Brussell, 17.5.2018

COM(2018) 284 final

2018/0143(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-COFMT:Subscript2 għall-vetturi tqal ġodda

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2018) 233 final}
{SWD(2018) 185 final}
{SWD(2018) 186 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Skont il-Ftehim ta’ Pariġi, l-Unjoni Ewropea (l-UE) impenjat ruħha li tipprevjeni t-tibdil fil-klima billi tillimita t-tisħin globali għal ferm inqas minn 2 °C. It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) hu prerekwiżit importanti biex jitwettaq dan l-impenn.

Il-qafas tal-2030 tal-UE għall-klima u l-enerġija jinkludi mira ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet GHG domestiċi tal-UE meta mqabbel mal-livelli fl-1990. Kull settur se jkollu r-rwol tiegħu x’jaqdi biex jintlaħaq dan il-livell ta’ ambizzjoni u biex jiġu evitati l-ispejjeż u l-impatti severi tat-tibdil fil-klima.

Is-settur tat-trasport bit-triq għandu importanza ewlenija biex jonqsu l-emissjonijiet GHG u tiġi dekarbonizzata l-ekonomija tal-UE. Il-vetturi ħfief (LDV) – il-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief (vannijiet) – diġà qed jagħtu sehemhom biex jonqsu l-emissjonijiet u fl-2017 ġiet proposta leġiżlazzjoni 1 biex wara l-2020 jibqgħu jonqsu.

It-trasport tal-merkanzija bit-triq hu essenzjali għall-iżvilupp tan-negozju u l-kummerċ fil-kontinent Ewropew. It-trakkijiet iġorru madwar 70 % tal-merkanzija trasportata bit-triq u jwasslu wkoll bosta servizzi pubbliċi essenzjali. Is-settur tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bit-triq jikkonsisti l-aktar minn intrapriżi żgħar u medji (SMEs), b’aktar minn 600 000 intrapriża madwar l-UE li jħaddmu kważi 3 miljun persuna. Xi 3,5 miljun persuna oħra huma impjegati fil-manifattura, il-bejgħ, il-kiri, it-tiswija u l-assigurazzjoni tat-trakkijiet.

Filwaqt li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal (HDV), jiġifieri t-trakkijiet, ix-xarabanks u l-kowċis, jammontaw għal madwar 6 % tal-emissjonijiet kollha tal-UE u 25 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport bit-triq fl-UE, bħalissa dawn mhumiex regolati fil-livell tal-UE Dan joħloq tliet problemi ewlenin.

L-ewwel hu mbassar li mingħajr azzjoni ulterjuri, l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal (HDV) jiżdiedu b’9 % tul il-perjodu 2010-2030 minħabba żieda fl-attivitajiet tat-trasport. Kif turi l-Valutazzjoni tal-Impatt 2 mehmuża mal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għal-LDV wara l-2020, hemm bżonn aktar miżuri fis-settur tat-trasport bit-triq biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-2030 stabbiliti skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi.

It-tieni, l-operaturi tat-trasport u l-klijenti tagħhom bħalissa qed jitilfu l-possibbiltà li jiffrankaw il-fjuwil u li jħallsu inqas għall-fjuwil. Filwaqt li t-teknoloġiji kosteffettivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet huma faċilment disponibbli, dawn mhumiex mifruxin estensivament fis-suq tal-HDV. Dan hu għad-detriment tal-operaturi tat-trasport, l-aktar l-SMEs jew il-mikrointrapriżi, li jistgħu jġarrbu spejjeż tal-fjuwil aktar minn kwart tal-ispejjeż operattivi totali tagħhom.

It-tielet, il-manifatturi tal-HDV fl-UE qed iħabbtu wiċċhom ma’ pressjonijiet kompetittivi dinjin dejjem akbar, għax l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun u ċ-Ċina diġà implimentaw miżuri regolatorji biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDV. Is-settur awtomobilistiku tal-UE jeħtieġlu jżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi f’dawn is-swieq ħalli jibqa’ bit-tmexxija teknoloġika li għandu fejn tidħol l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi.

Hemm bosta bċejjeċ differenti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq li jindirizzaw il-problemi msemmija hawn fuq sa ċertu punt. Dawn jikkonċernaw il-provvista, id-domanda, l-ekonomika u l-istrument ta’ aġevolazzjoni. Iżda dawn il-miżuri mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw l-ostakli ewlenin tas-suq li jxekklu l-adozzjoni ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-konsum tal-fjuwil.

Il-proposta għal standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-HDV ġodda tistabbilixxi miżura kumplimentari għan-naħa tal-provvista fil-livell tal-UE li tindirizza dawn l-ostakli tas-suq, b’dawn l-għanijiet ewlenin li ġejjin:

Jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tal-HDV b’konformità mar-rekwiżiti tal-politika tal-UE dwar il-klima, u mal-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li jonqos it-tniġġis tal-arja b’mod partikolari fil-bliet.

Jeħfief it-tnaqqis fl-ispejjeż operattivi għall-operaturi tat-trasport, li ħafna minnhom huma SMEs, u b’mod aktar ġenerali l-ispejjeż tat-trasport għall-konsumaturi li jiddependu fuq pass-through tal-iffrankar tal-fjuwil.

Tinżamm il-pożizzjoni ta’ tmexxija teknoloġika u innovattiva tal-UE li għandhom il-manifatturi u l-fornituri tal-komponenti tal-HDV.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hi parti mit-Tielet Pakkett dwar il-Mobbiltà. Din twettaq l-impenn li sar fl-Istrateġija Ewropea tal-2016 dwar il-mobbiltà b’livell baxx ta’ emissjonijiet, li fost il-miri tagħha hemm it-tnaqqis fl-emissjonijiet GHG tat-trasport bit-triq b’mill-anqas 60 % sal-2050 meta mqabbel mal-livelli tal-1990 u tistabbilixxi standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-HDV.

Il-proposta tissejjes fuq miżuri ta’ politika eżistenti oħrajn tal-UE dwar il-mobbiltà li jaffettwaw l-ambjent regolatorju, u tikkumplimentahom, filwaqt li tinċentiva l-mobbiltà b’livell baxx ta’ emissjonijiet fis-settur tal-vetturi tqal, bħar-Regolament taċ-Ċertifikazzjoni 3 , ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar 4 , is-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, id-Direttiva dwar il-Eurovignette 5 , id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil 6 , id-Direttiva dwar Vetturi Nodfa 7 , id-Direttiva dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi awtorizzati 8 u d-Direttiva dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (AFID) 9 .

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx tal-karbonju, sigura u kompetittiva u tgħin biex tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ mill-inqas 40 % stabbilita fl-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija 10 . Din se tgħin ukoll lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri nazzjonali ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet stabbiliti skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 11 .

Fl-aħħar nett, il-proposta hi konformi wkoll mal-impenn ta’ livell dinji tal-Unjoni li jintlaħqu l-miri ambizzjużi tal-klima skont il-ftehim li sar f’Pariġi waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21).

Billi tindirizza kwistjonijiet relatati mal-pożizzjoni ta’ tmexxija teknoloġika u innovattiva li għandha l-industrija awtomobilistika tal-UE, il-proposta hi konsistenti mal-Istrateġija Mġedda għall-Politika Industrijali 12 , li tenfasizza li industrija awtomobilistika moderna u kompetittiva hi kruċjali għall-ekonomija tal-UE. Barra minn hekk, billi tħeġġeġ l-użu ta’ teknoloġiji ġodda li jiffrankaw il-fjuwil, il-proposta tikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni b’rabta mal-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikoli 191 sa 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jispeċifikaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima. B’mod partikolari, dawn jipprovdu l-bażi ġuridika għal azzjoni dwar il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDV.

L-UE diġà ħadet azzjoni fil-qasam tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi bl-adozzjoni tar-Regolamenti (KE) 443/2009 u (UE) 510/2011, li jistabbilixxu limiti għall-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi u l-vannijiet. Il-Kummissjoni adottat ukoll proposta għal Regolament dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil mill-vetturi tqal ġodda. Dawn ir-Regolamenti kienu ssejsu fuq il-Kapitolu dwar l-Ambjent li hemm fit-Trattat, jiġifieri l-Artikolu 192 tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-ħtieġa ta’ azzjoni mill-UE

It-tibdil fil-klima hu problema transfruntiera u fl-istess waqt hi kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri. It-trasport tal-merkanzija bit-triq għandu wkoll dimensjoni transfruntiera fid-dawl tas-servizz speċifiku li jrendi. It-trasportazzjoni tal-merkanzija ma ssirx biss internament f’pajjiż iżda anki bejn l-Istati Membri, u l-HDV jistgħu jiġu nnegozjati mal-UE kollha.

Għaldaqstant, l-azzjoni tal-UE hi ġustifikata minħabba l-effetti transfruntieri tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li jitħarsu s-swieq uniċi tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq kif ukoll dawk tal-HDV.

Mingħajr azzjoni fil-livell tal-UE, wieħed ikollu jiddependi mill-inizjattivi tal-Istati Membri biex jonqsu l-emissjonijiet mill-HDV. Iżda bħalissa, ħafna Stati Membri japplikaw trattament preferenzjali tat-taxxa għall-fjuwil użat fis-settur tat-trasport tal-HDV, u ftit hemm sinjali li dan se jinbidel fil-futur. Il-livelli attwali tat-taxxa fuq il-fjuwil ma kkawżawx iż-żieda meħtieġa fl-effiċjenza tal-fjuwil.

Minbarra dan, deċiżjoni bħal din titħalla f’idejn l-Istati Membri u aktarx li l-Istati Membri f’daqqa mhux se jżidu fil-livelli tat-taxxa fuq il-fjuwil għal livell li jista’ jwassal għal titjib sinifikanti fl-effiċjenza. Barra minn hekk, il-politika tat-taxxa tal-UE hi soġġetta għal unanimità u dan jagħmilha diffiċli li jkun hemm armonizzazzjoni f’dan il-qasam ta’ politika.

Minħabba f’hekk, iż-żieda possibbli fil-livelli tat-taxxa fuq il-fjuwil tista’ tkun biss kumplimentari iżda ma tistax tieħu post l-istabbiliment ta’ standards tal-emissjonijiet tas-CO2.

Apparti hekk, jekk l-azzjoni titħalla f’idejn l-Istati Membri, jaf jinħolqu skemi nazzjonali differenti, eż. skont il-miri stabbiliti skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi. Jekk dan iseħħ, jinħolqu livelli ta’ ambizzjoni u parametri tat-tfassil differenti li jkunu jeħtieġu firxa ta’ alternattivi teknoloġiċi, jonqsu l-ekonomiji ta’ skala u tinħoloq frammentazzjoni tas-suq uniku.

Il-manifatturi jkollhom sehem differenti fis-suq tal-vetturi fi Stati Membri differenti, u għalhekk il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti jolqtuhom b’modi differenti u dan potenzjalment jikkawża distorsjonijiet kompetittivi.

Għalhekk hemm bżonn azzjoni koordinata u kumplimentari fil-livell Ewropew.

Il-valur miżjud ta’ azzjoni mill-UE

Fid-dawl tas-suq uniku eżistenti għall-HDV ġodda, ikun aktar kosteffettiv li tiġi żgurata azzjoni armonizzata u jiġu stabbiliti miri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-HDV ġodda fil-livell tal-UE. Anki jekk l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti regolatorji tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi l-ġodda, in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-pajjiżi jista’ jżid l-ispejjeż tal-konformità għall-manifatturi u jdgħajjef l-inċentiv ta’ tfassil ta’ HDV effiċjenti fil-konsum tal-fjuwil minħabba l-frammentazzjoni tas-suq Ewropew.

L-ispejjeż addizzjonali, minħabba n-nuqqas ta’ standards komuni u ta’ soluzzjonijiet tekniċi jew konfigurazzjonijiet tal-vetturi komuni, iġarrbuhom kemm il-fornituri tal-komponenti u anki l-manifatturi tal-vetturi. Iżda fl-aħħar mill-aħħar dawn jingħaddew għand il-konsumaturi li jġarrbu spejjeż ogħla tal-vetturi.

L-industrija awtomobilistika teħtieġ l-aktar ċertezza regolatorja possibbli biex tagħmel l-investimenti kapitali kbar meħtieġa ħalli timmassimizza l-ekonomija tal-fjuwil tal-vetturi ġodda, u b’mod aktar importanti għall-bidla lejn sistemi ta’ propulsjonijiet alternattivi. Bi standards armonizzati fil-livell tal-Unjoni tinkiseb din iċ-ċertezza bi ppjanar fit-tul, u dawn ma jistgħux jiġu implimentati bl-istess effikaċja u ċertezza fil-livell tal-Istati Membri.

Proporzjonalità

L-għażliet ta’ politika koperti minn din il-proposta għandhom l-għan li jirregolaw l-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDV. Il-proposta hi orjentata strettament lejn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti.

Fid-dawl ta’ dan, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Din tistabbilixxi standards tal-emissjonijiet b’mod kosteffettiv biex jinkiseb it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDV ġodda b’konformità mal-proċedura miftiehma fil-qafas tal-UE dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 filwaqt li fl-istess ħin tiżgura distribuzzjoni ġusta tal-isforzi bejn il-manifatturi.

Il-Kapitolu 7 tal-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuż ma’ din il-proposta jagħti ħarsa lejn l-aspetti tal-proporzjonalità ta’ kull waħda mill-għażliet ta’ politika deskritti.

Għażla tal-istrument

Regolament jitqies bħala l-istrument legali xieraq għax jipprovdi l-assigurazzjoni meħtieġa għall-konformità mal-standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-manifatturi, filwaqt li ma jeżiġi l-ebda traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. L-għan tal-UE japplika għall-Unjoni kollha kemm hi. Għalhekk hu meħtieġ li tkun żgurata l-applikazzjoni ta’ approċċ uniformi fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq, hemm bżonn approċċ armonizzat biex jiġu evitati d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u r-riskji ta’ frammentazzjoni tas-suq intern.

Din l-għażla hi konsistenti wkoll mal-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief, stabbiliti fir-Regolamenti (KE) 443/2009 u (UE) 510/2011.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDV, ma tista’ ssir l-ebda evalwazzjoni.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni talbet ir-reazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati permezz tal-elementi li ġejjin:

(a)konsultazzjoni pubblika online bejn l-20 ta’ Novembru 2017 u d-29 ta’ Jannar 2018;

(b)sessjoni ta’ ħidma tal-partijiet ikkonċernati fis-16 ta’ Jannar 2018;

(c)laqgħat mal-assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija li jirrappreżentaw lill-manifatturi tal-vetturi, lill-fornituri tal-komponenti u l-materjali, u lill-fornituri tal-fjuwil.

(d)laqgħat mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-manifatturi tal-vetturi, il-fornituri, is-sħab soċjali u l-NGOs;

(e)dokumenti ta’ pożizzjoni mingħand il-partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri.

Sommarju tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati jinsab fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża ma’ din il-proposta.

L-eżiti ewlenin tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej.

Meta ntalbu, skont l-ordni ta’ importanza, liema kienu l-alternattivi ppreferuti tagħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDVs ġodda, u li jikkontribwixxu għall-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030, l-alternattiva ppreferuta għall-partijiet ikkonċernati kollha kienet il-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-livell tal-UE.

Madankollu, filwaqt li l-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili jaqblu ma’ miri vinkolanti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDV fil-livell tal-UE, uħud mill-manifatturi tal-HDV u l-assoċjazzjonijiet tagħhom esprimew preferenza għal miżuri oħrajn permezz ta’ approċċ komprensiv li jinkludi leġiżlazzjoni li tiddefinixxi skema tat-tikkettar tas-CO2 fil-livell tal-UE, l-inklużjoni tas-settur tat-trasport fl-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet, inċentivi oħra bħal taxxi fuq il-fjuwil fil-livell nazzjonali, jew nollijiet tat-toroq ibbażati fuq is-CO2.

Filwaqt li t-twaqqif ta’ standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-HDV mhux l-alternattiva ppreferuta li esprimew il-manifatturi, dawn ipproponew li jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-2025 u għall-2030 fil-firxa t’isfel tal-alternattivi kkunsidrati fil-Valutazzjoni tal-Impatt, u appellaw għal reviżjoni tal-mira għall-2030 fil-bidu tal-għoxrinijiet (2020s).

L-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) ambjentali appoġġaw mira unika tas-CO2 li tibda tapplika mill-2025 ’il quddiem, f’livell li jikkorrispondi għall-ogħla firxa tal-alternattivi kkunsidrati, filwaqt li ssuġġerew li l-mira għall-2030 tiġi stabbilita aktar tard.

Fir-rigward tal-inċentivi għall-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi (ZEV/LEV), il-manifatturi esprimew preferenza għal skemi tas-superkrediti li permezz tagħhom dawn il-vetturi jingħaddu ħafna drabi biex tintlaħaq il-mira tas-CO2 speċifika għall-manifattur. L-organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi kienu favur mandat li jitlob lill-manifatturi jirreġistraw sehem minimu ta’ ZEV/LEV, jew mandat flessibbli li permezz tiegħu l-mira tas-CO2 ta’ manifattur tiġi llaxkata meta s-sehem ta’ ZEV/LEV jkun jaqbeż ċertu livell limitu.

L-implimentazzjoni kosteffettiva appoġġawha l-partijiet konċernati kollha, il-manifatturi qablu mal-aktar flessibbiltà wiesgħa possibbli u l-NGOs appoġġaw biss skema tal-iskambju. Ħafna mill-partijiet konċernati appoġġaw l-istabbiliment ta’ proċess li jivvaluta r-rappreżentanza tal-emissjonijiet tas-CO2 iċċertifikati kontra l-emissjonijiet fid-dinja reali.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Għall-valutazzjoni kwantitattiva tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-alternattivi ta’ politika, ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt jistrieħ fuq ġabra ta’ mudelli u sett apposta ta’ kurvi tal-ispejjeż li jkopru firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDV.

Dawn li l-kurvi tal-ispejjeż, li juru l-potenzjal ta’ tnaqqis tas-CO2 u l-ispejjeż għal aktar minn 50 teknoloġija, ġew żviluppati bħala parti minn studju li għamlu l-kuntratturi tal-Kummissjoni 13 u l-ħidma tal-JRC 14 .

Il-mudell PRIMES-TREMOVE jintuża għal projettazzjoni tal-evoluzzjoni tas-settur tat-trasport bit-triq għal firxa ta’ xenarji. Il-Kummissjoni użat dan il-mudell b’mod konsistenti għall-inizjattivi tagħha dwar il-klima, l-enerġija u t-trasport. Barra minn hekk, il-mudell DIONE żviluppat mid-DĠ JRC intuża għall-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-mudell makroekonomiku EXIOMOD intuża biex jikkwantifika l-impatti fuq il-PDG u l-fatturat settorjali.

Inġabret aktar informazzjoni bi studji ta’ appoġġ ikkummissjonati minn kuntratturi esterni u li jinvolvu lill-JRC, b’mod partikolari li jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

·elementi li potenzjalment iħallu impatt fuq il-kompetittività industrijali u l-impjiegi;

·l-impatt ta’ approċċi regolatorji, metriċi regolatorji u elementi tad-disinn possibbli (modalitajiet) differenti;

·l-impatti fuq il-GHG u l-emissjonijiet niġġiesa.

L-informazzjoni dwar id-data u l-mudelli analitiċi użati tinsab fil-Kapitolu 6 u fl-Anness 4 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta ġiet mħejjija u żviluppata skont il-gwida applikabbli għal Regolamentazzjoni Aħjar. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni negattiva fuq l-ewwel abbozz fl-4 ta’ April 2018.

L-abbozz rivedut inkorpora t-titjib li rrakkomanda l-Bord. Dan għandu x’jaqsam mal-elementi ewlenin li ġejjin: (1) kjarifiki u espansjoni tal-analiżi tal-fallimenti tas-suq, b’mod partikolari fejn jidħlu l-asimmetriji tal-informazzjoni tas-suq; (2) analiżi ulterjuri, preżentazzjoni aħjar u kjarifika dwar it-teknoloġiji disponibbli faċilment u prospettivi, kif ukoll l-inċertezzi relatati tagħhom – inkluż bl-inklużjoni ta’ tabella sommarja tat-teknoloġiji; (3) preżentazzjoni aħjar tal-istrateġija passata u futura tal-Kummissjoni biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDV sal-2030; (4) aktar informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet bażiċi wara l-kalkoli fuq l-iffrankar mistenni.

It-tieni verżjoni tal-abbozz tal-Valutazzjoni tal-Impatt kisbet opinjoni pożittiva tal-Bord fid-19 ta’ April 2018. Il-verżjoni finali fiha aktar titjib li jirrakkomanda l-Bord fl-opinjoni finali tiegħu: (1) aktar informazzjoni dwar l-importanza tal-ħidma preċedenti dwar il-kejl, iċ-ċertifikazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar, biex jiġu rregolati l-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tal-HDV; (2) spjegazzjonijiet aħjar tal-inerzja fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda li jiffrankaw il-fjuwil, u kif l-inċertezzi tas-suq tat-trasport iwasslu biex l-operaturi ma jinvestux biżżejjed fit-teknoloġiji li jiffrankaw il-fjuwil.

L-alternattivi ta’ politika

L-alternattivi ta’ politika kkunsidrati fil-Valutazzjoni tal-Impatt huma miġbura f’ħames elementi ewlenin bil-għan li jindirizzaw il-problemi identifikati u jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika.

1) miri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE (il-kamp ta’ applikazzjoni, il-kejl, l-unità metrika, il-livell, iż-żmien)

Fid-definizzjoni tal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE, tqiesu l-aspetti li ġejjin: il-kamp ta’ applikazzjoni, il-kejl, l-unità metrika, il-livell, iż-żmien.

Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta, l-alternattivi kkunsidrati kienu biex ikunu koperti l-erba’ gruppi ewlenin ta’ vetturi li se jkunu koperti mir-Regolament taċ-Ċertifikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2019 jew biex ikunu koperti biss l-akbar grupp, fiż-żewġ każijiet bl-użu tal-istandards tas-CO2 għall-vettura kollha. It-tielet alternattiva analizzata kienet iż-żieda ta’ standards tas-CO2 għall-magna biss.

L-alternattiva ppreferuta hi dik li tkopri l-erba’ gruppi ta’ vetturi bl-ogħla livelli ta’ emissjonijiet tas-CO2 u jiġu applikati standards tas-CO2 għall-vettura kollha. Din tiżgura l-effikaċja massima mil-lat ta’ benefiċċji ambjentali u valur miżjud.

B’rabta mal-kejl għall-miri, l-alternattivi kkunsidrati jinkludu l-approċċi Tank-to-Wheel (TTW) u Well-To-Wheel (WTW). Fir-rigward tal-unitajiet metriċi biex jiġu espressi l-miri, tqiesu tliet alternattivi, li kull waħda minnhom taħfen l-utilità tal-HDV fi grad differenti.

L-alternattiva ppreferuta hi l-użu tal-approċċ TTW u l-miri jiġu stabbiliti fi g CO2/tkm. Dan jiżgura l-konsistenza mal-prattika regolatorja eżistenti, filwaqt li jevita r-regolamentazzjoni doppja u l-konfużjoni tar-responsabbiltajiet bejn il-manifatturi u l-fornituri tal-fjuwil. L-unità metrika tqis bis-sħiħ ukoll l-utilità tat-trakkijiet koperti.

Ġiet ivvalutata firxa wiesgħa ta’ livelli tal-mira u żminijiet differenti, li tkopri l-opinjonijiet espressi mill-partijiet ikkonċernati.

Fid-dawl tal-analiżi li saret, l-alternattiva ppreferuta hi li jiġu stabbiliti miri vinkolanti għal tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-2025 meta mqabbla mal-livelli tal-2019, abbażi tal-użu ta’ teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment. Għall-2030, huma ferm akbar l-inċertezzi dwar l-adozzjoni ta’ teknoloġiji aktar avvanzati li għadhom mhumiex disponibbli faċilment. Għalhekk l-alternattiva ppreferuta hi li tiġi stabbilita biss mira ambizzjuża għall-2030. Għaldaqstant jenħtieġ li fl-2022 issir reviżjoni bikrija biex: (i) tiġi stabbilita mira vinkolanti anke għall-2030; (ii) issir valutazzjoni tal-modalitajiet għall-implimentazzjoni; (iii) issir reviżjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ħalli jkun jinkludi wkoll trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks, il-kowċis u t-trejlers.

Approċċ bħal dan se jagħti sinjal ċar u bikri għal investimenti fl-aspettattivi ta’ żmien medju u se jgħin lill-Istati Membri jilħqu l-miri stabbiliti skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi.

2) Distribuzzjoni tal-mira għall-flotta kollha tal-UE tal-gruppi ta’ vetturi u tal-manifatturi

Filwaqt li l-mira tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE tiddefinixxi l-livell ġenerali tal-ambizzjoni tal-politika, l-applikazzjoni prattika tagħha teħtieġ li tiġi kkunsidrata l-kompożizzjoni tal-flotta tal-manifatturi fejn tidħol id-distribuzzjoni tagħha fi gruppi differenti ta’ vetturi. Il-konformità tal-mira se jkollha tintwera fil-livell tal-manifatturi. Fost l-alternattivi tad-distribuzzjoni kkunsidrati hemm miri separati għal kull subgrupp ta’ HDV jew mira unika għal kull manifattur, ikkalkulati bħala l-medja ponderata tal-miri tas-subgruppi kollha, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ vetturi f’kull subgrupp u l-utilità tagħhom.

L-alternattiva ppreferuta hi li jkun hemm mira medja ponderata unika għal kull manifattur. Din l-alternattiva hi l-aqwa fejn jidħlu l-effiċjenza u l-proporzjonalità. Din tipprovdi l-flessibbiltà għax tippermetti l-ibbilanċjar ta’ sottoprestazzjoni ta’ vetturi f’ċerti subgruppi bis-superament li jiksbu ċerti subgruppi oħra ta’ vetturi.

3) Inċentivi għal vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi (ZEV/LEV)

Il-Valutazzjoni tal-Impatt ikkunsidrat erba’ tipi ta’ inċentivi speċifiċi għal vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi (ZEV/LEV). Dawn jinkludu is-superkrediti, sistema tal-krediti b’direzzjoni waħda u b’żewġ direzzjonijiet marbuta mal-miri, kif ukoll mandat.

Barra minn hekk, ġie vvalutat varjant, li jestendi l-inċentiv ta’ ZEV/LEV billi jkopri wkoll HDV oħra bħax-xarabanks u trakkijiet iżgħar li inizjalment ma kinux soġġetti għall-miri tas-CO2.

L-alternattiva ppreferuta hi li jiġi stabbilit inċentiv ta’ ZEV/LEV bil-għamla ta’ superkrediti li jkollhom salvagwardji biżżejjed biex jevitaw li jiddgħajfu l-miri tas-CO2. Din instabet li hi l-aktar alternattiva effettiva meta wieħed iqis il-qagħda speċifika tal-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fis-settur tal-HDV.

4) Elementi għal implimentazzjoni kosteffettiva

Ġew ivvalutati elementi differenti li jippermettu implimentazzjoni kosteffettiva. Dawn jinkludu (1) l-eżenzjonijiet għall-vetturi vokazzjonali, pereżempju l-vetturi tal-kostruzzjoni, trakkijiet taż-żibel, (2) l-akkomunament, (3) in-negozjar u (4) l-ibbankjar u s-self.

Minħabba l-potenzjal kosteffettiv limitat ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi vokazzjonali minħabba l-kilometraġġ u t-tagħbijiet aktar baxxi tagħhom meta mqabbla ma’ HDV oħra, l-alternattiva ppreferuta hi li dawn il-vetturi jiġu eżentati mill-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2.

Fejn tidħol il-flessibbiltà, l-alternattiva ppreferuta hi li jkunu previsti l-ibbankjar u s-self ta’ krediti tas-CO2 tul snin differenti ta’ konformità, inkluż is-salvagwardji meħtieġa li jiggarantixxu l-effikaċja ambjentali tal-leġiżlazzjoni. Din hi l-aktar alternattiva effiċjenti u l-inqas waħda li toħloq distorsjoni tas-suq.

5) Kwistjonijiet relatati mal-governanza

L-effettività tal-miri tas-CO2 fit-tnaqqis tal-emissjonijiet fid-dinja reali, minn naħa tiddependi fuq ir-rappreżentanza tar-riżultati tal-għodda ta’ simulazzjoni VECTO fir-rigward tas-sewqan medju fid-dinja reali, u min-naħa l-oħra tiddependi fuq kemm l-HDV mqegħdin fis-suq jikkonformaw mal-vetturi ta’ referenza ttestjati għall-approvazzjoni tat-tip. L-alternattivi kkunsidrati relatati mal-emissjonijiet fid-dinja reali, is-sorveljanza tas-suq u l-penali.

L-alternattivi ppreferuti huma dawn li ġejjin:

(a)Jingħata mandat rigward il-ġbir, il-pubblikazzjoni u l-monitoraġġ tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali li jirrappurtaw il-manifatturi, abbażi ta’ arloġġi standardizzati obbligatorji tal-konsum tal-fjuwil.

(b)Jiddaħħlu testijiet tal-konformità waqt is-servizz u jingħata mandat għar-rappurtar ta’ devjazzjonijiet, u jitħaddem mekkaniżmu ta’ korrezzjoni.

(c)Jiġu applikati penali finanzjarji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-miri tas-CO2.

Dawn l-alternattivi se jsaħħu l-effikaċja, l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-leġiżlazzjoni.

Referenza tas-Sommarju Eżekuttiv tal-Valutazzjoni tal-Impatt: SWD(2018)186

Referenza tal-opinjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju: SEC(2018) 233

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta tħejjiet b’mod inklużiv, abbażi tat-trasparenza u l-involviment kontinwu mal-partijiet ikkonċernati.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt analizzat ukoll il-possibbiltà li tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u jonqsu l-ispejjeż amministrattivi mhux meħtieġa.

Għall-vetturi vokazzjonali hemm previsti eżenzjonijiet mill-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2.

Minbarra dan, il-proposta fiha diversi elementi għal implimentazzjoni kosteffettiva bħall-ibbankjar u s-self li jnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità għall-manifatturi.

L-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kreditu proposta għall-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi ma toħloqx piż amministrattiv addizzjonali għax ma teħtieġx rappurtar addizzjonali.

L-impatti, mil-lat ta’ piż amministrattiv, tal-alternattivi relatati mal-governanza se jiddependu fuq il-miżuri konkreti ta’ implimentazzjoni.

L-inizjattiva fiha nnifisha ma tinvolvi l-ebda spiża amministrattiva għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. L-ispejjeż relatati maċ-ċertifikazzjoni u l-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 ġew ikkunsidrati fil-kuntest ta’ dawk il-proposti.

   Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-impatt baġitarju li tħalli l-implimentazzjoni tar-Regolament propost hu limitat ħafna (ara d-dettalji fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża).

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

The proposal builds on the Certification Il-proposta tibni fuq ir-Regolament taċ-Ċertifikazzjoni 15 u fuq ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar 16 .

Fl-applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA) se tgħaqqad id-data tar-reġistrazzjoni mingħand l-awtoritajiet nazzjonali mad-data tal-monitoraġġ mingħand il-manifatturi u tippubblika d-data tal-monitoraġġ annwali ta’ kull vettura ġdida ċċertifikata u rreġistrata fl-UE għal kull manifattur u għal kull grupp ta’ vetturi.

Barra minn hekk, din il-Valutazzjoni tal-Impatt tipproponi l-alternattiva li jiġi kkumplimentat ir-Regolament propost dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tad-data tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDV b’dawn iż-żewġ miżuri addizzjonali ta’ monitoraġġ.

·il-ġbir, il-pubblikazzjoni, u l-monitoraġġ tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali li jirrappurtaw il-manifatturi u abbażi tal-arloġġi obbligatorji tal-konsum tal-fjuwil;

·l-introduzzjoni ta’ testijiet tal-konformità waqt is-servizz u l-obbligu li jiġu rrappurtati d-devjazzjonijiet minn valuri tal-approvazzjoni tat-tip, flimkien ma’ mekkaniżmu ta’ korrezzjoni.

Dawn miżuri kumplimentari ta’ monitoraġġ isaħħu l-proċess tal-monitoraġġ u jiżguraw l-effikaċja tal-inizjattiva leġiżlattiva proposta.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1 – Suġġett

Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi biex jinkiseb it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 meħtieġ bħala parti mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi permezz ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport bit-triq. Dan jispeċifika wkoll il-miri tat-tnaqqis relattiv li trid tilħaq il-flotta tal-Unjoni tal-flotta ta’ vetturi tqal ġodda tul il-perjodu 2025-2029. Jistabbilixxi mira ta’ apirazzjoni għall-2030 li jenħtieġ tiġi ddeterminata abbażi ta’ reviżjoni fl-2022.

Il-miri huma stabbiliti bħala tnaqqis relattiv tal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-vetturi rreġistrati fis-sena ta’ referenza 2019 li hi l-ewwel sena li għaliha se tkun disponibbli data uffiċjali mmonitorjata dwar l-emissjonijiet tas-CO2. Il-miri huma attribwiti għal kull subgrupp ta’ vetturi kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness I. Il-vetturi vokazzjonali (eż. it-trakkijiet taż-żibel u t-trakkijiet tal-kostruzzjoni) ma għandhomx l-istess potenzjal ta’ tnaqqis tas-CO2 bħall-vetturi tqal użati għall-ġarr tal-merkanzija u għalhekk huma esklużi mill-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza.

L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza jiġu ddeterminati skont it-Taqsima 3 tal-Anness I.

Artikolu 2 – Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Artikolu jiddefinixxi l-vetturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’referenza għall-kategoriji rilevanti definiti fil-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u għall-erba’ gruppi ta’ vetturi li għalihom mill-2019 ’il quddiem se jkun hemm disponibbli data ċċertifikata dwar l-emissjonijiet tas-CO2. Il-vetturi tal-kategoriji M2 (xarabanks) u M3 (kowċis) u l-vetturi tal-kategorija N (trakkijiet) li ma jaqgħux fl-erba’ gruppi ta’ vetturi msemmija hawn fuq mhux se jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ tnaqqis tas-CO2, iżda jenħtieġ jitqiesu għall-finijiet tal-inċentivi mogħtija lill-vetturi mingħajr emissjonijiet żero u b’emissjonijiet baxxi (ara l-Artikolu 5).

Barra minn hekk, id-dispożizzjoni tispeċifika meta l-vetturi jiġu kkunsidrati bħala rreġistrati ġodda għall-finijiet tar-Regolament.

Artikolu 3 – Definizzjonijiet

Dan l-Artikolu jistipula d-definizzjonijiet li japplikaw għall-fini ta’ dan ir-Regoalment.

Artikolu 4 – Medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur

Skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni jenħtieġ tiddetermina u tippubblika kull sena l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ kull manifattur mill-2019 ’il quddiem. Id-data użata bħala bażi għall-kalkolu tal-emissjonijiet medji hi rrapportata mill-manifatturi kkonċernati skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018. Biex tiġi riflessa l-utilità u l-ispeċifiċità tal-vetturi, il-vetturi tqal individwali jenħtieġ jiġu attribwiti għal subgruppi differenti ta’ vetturi, meta jiġu applikati ponderazzjonijiet speċifiċi għall-profili tal-missjoni (jiġifieri ix-xejriet tal-użu tal-vettura), it-tagħbijiet u l-kilometraġġ annwali. Barra minn hekk jitqies is-sehem tal-manifattur ta’ vetturi f’kull subgrupp ta’ vetturi. Il-vetturi vokazzjonali tal-kategoriji N2 u N3 (eż. it-trakkijiet taż-żibel u tal-kostruzzjoni) ma għandhomx l-istess potenzjal ta’ tnaqqis tas-CO2 bħall-vetturi tqal użati għall-ġarr tal-merkanzija u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux inklużi fil-kalkolu tal-medja. Il-formuli għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji huma stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I.

Artikolu 5 – Vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi

Sabiex jiġi inċentivat l-użu ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi, dawn il-vetturi jenħtieġ jingħaddu għal ħafna drabi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur mill-2019 ’il quddiem. Il-manifatturi ta’ vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi jenħtieġ jibbenefikaw minn dawn is-“superkrediti” għal kull vettura mingħajr emissjonijiet żero u b’emissjonijiet baxxi li jqiegħdu fis-suq b’fattur ta’ multiplikazzjoni differenti skont l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura.

Hu previst ukoll inċentiv speċifiku għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-kategoriji M2 (xarabanks) u M3 (kowċis) kif ukoll ċerti vetturi tal-kategorija N (trakkijiet żgħar), inkluż vetturi vokazzjonali mingħajr emissjonijiet. Filwaqt li dawn il-kategoriji ta’ vetturi mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti ta’ tnaqqis tas-CO2 skont dan ir-Regolament, madankollu dawn jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi.

Il-vetturi tqal b’emissjonijiet baxxi huma vetturi tqal b’emissjonijiet speċifiċi inqas minn 350 g CO2/km, jiġifieri madwar inqas minn nofs il-medja tal-emissjonijiet tal-flotta.

Biex tinżamm l-integrità ambjentali tal-miri, jenħtieġ li t-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi permezz tal-iskema ta’ inċentivi għal vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi jkun soġġett għal limitu massimu.

Il-formoli biex jiġi kkalkulat il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi huma stabbiliti fil-punt 2.3 tal-Anness I.

Artikolu 6 – Miri tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur

Dan l-Artikolu jipprevedi l-kalkolu tal-miri annwali tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur għas-sena kalendarja preċedenti, li tibda fl-2026. Għalhekk, l-ewwel miri annwali se jiġu ddeterminati għas-sena kalendarja 2025. Il-miri jenħtieġ iqisu l-miri tat-tnaqqis ġenerali għall-2025 u għall-2030 rispettivament, kif ukoll l-utilità u l-ispeċifiċitajiet ta’ vetturi tqal differenti bl-istess mod bħalma jsir fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji. Għalhekk il-miri annwali tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur se jiġu kkalkulati bħala medja ponderata tal-miri ddeterminati għal kull subgrupp tal-vetturi.

Il-formuli għall-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi huma stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness I.

Artikolu 7 – Krediti u djun tal-emissjonijiet

Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-mekkaniżmu “tal-ibbankjar u s-self”, li jippermetti lil manifattur jibbilanċja s-sottoprestazzjoni fil-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu f’sena partikolari bis-superament li jikseb f’sena oħra. Għal dak il-għan, il-manifattur jista’ “jibbankja” l-krediti tal-emissjonijiet, jekk l-emissjonijiet tiegħu jkunu anqas minn trajettorja tat-tnaqqis ddeterminata minn trajettorja lineari mill-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-2019 sal-miri tal-2025 u mill-miri tal-2025 sal-miri tal-2030. Hemm bżonn żewġ trajettorji differenti biex jitqies li l-inklinazzjonijiet grafiċi jistgħu jvarjaw skont il-miri eżatti ddeterminati għall-2025 u l-2030. Biex jiġi inċentivat it-tnaqqis bikri tal-emissjonijiet, il-krediti tal-emissjonijiet jistgħu jinkisbu saħansitra mill-2019 sal-2024, u bl-istess mod għall-perjodu 2025-2029. Il-krediti tal-emissjonijiet miksuba fil-perjodu 2019-2024 jitqiesu fil-valutazzjoni tal-konformità tal-manifattur mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu fl-2025 biss. Mhu se jitħalla jsir l-ebda trasferiment ta’ krediti miksuba tul il-perjodu 2019-2024. Il-krediti tal-emissjoni jistgħu jinkisbu u jintużaw ukoll għall-perjodu ta’ wara bejn l-2025 u l-2029. Jekk manifattur jaqbeż il-mira tiegħu f’xi waħda mis-snin bejn l-2025 u l-2029, dan jista’ jikseb ammont limitat ta’ djun tal-emissjonijiet li jrid ixejjen sa mhux aktar tard mill-2029. Id-djun totali tal-emissjonijiet ma jistgħux jaqbżu l-5 % tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur fl-2025, inkella jenħtieġ jiġi impost primjum għall-emissjonijiet żejda skont l-Artikolu 8.

Il-krediti u d-djun tal-emissjonijiet huma elementi definiti għall-finijiet tal-kalkoli iżda dawn jenħtieġ li ma jitqisux bħala assi trasferibbli jew soġġetti għal miżuri fiskali.

It-Taqsima 5 tal-Anness I tistipula l-formuli għall-kalkolu tat-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 u tal-krediti u d-dejn tal-emissjonijiet .

Artikolu 8 – Konformità mal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi

Meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda, filwaqt li jitqiesu l-krediti u d-djun tal-emissjonijiet miksuba skont l-Artikolu 7, il-Kummissjoni jenħtieġ timponi penali finanzjarja fil-forma ta’ primjum għall-emissjonijiet żejda. Il-livell tal-primjum hu stabbilit għal EUR 6 800 għal kull g/tkm, ekwivalenti għal EUR 570 għal kull g/km abbażi ta’ tagħbija medja ta’ 12-il tunnellata ta’ emissjonijiet żejda, li jirriflettu l-ispiża marġinali tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2.

It-Taqsima 6 tal-Anness I tistipula l-formoli biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet żejda. Il-metodi għall-ġbir tal-primjums jenħtieġ jiġu ddeterminati permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 9 – Verifika tad-data ta’ monitoraġġ

Dan l-Artikolu jistabbilixxi mekkaniżmu li jintroduċi proċedura għal verifiki tal-konformità waqt is-servizz taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi tqal, imsejsa fuq il-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jenħtieġ jirrappurtaw kull devjazzjoni misjuba u l-Kummissjoni jenħtieġ tqishom waqt il-verifika tal-konformità tal-manifatturi mal-miri tagħhom. Id-dispożizzjoni tinkludi setgħa lill-Kummissjoni biex tipprovdi d-dettalji dwar din il-proċedura permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 10 – Pubblikazzjoni tad-data u tal-prestazzjoni tal-manifattur

Dan l-Artikolu jelenka d-data li l-Kummissjoni jenħtieġ tippubblika fir-rigward tal-konformità mal-miri annwali tal-manifatturi (jiġifieri d-deċiżjoni tal-monitoraġġ annwali).

L-Artikolu jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni wkoll biex taġġusta l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-2019 skont il-proċeduri definiti sew (stabbiliti fl-Artikolu 12 u l-Anness II), biex ikunu jirriflettu l-aġġustamenti fiċ-ċifri tat-tagħbija jew il-bidliet fil-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip li għandhom impatt mhux negliġibbli fuq l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminati għal vettura tqila. L-aġġustament se jaffettwa l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifatturi, mis-sena ta’ wara l-adozzjoni tiegħu.

Artikolu 11 – Emissjonijiet tas-CO2 u konsum tal-enerġija fid-dinja reali

Dan l-Artikolu jagħti setgħa lill-Kummissjoni biex timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 simulata bl-għodda VECTO, b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ ikollha s-setgħa li titlob li tinġabar data mid-dinja reali u tiġi rrappurtata mill-Istati Membri u l-manifatturi. Dan l-approċċ jimxi skont dak propost għall-vetturi ħfief u bħala l-ewwel pass jeżiġi l-introduzzjoni ta’ arloġġi standardizzati obbligatorji tal-konsum tal-fjuwil abbord il-vetturi tqal.

Artikolu 12 – Aġġustamenti fl-Annessi I u II

Il-progress tekniku u l-bidliet fil-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip jistgħu jaffettwaw il-livell taċ-ċifri uffiċjali tal-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminati għall-vetturi tqal li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Biex jikkunsidra dawn il-bidliet, dan l-Artikolu jipprovdi setgħa lill-Kummissjoni biex taġġusta ċerti parametri tekniċi stabbiliti fl-Annessi I u II, inkluż l-adozzjoni ta’ metodoloġija għad-determinazzjoni ta’ vettura rappreżentattiva għal kull subgrupp tal-vetturi, li skontha jiġu vvalutati dawk il-bidliet. L-aġġustamenti proposti jimxu mal-passi definiti b’mod ċar stipulati fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II.

Artikolu 13 – Reviżjoni u Rappurtar

Dan l-Artikolu jeżiġi li l-Kummissjoni tipprovdi rapport dwar l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament, li jrid jitressaq fl-2022. Ir-rapport jenħtieġ jindirizza l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, kif ukoll l-istabbiliment ta’ miri tat-tnaqqis għal vetturi tqal oħrajn li għadhom mhumiex soġġetti għal rekwiżiti tat-tnaqqis. Ir-rapport jenħtieġ ikopri wkoll l-effikaċja tal-modalitajiet, jiġifieri s-sistema tal-inċentivi tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi u l-mekkanżimu “tal-ibbankjar u s-self”, u jikkunsidra l-ħtieġa li dawk il-modalitajiet jissoktaw wara l-2030. Meta jkun xieraq, ir-rapport jenħtieġ ikun akkumpanjat minn proposta għall-emenda tar-Regolament.

Artikoli 14 u 15 – Komitoloġija u delega tas-setgħat

Dawn huma dispożizzjonijiet standard dwar il-komitoloġija u d-delega tas-setgħat.

Artikolu 16 – Emenda għar-Regolament (KE) Nru 595/2009

Din l-emenda għandha l-għan li tintroduċi bażi ġuridika fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 (ir-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet Euro 6) biex il-Kummissjoni tistabbilixxi proċedura għall-verifika tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal. Din il-proċedura hi essenzjali biex issir sorveljanza effettiva tas-suq lis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip u liċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 li jintużaw għall-finijiet ta’ konformità mal-miri.

Anness I

L-Anness I jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u l-formoli għall-elementi li ġejjin:

·L-attribuzzjoni għal subgrupp tal-vetturi

·Il-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur

·Il-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza

·Il-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur

·Il-kalkolu tat-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 u l-kreditu u d-djun tal-emissjonijiet

·Determinazzjoni ta’ emissjonijiet żejda tal-manifattur

Anness II

L-Anness II jistipula l-proċeduri għall-aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza, jiġifieri l-fatturi ta’ aġġustament tat-tagħbija fit-Taqsima 1) u l-metodoloġija biex jitqiesu l-bidliet fil-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip (it-Taqsima 2).

2018/0143 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 17 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 18 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi tistabbilixxi ambizzjoni ċara: sa nofs is-seklu, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport jeħtieġ ikunu mill-anqas 60 % inqas milli kienu fl-1990 u jkunu qed joqorbu lejn iż-żero. Anki l-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa tal-arja mit-trasport li jagħmlu ħsara lil saħħitna jeħtieġ jonqsu drastikament mingħajr dewmien.

(2)Wara l-Istrateġija għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi, il-Kummissjoni adottat żewġ pakketti tal-mobbiltà f’Mejju 19 u Novembru 2017 20 . Dawn il-pakketti jistabbilixxu aġenda pożittiva li twettaq l-Istrateġija għal Mobilità b’Emissjonijiet Baxxi u tiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd.

(3)Dan ir-Regolament huwa parti tat-tielet Pakkett “L-Ewropa Attiva” li jwettaq l-istrateġija l-ġdida tal-politika industrijali ta’ Settembru 2017 21 , u tfassal biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista’ taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà. Il-Pakkett għandu l-għan li jagħmel il-mobbiltà Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-sistema tal-mobbiltà aktar nadifa u adattati aħjar għall-isforzi li jitħabtu kontra t-tibdil fil-klima. Dan se jkun jeħtieġ l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet konċernati, l-aktar biex jissaħħu l-isforzi li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis tal-arja.

(4)Minbarra l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief 22 , dan ir-Regolament jipprovdi perkors ċar għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif kien approvat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014 u kif kien approvat bħala l-Kontribut Maħsub tal-Unjoni Ddeterminat fil-Livell Nazzjonali skont il-Ftehim ta’ Pariġi waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ambjent fis-6 ta’ Marzu 2015.

(5)Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2014 approvaw tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mill-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. It-trasport bit-triq hu kontribut ewlieni għall-emissjonijiet ta’ dawk is-setturi u l-emissjonijiet tiegħu jibqgħu ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, dan se jisboq it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra kontra t-tibdil fil-klima.

(6)Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2014 enfasizzaw l-importanza li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-riskji relatati mad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fis-settur tat-trasport permezz ta’ approċċ komprensiv u teknoloġikament newtrali għall-promozzjoni tat-tnaqqis fl-emissjonijiet u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fit-trasport, għal trasportazzjoni elettrika u għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport ukoll wara l-2020.

(7)L-effiċjenza enerġetika li tikkontribwixxi għall-moderazzjoni tad-domanda hi waħda mill-ħames dimensjonijiet interrelatati mill-qrib u li jsaħħu lill-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija adottata fil-25 ta’ Frar 2015, biex il-konsumaturi fl-Unjoni jiksbu enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli. Skont l-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, filwaqt li s-setturi ekonomiċi kollha jenħtieġ jagħtu sehemhom biex tiżdied l-effiċjenza tal-konsum tal-enerġija tagħhom, it-trasport għandu potenzjal kbir fl-effiċjenza enerġetika.

(8)L-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal, inkluż it-trakkijiet, ix-xarabanks u l-kowċis, jirrappreżentaw madwar 6 % tal-emissjonijiet tas-CO2 totali fl-Unjoni u madwar 25 % tal-emissjonijiet tas-CO2 totali tat-trasport bit-triq. Jekk ma titteħidx azzjoni ulterjuri, is-sehem tal-emissjonijiet mill-vetturi tqal hu mistenni jiżdied b’madwar 9 % bejn l-2010 u l-2030. Bħalissa, id-dritt tal-Unjoni ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit ta’ tnaqqis tas-CO2 għall-vetturi tqal.

(9)Sabiex tinħataf bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġerika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jixraq li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkumplimentati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawn l-istandards jixprunaw l-innovazzjoni f’teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-fornituri u tal-manifatturi tal-Unjoni.

(10)Filwaqt li jitqiesu li t-tibdil fil-klima hu problema transfruntiera u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal, jixraq li jiġu stabbiliti standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-istandards jitfasslu b’mod li jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

(11)Meta jkunu qed jiġu ddefiniti l-livelli tat-tnaqqis li jenħtieġ tilħaq il-flotta tal-vetturi tqal tal-Unjoni, jenħtieġ jitqiesu l-effikaċja ta’ dawk il-livelli tat-tnaqqis fejn jidħol il-kontribut kosteffettiv li jagħtu biex jonqsu l-emissjonijiet mis-setturi koperti bir-Regolament dwar [il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (UE) Nru .../2018] sal-2030, l-ispejjeż u l-iffrankar li jkollhom is-soċjetà, il-manifatturi, l-operaturi tat-trasport, u l-konsumaturi, kif ukoll l-implikazzjonijiet diretti u indiretti tagħhom fuq l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kobenefiċċji ġġenerati mil-lat ta’ tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u sigurtà aħjar tal-enerġija.

(12)Iddaħħlet proċedura ġdida għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi tqal individwali, bħala parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 23 . Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 24 jipprovdi metodoloġija, abbażi tal-għodda VECTO, li permezz tagħha jistgħu jiġu simulati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi tqal sħaħ. Il-metodoloġija tippermetti li jitqiesu d-diversità tas-settur tal-vetturi tqal u l-grad għoli ta’ personalizzazzjoni tal-vetturi individwali. Bħala l-ewwel pass, mill-1 ta’ Jannar 2019, l-emissjonijiet tas-CO2 jiġu ddeterminati għal erba’ gruppi ta’ vetturi tqal li jammontaw għal madwar 65 % sa 70 % tal-emissjonijiet kollha tas-CO2 għall-flotta tal-vetturi tqal tal-UE.

(13)Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex titqies l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO u r-Regolament (UE) 2017/2400 se jiġu aġġornati kontinwament u fil-ħin.

(14)Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 trid tiġi monitorjata skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 . Jenħtieġ li dik id-data tifforma l-bażi biex jiġu ddeterminati l-miri tat-tnaqqis li jridu jilħqu l-erba’ gruppi ta’ vetturi tqal li jiġġeneraw l-iżjed emissjonijiet fl-Unjoni, u biex jiġu ddeterminati wkoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur f’sena kalendarja partikolari.

(15)Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta’ dawk il-vetturi tqal fl-2019, li tkun tirrifletti l-użu ta’ teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Il-mira tal-2030 jenħtieġ titqies bħala aspirazzjoni u l-mira finali jenħtieġ tiġi ddeterminata skont reviżjoni li trid issir fl-2022 għax hemm aktar inċertezzi dwar l-użu ta’ teknoloġiji aktar avvanzati li għadhom mhumiex disponibbli.

(16)Il-gass naturali likwifikat (LNG) hu fjuwil disponibbli alternattiv għad-diżil għall-vetturi tqal. L-użu ta’ teknoloġiji attwali u futuri aktar innovattivi u bbażati fuq l-LNG se jgħin biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-terminu qasir u medju għax l-użu tat-teknoloġiji tal-gass naturali likwifikat (LNG) iwassal għal inqas emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbel mal-vetturi li jaħdmu bid-diżil. Il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi bl-LNG diġà hu rifless għalkollox fil-VECTO. Minbarra dan, it-teknoloġiji attwali tal-LNG jiżguraw livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja bħall-NOx u l-materja partikulata. Fis-seħħ teżisti infrastruttura minima biżżejjed għar-riforniment u qed tintuża iżjed bħala parti minn oqfsa ta’ politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.

(17)Fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ referenza tal-2019 li jservi bħala bażi biex jiġu stabbiliti l-miri tat-tnaqqis għall-2025 u għall-2030, jenħtieġ jitqies il-potenzjal tat-tnaqqis mistenni fil-flotta tal-vetturi tqal f’dak il-perijodu. Għaldaqstant jixraq li l-vetturi vokazzjonali jiġu esklużi minn dak il-kalkolu, fosthom il-vetturi użati għall-ġbir tal-iskart jew għall-kostruzzjoni. Dawk il-vetturi għandhom kilometraġġ relattivament baxx u, minħabba x-xejriet tas-sewqan speċifiċi tagħhom, ma jidhirx li miżuri tekniċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-konsum tal-fjuwil huma kosteffettivi bħalma huma għall-vetturi tqal użati għall-ġarr tal-merkanzija.

(18)Jenħtieġ li r-rekwiżiti tat-tnaqqis tas-CO2 jiġu espressi fi grammi ta’ CO2 għal kull tunnellata/kilometru biex jirriflettu l-utilità tal-vetturi tqal.

(19)Jeħtieġ tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tar-rekwiżiti tat-tnaqqis ġenerali fost il-manifatturi, filwaqt li titqies id-diversità tal-vetturi tqal fejn jidħlu d-disinn tagħhom u x-xejriet tas-sewqan, il-kilometraġġ annwali, it-tagħbija u l-konfigurazzjoni tat-trejler. Għalhekk jixraq li ssir distinzjoni bejn il-vetturi tqal skont subgruppi differenti u separati ta’ vetturi li jirriflettu x-xejra tipika tal-użu tal-vetturi u karatteristiċi tekniċi speċifiċi. Bl-istabbiliment ta’ miri speċifiċi annwali għall-manifatturi bħala medja ponderata tal-miri ddefiniti għal kull subgrupp bħal dan, il-manifatturi jkunu qed jingħataw il-mezzi biex jibbilanċjaw b’mod effettiv xi sottoprestazzjoni possibbli ta’ vetturi f’ċerti subgruppi bis-superament f’subgruppi oħra ta’ vetturi, filwaqt li jkunu qed jitqiesu l-emissjonijiet tas-CO2 medji tul il-ħajja tal-vetturi f’subgruppi differenti.

(20)Jenħtieġ tiġi vvalutata l-konformità tal-manifattur mal-miri speċifiċi annwali tiegħu abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 medji tiegħu. Jenħtieġ li għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet li huma riflessi fil-miri tas-subgruppi differenti tal-vetturi. Minħabba f’hekk, jenħtieġ li l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur jiġu bbażati fuq l-emissjonijiet medji ddeterminati għal kull subgrupp, inkluż ponderazzjoni bbażata fuq il-kilometraġġ annwali medja preżunta u t-tagħbija medja tagħhom, li tirrifletti l-emissjonijiet tas-CO2 totali tul il-ħajja. Minħabba l-potenzjal tat-tnaqqis limitat tal-vetturi professjonali, jenħtieġ li dawn il-vetturi ma jitqisux għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji.

(21)Kuntrarjament għall-karozzi u l-vannijiet, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għadhom mhumiex disponibbli fis-suq, għajr ix-xarabanks. Għalhekk jenħtieġ jiddaħħal mekkaniżmu apposta, fil-forma ta’ superkrediti, biex teħfief it-tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet. Dan jipprovdi inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkumplimentaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 dwar Vetturi Nodfa.

(22)Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur, kull vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi jenħtieġ tingħadd għal ħafna drabi. Jenħtieġ li l-livell tal-inċentivi jvarja skont l-emissjonijiet tas-CO2 attwali tal-vettura. Biex jiġi evitat li jiddgħajfu l-għanijiet ambjentali, l-iffrankar li jirriżulta jenħtieġ ikun soġġett għal limitu massimu.

(23)Jenħtieġ li l-vetturi tqal b’emissjonijiet baxxi jiġu inċentivati biss jekk l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom ikunu inqas minn madwar nofs l-emissjonijiet tas-CO 2 ta’ medja tal-flotta kollha tal-Unjoni fl-2025. Dan hu konsistenti mal-approċċ meħud għall-vetturi ħfief u jinċentiva l-innovazzjoni f’dan il-qasam

(24)Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis li mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Dawn il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet. Iżda jenħtieġ jiġi nnutat li x-xarabanks mingħajr emissjonijiet diġà jinsabu fis-suq u jiġu inċentivati b’miżuri tan-naħa tad-domanda bħall-akkwist pubbliku. Biex ikun żgurat li l-inċentivi huma bbilanċjati sew bejn tipi differenti ta’ vetturi, jenħtieġ li l-iffrankar li jirriżulta mit-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis mingħajr emissjonijiet ikun soġġett ukoll għal limitu massimu.

(25)Biex tiġi promossa implimentazzjoni kosteffettiva tar-rekwiżiti tat-tnaqqis tas-CO2, filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni tal-flotta u l-emissjonijiet tul is-snin, il-manifatturi jenħtieġ ikunu jistgħu jibbilanċjaw is-superament tagħhom fil-konformità mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom f’sena b’sottoprestazzjoni f’xi sena oħra.

(26)Biex jiġi inċentivat it-tnaqqis bikri, jenħtieġ li l-manifatturi b’emissjonijiet speċifiċi medji inqas mit-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet definiti mill-emissjonijiet ta’ referenza fl-2019 u l-mira tal-2025, ikunu jistgħu jibbankjaw dawk il-krediti tal-emissjonijiet għall-finijiet tal-konformità mal-mira fl-2025. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-manifatturi b’emissjonijiet speċifiċi medji inqas mit-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-miri tal-perjodu 2025-2030, ikunu jistgħu jibbankjaw dawk il-krediti tal-emissjonijiet għall-finijiet tal-konformità mal-miri fil-perjodu 2025-2029.

(27)Jekk ikollhom nuqqas ta’ konformità mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom f’xi waħda mis-snin bejn l-2025 u l-2029, jenħtieġ li l-manifatturi jkunu jistgħu jiksbu wkoll dejn limitat tal-emissjonijiet. Iżda sal-2029, il-manifatturi jenħtieġ ixejnu kull dejn tal-emissjonjiet li jkun fadal.

(28)Il-krediti u d-djun tal-emissjonijiet jenħtieġ jitqiesu biss għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità ta’ manifattur mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu u mhux bħala assi li huma trasferibbli jew soġġetti għal miżuri fiskali.

(29)Il-Kummissjoni jenħtieġ timponi penali finanzjarja, fil-forma ta’ primjum għall-emissjonijiet żejda, meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda, filwaqt li jitqiesu l-krediti u d-djun tal-emissjonijiet. Biex il-manifatturi jingħataw inċentiv biżżejjed ħalli jieħdu miżuri biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mill-vetturi tqal, il-primjum jenħtieġ ikun ogħla mill-ispejjeż marġinali medja tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri. Jenħtieġ li l-primjum jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-metodoloġija għall-ġbir tal-primjums jenħtieġ tiġi ddeterminata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, filwaqt li titqies il-metodoloġija adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009.

(30)Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri skont dan ir-Regolament. L-obbligi imposti fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018 [dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-HDV] u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dak l-obbligu, jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sodezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament.

(31)Biex jinkiseb it-tnaqqis tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati jkunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ ikun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal użati.

(32)Biex tkun f’pożizzjoni li tieħu miżuri bħal dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ ikollha s-setgħat biex tħejji u timplimenta proċedura għall-verifika tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal fis-suq Għal dan il-għan jenħtieġ jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009.

(33)L-effikaċja tal-miri stipulati f’dan ir-Regolament biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 hi ferm dipendenti fuq ir-rappreżentanza tal-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2. Konformi mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Mekkaniżmi għall-Parir Xjentifiku (SAM) 27 b’rabta mal-vetturi ħfief, jixraq ukoll fil-każ tal-vetturi tqal li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu li jivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat biex tiżgura d-disponibbiltà pubblika ta’ dik id-data u, meta meħtieġ, jiġu żviluppati l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għal dawn il-valutazzjonijiet.

(34)Fl-2022, il-Kummissjoni jenħtieġ tivvaluta l-effikaċja tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f’dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-livell ta’ tnaqqis li jrid jintlaħaq sal-2030, il-modalitajiet li jenħtieġ ikunu disponibbli biex tintlaħaq dik il-mira u lil hinn, kif ukoll l-iffissar ta’ miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta’ vetturi tqal bħat-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks, il-kowċis u t-trejlers. Din il-valutazzjoni jenħtieġ tinkludi wkoll, strettament għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, kunsiderazzjonijiet ta’ vetturi tqal u kombinazzjonijiet ta’ vetturi lil hinn mill-piżijiet u d-dimensjonijiet standard applikabbli għat-trasport nazzjonali, pereżempju Kunċetti Modulari.

(35)Biex ikun żgurat li l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vetturi tqal jibqgħu rappreżentattivi u aġġornati għalkollox, l-emendi fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tiegħu li jaffettwaw dawk iċ-ċifri jeħtieġ jiġu riflessi f’dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ jkollha s-setgħat biex tiddetermina metodoloġija għad-definizzjoni ta’ vettura tqila rappreżentattiva għal kull subgrupp tal-vetturi, li skontha jenħtieġ jiġu vvalutati l-bidliet fl-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi.

(36)Is-setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-Artikoli 8(3), 9(3), 11(3) u 12(2), jenħtieġ jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 .

(37)Biex jiġu emendati jew issupplimentati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza skont l-Artikolu 12(2) u, għall-emendar tal-Annessi I u II fir-rigward ta’ ċerti parametri tekniċi, inkluż il-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni, it-tagħbija, u l-kilometraġġi annwali kif ukoll il-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija. Hu importanti b’mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 29 . B’mod partikolari, biex jiżguraw parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħalma jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li sistematikament l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.

(38)L-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, notevolment it-twaqqif ta’ standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal ġodda, ma jistax jintlaħqu mill-Istati Membri, u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Suġġett u għanijiet

Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2018/... [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi], u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta’ vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza, kif ġej:

(a)Mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2029 bi 15 %;

(b)Mill-1 ta’ Jannar 2030 ’il quddiem b’mill-inqas 30 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.

L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għandhom ikunu bbażati fuq id-data tal-monitoraġġ tal-2019 irrappurtata skont ir-Regolament (UE) Nru.../2018 [dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-HDV], għajr il-vetturi vokazzjonali, u għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 3 tal-Anness I.

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fusien 4x2 u massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli iżjed minn 16-il tunnellata;

(b)trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fusien 6x2;

(c)żwiemel ta’ trakk b’konfigurazzjoni tal-fusien 4x2 u massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli iżjed minn 16-il tunnellata;

(d)żwiemel ta’ trakk b’konfigurazzjoni tal-fusien 6x2.

Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 5 u tal-punt 2.3 tal-Anness I, għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3, u għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d).

2.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala vetturi tqal f’sena kalendarja partikolari, jekk dawn ikunu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba f’dik is-sena u ma kienu ġew qatt irreġistrati qabel barra mill-Unjoni.

Reġistrazzjoni preċedenti barra mill-Unjoni li tkun saret f’inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a)“emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2019 tal-vetturi tqal ġodda kollha f’kull wieħed mis-subgruppi tal-vetturi, għajr il-vetturi vokazzjonali, iddeterminata skont il-punt 3 tal-Anness I;

(b)“emissjonijiet speċifiċi” tfisser l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura tqila individwali ddeterminati skont il-punt 2.1 tal-Anness I;

(c)“emissjonijiet speċifiċi medji” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tal-vetturi tqal ġodda ta’ manifattur f’sena kalendarja partikolari ddeterminata skont il-punt 2.7 tal-Anness I;

(d)“mira ta’ emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira ta’ manifattur individwali, espressa fi g/tkm u ddeterminata kull sena għas-sena kalendarja preċedenti skont il-punt 4 tal-Anness I;

(e)“trakk riġidu” tfisser trakk li mhux imfassal jew mibni biex jirmonka semitrejler;

(f)“żiemel ta’ trakk” tfisser unità tal-irmonk mfassla u mibnija esklussivament jew primarjament biex tirmonka semitrejlers;

(g)“subgrupp tal-vetturi” tfisser grupp ta’ vetturi kif iddefinit fil-Punt 1 tal-Anness I, li huma kkaratterizzati minn sett komuni u distintiv ta’ kriterji tekniċi rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ dawn il-vetturi;

(h)“vettura vokazzjonali” tfisser vettura tqila li mhix maħsuba għat-twassil tal-merkanzija u li għaliha ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, biss għal profili oħra tal-missjoni għajr dawk definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(i)“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli għas-sottomissjoni tad-data relatata mal-vetturi tqal ġodda skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru .../2018 jew, fil-każ ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi sħaħ jew tal-approvazzjoni individwali skont id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;

(j)“vettura tqila mingħajr emissjonijiet” tfisser vettura tqila mingħajr magna tal-kombustjoni interna, jew b’magna tal-kombustjoni interna li tirrilaxxa anqas minn 1 g CO2/kWh kif iddeterminat skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, jew li tirrilaxxa anqas minn 1 g CO2/km kif iddeterminat skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu;

(k)“vettura tqila b’emissjonijiet baxxi” tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ inqas minn 350 g CO2/km, kif iddeterminat skont il-punt 2.1 tal-Anness I;

(l)“profil tal-missjoni” tfisser kombinazzjoni ta’ ċiklu tal-veloċità mmirata, valur tat-tagħbija, konfigurazzjoni tal-karozzerija jew tat-trejler, u parametri oħra, jekk applikabbli, li jirrifletti l-użu speċifiku ta’ vettura, li abbażi tagħhom ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil uffiċjali ta’ vettura tqila;

(m)“ċiklu tal-veloċità mmirata” tfisser id-deskrizzjoni tal-veloċità tal-vettura li s-sewwieq irid jilħaq jew li hu limitat biha minħabba l-kundizzjonijiet tat-traffiku, bħala funzjoni tad-distanza koperta bi vjaġġ;

(n)“tagħbija” tfisser il-piż tal-merkanzija jew tal-persuni li vettura qed iġorr skont kundizzjonijiet differenti.

Artikolu 4
L-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur

Mill-2020 u kull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1), għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji fi g/tkm għas-sena kalendarja preċedenti, billi jitqies dan li ġej:

(a)id-data rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru.../2018 [dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-HDV] għall-vetturi tqal ġodda tal-manifattur irreġistrati fis-sena rilevanti, għajr il-vetturi vokazzjonali;

(b)il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi ddeterminat skont l-Artikolu 5.

L-emissjonijiet speċifiċi medji għandhom jiġu kkalkulati b’konformità mal-punt 2.7 tal-Anness I.

Artikolu 5
Il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi

1.Mill-2020 u kull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1), għal kull manifattur, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi msemmija fl-Artikolu 4(b) għas-sena kalendarja preċedenti.

Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandu jqis l-għadd u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f’sena kalendarja, inkluż il-vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), kif ukoll il-vetturi vokazzjonali mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi.

Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 2.3 tal-Anness I.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandhom jitqiesu kif ġej:

(a)vettura tqila mingħajr emissjonijiet għandha tingħadd bħala żewġ (2) vetturi;

(b)il-vetturi tqal b’emissjonijiet baxxi għandhom jingħadd sa massimu ta’ żewġ (2) vetturi skont funzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom u l-livell limitu tal-emissjonijiet ta’ 350 g CO2/km.

3.Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur b’massimu ta’ 3 %. Il-kontribut tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għal dak il-fattur għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur b’massimu ta’ 1,5 %.

Artikolu 6
Il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur

Mill-2026 u kull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1), għal kull manifattur, mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti. Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għandha tkun is-somma tal-multiplikazzjonijiet ta’ dawn iċ-ċifri, għas-subgruppi kollha tal-vetturi:

(a)il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fl-Artikolu 1(a) jew (b), kif applikabbli;

(b)l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza;

(c)is-sehem tal-vetturi li għandu l-manifattur f’kull subgrupp;

(d)Il-fatturi tal-kilometraġġ annwali u tal-ponderazzjoni tat-tagħbija applikati għal kull subgrupp.

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għandha tiġi kkalkulata skont il-punt 4 tal-Anness I.

Artikolu 7
Il-krediti u d-djun tal-emissjonijiet

1.Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità ta’ manifattur mal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu fil-perjodu 2025-2029, għandhom jitqiesu l-krediti tal-emissjonijiet jew id-djun tal-emissjonijiet tiegħu, li jikkorrispondu għall-għadd ta’ vetturi tqal ġodda, għajr il-vetturi vokazzjonali, tal-manifattur f’sena kalendarja, immultiplikati bid-differenza bejn:

(a)It-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 2 u l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur, jekk id-differenza tkun pożittiva (“il-krediti tal-emissjonijiet”);

(b)l-emissjonijiet speċifiċi medji u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur, jekk dik id-differenza tkun pożittiva (id-djun tal-emissjonijiet”).

Il-krediti tal-emissjonijiet għandhom jinkisbu tul il-perjodu 2019-2029. Iżda l-krediti miksuba tul il-perjodu 2019-2024 għandhom jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità tal-manifattur mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-2025 biss.

Id-djun tal-emissjonijiet għandhom jinkisbu tul il-perjodu 2025-2029, iżda d-djun totali ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur fl-2025, immultiplikat bl-għadd ta’ vetturi tqal tal-manifattur f’dik is-sena (“il-limitu tad-djun tal-emissjonijiet”).

Il-krediti u d-djun tal-emissjonijiet miksuba fl-2025 u f’xi waħda mis-snin sussegwenti sal-2028, meta jkunu disponibbli, għandhom jingħaddu minn sena kalendarja għal oħra sal-2029, meta d-djun tal-emissjonijiet li jkun fadal għandhom jixxejnu.

2.It-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta’ trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 u l-mira tal-2025 speċifikata fil-punt (a) ta’ dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-2025 u l-mira tal-2030 speċifikati fil-punt (b) ta’ dak l-Artikolu.

Artikolu 8
Konformità mal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi

1.Meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda skont il-paragrafu 2 f’sena kalendarja partikolari mill-2025 ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għall-emissjonijiet żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja:

(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 6 800 €/gCO2/tkm)

2.Manifattur għandu jitqies li għandu emissjonijiet żejda f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)Jekk, f’xi sena kalendarja bejn l-2025 u l-2028, is-somma tad-djun tal-emissjonijiet mingħajr is-somma tal-krediti tal-emissjonijiet tkun taqbeż il-limitu tad-dejn tal-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 7(1);

(b)Fis-sena kalendarja 2029, meta s-somma tad-djun tal-emissjonijiet mingħajr is-somma tal-krediti tal-emissjonijiet tkun akbar miż-żero;

(c)Fis-snin kalendarji mill-2030 ’il quddiem, meta l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ikunu jaqbżu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu.

L-emissjonijiet żejda f’sena kalendarja partikolari għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 6 tal-Anness I.

3.Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-mezzi għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet żejda skont il-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

4.L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 9
Verifika tad-data tal-monitoraġġ

1.L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, b’kull devjazzjoni misjuba fl-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal waqt is-servizz meta mqabbla maċ-ċifri indikati fiċ-ċertifikati tal-konformità jew fil-fajl tal-klijenti b’riżultat tal-verifiki mwettqa skont il-proċedura msemmija fl-[Artikolu 5(4)(l)] tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

2.Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur.

3.Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta’ dawn id-devjazzjonijiet u biex jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 10
Pubblikazzjoni tad-data u tal-prestazzjoni ta’ manifattur

1.Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, biex tindika:

(a)mill-2020, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tiegħu fis-sena kalendarja preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(b)mill-2020, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 5;

(c)mill-2026, għal kull manifattur, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu għas-sena kalendarja preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 6;

(d)mill-2020 sal-2030, għal kull manifattur, it-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 tiegħu, il-krediti tal-emissjonijiet tiegħu u, mill-2026, id-djun tal-emissjonijiet tiegħu fis-sena preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(e)mill-2026, għal kull manifattur, l-emissjonijiet żejda tiegħu fis-sena kalendarja preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 8;

(f)mill-2020, il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għall-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.

Għall-pubblikazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2020, il-lista għandha tinkludi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 1.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 li jaġġustaw l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u b’konformità ma’ dan li ġej:

(a)meta ċ-ċifri tat-tagħbija jkunu ġew aġġustati skont l-Artikolu 12(1)(c), skont il-proċedura stabbilita fil-punt 1 tal-Anness II;

(b)meta fattur tal-aġġustament ikun ġie ddeterminat skont l-Artikolu 12(2), billi jiġi applikat dan il-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika ċ-ċifri aġġustati tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza u għandha tapplikahom għall-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur applikabbli fis-snin kalendarji applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tal-atti delegati li jaġġustaw iċ-ċifri.

Artikolu 11
L-emissjonijiet tas-CO
2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali

1.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Din għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat kif dik ir-rappreżentanza qed tevolvi maż-żmien.

2.Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta’ data robusta mhux personali dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal.

3.Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 12
Aġġustamenti fl-Annessi I u II

1.Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II.

(a)L-entrati għat-tip ta’ kabina u għall-potenza tal-magna stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I u d-definizzjonijiet ta’ “kabina tal-irqad” u “kabina tal-jum” imsemmija f’dik it-Tabella;

(b)Il-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I;

(c)Iċ-ċifri tat-tagħbija stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness I, u l-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness II;

(d)Iċ-ċifri tal-kilometraġġ annwali stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Anness I.

2.Meta l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu jiġu modifikati biex il-livell tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi rappreżentattivi definiti skont dan il-paragrafu jiżdied jew jonqos b’aktar minn 5 g CO2/km, il-Kummissjoni għandha tapplika aġġustament, b’konformità mal-Artikolu 10(2)(b), għall-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 11(1) li għandhom jiġu kkalkulati b’konformità mal-formula stabbilita fil-punt 2 tal-Anness II.

Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija għad-definizzjoni ta’ vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta’ subgrupp tal-vetturi, inkluż l-istatistika tal-ponderazzjonijiet tagħhom, li skontha għandu jiġi ddeterminat dak l-aġġustament, filwaqt li titqies id-data tal-monitoraġġ irrappurtata skont ir-Regolament (UE) Nru.../2018 u l-karatterisitiċi tekniċi tal-vetturi elenkati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400.

Artikolu 13
Reviżjoni u Rappurtar

Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi ddeterminata għall-2030 skont l-Artikolu 1 u l-iffissar ta’ miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta’ vetturi tqal inkluż it-trejlers. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b’mod partikolari, il-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE 30 , u s-sistema tal-krediti tas-CO2 , u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta’ dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn u, meta xieraq, magħha tinhemeż proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 14
Komitoloġija

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ [...] stabbilit bir-Regolament (UE) Nru .../2018 [Governanza]. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 15
Eżerċitar tad-delega

1.Is-setgħa li tadotta atti delegati hi mogħtija lill-Kummissjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 10(2) u 12(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien mhux determinat minn [enter the date of entry into force of this Regulation].

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 10(2) u 12(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 10(2) u 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunu esprimew l-ebda oġġezzjoni għalih fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 16
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 595/2009

Fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għandu jiżdied il-punt (l) li ġej:

“(l)proċedura li tivverifika, abbażi ta’ kampjuni xierqa u rappreżentattivi, jekk il-vetturi li jkunu ġew irreġistrati u daħlu fis-servizz humiex konformi maċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu;”

Artikolu 17
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

   1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

   1.2.    Oqsma tal-politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

   1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

   1.4.    Għanijiet

   1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

   1.6.    Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

   1.7.    Modi ta’ ġestjoni ppjanati

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI

   2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

   2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

   2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.    STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

   3.1.    Intestaturai tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tan-nefqa tal-baġit milquta

   3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa 

   3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

   3.2.2.    Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   3.2.3.    Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   3.2.5.    Kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi

   3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda

1.2.Oqsma tal-politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 31  

34: Azzjoni klimatika

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/inizjattiva hia relatata ma’ azzjoni ġdida 

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 32  

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għanijiet

1.4.1.L-għanijiet strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta tikkostitwixxi miżura leġiżlattiva ewlenija ta’ tielet Pakkett “L-Ewropa Attiva”. Din tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tal-Kummissjoni għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi adottata fl-2016, u l-pjan ta’ azzjoni tagħha biex titjieb l-effiċjenza tal-fjuwil u jonqsu l-emissjonijiet mill-vetturi tqal (HDV), jiġifieri t-trakkijiet, ix-xarabanks u l-kowċis.

Il-proposta tikkontribwixxi biex jitwettaq l-impenn tal-Unjoni li tikseb tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet sal-2030 meta mqabbel mal-1990.

1.4.2.Għanijiet speċifiċi u l-attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernati

L-għan speċifiku Nru 3

Aktar dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport fl-Unjoni permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki armonizzati (b’koperazzjoni ma’ DĠ oħra bħad-DĠ MOVE, id-DĠ GROW,...)

Attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernati

Attività ABB 34 02 – Azzjoni klimatika fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali.

Attività ABB 07 02 – Politika ambjentali fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali

1.4.3.Ir-riżultati mistennija u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta se tistabbilixxi l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda mqiegħda fis-suq tal-Unjoni.

Il-proposta se:

- tgħin biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal;

- tnaqqas l-ispejjeż operattivi għall-operaturi tat-trasport u/jew l-ispejjeż tal-ġarr għall-konsumaturi;

- tgħin lill-industrija Ewropea tal-vetturi tqal biex iżżomm il-pożizzjoni tagħha ta’ tmexxija teknoloġika u innovattiva.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Indikatur 1: L-emissjonijiet tas-CO2 l-konsum tal-fjuwil annwali medji għal kull subgrupp tal-vetturi, għal kull manifattur u għal kull Stat Membru, mill-vetturi tqal ġodda rreġistrati fl-Unjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni taċ-ċertifikazzjoni.

Indikatur 2: Żieda fil-livell tal-innovazzjoni imkejjel f’termini ta’ privattivi ġodda mill-manifatturi Ewropej tal-vetturi tqal relatati ma’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u ma’ vetturi mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijiet baxxi.

Indikatur 3: Il-livell ta’ impjiegi se jiġi mmonitorjat abbażi ta’ statistika tal-Eurostat disponibbli pubblikament fuq data dwar l-impjiegi settorjali għall-Unjoni.

Indikatur 4: Il-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja b’data dwar sustanzi niġġiesa tal-arja rrappurtata mill-pajjiżi taż-ŻEE skont AirBase 33 .

Indikatur 5: It-titjib fis-sigurtà tal-enerġija se jkun monitorjat abbażi ta’ statistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet tal-fjuwils, inkluż il-fjuwils tat-trasport.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul

Il-manifatturi tal-vetturi tqal li jkun għadhom kif ġew irreġistrati fl-Unjoni għandhom:

- jikkonformaw mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi stabbiliti;

- jirrappurtaw lill-Kummissjoni d-data dwar il-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali mkejjel b’apparati standardizzati;

- ikunu soġġetti għal testijiet tal-konformità waqt is-servizz, u r-riżultati tagħhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Is-swieq tal-vetturi tqal ġodda u s-servizzi tat-trasport, it-tnejn qed joperaw mal-UE kollha u huma partijiet integrali tas-Suq Uniku. L-istandards tal-emissjonijiet stabbiliti fil-livell tal-Unjoni se jevitaw il-frammentazzjoni tas-suq, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u se jkunu aktar kosteffettivi minn xi azzjoni meħuda fil-livell tal-Istati Membri individwali.

L-industrija awtomobilistika teħtieġ l-aktar ċertezza regolatorja possibbli biex tagħmel l-investimenti kapitali kbar meħtieġa ħalli timmassimizza l-ekonomija tal-fjuwil tal-vetturi ġodda, u b’mod aktar importanti għall-bidla lejn sorsi ġodda ta’ enerġija primarja. Bl-istandards tinkiseb din iċ-ċertezza bi ppjanar fit-tul, u dawn ma jistgħux jiġu implimentati bl-istess effikaċja u ċertezza fil-livell tal-Istati Membri.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

Għall-vetturi ħfief, jiġifieri l-karozzi u l-vannijiet, standards obbligatorji tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-UE kollha wasslu għal titjib fil-livelli tal-effiċjenza tal-fjuwil u naqqsu l-emissjonijiet tas-CO2.

L-evalwazzjoni tar-Regolamenti eżistenti kkonkludiet li l-leġiżlazzjoni kienet għadha rilevanti, ġeneralment koerenti, u ffrankat emissjonijiet sinifikanti, filwaqt li kienet aktar kosteffettiva milli kien mistenni oriġinarjament biex jintlaħqu l-miri stabbiliti.

L-istandards proposti tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi ġodda huma msejsa fuq it-tagħlimiet miksuba mill-istandards tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief. Bħal fil-każ tal-karozzi u l-vannijiet hemm previsti għadd ta’ flessibbiltajiet li jiżguraw implimentazzjoni kosteffettiva tal-istandards. Madankollu l-karatteristiċi speċjali tas-settur tal-vetturi tqal ħtieġu wkoll xi elementi ġodda fit-tfassil tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal.

1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hi konsistenti mal-politiki eżistenti tal-UE dwar il-mobbiltà, inkluż fost l-oħrajn miżuri bħas-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, ir-Regolament taċ-Ċertifikazzjoni 34 , ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar 35 , id-Direttiva dwar il-Eurovignette 36 , id-Direttiva dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi awtorizzati 37 , id-Direttiva dwar Vetturi Nodfa 38 , u d-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil (FQD).

1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva b’tul taż-żmien limitat

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

☑ Proposta/inizjattiva b’tul taż-żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2019 sa tul taż-żmien mhux limitat.

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Modi ta’ ġestjoni ppjanati 39  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta permezz ta’ delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja lil:

pajjiżi terzi jew il-korpi maħtura minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi regolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn dawn ikunu jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jkunu jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk tindika aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-impatti reali tal-leġiżlazzjoni se jiġu mmonitorjati u evalwati skont sett ta’ indikaturi mfassla apposta skont l-għanijiet speċifiċi ta’ politika li għandhom jintlaħqu skont il-liġi (ara l-punt 1.4.4 hawn fuq għal aktar dettalji dwar l-indikaturi).

Bir-rieżami nofsani tal-leġiżlazzjoni li hu previst għall-2022, il-Kummissjoni se tkun tista’ tivvaluta l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni u, meta xieraq, tipproponi bidliet.

Skont ir-Regolament propost dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal, il-Kummissjoni se tiġbor id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil li tirriżulta mill-proċedura taċ-ċertifikazzjoni. B’hekk, il-monitoraġġ hu marbut mill-qrib mal-proċess taċ-ċertifikazzjoni u mal-operazzjoni u l-ġestjoni tal-għodda tas-simulazzjoni VECTO.

Il-proposta dwar l-istandards tas-CO2 tippreżenta żewġ miżuri addizzjonali tal-monitoraġġ biex tikkumplimenta r-Regolament dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal.

1. Il-ġbir, il-pubblikazzjoni, u l-monitoraġġ tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali li rrappurtaw il-manifatturi u bbażata fuq apparat standardizzat obbligatorju.

2. Introduzzjoni ta’ testijiet tal-konformità waqt is-servizz u l-obbligu li jiġu rrappurtati d-devjazzjonijiet miċ-ċifri tal-approvazzjoni tat-tip, li jistgħu jiġu indirizzati b’mekkaniżmu tal-korrezzjoni.

Dawn miżuri kumplimentari ta’ monitoraġġ isaħħu l-proċess tal-monitoraġġ u jiżguraw l-effikaċja tal-inizjattiva leġiżlattiva proposta.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskji identifikati

Il-monitoraġġ effiċjenti hu kondizzjonali għal proċess taċ-ċertifikazzjoni li jiffunzjona tajjeb u għal data affidabbli dwar l-emissjonijiet mill-għodda VECTO użata għall-finijiet tar-Regolament dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal.

Ir-riskju ta’ data żbaljata dwar l-emissjonijiet jew ta’ rappurtar tard mill-manifatturi jew mill-Istati Membri skont ir-Regolament dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal jista’ jwassal għal diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2.

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema stabbilita ta’ kontroll intern

Il-metodi ta’ kontroll previsti huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli tal-Applikazzjoni.

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

N/A

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Minbarra l-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju biex jiġu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet, il-proposta tipprevedi penali finanzjarji fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-punt 2.1 hawn fuq, il-proposta tipprovdi għal monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali kif ukoll għal testijiet tal-konformità waqt is-servizz u mekkaniżmu tal-korrezzjoni f’każ ta’ devjazzjoni konsiderevoli bejn id-data fid-dinja reali u d-data tal-approvazzjoni tat-tip. Dawn il-miżuri se jiżguraw l-effikaċja tal-proposta u se jnaqqsu r-riskju ta’ irregolaritajiet.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestaturai tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tan-nefqa tal-baġit milquta

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Għadd
[2][Intestatura, Riżorsi Naturali ………………………...……………]

Diff./Mhux diff 40 .

mingħand pajjiżi tal-EFTA 41

mingħand pajjiżi kandidati 42

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2

34 02 01: Tnaqqis tal-emissjonijiet GHG (mitigazzjoni)

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Għadd
[…][Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

mingħand pajjiżi tal-EFTA

mingħand pajjiżi kandidati

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

[Din it-taqsima jenħtieġ timtela bl-użu ta’ spreadsheet dwar id-data tal-baġit ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-Anness ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u tittella’ fuq is-CISNET għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

F’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru 2

Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

Il-Kummissjoni Ewropea 43

Sena
2019 44

Sena
2020

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

2019-2020

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

34.02.01

Impenji

(1)

0.500

0.500

1.000

Pagamenti

(2)

0.500

0.500

1.000

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 45  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-Kummissjoni Ewropea

Impenji

=1+1a+3

0.500

0.500

1.000

Pagamenti

=2+2a

+3

0.500

0.500

1.000






Total tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0.500

0.500

1.000

Pagamenti

(5)

0.500

0.500

1.000

•Total tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0.500

0.500

1.000

Pagamenti

=5+ 6

0.500

0.500

1.000

Jekk il-proposta/inizjattiva jaffettwaw aktar minn intestatura waħda:

•Total tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•Total tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

0.500

0.500

1.000

Pagamenti

=5+ 6

0.500

0.500

1.000

L-approprjazzjonijiet operazzjonali mitluba skont l-Intestatura 2 se jiġu allokati mill-fond għall-programm LIFE disponibbli (skont is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika).



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

F’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Sena
2019

Sena

2020

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

2019-2020

Il-Kummissjoni Ewropea

•Riżorsi umani

0.429

0.429

0.858

•Nefqa amministrattiva oħra

0.015

0.015

0.030

Total għall-Kummissjoni Ewropea

Approprjazzjonijiet

0.444

0.444

0.888

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0.444

0.444

0.888

F’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Sena
2019 46

Sena
2020

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

2019-2020

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0.944

0.944

1.888

Pagamenti

0.944

0.944

1.888

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati

Sena

2019

Sena
2020

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

2019-2020

RIŻULTATI

Tip 47

Spiża medja

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd totali

Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3 48

- Riżultat

Kuntatt ta’

servizz

0.500

1

1

0.500

1.000

- Riżultat

- Riżultat

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2...

- Riżultat

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

SPIŻA TOTALI

1

0.500

1

0.500

1.000

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

F’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2022

Sena
2023

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

għall-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0.429

0.429

0.858

Nefqa amministrattiva oħra

0.015

0.015

0.030

Subtotal għall-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.444

0.444

0.888

Barra mill-INTESTATURA 5 49
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0

0

0

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

0

0

0

Subtotal
Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0

0

0

TOTAL

0.444

0.444

0.888

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal fulltime

Sena
2019

Sena
2020

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

34 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

3

3

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Fulltime: FTE) 50

34 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

0

0

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  51

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

3

3

XX hu l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jissodisfahom il-persunal tad-DĠ li diġà ġew assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, u jekk ikun meħtieġ flimkien ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Se jkun hemm bżonn tliet uffiċjali AD addizzjonali mill-2019 ’il quddiem biex ikunu responsabbli għat-tħejjija tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni rilevanti u biex jiżguraw implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament u ta’ kwistjonijiet relatati meħtieġa, b’rabta mat-tħaddim tal-għodda VECTO u l-ġestjoni tal-proċess taċ-ċertifikazzjoni. Deskrizzjoni dettaljata tal-kompiti speċifiċi hi prevista hawn taħt.

1.Kompiti relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

a. L-iffissar ta’ miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u ta’ linji ta’ kreditu għall-finijiet tal-ibbankjar;

b.L-organizzazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-proċeduri tal-ibbankjar u tas-self;

c.L-organizzazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-mekkaniżmu ta’ inċentivi għall-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi;

d.L-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ reviżjoni fl-2022 – reviżjoni tal-livelli tal-mira, il-linji tal-kreditu, il-livelli massimi applikabbli, l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni eċċ.;

e.Is-superviżjoni tal-proċess tal-ġbir, il-pubblikazzjoni u l-monitoraġġ tad-data dwar l-emissjonijiet fid-dinja reali. L-identifikazzjoni u l-kontroll ta’ xi azzjoni korrettiva, jekk tkun meħtieġa.

f. Is-superviżjoni u l-analiżi tar-riżultati tat-testijiet tal-konformità waqt is-servizz. L-identifikazzjoni u l-kontroll ta’ xi mekkaniżmu tal-korrezzjoni, jekk ikun meħtieġ.

g.Valutazzjoni tal-konformità annwali u multiannwali, inkluż l-applikazzjoni u l-ġbir tal-penali.

2.Kompiti relatati mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-Regolament.

3.Kompiti relatati mal-għodda VECTO:

a.aktar żvilupp tal-għodda biex tkun tinkludi teknoloġiji innovattivi ġodda bi “proċedura rapida”

b.ġestjoni tal-“proċedura rapida tal-VECTO” malli tiġi stabbilita (simili għall-proċedura “ekoinnovazzjonijiet” għall-vetturi ħfief)

c.aktar estensjoni tal-VECTO biex tkopri x-xarabanks u l-kowċis, it-trakkijiet iżgħar u t-trejlers u l-għamla reali tat-trakkijiet;

d.il-ġestjoni tal-operazzjoni tal-għodda VECTO mħaddma b’mod ċentrali fuq pjattaforma tal-internet, dak li jista’ jkun meħtieġ biex jiġu indirizzati l-approvazzjonijiet tat-tip f’diversi stadji (għax-xarabanks u l-kowċis u għaċ-ċertifikazzjonijiet tal-għamla reali), l-informazzjoni tal-konsumatur (simulazzjoni komparattiva ta’ vetturi differenti bi profili tal-missjoni personalizzati) u l-ittestjar indipendenti (it-twettiq ta’ simulazzjonijiet tat-test ta’ verifika).

e.Il-ġestjoni ta’ għodod awżiljarji li jappoġġaw lill-VECTO, eż. ta’ proċess tal-approvazzjoni għal għodod kummerċjali tad-dinamika komputazzjonali tal-fluwidi (CFD) jew l-iżvilupp ta’ għodda ta’ referenza tas-CFD mill-Kummissjoni.

f.Il-kisba ta’ għarfien profond biżżejjed dwar is-sensji meħtieġa tal-persunal ħalli jkun żgurat li

I.l-Kummissjoni tkun tista’ topera l-VECTO kuljum b’mod indipendenti mill-kuntratturi esterni

II.l-offerti tal-iżvilupp ikunu jistgħu jiġu speċifikati b’biżżejjed dettall u profondità (eż. deskrizzjoni tal-moduli ta’ programm individwali fuq livell funzjonali) b’mod li dawn ikunu aċċessibbli għal firxa wiesgħa ta’ offerenti, inkluż dawk mingħajr għarfien minn qabel dwar l-għodda VECTO.

4.Kompiti relatati mal-proċess taċ-ċertifikazzjoni

a. biex ikun żgurat li dan jinżamm aġġornat fil-ħin u jkollu l-karatteristiċi meħtieġa għal implimentazzjoni xierqa tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2.

b.Appoġġ għall-“proċedura rapida tal-VECTO” biex tkun tinkludi teknoloġiji ġodda

Għalkemm il-kompiti fil-punti 3 u 4 hawn fuq huma relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-monitoraġġ u r-rappurtar u mar-Regolament taċ-Ċertifikazzjoni, dawn huma differenti u apparti minn dawk jwettqu l-membri tal-persunal li bħalissa jaħdem f’dawn l-oqsma.

Għall-implimentazzjoni ta’ din tal-aħħar, intalbu żewġ aġenti kuntrattwali għaż-ŻEE biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ rappurtar u għat-tħejjija ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ sistemi tal-kontroll tal-kwalità tad-data.

Għall-implimentazzjoni ta’ dawn tal-aħħar hemm bżonn riżorsi umani addizzjonali b’għarfien speċifiku fil-VECTO għall-finijiet biex jiġi aġġornat ir-Regolament taċ-Ċertifikazzjoni.

Persunal estern

L-ebda

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/inizjattiva hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hemm bżonn, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’hemm bżonn, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.Kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament mingħand partijiet terzi.

Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/inizjattiva ma tħalli l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva tħalli dan l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq id-dħul mixxellanju

F’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva 52

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu...

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linji tan-nefqa tal-baġit affettwati.

Ir-Regolament tfassal b’mod li jiżgura l-konformità sħiħa tal-manifatturi kollha. Għaldaqstant, mhu mistenni li jiġi ġġenerat l-ebda dħul mill-Primjums għall-Emissjonijiet Żejda kif previst skont l-Artikolu 8. Iżda jekk jiġi ġġenerat dħul bl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, dawn jiġu inkorporati fil-baġit ġenerali tal-UE. Il-valutazzjoni tal-impatt mehmuża mal-proposta tipprovdi firxiet ta’ totali potenzjali ta’ Primjums għall-Emissjonijiet Żejda li jistgħu jkunu dovuti fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

(1)    COM(2017) 676 final
(2)    SWD(2017) 650 final
(3)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 rigward id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal.
(4)    COM(2017) 0279 final
(5)    Id-Direttiva 2011/76/UE
(6)    Id-Direttiva 2009/30/KE
(7)    Id-Direttiva 2009/33/KE
(8)    Id-Direttiva 2015/719/UE
(9)    Id-Direttiva 2014/94/UE
(10)    COM(2015) 080 final
(11)    COM(2016) 482 final
(12)    COM(2017) 479 final
(13)    “Heavy Duty Vehicles – support for preparation of impact assessment for CO2”, studju għall-Kummissjoni minn TNO, TUG, CE Delft u ICCT, ir-rapport għad irid jiġi ppubblikat;
(14)    “Heavy Duty Vehicles CO2 Emission Reduction Cost Curves and Cost Assessment – enhancement of the DIONE model”, il-JRC, għad irid jiġi ppubblikat.
(15)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 rigward id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal.
(16)    COM(2017) 0279 final
(17)    ĠU C , , p. .
(18)    ĠU C , , p. .
(19)    L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd, COM(2017) 283 final
(20)    It-twettiq ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha, COM(2017) 675 final
(21)    Ninvestu f’industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017) 0479 final
(22)    Ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni), (ĠU L, …, …, p. ).
(23)    Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE
(24)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).
(25)    Ir-Regolament (UE) Nru …/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (ĠU L, …, …, p. ).
(26)    Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017) 653 final] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).
(27)    Opinjoni tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Konsulenti Xjentifiċi Nru 1/2016 “Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing”.
(28)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L, 55, 28.2.2011, p. 13).
(29)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(30)    Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva .../.../UE
(31)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(32)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(33)    AirBase hi bażi tad-data dwar il-kwalità tal-arja Ewropea miżmuma mill-pajjiżi taż-ŻEE permezz taċ-Ċentru Tematiku Ewropew dwar it-Tniġġis tal-Arja u l-Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima. Din tiġbor data tal-monitoraġġ dwar il-kwalità tal-arja u informazzjoni mibgħuta mill-pajjiżi parteċipanti mill-Unjoni kollha. Il-bażi tad-data dwar il-kwalità tal-arja tikkonsisti minn serje kronoloġika multiannwali ta’ data u statistika ta’ kejl tal-kwalità tal-arja għal għadd ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja.
(34)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400
(35)    COM(2017) 0279 final
(36)    Id-Direttiva 2011/76/UE
(37)    Id-Direttiva 2015/719/UE
(38)    Id-Direttiva 2009/33/KE
(39)    Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit web tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(40)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(41)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(42)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(43)    Is-servizzi kkonċernati huma kif ġej: DĠ CLIMA, DĠ GROW, JRC
(44)    Is-sena N hi s-sena meta tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(45)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(46)    Is-sena N hi s-sena meta tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(47)    Ir-riżultati huma prodotti u servizzi fornuti (eż. l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(48)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għanijiet speċifiċi...”
(49)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(50)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija JED = Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet.
(51)    Sublimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
(52)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Brussell, 17.5.2018

COM(2018) 284 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda

{SEC(2018) 233 final}
{SWD(2018) 185 final}
{SWD(2018) 186 final}


ANNESS I
Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi medji, u l-emissjonijiet żejda

1.subgruppi tal-vettura

Kull vettura tqila ġdida għandha tiġi attribwita lil xi wieħed mis-subgruppi definiti fit-Tabella 1 skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fiha.

Tabella 1 – Subgruppi tal-vettura (sg)

Vetturi tqal

Tip ta’ kabina

Potenza tal-magna

Subgrupp tal-vettura (sg)

Trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fusien 4x2 u massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli > 16-il tunnellata

Kollha

<170 kW

4-UD

B’kabina tal-jum

≥170 kW

4-RD

B’kabina tal-irqad

≥170 kW u <265 kW

B’kabina tal-irqad

≥265 kW

4-LH

Trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fusien 6x2

B’kabina tal-jum

Kollha

9-RD

B’kabina tal-irqad

9-LH

Żwiemel ta’ trakk b’konfigurazzjoni tal-fusien 4x2 u massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli > 16-il tunnellata

B’kabina tal-jum

Kollha

5-RD

B’kabina tal-irqad

< 265 kW

B’kabina tal-irqad

≥ 265 kW

5-LH

Żwiemel ta’ trakk b’konfigurazzjoni tal-fusien 6x2

B’kabina tal-jum

Kollha

10-RD

B’kabina tal-irqad

10-LH

“Kabina tal-irqad” tfisser tip ta’ kabina li għandha kompartiment wara s-sit tas-sewwieq maħsub għall-irqad kif irrappurtat skont ir-Regolament (UE) Nru …/2018 [HDV M&R].

“Kabina tal-jum” tfisser tip ta’ kabina li mhix kabina tal-irqad.

Jekk xi vettura tqila ġdida ma tkunx tista’ tiġi attribwita għal subgrupp tal-vettura għax l-informazzjoni dwar it-tip ta’ kabina jew il-potenza tal-magna ma tkunx disponibbli, din għandha tiġi attribwita għas-subgrupp ta’ vetturi għal distanzi twal (long-haul, LH) li jkun jikkorrispondi għat-tip ta’ xażi tagħha (trakk riġidu jew żiemel ta’ trakk) u l-konfigurazzjoni tal-fusien (4x2 jew 6x2).

Meta xi vettura tqila ġdida tiġi attribwita għas-subgrupp 4-UD, iżda d-dejta dwar l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ma tkunx disponibbli għall-profili tal-missjoni UDL jew UDR kif definit fit-Tabella 2 tat-Taqsima 2, il-vettura tqila ġdida għandha tiġi attribwita għas-subgrupp 4-RD.

2.Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur

2.1.Kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura tqila ġdida

L-emissjonijiet speċifiċi fi g/km (CO2v) ta’ vettura tqila ġdida v, attribwita għal subgrupp sg għandhom jiġu kkalkulati skont il-formula li ġejja:

Fejn,

       hi s-somma tal-profili tal-missjoni kollha mp elenkati fit-Tabella 2;

sg    hu s-subgrupp li għalih tkun ġiet attribwita l-vettura tqila ġdida v skont it-Taqsima 1 tal-Anness;

Wsg,mp,     hu l-piż tal-profil tal-missjoni speċifikat fit-Tabella 2;

CO2v,mp    huma l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vettura tqila ġdida v iddeterminati għal profil tal-missjoni mp u rrappurtati skont ir-Regolament (UE) Nru …/2018 [HDV M&R].

L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura tqila mingħajr emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti bħala 0 g CO2/km.

L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura vokazzjonali għandhom ikunu l-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km irrappurtati skont ir-Regolament (UE) Nru …/2018 [HDV M&R].

Tabella 2 – Piżijiet tal-profil tal-missjoni (Wsg,mp)

Subgrupp tal-vettura

(sg)

Profil tal-missjoni1 (mp) 

RDL

RDR

LHL

LHR

UDL

UDR

REL, RER, LEL, LER

4-UD

0

0

0

0

0,5

0,5

0

4-RD

0,45

0,45

0,05

0,05

0

0

0

4-LH

0,05

0,05

0,45

0,45

0

0

0

9-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

9-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0

5-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

5-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0

10-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

10-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0

1Definizzjonijiet tal-profil tal-missjoni

RDL

It-tagħbija tal-ġarr reġjonali hi baxxa

RDR

It-tagħbija tal-ġarr reġjonali hi rappreżentattiva

LHL

It-tagħbija tal-ġarr fit-tul hi baxxa

LHR

It-tagħbija tal-ġarr fit-tul hi rappreżentattiva

UDL

It-tagħbija tal-ġarr urban hi baxxa

UDR

It-tagħbija tal-ġarr urban hi rappreżentattiva

REL

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr reġjonali hi baxxa

RER

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr reġjonali hi rappreżentattiva

LEL

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr fit-tul hi baxxa

LER

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr fit-tul hi rappreżentattiva

2.2.L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-vetturi tqal ġodda f’subgrupp għal manifattur

Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji fi g/tkm () tal-vetturi tqal ġodda kollha f’subgrupp sg għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Fejn,

   hi s-somma tal-vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgrupp sg għajr il-vetturi vokazzjonali skont l-Artikolu 4(a).

CO2v    huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura tqila ġdida v iddeterminati skont il-punt 2.1;

Vsg    hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgrupp sg għajr il-vetturi vokazzjonali skont l-Artikolu 4(a).

PLsg    hi t-tagħbija medja tal-vetturi fis-subgrupp sg kif iddeterminat fil-punt 2.5.

2.3.Kalkolu tal-fattur ta’ vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 5

Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja, il-fattur ta’ vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi (ZLEV) imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

ZLEV = V / (Vconv + Vzlev)     b’minimu ta’ 0,97

Fejn:

V    hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur għajr il-vetturi vokazzjonali skont l-Artikolu 4(a).

Vconv    hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur għajr il-vetturi vokazzjonali skont l-Artikolu 4(a) u għajr il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijiet baxxi.

Vzlev        hi s-somma ta’ Vin u Vout,

   Fejn,

hi s-somma tal-vetturi tqal kollha mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi bil-karatteristiċi stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(a) sa (d);

CO2v    huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta’ vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1.

Vout     hu l-għadd totali ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet tal-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), immultiplikat bi 2, u sa massimu ta’ 1,5% ta’ Vconv. 

2.4.Kalkolu tas-sehem tal-manifattur ta’ vetturi fis-subgrupp

Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja, is-sehem ta’ vetturi tqal ġodda f’subgrupp sharesg għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fejn,

Vsg    hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur f’subgrupp sg għajr il-vetturi vokazzjonali kollha skont l-Artikolu 4(a);

V    hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur għajr il-vetturi vokazzjonali skont l-Artikolu 4(a).

2.5.Kalkolu taċ-ċifri tat-tagħbija medja tal-vetturi kollha f’subgrupp

Il-valur tat-tagħbija medja PLsg ta’ vettura f’subgrupp sg għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fejn,

   hi s-somma tal-profili tal-missjoni kollha mp

Wsg,mp, hu l-piż tal-profil tal-missjoni speċifikat fit-Tabella 2 taħt il-punt 2.1

PLsg,mp    hu l-valur tat-tagħbija attribwita lill-vetturi fis-subgrupp sg għall-profil tal-missjoni mp, as speċifikata fit-Tabella 3.

Tabella 3 – Ċifri tat-tagħbija PL sg, mp (f’tunnellati)

Subgrupp tal-vettura sg

Profil tal-missjoni1 mp 

RDL

RDR

LHL

LHR

UDL

UDR

REL

RER

LEL

LER

4-UD

0,9

4,4

1,9

14

0,9

4,4

3,5

17,5

3,5

26,5

4-RD

4-LH

5-RD

2,6

12,9

2,6

19,3

2,6

12,9

3,5

17,5

3,5

26,5

5-LH

9-RD

1,4

7,1

2,6

19,3

1,4

7,1

3,5

17,5

3,5

26,5

9-LH

10-RD

2,6

12,9

2,6

19,3

2,6

12,9

3,5

17,5

3,5

26,5

10-LH

1 Ara d-definizzjonijiet tal-profil tal-missjoni taħt it-Tabella 2 tal-punt 1

2.6.Kalkolu tal-fattur tal-kilometraġġ u tal-peżar tat-tagħbija

Il-fattur tal-kilometraġġ u tal-penderazzjoni tat-tagħbija (MPWsg) ta’ subgrupp sg hu ddefinit bħala l-multiplikazzjoni tal-kilometraġġ annwali speċifikat fit-Tabella 4 u l-valur tat-tagħbija għal kull subgrupp speċifikata fit-Tabella 3 tal-punt 2.5, normalizzat għall-valur rispettiv għas-subgrupp 5-LH, u għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fejn,

AMsg    hu l-kilometraġġ annwali speċifikat fit-Tabella 4 għall-vetturi fis-subgrupp rispettiv

AM5-LH    hu l-kilometraġġ annwali speċifikat għas-subgrupp 5-LH fit-Tabella 4

PLsg    hu kif iddeterminat fil-punt 2.5

PL5-LH    hu l-valur tat-tagħbija speċifikat għas-subgrupp 5-LH fit-Tabella 3 tal-punt 2.5

Tabella 4 – Kilometraġġi annwali

Subgrupp

tal-vettura sg

Kilometraġġ annwali AMsg (f’km)

4-UD

60 000

4-RD

78 000

4-LH

98 000

5-RD

78 000

5-LH

116 000

9-RD

73 000

9-LH

108 000

10-RD

68 000

10-LH

107 000

2.7.Kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji fi g/tkm ta’ manifattur imsemmi fl-Artikolu 4

Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja, l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/tkm (CO2) għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

CO2 = ZLEV ×sg share,sg × MPWsg × avgCO2sg 

       Fejn,

sg        hi s-somma tas-subgruppi kollha;

       ZLEV        hu kif iddeterminat fil-punt 2.3

       share,sg        hu kif iddeterminat fil-punt 2.4

       MPWsg        hu kif iddeterminat fil-punt 2.6

       avgCO2sg    hu kif iddeterminat fil-punt 2.2

           

3.Kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 1

L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza (rCO2sg) għandhom jiġu kkalkulati għal kull subgrupp sg abbażi tal-vetturi tqal ġodda kollha tal-manifatturi kollha tas-sena 2019 kif ġej:

Fejn,

   hi s-somma tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistati fis-sena 2019 fis-subgrupp sg għajr il-vetturi vokazzjonali kollha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1;    

CO2v    huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura v iddeterminati skont il-punt 2.1 u, jekk applikabbli, aġġustati skont l-Anness II;

rVsg    hu l-għadd tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fis-sena 2019 fis-subgrupp sg għajr il-vetturi vokazzjonali kollha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1;

PLsg    hi t-tagħbija medja tal-vetturi fis-subgrupp sg kif iddeterminat fil-punt 2.5.

4.Kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur imsemmi fl-Artikolu 6

Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja, mill-2025 ’il quddiem, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi T għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

T = ∑ sg sharesg × MPWsg × (1 - rf) × rCO2sg 

       Fejn,

       sg        hi s-somma tas-subgruppi kollha;

sharesg        hu kif iddeterminat fil-punt 4 tat-Taqsima 2;

MPWsg        hu kif iddeterminat fil-punt 6 tat-Taqsima 2;

rf    hi l-mira tat-tnaqqis tas-CO2 (bħala %) kif speċifikat fl-Artikolu 1(a) u (b) għas-sena kalendarja speċifika;

rCO2sg        hu kif iddeterminat fit-Taqsima 3.

5.Il-krediti u d-djun tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7

5.1.Kalkolu tat-trajettorja ta’ tnaqqis tas-CO2 għall-krediti tal-emissjonijiet

Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja Y fil-perjodu mill-2019 sal-2029, trajettorja ta’ emissjoni tas-CO2 (ETY) hi ddefinita kif ġej:

ET,Y = sg sharesg × MPWsg × R-ETY × rCO2sg 

Fejn,

sg (…)    hi s-somma tas-subgruppi kollha;

share,sg    hu kif iddeterminat fil-punt 4 tat-Taqsima 2;

MPWsg    hu kif iddeterminat fil-punt 6 tat-Taqsima 2;

rCO2sg    hu kif iddeterminat fit-Taqsima 3;

Fejn,

għas-snin kalendarji Y mill-2019 sal-2025:

R-ETY, = (1-rf2025)+ rf2025 × (2025 – Y)/6

u, għas-snin kalendarji Y mill-2026 sal-2030:

R-ETY = (1-rf2030 ) + (rf2030 - rf2025) × (2030 – Y)/5 

rf2025 u rf2030 huma l-miri ta’ tnaqqis tas-CO2 (bħala %) għall-2025 u għall-2030 kif speċifikat fl-Article 1(a) u (b), rispettivament.

5.2.Kalkolu tal-krediti u d-djun tal-emissjonijiet f’kull sena kalendarja

Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja Y fil-perjodu mill-2019 sal-2029, il-krediti tal-emissjonijiet (cCO2Y) u d-djun tal-emissjonijiet (dCO2Y) għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Jekk CO2Y < ETY:

cCO2Y = (ETY – CO2Y) × Vy    u

dCO2Y = 0

Jekk CO2Y > TY għas-snin 2025 sa 2029:

   dCO2Y = (CO2Y - TY) × VY    u

cCO2Y = 0 

Fil-bqija tal-każijiet kollha, CO2Y u cCO2Y huma stabbiliti bħala 0.

Fejn,

ETY     hi t-trajettorja tal-emissjoni tal-manifattur fis-sena kalendarja Y iddeterminata skont il-punt 5.1;

CO2Y    hi l-emissjonijiet speċifiċi medji fis-sena kalendarja Y iddeterimati skont il-punt 2.7;

TY     hi mira ta’ emissjoni speċifika tal-manifattur fis-sena kalendarja Y iddeterminata skont it-Taqsima 4;

VY    hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-sena kalendarja Y għajr il-vetturi vokazzjonali kollha skont l-Artikolu 4(a).

5.3.Limitu tad-djun tal-emissjonijiet

Għal kull manifattur, il-limitu tad-djun tal-emissjonijiet (limCO2) hu ddefinit kif ġej:

limCO2 = T2025 × 0,05 × V2025

Fejn

T2025     hi l-mira ta’ emissjoni speċifika tal-manifattur għall-2025 iddeterminata skont it-Taqsima 4;

V2025    hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fl-2025 għajr il-vetturi vokazzjonali kollha skont l-Artikolu 4(a).

5.4.Il-krediti tal-emissjonijiet miksuba qabel is-sena 2025

Id-djun tal-emissjonijiet miksuba fis-sena 2025 għandhom jitnaqqsu b’ammont (redCO2) li jikkorrispondi għall-krediti tal-emissjonijiet qabel l-2025, li huma ddeterminati għal kull manifattur kif ġej:

Fejn,

min    hu l-minimu taż-żewġ ċifri msemmija bejn il-parenteżi;

   hi s-somma tul is-snin kalendarji mill-2019 sal-2024;

dCO22025    huma d-djun tal-emissjonijiet għall-2025 kif iddeterminati skont il-punt 5.2;

cCO2Y        huma l-krediti tal-emissjonijiet għas-sena kalendarja Y iddeterminati skont il-punt 5.2.

   

6.Determinazzjoni tal-emissjonijiet żejda tal-manifattur imsemmija fl-Artikolu 8(2)

Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja mill-2025 ’il quddiem, il-valur tal-emissjonijiet żejda (exeCO2Y) għandu jiġi ddeterminat kif ġej, jekk il-valur hu pożittiv:

Għas-sena 2025

Għas-snin Y minn 2026 sa 2028

 

Għas-sena 2029

Għas-snin Y minn 2030 ’il quddiem

exeCO2y = (CO2Y - TY) x VY        

Fejn,

   hi s-somma tul is-snin kalendarji mill-2019 sal-2025;

   hi s-somma tul is-snin kalendarji mill-2025 sa Y;

   hi s-somma tul is-snin kalendarji mill-2025 sa (Y-1);

   hi s-somma tul is-snin kalendarji mill-2025 sal-2028;

   hi s-somma tul is-snin kalendarji mill-2025 sal-2029;

dCO2Y    huma d-djun tal-emissjonijiet għas-sena kalendarja Y iddeterimati skont il-punt 5.2;

cCO2Y    huma l-krediti tal-emissjonijiet għas-sena kalendarja Y iddeterminati skont il-punt 5.2;

limCO2        hu l-limitu tad-djun tal-emissjonijiet kif iddeterminat skont il-punt 5.3;

redCO2    hu t-tnaqqis fid-djun tal-emissjonijiet għas-sena 2025 kif iddeterminat skont il-punt 5.4.

Fil-bqija tal-każijiet kollha, il-valur ta’ emissjonijiet żejda exeCO2Y għandu jiġi stabbilit bħala 0.

ANNESS II

Proċeduri ta’ aġġustament

1.Il-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija imsemmija fl-Artikolu 12(1)(c)

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2)(a), għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 1, l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vettura tqila v iddeterminati għal profil ta’ missjoni mp imsemmi fit-Tabella 2 fil-punt 2.1 tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

CO2v,mp = CO2(2019)v,mp x (1+ PLasg,mp x (PLsg,mp – PL(2019)sg,mp))

Fejn

sg            hu s-subgrupp li għalih tappartjeni l-vettura v;    

CO2(2019)v,mp    huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura v fi g/km, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp u abbażi tad-dejta tal-monitoraġġ tal-2019 rrappurtata skont ir-Regolament (UE) Nru …/2018 [HDV M&R];

PL(2019)sg, mp    hu l-valur tat-tagħbija li kien attribwit għall-vetturi fis-subgrupp sg fuq il-missjoni tal-profil mp fis-sena kalendarja 2019, skont it-Tabella 3 tal-punt 2.5 tal-Anness I, għall-finijiet tal-istabbiliment tad-dejta tal-monitoraġġ tal-2019 rrappurtata skont ir-Regolament (UE) Nru …/2018 [HDV M&R];

PLsg, mp    hu l-valur tat-tagħbija attribwit għall-vetturi fis-subgrupp sg fuq il-profil tal-missjoni mp fis-sena kalendarja meta l-bidliet imsemmija fl-Artikolu 12(1)(c) jibdew japplikaw għall-vetturi tqal ġodda kollha, skont it-Tabella 3 tal-punt 2.5 tal-Anness I;    

PLasg, mp    hu l-fattur tal-aġġustament tat-tagħbija ddefinit fit-Tabella 5.

Tabella 5 – Fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija PLa sg, mp 

PLasg,mp 

(f’1/tunnellati)

Profili tal-missjoni mp1

RDL, RDR

REL, RER

LHL, LHR

LEL, LER

UDL, UDR

Subgrupp

tal-

vettura sg

4-UD

0,026

N.A.

0,015

N.A.

0,026

4-RD

4-LH

5-RD

0,022

0,022

0,017

0,017

0,022

5-LH

9-RD

0,026

0,025

0,015

0,015

0,026

9-LH

10-RD

0,022

0,021

0,016

0,016

0,022

10-LH

   1 ara d-definizzjonijiet tal-profil tal-missjoni fil-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Anness I.

2.Il-fatturi tal-aġġustament imsemmija fl-Artikolu 10(2)(b)

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2)(b), għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 1, l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vettura tqila v iddeterminati għal profil ta’ missjoni mp imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

CO2v,mp = CO2(2019)v,mp x (∑ r s r,sg x CO2(2019)r,mp )/ (∑ r s r,sg x CO2r,mp )

Fejn

r    hi s-somma tal-vetturi rappreżentattivi kollha r għas-subgrupp sg;

sg            hu s-subgrupp li għalih tappartjeni l-vettura v;

s r,sg            hu l-piż statistiku tal-vettura rappreżentattiva r 

           fis-subgrupp sg;

CO2(2019)v,mp    huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura v fi g/km, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp u abbażi tad-dejta tal-monitoraġġ tal-2019 rrappurtata skont ir-Regolament (UE) Nru …/2018 [HDV M&R];

CO2(2019)r,mp    huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura rappreżentattiva r fi g/km, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp skont dan ir-Regolament fil-verżjoni applikabbli tiegħu fl-2019;

CO2r,mp    huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura rappreżentattiva r, kif iddeterminati skont dan ir-Regolament fis-sena kalendarja meta l-bidliet imsemmija fl-Artikolu 12(2) jibdew japplikaw għall-vetturi tqal ġodda kollha.

Il-vettura rappreżentattiva għandha tiġi ddefinita skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 12(2).