

Titjib tal-viżibbiltà tat-tikketta għall-konsumaturi:

It-tajers kollha mqiegħda fis-suq iridu jkunu akkumpanjati b’tikketta, li tkun fil-forma ta’ dokument separat jew ta’ stiker. Dan l-obbligu se japplika għat-tajers C3, li għalihom s’issa mhijiex meħtieġa tikketta sħiħa iżda biss referenza għall-parametri ta’ prestazzjoni f’materjal promozzjonali. It-tikketta sħiħa se jkollha tintwera meta t-tajers jinbiegħu bl-internet jew bil-karti mill-bogħod. Se jkollha tintwera wkoll meta t-tajers jinbiegħu flimkien ma’ vettura ġdida, kif ukoll meta l-vetturi jiġu mikrija fit-tul jew ikunu parti minn flotta.

Rekwiżit biex it-tikketta tinkludi informazzjoni dwar il-prestazzjoni tat-tajers fuq il-borra u fuq is-silġ:

Dan se jagħti lill-konsumaturi stampa iktar sħiħa tal-prestazzjoni tat-tajers f’kundizzjonijiet xitwija, b’mod partikulari fir-rigward tal-qabda fuq l-imxarrab. Jeżistu diġà test u logo xierqa għall-prestazzjoni fuq il-borra, u dan se jiġi inkluż fit-tikketta. Qiegħed jiġi żviluppat test għall-prestazzjoni fuq is-silġ, u qed jiġi propost li jintużaw setgħat delegati biex dan il-parametru jiġi inkluż fil-futur, ladarba l-istandard tal-ittestjar ikun tlesta.

Faċilitazzjoni tal-inklużjoni futura tal-kilometraġġ u tar-reżistenza għall-brix, fejn xieraq, bħala parametru għat-tikketta;

Il-kilometraġġ tat-tajers huwa marbut mad-durabbiltà u mat-tul tal-ħajja utli mistenni tagħhom. Il-brix tat-tajers huwa sors ewlieni tal-mikroplastiċi li jiġu rrilaxxati fl-ambjent. S’issa għadu ma ġie żviluppat ebda test li jkun jippermetti l-kejl affidabbli tal-kilometraġġ jew tar-rata ta’ brix tat-tajers. Għaldaqstant, qiegħed jiġi propost li titqies il-possibbiltà li jintużaw setgħat delegati biex jinkludu dawn il-parametri fil-futur, ladarba jitlesta standard tal-ittestjar xieraq.

L-ittredjar mill-ġdid tat-tajers huwa proċess li jintuża biex itawwal il-ħajja utli tat-tajers użati. Huwa partikolarment rilevanti għat-tajers C3, li jirrappreżentaw madwar 30 % tas-sehem tas-suq tat-tajers ittredjati mill-ġdid fl-Ewropa, ammont li jikkorrispondi għal madwar 5 miljun tajer. L-inklużjoni tal-ittredjar mill-ġdid tat-tajers ikollha potenzjal sinifikanti ta’ ffrankar tal-enerġija, u tkun tikkontribwixxi għal għanijiet tal-ekonomija ċirkolari, fosthom it-tnaqqis tal-iskart. Madankollu, billi ma jeżisti ebda metodu ta’ ttestjar xieraq, qiegħed jiġi propost għalhekk li titqies il-possibbiltà li jintużaw setgħat delegati biex jinkludu t-tajers ittredjati mill-ġdid fil-futur, ladarba jitlesta standard tal-ittestjar xieraq.

Rekwiżit biex it-tikketta tintwera f’riklami viżivi u f’materjal promozzjonali tekniku:

Bi qbil mal-obbligi fuq il-fornituri tal-prodotti marbutin mal-enerġija skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, il-fornituri tat-tajers se jkollhom jipprovdu informazzjoni dwar il-prestazzjoni tat-tajers tagħhom fir-riklami u fil-materjal promozzjonali tekniku. Madankollu, se jkollha tintwera t-tikketta sħiħa, mhux biss il-klassi enerġetika u l-firxa tal-klassijiet disponibbli (bħal fil-każ tat-tikketta enerġetika).

Estensjoni tar-rekwiżit li tintwera t-tikketta għat-tajers C3:

Skont ir-Regolament attwali, mhix meħtieġa tikketta sħiħa għat-tajers C3, iżda biss referenza għall-parametri ta’ prestazzjoni f’materjal promozzjonali. Issa t-tajers C3 se jkunu koperti mill-istess rekwiżiti ta’ tikkettar bħat-tajers C1 u C2.

Estensjoni tal-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip biex jinkludi d-dikjarazzjoni tat-tikketta:

Il-manifatturi tat-tajers se jkollhom l-obbligu li jissuġġettaw id-dikjarazzjoni tat-tikketta għall-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip, u b’hekk jipprovdu garanzija addizzjonali tal-korrettezza tat-tikketta.

Titjib tal-infurzar billi jinħoloq l-obbligu li t-tajers jiġu rreġistrati fil-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369:

Il-bażi tad-data għall-prodotti koperti mir-regolamenti ta’ tikkettar enerġetiku se tkun operattiva mill-1 ta’ Jannar 2019. Minn dik id-data ’l quddiem, il-fornituri tat-tajers se jkunu obbligati li jdaħħlu fil-bażi tad-data l-informazzjoni stipulata fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2017/1369 (l-identifikazzjoni tal-fornitur, il-mudell tat-tajer, it-tikketta, il-klassijiet tal-parametri u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott).

Emendi għall-Annessi:

Il-klassifikazzjoni tal-parametri fl-Anness I ġiet aġġustata billi reġgħu ġew iddefiniti l-konfini bejn il-klassijiet A sa G attwali biex dawn isiru iktar preċiżi, u biex jirriflettu l-fatt li l-aħħar klassi (G) issa hija vojta minħabba rekwiżiti tar-RSĠ.

Fl-Anness II, it-tikketta ġiet emendata biex titneħħa l-aħħar klassi għar-reżistenza għad-dawrien, u biex jiżdiedu ikona għall-borra u kodiċi QR. Barra minn hekk, id-dehra tat-tikketta ġiet sa ċertu punt allinjata mat-tikketti skont ir-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar Enerġetiku.

Biex tittejjeb u tiġi standardizzata l-informazzjoni disponibbli għall-utenti aħħarija, u biex isir allinjament mar-rekwiżiti skont Regolament Qafas dwar it-Tikkettar Enerġetiku, l-Anness III ġdid jelenka l-informazzjoni minima meħtieġa fid-dokumentazzjoni teknika. L-Anness IV ġdid jelenka l-informazzjoni meħtieġa fl-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott li għandha takkumpanja t-tajers imqiegħda fis-suq, filwaqt li l-Anness V ġdid jistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tingħata fil-materjal promozzjonali tekniku.

2018/0148 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 9 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 10 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Unjoni hija impenjata li tibni Unjoni tal-Enerġija b’politika progressiva dwar il-klima. L-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil hija element kruċjali tal-Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, u hija fundamentali għall-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija.

(2)Il-Kummissjoni wettqet rieżami 11 tal-effettività tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 , u identifikat il-bżonn li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet tiegħu biex l-effettività tittejjeb.

(3)Jixraq li r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 jiġi ssostitwit b’Regolament ġdid li jinkorpora emendi li saru fl-2011, u li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu sabiex il-kontenut jiġi ċċarat u aġġornat, filwaqt li jitqies il-progress teknoloġiku li sar fl-aħħar snin fil-qasam tat-tajers.

(4)Is-settur tat-trasport jirrappreżenta terz tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni. Fl-2015, it-trasport bit-triq kien responsabbli għal madwar 22 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE. It-tajers, l-aktar minħabba r-reżistenza għad-dawrien tagħhom, jirrappreżentaw bejn 5 % u 10 % tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi. Għaldaqstant, tnaqqis fir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-trasport bit-triq, u b’hekk ukoll għat-tnaqqis fl-emissjonijiet.

(5)It-tajers huma kkaratterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għad-dawrien jista’ jolqot ħażin parametri oħra, bħall-qabda fuq l-imxarrab, u bil-maqlub, it-titjib tal-qabda fuq l-imxarrab jista’ jolqot ħażin l-istorbju estern tad-dawrien. Jenħtieġ li l-manifatturi tat-tajers jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha lil hinn mill-istandards diġà miksuba.

(6)It-tajers li huma effiċjenti fl-użu tal-fjuwil jistgħu jkunu kosteffettivi, billi l-iffrankar fuq il-fjuwil imur lil hinn mis-sempliċi kumpens għaż-żieda fil-prezz tax-xiri tat-tajers minħabba l-kostijiet ogħla ta’ produzzjoni tagħhom.

(7)Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 jistabbilixxi rekwiżiti minimi għar-reżistenza għad-dawrien tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li t-telf tal-enerġija jitnaqqas permezz ta’ reżistenza għad-dawrien tat-tajers li tkun ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi. Għaldaqstant, sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport bit-triq, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet għat-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkun mħeġġa jixtru tajers iktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, billi tingħata informazzjoni armonizzata u aġġornata fuq dan il-parametru.

(8)L-istorbju tat-traffiku huwa ta’ fastidju sinifikanti u għandu effett ta’ ħsara għas-saħħa. Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-istorbju estern tad-dawrien tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-istorbju estern tad-dawrien jitnaqqas ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi. Għaldaqstant, sabiex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkunu mħeġġa jixtru tajers li jagħmlu inqas storbju estern tad-dawrien, billi tingħata informazzjoni armonizzata fuq dan il-parametru.

(9)L-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-istorbju estern tad-dawrien jiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi limitat l-istorbju tat-traffiku, u jikkontribwixxi għal aktar għarfien tal-effett tat-tajers fuq l-istorbju tat-traffiku fil-qafas tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 .

(10)Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-qabda fuq l-imxarrab tittejjeb ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi, u b’hekk li jitnaqqsu d-distanzi tal-ibbrejkjar fuq l-imxarrab. Għaldaqstant, sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkunu mħeġġa jixtru tajers bi prestazzjoni għolja fejn tidħol il-qabda fuq l-imxarrab, billi tingħata informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.

(11)Sabiex jiġi żgurat allinjament mal-qafas internazzjonali, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirreferi għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 15 , li jinkludi l-metodi ta’ kejl rilevanti għar-reżistenza għad-dawrien, għall-istorbju, u għall-prestazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-qabda fuq l-imxarrab u fuq il-borra.

(12)Sabiex l-utenti aħħarija jingħataw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tat-tajers iddisinjati speċifikament għall-kundizzjonjiet tal-borra u tas-silġ, jixraq li jkun hemm l-obbligu li t-tikketta tinkludi informazzjoni dwar it-tajers tal-borra u tas-silġ.

(13)Il-brix tat-tajers matul l-użu huwa sors sinifikanti tal-mikroplastiċi, li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent, u għaldaqstant il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija Ewropea għall-Plastik f’Ekonomija Ċirkolari” 16 ssemmi l-bżonn li jiġi indirizzat ir-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers, fost l-oħrajn permezz ta’ miżuri ta’ informazzjoni bħat-tikkettar u rekwiżiti minimi għat-tajers. Madankollu, s’issa ma hemm ebda metodu ta’ ttestjar xieraq disponibbli biex ikejjel il-brix tat-tajers. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqabbad l-iżvilupp ta’ tali metodu, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-istandards jew ir-regolamenti kollha tal-aħħar teknoloġija żviluppati jew proposti internazzjonalment, bil-għan li jiġi stabbilit metodu ta’ ttestjar xieraq mill-iktar fis.

(14)It-tajers ittredjati mill-ġdid huma parti sostanzjali tas-suq għat-tajers tal-vetturi heavy-duty. L-ittredjar mill-ġdid tat-tajers itawwal il-ħajja utli tagħhom u jikkontribwixxi lejn għanijiet tal-ekonomija ċirkolari, fosthom it-tnaqqis tal-iskart. L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ tikkettar fuq tali tajers mistennija ġġib magħha ffrankar sostanzjali tal-enerġija. Madankollu, billi s’issa ma hemm ebda metodu ta’ ttestjar xieraq disponibbli biex ikejjel il-prestazzjoni tat-tajers ittredjati mill-ġdid, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-inklużjoni futura ta’ tali rekwiżiti.

(15)It-tikketta tal-enerġija skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 , li tikklassifika l-konsum tal-enerġija tal-prodotti fi skala minn “A” sa “G”, hija rikonoxxuta minn aktar minn 85 % tal-konsumaturi tal-Unjoni, u wriet li hija effettiva fil-promozzjoni ta’ prodotti aktar effiċjenti. Jenħtieġ li t-tikketta tat-tajers tkompli tuża l-istess disinn sa fejn huwa possibbli, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-parametri tat-tajers.

(16)L-għoti ta’ informazzjoni komparabbli dwar il-parametri tat-tajers fil-forma ta’ tikketta standard x’aktarx li jinfluwenza d-deċiżjonijiet tax-xiri tal-utenti aħħarija favur tajers aktar sikuri, inqas storbjużi u aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil. Dan min-naħa tiegħu x’aktarx iħeġġeġ lill-manifatturi tat-tajers itejbu kemm jistgħu dawk il-parametri, u b’hekk iwittu t-triq għal konsum u produzzjoni aktar sostenibbli.

(17)Il-ħtieġa ta’ aktar informazzjoni dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra hija rilevanti għall-utenti aħħarija kollha, inkluż dawk li jixtru t-tajers ta’ rikambju u t-tajers armati fuq vetturi ġodda, kif ukoll il-maniġers tal-flotot u l-intrapriżi tat-trasport, li ma jistgħux iqabblu faċilment il-parametri ta’ marki differenti tat-tajers fin-nuqqas ta’ skema armonizzata ta’ ttestjar u tikkettar. Għaldaqstant, jixraq li jkun hemm obbligu li t-tajers li jitwasslu mal-vetturi jkunu tikkettati fil-każijiet kollha.

(18)Bħalissa t-tikketti huma espliċitament meħtieġa għat-tajers tal-vetturi (C1) u tal-vannijiet (C2), iżda mhux tal-vetturi heavy-duty (C3). It-tajers C3 jikkonsmaw aktar fjuwil u jkopru aktar kilometri fis-sena mit-tajers C1 u C2, u għalhekk il-potenzjal li jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet mill-vetturi heavy-duty huwa sinifikanti.

(19)L-inklużjoni bis-sħiħ tat-tajers C3 fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament taqbel ukoll mal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil mill-vetturi heavy-duty 18 , u taqbel ukoll mal-proposta tal-Kummissjoni dwar standards tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty 19 .

(20)Ħafna utenti aħħarija jieħdu deċiżjonijiet dwar ix-xiri tat-tajers mingħajr ma jaraw it-tajer stess, u b’hekk ma jarawx it-tikketta mwaħħla miegħu. Fis-sitwazzjonijiet kollha, jenħtieġ li t-tikketta tintwera lill-utent aħħari qabel ma jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jixtri. Jenħtieġ li l-wiri ta’ tikketta fuq it-tajers fil-post tal-bejgħ, kif ukoll fil-materjal promozzjonali tekniku, jiżgura li d-distributuri u l-utenti aħħarija potenzjali jirċievu informazzjoni armonizzata dwar il-parametri rilevanti tat-tajers fil-waqt u fil-post tad-deċiżjoni dwar ix-xiri.

(21)Xi utenti aħħarija jagħżlu t-tajers qabel ma jaslu fil-post tal-bejgħ, jew jixtruhom bil-posta jew bl-internet. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-utenti finali wkoll ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata abbażi ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tad-dawrien, fost parametri oħra, jenħtieġ li t-tikketti jintwerew fil-materjal promozzjonali tekniku kollu, inkluż fejn tali materjal ikun disponibbli fuq l-internet.

(22)L-utenti aħħarija potenzjali għandhom jingħataw informazzjoni li tispjega kull komponent tat-tikketta u r-rilevanza tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tingħata f’materjal promozzjonali tekniku, pereżempju fuq is-siti web tal-fornituri.

(23)Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern u parametri oħra dwar it-tajers jitkejlu b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-qisien u l-metodi ta’ kalkolu tal-iktar teknoloġiji riċenti ġeneralment rikonoxxuti. Sa fejn huwa possibbli, jenħtieġ li tali metodi jirriflettu l-imġiba tal-konsumatur medju, u li jkunu b’saħħithom sabiex jiskoraġġixxu l-ksur intenzjonali jew mhux intenzjonali. Jenħtieġ li t-tikketti tat-tajers jirriflettu l-prestazzjoni komparattiva tat-tajers fl-użu reali, fi ħdan il-limiti dderivati mill-bżonn ta’ ttestjar fil-laboratorju li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, sabiex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jqabblu tajers differenti u sabiex jiġu limitati l-kostijiet tal-ittestjar għall-manifatturi.

(24)Il-konformità min-naħa tal-fornituri u tad-distributuri mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers hija essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw tali konformità permezz ta’ sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 .

(25)Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità, tingħata għodda siewja lill-utenti aħħarija, u jingħata lok għal modi alternattivi biex id-distributuri jirċievu skedi tal-informazzjoni dwar il-prodott, jenħtieġ li t-tajers jiġu inklużi fil-bażi tad-data stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1369 jiġi emendat skont dan.

(26)Mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mas-sorveljanza tas-suq u għall-obbligi tal-fornituri li jivverifikaw il-konformità tal-prodott, jenħtieġ li l-fornituri jagħmlu l-informazzjoni rikjesta dwar il-konformità tal-prodott disponibbli elettronikament fil-bażi tad-data tal-prodotti.

(27)Sabiex l-utenti aħħarija jkollhom fiduċja fit-tikketta tat-tajer, jenħtieġ li jkunu pprojbiti tikketti oħra li jimitawha. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkunu pprojbiti tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet addizzjonali li aktarx iqarrqu jew igerfxu lill-utenti aħħarija fir-rigward tal-parametri koperti mit-tikketta tat-tajer.

(28)Jenħtieġ li l-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(29)Biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu joħolqu inċentivi għall-użu ta’ prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar in-natura ta’ dawn l-inċentivi. Jenħtieġ li dawn l-inċentivi jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, u jenħtieġ li ma joħolqux xkiel mhux ġustifikat għas-suq. Dan ir-Regolament ma jippreġudika l-eżitu ta’ ebda proċedura futura marbuta mal-għajnuna mill-Istat li tista’ ssir skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward ta’ tali inċentivi.

(30)Biex jiġu emendati l-kontenut u l-format tat-tikketta, biex jiddaħħlu rekwiżiti dwar it-tajers ittredjati mill-ġdid, il-brix u l-kilometraġġ, u biex l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 21 . B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(31)It-tajers li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq qabel id-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti inklużi f’dan ir-Regolament ma hemmx għalfejn jiġu ttikkettati mill-ġdid.

(32)Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fit-tikketta u tiġi żgurata l-preċiżjoni tagħha, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tal-fornituri fuq it-tikketta rigward il-valuri għar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab u l-istorbju tkun soġġetta għall-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

(33)Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji ta’ effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud għall-UE, u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt għal miżuri ulterjuri possibbli.

(34)Ġaladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, speċifikament iż-żieda tas-sikurezza u tal-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq billi tingħata informazzjoni lill-utenti aħħarija biex dawn ikunu jistgħu jagħżlu tajers aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, iktar sikuri u inqas storbjużi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri peress li jeħtieġ informazzjoni armonizzata għall-utenti aħħarija, iżda min-naħa l-oħra, bis-saħħa ta’ qafas regolatorju armonizzat u kundizzjonijiet ewki għall-manifatturi, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Regolament jibqa’ l-istrument legali xieraq peress li jimponi regoli ċari u dettaljati li jipprekludu traspożizzjoni diverġenti mill-Istati Membri u b’hekk jiżgura livell ogħla ta’ armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha. Qafas regolatorju armonizzat fil-livell tal-Unjoni pjuttost milli fil-livell tal-Istat Membru jnaqqas il-kostijiet għall-manifatturi, jiżgura kundizzjonijiet ekwi u jiżgura l-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern kollu. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat fl-istess l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(35)Għaldaqsant, ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 għandu jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Għan u suġġett

1.L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżdiedu s-sikurezza, il-ħarsien tas-saħħa, u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz tal-promozzjoni ta’ tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u tajers sikuri b’emissjonijiet ta’ storbju baxxi.

2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, sabiex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers.

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament japplika għat-tajers C1, C2, u C3.

2.Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-tajers ittredjati mill-ġdid, ladarba metodu ta’ ttestjar xieraq biex ikejjel il-prestazzjoni ta’ tali tajers jiżdied mal-Annessi permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 12.

3.Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:

(a)tajers off-road professjonali;

(b)tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990;

(c)tajers ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju;

(d)tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km fis-siegħa;

(e)tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;

(f)tajers mgħammra b’mezzi addizzjonali biex itejbu l-proprjetajiet tat-trazzjoni, bħat-tajers bl-istuds;

(g)tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi maħsubin esklużivament għat-tlielaq.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“tajers C1, C2 u C3” tfisser il-klassijiet ta’ tajers iddefiniti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;

(2)“tajer ittredjat mill-ġdid” tfisser tajer użat rikondizzjonat billi l-wiċċ mikul ta’ barra jinbidel b’materjal ġdid;

(3)“tajer ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju” tfisser tajer ta’ rikambju għal użu temporanju, iddisinjat biex jintuża fi pressjonijiet ta’ nfiħ ogħla minn dawk stabbiliti għat-tajers standard u rinforzati;

(4)“tikketta” tfisser dijagramma grafika, stampata jew f’forma elettronika, inkluż fil-forma ta’ stiker, li tinkludi simboli biex jinfurmaw lill-utenti aħħarija dwar il-prestazzjoni ta’ tajer jew lott ta’ tajers, marbuta mal-parametri stabbiliti fl-Anness I;

(5)“post tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija jew maħżuna u offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija, inkluż showrooms tal-karozzi, fir-rigward ta’ tajers li huma offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija iżda li mhumiex armati fuq il-vetturi;

(6)“materjal promozzjonali tekniku” tfisser dokumentazzjoni, f’forma stampata jew elettronika, prodotta mill-fornitur biex tissupplimenta materjal ta’ riklamar tal-anqas bl-informazzjoni teknika skont l-Anness V;

(7)“skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott” tfisser dokument li fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV, f’forma stampata jew elettronika;

(8)“dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni suffiċjenti biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta u tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott, u li tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III;

(9)“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser il-bażi tad-data stabbilita skont ir-Regolament (UE) 1369/2017, li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni rigward il-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà, kif ukoll minn parti dwar il-konformità, b’rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u ta’ sigurtà speċifikati b’mod ċar;

(10)“bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta ta’ bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, bl-internet, bit-telebejgħ jew bi kwalunkwe metodu ieħor, li permezz tagħha l-utent aħħari potenzjali ma jkunx mistenni li jara l-prodott espost;

(11)“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tqiegħed dak il-prodott fis-suq f’isimha jew bil-marka kummerċjali tagħha;

(12)“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(13)“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifikati;

(14)“fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, ir-rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;

(15)“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tajer disponibbli fis-suq;

(16)“kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-forniment ta’ prodott għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, sew jekk bi flus sew ukoll jekk mingħajr ħlas;

(17)“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(18)“utent aħħari” tfisser konsumatur, maniġer ta’ flotta jew intrapriża tat-trasport bit-triq, li jixtri jew li huwa mistenni li jixtri tajer;

(19)“parametru” tfisser parametru ta’ tajer kif stabbilit fl-Anness I, bħar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern tad-dawrien, il-borra, is-silġ, il-kilometraġġ jew il-brix, li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, fuq is-sikurezza fit-toroq jew fuq is-saħħa matul l-użu;

(20)“tip ta’ tajer” tfisser verżjoni ta’ tajer li l-unitajiet kollha tagħha jaqsmu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għat-tikketta u għall-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott, kif ukoll l-istess identifikatur tal-mudell.

Artikolu 4
Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers

1.Il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1, C2 u C3 li jitqiegħdu fis-suq ikunu akkumpanjati:

(a)għal kull tajer individwali, minn tikketta konformi mal-Anness II fil-forma ta’ stiker, li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll minn skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness IV;

(b)għal kull lott ta’ tajers identiċi (wieħed jew aktar), minn tikketta konformi mal-Anness II f’forma stampata li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll minn skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness IV.

2.Fir-rigward ta’ tajers mibjugħa bl-internet, il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tikketta tintwera qrib il-prezz, u li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli.

3.Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull riklam viżiv għal tip speċifiku ta’ tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta.

4.Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta’ tajer, inkluż fuq l-internet, jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V.

5.Il-fornituri għandhom jiżguraw li l-valuri, il-klassijiet relatati u kull informazzjoni addizzjonali oħra dwar il-prestazzjoni li jiddikjaraw fuq it-tikketta għall-parametri essenzjali stabbiliti fl-Anness I ikunu ġew soġġetti għall-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

6.Il-fornituri għandhom jiżguraw il-preċiżjoni tat-tikketti u tal-iskedi ta’ informazzjoni dwar il-prodott li jipprovdu.

7.Il-fornituri għandhom jagħmlu dokumentazzjoni teknika skont l-Anness III disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri fuq talba tagħhom.

8.Il-fornituri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jieħdu azzjoni immedjata biex jirrimedjaw kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jintalbu jagħmlu dan mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

9.Il-fornituri ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk dawn aktarx iqarrqu jew igerfxu lill-utenti aħħarija fir-rigward tal-parametri essenzjali.

10.Il-fornituri ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti li jimitaw it-tikketta prevista b’din ir-Regolament.

Artikolu 5
Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers rigward il-bażi tad-data tal-prodotti

1.B’effett mill-1 ta’ Jannar 2020, qabel ma jqiegħdu tajer fis-suq, il-fornituri għandhom idaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta’ dawk it-tajers.

2.Fejn jitqiegħdu fis-suq tajers bejn [please insert the date of entry into force of this Regulation] u l-31 ta’ Diċembru 2019, il-fornitur għandu jdaħħal, sat-30 ta’ Ġunju 2020, fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta’ dawk it-tajers.

3.Sakemm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma tkunx iddaħħlet fil-bażi tad-data tal-prodotti, il-fornitur għandu jagħmel verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni teknika disponibbli għall-ispezzjoni fi żmien 10 ijiem minn talba li tkun waslet mingħand l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

4.Tajer li għalih isiru bidliet li jolqtu t-tikketta jew l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandu jitqies tip ta’ tajer ġdid. Il-fornitur għandu jindika fil-bażi tad-data meta ma jibqax iqiegħed fis-suq l-unitajiet kummerċjali ta’ tip ta’ tajer.

5.Wara li l-aħħar unità ta’ tip ta’ tajer tkun tqiegħdet fis-suq, il-fornitur għandu jżomm l-informazzjoni dwar dak it-tip ta’ tajer fil-parti dwar il-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti għal perjodu ta’ ħames snin.

Artikolu 6
Responsabbiltajiet tad-distributuri tat-tajers

1.Id-distributuri għandhom jiżguraw li:

(a)it-tajers, fil-post tal-bejgħ, iġorru t-tikketta skont l-Anness II fil-forma ta’ stiker mogħti mill-fornituri skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) f’pożizzjoni ċarament viżibbli;

(b)qabel il-bejgħ ta’ tajer li huwa parti minn lott ta’ tajers identiċi (wieħed jew aktar), it-tikketta msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tintwera lill-utent aħħari u tidher b’mod ċar qrib ħafna tat-tajer fil-post tal-bejgħ.

2.Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull riklam viżiv għal tip speċifiku ta’ tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta.

3.Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta’ tajer, inkluż fuq l-internet, jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V.

4.Id-distributuri għandhom jiżguraw li, fejn it-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent aħħari, jipprovdu lill-utent aħħari b’kopja tat-tikketta qabel il-bejgħ.

5.Id-distributuri għandhom jiżguraw li tintwera t-tikketta ma’ kull bejgħ mill-bogħod u bil-karta, u li l-utent aħħari jista’ jaċċessa l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web b’aċċess bla ħlas, jew jista’ jitlob kopja stampata tal-istess skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.

6.Id-distributuri li jbigħu mill-bogħod abbażi tat-telebejgħ għandhom jinfurmaw speċifikament lill-utenti aħħarija bil-klassijiet tal-parametri essenzjali fuq it-tikketta, u li jistgħu jaċċessaw it-tikketta sħiħa u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web ta’ aċċess bla ħlas, jew billi jitolbu kopja stampata.

7.Fir-rigward ta’ tajers mibjugħa direttament bl-internet, id-distributuri għandhom jiżguraw li t-tikketta tintwera qrib il-prezz, u li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli.

Artikolu 7
Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi

Fejn l-utenti aħħarija jkunu beħsiebhom jakkwistaw vettura ġdida, il-fornituri u d-distributuri tal-vetturi, qabel il-bejgħ, għandhom jagħtuhom it-tikketta għat-tajers offruti mal-vettura, kif ukoll il-materjal promozzjonali tekniku rilevanti.

Artikolu 8
Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 4, 6 u 7 dwar il-parametri inklużi fuq it-tikketta għandha tinkiseb bl-applikazzjoni tal-metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl imsemmija fl-Anness I, u bil-proċedura ta’ allinjament f’laboratorju msemmija fl-Anness VI.

Artikolu 9
Proċedura ta’ verifika

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati għal kull wieħed mill-parametri essenzjali indikati fl-Anness I, skont il-proċedura stabbilita fl-Anness VII.

Artikolu 10
Obbligi tal-Istati Membri

1.L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz, fit-territorji tagħhom, ta’ tajers li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

2.L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu inċentivi għat-tajers ta’ taħt il-klassi B fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil jew il-qabda fuq l-imxarrab fit-tifsira tal-Anness I, it-taqsimiet A u B rispettivament. It-tassazzjoni u l-miżuri fiskali ma jikkostitwixxux inċentivi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali u l-mekkaniżmi ta’ infurzar applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

4.Sal-1 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli msemmija fil-paragrafu 3 li ma jkunux ġew innotifikati qabel lill-Kummissjoni, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda suċċessiva li taffettwahom.

Artikolu 11
Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

1.[L-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 / tar-Regolament dwar il-konformità u l-infurzar propost skont COM(2017)795] għandhom japplikaw għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament u mill-atti delegati rilevanti adottati skontu.

2.Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi u tappoġġa l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq relatata mat-tikkettar tal-prodotti bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu responsabbli mis-sorveljanza tas-suq jew inkarigati mill-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll bejniethom u l-Kummissjoni, b’mod partikulari b’involviment aktar mill-qrib tal-Grupp Espert dwar it-Tikkettar tat-Tajers - “Kooperazzjoni Amministrattiva dwar is-Sorveljanza tas-Suq”.

3.Il-programmi ġenerali ta’ sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri stabbiliti skont [l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 / ir-Regolament dwar il-konformità u l-infurzar skont COM(2017)795] għandhom jinkludu azzjonijiet biex jiżguraw l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 biex:

(a)iddaħħal bidliet fil-kontenut u fil-format tat-tikketta;

(b)iddaħħal parametri jew rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-Anness, b’mod partikulari għall-kilometraġġ u l-brix, dejjem jekk ikunu disponibbli metodi ta’ ttestjar xierqa;

(c)tadatta għall-progress tekniku l-valuri, il-metodi ta’ kalkolu u r-rekwiżiti tal-Annessi.

Fejn xieraq, waqt li tkun qiegħda tħejji atti delegati, il-Kummissjoni għandha tittestja d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għal gruppi speċifiċi ta’ prodotti ma’ gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi tal-Unjoni biex jiġi żgurat li t-tikketti jifhmuhom b’mod ċar.

Artikolu 13
Eżerċizzju ta’ delega

1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 12 għal perjodu ta’ ħames snin minn [please insert the date of entry into force of this Regulation]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha tolqot il-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma’ esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14
Evalwazzjoni u rapport

Sal-1 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-effettività li biha dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu jkunu ppermettew lill-utenti aħħarija jagħżlu tajers ta’ prestazzjoni aħjar, filwaqt li jitqiesu l-impatti tar-Regolament fuq in-negozju, il-konsum tal-fjuwil, is-sikurezza, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll il-kostijiet u l-benefiċċji ta’ verifika, indipendenti u obbligatorja minn parti terza, tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketta, filwaqt li titqies l-esperjenza mal-qafas usa’ previst bir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

Artikolu 15
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 2017/1369

Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1369, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(a)    li tappoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tagħhom, u skont ir-Regolament (UE) [insert reference to the present regulation]”.

Artikolu 16
Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 2009/1222

Ir-Regolament (KE) Nru 2009/1222 huwa mħassar.

Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 17
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

   1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

   1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

   1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

   1.4.    Għan(ijiet)

   1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

   1.6.    Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

   1.7.    Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI

   2.1.    Regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar

   2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

   2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

   3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwat(i)

   3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

   3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

   3.2.2.    Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   3.2.3.    Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   3.2.5.    Kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi

   3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 22

Titolu 32 — Enerġija

32 02 02 Attivitajiet ta’ sostenn għall-politika Ewropea tal-enerġija u s-suq intern tal-enerġija

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti.

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/iċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-Unjoni tal-Enerġija

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku

Il-promozzjoni tal-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija.

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

ABB 1: Enerġija konvenzjonali u rinnovabbli

ABB 2: Attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni marbutin mal-enerġija

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Ir-riżultat mistenni ta’ din l-inizjattiva huwa t-titjib tal-iskema eżistenti tat-tikkettar enerġetiku għat-tajers fl-Unjoni, li mhijiex ottimali f’termini ta’ effettività, konformità u l-livell ta’ ambizzjoni.

Din il-proposta se ssaħħaħ il-ħarsien taċ-ċittadini u tal-utenti aħħarija tat-tajers permezz ta’ tikkettar aktar effettiv u infurzar imsaħħaħ.

Il-proposta se jkollha impatt fuq l-operaturi ekonomiċi, li se jkollhom ikomplu jipprovdu u juru t-tikketta tat-tajer u jipprovdu informazzjoni għas-sorveljanza tas-suq b’mezzi differenti.

Il-proposta se jkollha impatt fuq l-awtoritajiet nazzjonali, li se jkunu mgħammra aħjar biex iwettqu s-sorveljanza tas-suq.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Il-proporzjon ta’ tajers tal-klassijiet A, B, eċċ.

Il-proporzjon ta’ tajers mhux konformi misjuba mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir u fit-tul

L-għan ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li tappoġġa l-funzjonament tas-suq intern permezz tal-moviment liberu ta’ merkanzija li jiżgura livelli għoljin ta’ protezzjoni ambjentali u tal-konsumaturi, tas-sikurezza u tas-saħħa pubblika (l-istorbju estern tad-dawrien).

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-azzjoni fil-livell tal-UE se tipprovdi lill-utenti aħħarija bl-istess informazzjoni armonizzata irrispettivament mill-Istat Membru fejn jagħżlu li jixtru t-tajers tagħhom. Skema ta’ tikkettar tat-tajers fil-livell tal-UE se tippromwovi tajers effiċjenti fl-użu tal-enerġija u sikuri, li jnaqqsu t-tniġġis akustiku fl-Istati Membri kollha, u b’hekk jinħoloq suq ikbar għal tali tajers, u miegħu inċentivi akbar għall-industrija tat-tajers biex tiżviluppahom.

Dan se jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-manifatturi u għall-bejjiegħa bl-imnut f’termini tal-informazzjoni mogħtija lill-klijenti fir-rigward tat-tajers għall-bejgħ fis-suq intern tal-UE. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ regoli vinkolanti mal-UE kollha.

Dan huwa l-uniku mod biex jiġi żgurat li t-tikketti għall-prodotti mqiegħda fis-suq ikunu komparabbli fl-Istati Membri kollha, u b’hekk jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern mirfud mill-Artikolu 26 tat-TFUE.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Għalkemm l-UE kisbet suq intern għat-tikketti tat-tajers, it-tikketti jeħtieġ li jkunu aġġornati skont l-avvanzi teknoloġiċi, u dan ifisser li ħafna mudelli se jiġu inklużi fl-ogħla klassijiet, li ma jkunx hemm distinzjoni għall-konsumaturi, u li t-tajers bl-agħar prestazzjoni se jiġu pprojbiti mis-suq b’riżultat tal-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 (ir-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali - RSĠ).

Għalkemm l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ilhom jivverifikaw il-konformità ma’ rekwiżiti tat-tikketta enerġetika, in-nuqqas ta’ konformità għadu jwassal għal telf ta’ madwar 10 % fl-iffrankar tal-enerġija previst (u ffrankar ta’ flus għall-konsumaturi). Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament ġdid dwar is-sorveljanza tas-suq (COM(2017) 795) timmira li tindirizza dawn l-isfidi għal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-UE għall-prodotti. Madankollu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fil-qasam tat-tikkettar tat-tajers iħabbtu wiċċhom ma’ problemi li ma ġewx solvuti minn dik il-proposta: l-aċċess f’waqtu għad-dokumentazzjoni teknika, problemi fl-identifikazzjoni u fil-kisba ta’ informazzjoni ta’ kuntatt għall-manifatturi barranin, u ebda sistema ċentrali għall-identifikazzjoni ta’ mudelli ekwivalenti li aktarx diġà ġew spezzjonati minn awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabitha bi tqila tiddetermina r-rekwiżiti xierqa dwar il-klassijiet għat-tikketti, minħabba nuqqas ta’ data pubblika riċenti dwar il-prestazzjoni tat-tajers.

Din il-proposta tindirizza dawn il-problemi billi toħloq rabta mal-bażi tad-data tar-reġistrazzjoni tal-prodotti stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 (ir-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar Enerġetiku), li permezz tagħha l-fornituri jipprovdu data ta’ prestazzjoni u ta’ konformità f’post ċentrali, aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq u għall-Kummissjoni.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din l-inizjattiva hija koerenti mar-RSĠ, li jistabbilixxi proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip b’rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tat-tajers rigward ir-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tad-dawrien.

Huwa koerenti wkoll mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 (ir-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq attwali), b’mod partikulari billi jneħħi dispożizzjonijiet koinċidenti mil-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar tat-tajers li diġà huma koperti mid-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq għal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni kollha tal-UE.

Ir-rabta proposta mal-bażi tad-data ta’ reġistrazzjoni ta’ prodotti tagħti lok għal sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni oħra ta’ armonizzazzjoni tal-UE li għaliha huma stabbiliti jew jistgħu jiġu stabbiliti fil-futur tali bażijiet tad-data.

1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

Proposta/inizjattiva b’tul taż-żmien mhux limitat

iplimentazzjoni b’perjodu inizjali mill-2019;

imbagħad operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 23

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Kummenti

Din l-inizjattiva tirrikjedi riżorsi baġitarji għall-inklużjoni tat-tajers fil-bażi tad-data ta’ reġistrazzjoni ta’ prodotti marbutin mal-enerġija, stabbilita skont ir-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar Enerġetiku, inkluż kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u azzjonijiet ta’ infurzar. In-nefqa se tkun appoġġata fi ħdan ir-riżorsi diġà previsti fl-ipprogrammar finanzjarju uffiċċjali.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar

Grupp espert dwar it-tikkettar tat-tajers se jkun il-pjattaforma għad-diskussjonijiet dwar l-implimentazzjoni tajba tar-Regolament propost.

Dispożizzjoni finali tipproponi li l-Kummissjoni għandha tevalwa u tirrapporta fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Dan għandu jidentifika problemi u nuqqasijiet potenzjali, u jista’ jkun il-punt tat-tluq għal azzjoni ulterjuri, inkluż kwalunwke proposta għal emendi.

Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.1.1.Riskju/i identifikat(i)

Il-baġit għall-aġġustament tal-bażi tad-data attwali ta’ prodotti għar-reġistrazzjoni tat-tajers huwa stmat għal EUR 200 000. L-għadd ta’ mudelli ta’ tajers jista’ jiżdied u joħloq kostijiet żejda fl-aġġornament tal-bażi tad-data.

Ir-riskji fir-rigward tal-funzjonament tal-bażi tad-data ta’ reġistrazzjoni tal-prodotti huma marbutin l-aktar ma’ problemi tal-IT, bħal ħsara jew waqfien possibbli tas-sistema u problemi ta’ kunfidenzjalità.

2.1.2.Informazzjoni dwar it-twaqqif tas-sistema tal-kontroll intern

Il-metodi ta’ kontroll previsti huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta’ Applikazzjoni.

2.2.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Ma hemm ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwat(i)

Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura ………………….……………]

Diff./Mhux diff. 24

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 25

mingħand il-pajjiżi kandidati 26

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1a Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

32 02 02

Attivitajiet ta’ sostenn għall-politika Ewropea tal-enerġija u s-suq intern tal-enerġija

Diff.

IVA

LE

LE

LE

5 Amministrazzjoni

32 01 01

Nefqa b’rabta ma’ uffiċjali u persunal temporanju fil-qasam ta’ politika “Enerġija”

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

5 Amministrazzjoni

32 01 02

Persunal estern u nefqa maniġerjali oħra b’sostenn tal-qasam ta’ politika “Enerġija”

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura ………………….……………]

Diff./Mhux diff.

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA

mingħand il-pajjiżi kandidati

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

1a Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi

DĠ: ENER

Sena
2019 27

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

32 02 02

Komplement informatiku għall-bażi tad-data ta’ reġistrazzjoni ta’ prodotti marbutin mal-enerġija, inkluż il-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni u l-azzjonijiet konġunti ta’ infurzar.

Impenji

(1)

1.3

1.62

2.92

Pagamenti

(2)

0.8

1.12

1.0

2.92

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 28

32 04 03

Sfidi soċjetali

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal DĠ ENER

Impenji

=1+3

1.3

1.62

2.92

Pagamenti

=2+3

0.8

1.12

1.0

2.92





TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

1.3

1.62

2.92

Pagamenti

(5)

0.8

1.12

1.0

2.92

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 1a
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

1.3

1.62

2.92

Pagamenti

=5+6

0.8

1.12

1.0

2.92





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: ENER

• Riżorsi umani

0.055

0.055

0.110

• Nefqa amministrattiva oħra

0.007

0.007

0.014

TOTAL TAD-DĠ ENER

Approprjazzjonijiet

0.062

0.062

0.124

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0.062

0.062

0.124

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2019 29

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

1.362

1.682

3.044

Pagamenti

0.862

1.182

1.000

3.044

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 30

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU: Il-promozzjoni tal-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija.

L-aġġornament tal-bażi tad-data ta’ reġistrazzjoni ta’ prodotti marbutin mal-enerġija

0.2

1

0.2

1

0.2

Il-manteniment tal-bażi tad-data aġġornata ta’ reġistrazzjoni ta’ prodotti marbutin mal-enerġija

0.02

1

0.02

1

0.02

Assistenza teknika u/jew studji biex jivvalutaw l-aspetti tat-tajers meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regolament u appoġġ għall-istandardizzazzjoni

0.1

1

0.1

1

0.1

2

0.2

Kampanja ta’ sensibilizzazzjoni

2.0

0.5

1.0

0.5

1.0

1

2.0

Azzjonijiet konġunti ta’ infurzar

1

0.5

1

0.5

KOST TOTALI

1.3

1.62

2.92

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2019 31

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0.055

0.055

0.110

Nefqa amministrattiva oħra

0.007

0.007

0.014

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.062

0.062

0.124

Barra mill-INTESTATURA 5 32
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0.062

0.062

0.124

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà kienu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-fulltime

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

32 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0.36

0.36

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Fulltime: FTE) 33

32 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

0.03

0.03

XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  34

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT — Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, ENS, INT — Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

0.39

0.39

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà kien assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà kien ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Amministraturi:

0.03 FTE bħala mexxej tat-tim

0.3 FTE bħala uffiċjali skrivana għar-Regolament, l-atti delegati u għall-appoġġ għall-koordinazzjoni tal-infurzar mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

Assistenti:

0.03 FTE bħala appoġġ għall-proċeduri leġiżlattivi u għall-komunikazzjoni

Persunal estern

0.03 FTE (CA) bħala segretarju tat-tim u responsabbli għal-loġistika

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament mingħand partijiet terzi.

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

(1)    Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra, ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.
(2)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 228/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1, u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1235/2011 tad-29 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers, il-kejl tar-reżistenza għad-dawrien u l-proċedura ta’ verifika.
(3)    Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
(4)    ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30-47. Ara l-proposta tal-Kummissjoni COM(2017) 795 għal Regolament li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha, li se jissostitwixxi r-Regolament 765/2008.
(5)    ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1-23.
(6)    https://ec.europa.eu/info/consultations/public-consultation-evaluation-and-review-eu-tyres-labelling-scheme_mt
(7)    https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/Study%20in%20support%20of%20the%20Review%20of%20the%20Tyre%20Labelling%20Regulation_final.pdf
(8)    Għal aktar informazzjoni, ara http://www.mstyr15.eu/index.php/en/
(9)    ĠU C […], […], p. […].
(10)    ĠU C […], […], p. […].
(11)    COM(2017) 658 final.
(12)    Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46).
(13)    Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).
(14)    Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).
(15)    ĠU L 307, 23.11.2011, p. 3.
(16)    COM(2018) 28 final.
(17)    Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(18)    COM(2017) 279.
(19)    Reference to be added once the proposal is adopted.
(20)    Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(21)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(22)    ABM: Activity-Based Management (immaniġġjar ibbażat fuq l-attività); ABB: Activity-Based Budgeting (ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività).
(23)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(24)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(25)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(26)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(27)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(28)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(29)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(30)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(31)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(32)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(33)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(34)    Sublimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu l-linji “BA”).

Brussell,17.5.2018

COM(2018) 296 final

ANNESSI

ta’

Proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

{SEC(2018) 234 final}
{SWD(2018) 188 final}
{SWD(2018) 189 final}


ANNESS I
L-ittestjar, l-ikklassifikar u l-kejl tal-parametri tat-tajers

Taqsima A: Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC), skont l-iskala “A” sa “G” speċifikata hawn isfel, u għandha titkejjel skont l-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, u tiġi allinjata skont il-proċedura stipulata fl-Anness VI.

Jekk tip ta’ tajer jiġi approvat għal aktar minn klassi waħda ta’ tajer (eż. C1 u C2), l-iskala tal-klassifika użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dan it-tip ta’ tajer għandha tkun applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (eż. C2, mhux C1).

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

RRC f’kg/t

Klassi tal-

effiċjenza fl-użu

tal-enerġija

RRC f’kg/t

Klassi tal-

effiċjenza fl-użu

tal-enerġija

RRC f’kg/t

Klassi tal-

effiċjenza fl-użu

tal-enerġija

RRC ≤ 5,4

A

RRC ≤ 4,4

A

RRC ≤ 3,1

A

5,5 ≤ RRC ≤ 6,5

B

4,5 ≤ RRC ≤ 5,5

B

3,2 ≤ RRC ≤ 4,0

B

6,6 ≤ RRC ≤ 7,7

C

5,6 ≤ RRC ≤ 6,7

C

4,1 ≤ RRC ≤ 5,0

C

7,8 ≤ RRC ≤ 9,0

D

6,8 ≤ RRC ≤ 8,0

D

5,1 ≤ RRC ≤ 6,0

D

9,1 ≤ RRC ≤ 10,5

E

8,1 ≤ RRC ≤ 9,2

E

6,1 ≤ RRC ≤ 7,0

E

RRC ≥ 10,6

F

RRC ≥ 9,3

F

RRC ≥ 7,1

F

Taqsima B: Klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab

1.Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G), skont l-iskala “A” sa “G” speċifikata fit-tabella ta’ hawn isfel, u għandha tiġi kkalkolata skont il-punt 2 u titkejjel skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

2.Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G):

G = G(T) - 0,03

fejn:

G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu tal-ittestjar wieħed

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

1,68 ≤ G

A

1,53 ≤ G

A

1,38 ≤ G

A

1,55 ≤ G ≤ 1,67

B

1,40 ≤ G ≤ 1,52

B

1,25 ≤ G ≤ 1,37

B

1,40 ≤ G ≤ 1,54

C

1,25 ≤ G ≤ 1,39

C

1,10 ≤ G ≤ 1,24

C

1,25 ≤ G ≤ 1,39

D

1,10 ≤ G ≤ 1,24

D

0,95 ≤ G ≤ 1,09

D

1,10 ≤ G ≤ 1,24

E

0,95 ≤ G ≤ 1,09

E

0,80 ≤ G ≤ 0,94

E

G ≤ 1,09

F

G ≤ 0,94

F

0,65 ≤ G ≤ 0,79

F

Vojta

G

Vojta

G

G ≤ 0,64

G



Taqsima C: Klassijiet u valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien

Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (N) għandu jiġi ddikjarat f’deċibeli u għandu jitkejjel skont l-Anness 3 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-valuri limitu (LV) stipulati fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 kif ġej:

N f’dB

Klassi tal-istorbju estern tad-dawrien

N ≤ LV - 6

LV - 6 < N ≤ LV - 3

N > LV - 3

Taqsima D: Qabda fuq il-borra

Il-prestazzjoni tat-tajers fuq il-borra għandha tiġi ttestjata skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Tajer li jissodisfa l-valuri tal-indiċi minimi għall-borra stipulati fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tal-borra, u t-tikketta għandha tinkludi l-ikona li ġejja:

Taqsima E: Qabda fuq is-silġ

Il-prestazzjoni tat-tajers fuq is-silġ għandha tiġi ttestjata skont ISO 19447.

Tajer li jissodisfa l-valur tal-indiċi minimu għas-silġ stipulat f’ISO 19447 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tas-silġ, u t-tikketta għandha tinkludi l-ikona li ġejja:

ANNESS II
Il-format tat-tikketta

1.Tikketti

1.1.L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketti, skont l-illustrazzjonijiet hawn isfel.

   





I.    Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

II.    L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi tip speċifiku ta’ tajer minn tip ieħor bl-istess marka kummerċjali jew bl-istess isem tal-fornitur;

III.    Kodiċi QR;

IV.    Effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

V.    Qabda fuq l-imxarrab;

VI.    Storbju estern tad-dawrien;

VII.    Qabda fuq il-borra;

VIII.    Qabda fuq is-silġ.

2.Disinn tat-tikketta

2.1.Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-grafika hawn taħt:

2.2.It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 90 mm u għolja mill-inqas 130 mm. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.

2.3.It-tikketta għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)Il-kuluri huma CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – u jingħataw skont l-eżempju li ġej: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed;

(b)In-numri elenkati hawn isfel jirreferu għall-ispjegi indikati fil-punt 2.1.:

(1)Bordura tat-tikketta: linja: 1,5 pts - kulur: X-10-00-05;

(2)Calibri regular 8 pts;

(3)Bandiera Ewropea: wisa’: 15 mm, għoli: 10 mm;

(4)Strixxun: wisa’: 51,5 mm, għoli: 13 mm;

Test "BRAND": Calibri regular 15 pts, 100 % abjad;

Test "Model Number": Calibri regular 13 pts, 100 % abjad;

(5)Kodiċi QR: wisa’: 13 mm, għoli: 13 mm;

(6)Skala “A” sa “F”:

Vleġeġ: għoli: 5,6 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,78 mm, linja sewda: 0,5 pt - kuluri:

A: X-00-X-00;

B: 70-00-X-00;

C: 30-00-X-00;

D: 00-00-X-00;

E: 00-30-X-00;

F: 00-70-X-00.

(7)Linja: wisa’: 88 mm, għoli: 2 pts - kulur: X-00-00-00;

(8)Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 25,5 mm, għoli: 17 mm - kulur: X-10-00-05;

(9)Vleġġa:

Vleġġa: wisa’: 20 mm, għoli: 10 mm, 100 % iswed;

Test: Helvetica Bold 20 pts, 100 % abjad;

Test tal-unità: Helvetica Bold 13 pts, 100 % abjad;

(10)Pittogramma tas-silġ:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 15 mm, għoli: 15 mm - linja: 1,5 pts - kulur: 100 % iswed;

(11)Pittogramma tal-borra:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 15 mm, għoli: 15 mm - linja: 1,5 pts - kulur: 100 % iswed;

(12)“A” sa “G”: Calibri regular 13 pts, 100 % iswed;

(13)Vleġeġ:

Vleġeġ: wisa’: 11,4 mm, għoli: 9 mm, 100 % iswed;

Test: Calibri Bold 17 pts, 100 % abjad;

(14)Pittogramma tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19,5 mm, għoli: 18,5 mm - kulur: X-10-00-05;

(15)Pittogramma tal-qabda fuq l-imxarrab:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19 mm, għoli: 19 mm - kulur: X-10-00-05.

(c)L-isfond għandu jkun abjad.

2.4.Il-klassi tat-tajer għandha tkun indikata fuq it-tikketta fil-format preskritt fl-illustrazzjoni li tidher fil-punt 2.1.

ANNESS III
Dokumentazzjoni teknika

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 4(7) għandha tinkludi dan li ġej:

(a)l-isem u l-indirizz tal-fornitur;

(b)l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna mogħtija s-setgħa li torbot lill-fornitur;

(c)l-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-fornitur;

(d)il-mudell tat-tajer;

(e)il-qies, l-indiċi tat-tagħbija u l-klassifikazzjoni tal-veloċità tat-tajer;

(f)ir-referenza għall-metodi ta’ kejl applikati.

ANNESS IV
Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

L-informazzjoni fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għat-tajers għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’pubblikazzjonijiet oħra mogħtija mal-prodott, u għandha tinkludi dan li ġej:

(a)isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

(b)l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

(c)il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-tajer skont l-Anness I;

(d)il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer skont l-Anness I;

(e)il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien u d-deċibeli skont l-Anness I;

(f)jekk it-tajer huwiex tajer tal-borra;

(g)jekk it-tajer huwiex tajer tas-silġ.

ANNESS V
Informazzjoni mogħtija fil-materjal promozzjonali tekniku

1.L-informazzjoni dwar it-tajers inkluża fil-materjal promozzjonali tekniku għandha tingħata fl-ordni speċifikata kif ġej:

(a)il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil (ittra “A” sa “G”);

(b)il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab (ittra “A” sa “G”);

(c)il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (dB);

(d)jekk it-tajer huwiex tajer tal-borra;

(e)jekk it-tajer huwiex tajer tas-silġ.

2.L-informazzjoni mogħtija fil-punt 1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)tinqara faċilment;

(b)tinftiehem faċilment;

(c)jekk tkun disponibbli klassifikazzjoni differenti għal ċertu tip ta’ tajer skont il-qies jew parametri oħra, għandha tiġi ddikjarata l-firxa bejn it-tajer bl-agħar prestazzjoni u t-tajer bl-aqwa prestazzjoni.

3.Il-fornituri għandhom ukoll jagħmlu disponibbli fuq is-siti web tagħhom dan li ġej:

(a)link għall-paġna web rilevanti tal-Kummissjoni ddedikata għal dan ir-Regolament;

(b)spjega tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;

(c)stqarrija li tisħaq fuq il-fatt li l-iffrankar reali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu ħafna mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

is-sewqan ekoloġiku jista’ jnaqqas ferm il-konsum tal-fjuwil;

il-pressjoni tat-tajers trid tiġi vverifikata regolarment għall-aħjar qabda fuq l-imxarrab u għall-aħjar effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu strettament rispettati.

ANNESS VI
Proċedura ta’ allinjament f’laboratorju għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien

1.Definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament f’laboratorju, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.“laboratorju ta’ referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji msemmija għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament f’pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u li kapaċi jikseb ir-riżultati tat-testijiet bil-preċiżjoni indikata fit-Taqsima 3 bil-magna ta’ referenza tiegħu;

2.“laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament u li mhuwiex laboratorju ta’ referenza;

3.“tajer tal-allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament;

4.“sett ta’ tajers tal-allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar għall-allinjament ta’ magna waħda;

5.“valur assenjat” tfisser valur teoretiku tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien (RRC) ta’ tajer tal-allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li jirrappreżenta n-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament;

6.“magna” tfisser kull fus għall-ittestjar tat-tajers f’metodu wieħed speċifiku ta’ kejl. Pereżempju, żewġ fusien li jaġixxu fuq l-istess tanbur ma għandhomx jitqiesu bħala magna waħda.

2.Dispożizzjonijiet ġenerali

2.1.Prinċipju

Il-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien imkejjel (m) f’laboratorju ta’ referenza (l), (RRCm, l), għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza.

Il-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien imkejjel (m) miksub minn magna f’laboratorju ta’ referenza (c), RRCm, c, għandu jiġi allinjat permezz ta’ laboratorju ta’ referenza wieħed tan-netwerk tal-għażla tiegħu.

2.2.Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers

Għandu jintgħażel sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar għall-proċedura ta’ allinjament skont il-kriterji hawn taħt. Għandu jintgħażel sett wieħed għat-tajers C1 u C2 flimkien, u sett wieħed għat-tajers C3.

(a)Is-sett ta’ tajers tal-allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u C2 flimkien, jew tat-tajers C3. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm tas-sett ta’ tajers, u l-inqas RRCm tat-tajer, għandha tkun, qabel u wara l-allinjament, tal-anqas daqs il-valuri li ġejjin:

(i)    3 kg/t għat-tajers C1 u C2; u

(ii)    2 kg/t għat-tajers C3.

(b)L-RRCm fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (RRCm,c or RRCm,l), ibbażat fuq valuri tal-RRC iddikjarati ta’ kull tajer tal-allinjament tas-sett, għandu jitqassam b’mod ugwali.

(c)Il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa tat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tal-forza tar-reżistenza għad-dawrien ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati.

Kull tajer tal-allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża, u għandu jiġi sostitwit meta:

(a)juri kundizzjoni li minħabba fiha ma jibqax adattat għal aktar testijiet; u/jew

(b)ikun hemm devjazzjonijiet ta’ RRCm,c jew RRCm,l ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe deriva tal-magna.

2.3.Metodu ta’ kejl

Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, filwaqt li japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n jiġi speċifikat fit-Taqsima 5, u għandu jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, filwaqt li japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

Kull darba li jitkejjel tajer tal-allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna, u l-proċedura kollha tat-test speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu.

Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:

(a)il-valur imkejjel ta’ kull tajer tal-allinjament għal kull kejl kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 °C u dijametru tat-tanbur ta’ 2 m);

(b)il-valur medju tal-aħħar tliet valuri (fil-każ tal-laboratorji ta’ referenza) jew tal-aħħar n valuri (fil-każ tal-laboratorji kandidati) imkejla għal kull tajer tal-allinjament; u

(c)id-devjazzjoni standard (σm), kif ġej:

fejn:

i hija l-mgħadd minn 1 sa p għat-tajers tal-allinjament;
j hija l-mgħadd minn 2 sa n+1 għall-aħħar n ripetizzjonijiet ta’ kull kejl ta’ tajer tal-allinjament partikolari

n+1 hija n-numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ kejl tat-tajers (n+1=4 għal-laboratorji ta’ referenza, u n+1>4 għal-laboratorji kandidati);

p hija n-numru ta’ tajers tal-allinjament (p ≥ 5).

2.4.Formati tad-data li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati

Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tat-tanbur u t-temperatura għandhom jiġu mqarrba sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

Wara dan, il-kalkoli għandhom isiru bid-deċimali kollha: ma għandu jkun hemm ebda tqarrib ħlief fl-ekwazzjonijiet tal-allinjament aħħari.

Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa 3 pożizzjonijiet deċimali.

Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa 2 pożizzjonijiet deċimali.

Il-koeffiċjenti kollha tal-allinjament (A1l, B1l, A2c u B2c) għandhom jiġu mqarrba u indikati sa 4 pożizzjonijiet deċimali.

3.Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji ta’ referenza u d-determinazzjoni tal-valuri assenjati

Il-valuri assenjati għal kull tajer tal-allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Kull sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u validità tal-valuri assenjati.

Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jibqa’ konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, b’devjazzjoni standard (σm) kif ġej:

(a)    mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassijiet C1 u C2; u

(b)mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassi C3.

Is-settijiet ta’ tajers tal-allinjament, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-Taqsima 2.2, għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk.

Il-valur assenjat ta’ kull tajer tal-allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer tal-allinjament.

4.Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju ta’ referenza mal-valuri assenjati

Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu ma’ kull sett ġdid ta’ valuri assenjati, u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna u kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.

L-allinjament għandu juża teknika ta’ rigressjoni lineari fuq id-data individwali kollha. Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A1l u B1l, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

fejn:

RRC hija l-valur assenjat tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien;

RRCm,l hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza “l” (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur).

5.Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji kandidati

Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn għal kull magna, u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna u kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.

Sett komuni ta’ ħames tajers differenti, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-Taqsima 2.2, għandu jitkejjel skont it-Taqsima 2.3, l-ewwel mil-laboratorju kandidat u aktar tard minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers tal-allinjament.

Il-laboratorju ta’ referenza magħżul għandu jirċievi s-sett ta’ tajers tal-allinjament mingħand il-laboratorju kandidat.

Il-laboratorju kandidat (c) għandu jibqa’ konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 tr-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, u preferibbilment b’devjazzjonijiet standard m) kif ġej:

(a)mhux akbar minn 0,075 kg/t għat-tajers C1 u C2; u

(b)mhux akbar minn 0,06 kg/t għat-tajers C3.

Jekk id-devjazzjoni standard (σm) tal-laboratorju kandidat hija ogħla mill-valuri ta’ hawn fuq b’erba’ kejliet, l-aħħar tlieta li jkunu qegħdin jintużaw għall-kalkoli, u mbagħad in-numru n+1 ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl, għandhom jiżdiedu kif ġej għal-lott sħiħ:

n+1 = 1+(σm/γ)2, imqarreb ‘il fuq sal-eqreb numru sħiħ

fejn:

γ = 0,043 kg/t għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2

γ = 0,035 kg/t għat-tajers tal-Klassi C3

6.Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju kandidat

Laboratorju ta’ referenza wieħed (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni tar-rigressjoni lineari fuq id-data kollha individwali tal-laboratorju kandidat (c). Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A2c u B2c, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

fejn:

RRCm,l hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza (l) (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur)

RRCm,c hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju kandidat (c) (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur)

Jekk il-koeffiċjent ta’ determinazzjoni R² huwa inqas minn 0,97, il-laboratorju kandidat ma għandux jiġi allinjat.

L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat jiġi kkalkulat kif ġej:

ANNESS VII
Proċedura ta’ verifika

Il-konformità ma’ dan ir-Regolament tal-klassijiet iddikjarati ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, ta’ qabda fuq l-imxarrab u ta’ storbju estern tad-dawrien, kif ukoll il-valuri ddikjarati, u kull informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni, għandha tiġi vvalutata għal kull tip ta’ tajer jew grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a)l-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed jew sett wieħed ta’ tajers:

1.jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti ta’ tolleranza ddefiniti fit-Tabella 1, it-tajer jista’ jitqies li jkun għadda mit-test;

2.jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-firxa tal-valuri definita fit-Tabella 1, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers jew tliet settijiet ta’ tajers oħra. Il-valur medju tal-kejl tat-tliet tajers jew settijiet ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vvalutata l-konformità mal-informazzjoni ddikjarata fil-firxa ta’ valuri ddefinita fit-Tabella 1;

(b)fejn il-klassijiet jew il-valuri tat-tikketti jkunu ġejjin mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tipi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew mar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jużaw data tal-kejl li tkun ġejja minn testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers.

Il-valutazzjoni tad-data tal-kejl li tkun ġejja mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers għandha tqis it-tolleranzi ddefiniti fit-Tabella 1.

Tabella 1

Parametru mkejjel

Tolleranzi tal-verifika

Koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil)

Il-valur medju allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3 kg/1 000 kg.

Storbju estern tad-dawrien

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB(A).

Qabda fuq l-imxarrab

Il-valur imkejjel G(T) ma għandux ikun inqas mil-limitu minimu (l-iżgħar valur ta’ G) tal-klassi ddikjarata.

Qabda fuq il-borra

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-prestazzjoni fil-borra.

Qabda fuq is-silġ

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-prestazzjoni fis-silġ.

ANNESS VIII
Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

-

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

-

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(7)

-

Artikolu 3(8)

-

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(10)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(11)

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(12)

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(13)

Artikolu 3(10)

Artikolu 3(14)

Artikolu 3(11)

Artikolu 3(15)

-

Artikolu 3(16)

Artikolu 3(12)

Artikolu 3(17)

Artikolu 3(13)

Artikolu 3(18)

-

Artikolu 3(19)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(2)

-

-

Artikolu 4(2)

-

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(6)

-

Artikolu 4(5)

-

Artikolu 4(6)

-

Artikolu 4(7)

-

Artikolu 4(8)

-

Artikolu 4(9)

-

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(1)(a)

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 6(1)(b)

-

Artikolu 6(2)

-

Artikolu 6(3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 5(3)

-

-

Artikolu 6(5)

-

Artikolu 6(6)

-

Artikolu 6(7)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 9(2)

-

Artikolu 10

Artikolu 10(2)

Artikolu 11

Artikolu 12

-

Artikolu 12(a)

-

Artikolu 12(b)

-

Artikolu 12(c)

Artikolu 11(a)

-

Artikolu 11(b)

-

Artikolu 11(c)

Artikolu 12(d)

Artikolu 12

Artikolu 11

-

Artikolu 11(1)

-

Artikolu 11(2)

-

Artikolu 11(3)

-

Artikolu 13

Artikolu 13

-

Artikolu 14

-

-

Artikolu 14

Artikolu 15

-

-

Artikolu 15

-

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17