Brussell, 11.1.2018

COM(2018) 8 final

2018/0003(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja

{SWD(2018) 5 final}
{SWD(2018) 6 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

It-terminu “Computing ta’ Prestazzjoni Għolja” jirreferi għat-teknoloġiji u l-użu ta’ superkompjuters b’saħħithom (interkonnessi f’sistema waħda jew qrib mijiet ta’ eluf jew miljuni ta’ unitajiet tal-computing li jaħdmu b’mod paralleli) biex jagħmlu komputazzjonijiet kbar u malajr li tant huma kumplessi li ma jistgħux isiru b’kompjuters ta’ skopijiet ġenerali. Fost il-metodoloġiji tal-computing ta’ prestazzjoni għolja hemm l-immudellar u s-simulazzjoni, l-analitika tad-dejta avvanzata u l-viżwalizzazzjoni li jintużaw waqt kompiti komputazzjonali ħafna jew waqt kompiti intensivi tad-dejta f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet xjentifiċi, tal-inġinerija, industrijali, kummerċjali u tas-settur pubbliku. Il-computing ta’ prestazzjoni għolja tinsab fiċ-ċentru tal-avvanzi u tal-innovazzjonijiet tal-era diġitali għax mingħajrha wieħed ma jkunx jista’ jikkompeti. Din hija teknoloġija ewlenija għax-xjenza, għall-industrija u għas-soċjetà inġenerali:

il-computing ta’ prestazzjoni għolja hi għodda essenzjali li tindirizza sfidi soċjali u xjentifiċi kbar, bħal ngħidu aħna l-identifikazzjoni bikrija u t-trattament tal-mard, terapiji ġodda bbażati pereżempju fuq il-mediċina personalizzata u ta’ preċiżjoni; id-deċifrar tal-funzjonament tal-moħħ uman; it-tbassir tal-evoluzzjoni tal-klima; l-osservazzjoni spazjali; il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ diżastri naturali fuq skala kbira; u tħaffif fit-tfassil ta’ materjali ġodda.

L-użu tal-computing ta’ prestazzjoni għolja qed iħalli impatt kruċjali dejjem aktar fuq l-industriji u n-negozji għax iċekken ferm iċ-ċikli tad-disinn u tal-produzzjoni, inaqqas l-ispejjeż, iżid l-effiċjenza fir-riżorsi, u jqassar u jottima l-proċessi tad-deċiżjoni.

Il-computing ta’ prestazzjoni għolja hi essenzjali wkoll għas-sigurtà u d-difiża nazzjonali, pereżempju għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ kriptaġġ kumpless, it-traċċar u r-rispons għall-attakki ċibernetiċi, l-użu ta’ forensika effiċjenti, u fis-simulazzjonijiet nukleari.

Il-kapaċitajiet xjentifiċi, il-kompetittività industrijali u s-sovranità tal-Ewropa jistrieħu b’mod kritiku fuq l-aċċess għall-aqwa infrastrutturi tal-computing ta’ prestazzjoni għolja u tad-dejta fid-dinja biex ilaħħqu mad-domanda dejjem akbar u l-kumplessità tal-problemi li jridu jissolvew. Għalkemm fl-2012, l-Unjoni ħadet azzjoni biex iżżid l-isforzi tagħha ħalli tiżgura li tkun fuq quddiem fejn jidħlu l-provvista u l-użu tas-sistemi u s-servizzi tal-computing ta’ prestazzjoni għolja 1 , sal-lum għadu ma sarx biżżejjed. Minħabba f’hekk:

(a)l-Unjoni m’għandhiex l-aqwa superkompjuters fid-dinja, u s-superkompjuters li għandha jiddependu fuq ktajjen tal-provvista barranin tal-computing ta’ prestazzjoni għolja, u b’hekk tinsab f’riskju dejjem akbar li tkun nieqsa minn għarfien strateġika jew teknoloġiku għall-innovazzjoni u l-kompetittività;

(b)is-superkompjuters disponibbli fl-Unjoni ma jissodisfawx id-domanda. Sabiex jimtela l-vojt, ix-xjenzati u l-industrija Ewropej qed jippruvaw jiksbu aċċess għall-aqwa magni li hemm barra mill-Unjoni biex jipproċessaw id-dejta tagħhom. Dan jista’ joħloq problemi, l-aktar fejn jidħlu l-protezzjoni tad-dejta personali u sensittiva, pereżempju d-dejta kummerċjali jew is-sigrieti kummerċjali, u s-sjieda tad-dejta, b’mod partikolari għal applikazzjonijiet sensittivi bħas-saħħa;

(c)l-investimenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni fil-computing ta’ prestazzjoni għolja għadhom mhumiex ikkoordinati fil-biċċa l-kbira tagħhom, u l-użu tal-iżviluppi teknoloġiċi tal-computing ta’ prestazzjoni għolja min-naħa tal-industrija għadu ftit. Meta mqabbla ma’ kompetituri fl-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Ġappun, hu ċar li fl-Unjoni u fl-Istati Membri hemm nuqqas ta’ investiment fil-computing ta’ prestazzjoni għolja, b’distakk ta’ finanzjament ta’ EUR 500-750 miljun fis-sena.

(d)l-Unjoni mhux qed jirnexxilha ssarraf l-investimenti tagħha tal-iżvilupp teknoloġiku f’sistemi tal-computing ta’ prestazzjoni għolja bbażati fuq it-teknoloġija Ewropea li qed takkwista; dan ifisser li ma teżistix rabta effettiva bejn il-provvista tat-teknoloġija, il-kodisinn mal-utenti, u l-akkwist konġunt tas-sistemi; u

(e)jekk ma jinħoloqx suq ewlieni għall-computing ta’ prestazzjoni għolja, dan ifisser li ma tkunx inħolqot industrija Ewropea kompetittiva tal-provvista tal-computing ta’ prestazzjoni għolja, f’suq li mistenni jkun jiswa madwar EUR 1 triljun fl-għaxar (10) snin li ġejjin.

Biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, waqt il-Jum Diġitali f’Ruma, organizzat fit-23 ta’ Marzu 2017 bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-sittin (60) anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma, seba’ Stati Membri – Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall u Spanja – iffirmaw id-Dikjarazzjoni tal-EuroHPC 2 . Imbagħad ingħaqdu magħhom il-Belġju, il-Bulgarija, il-Greċja, l-Iżvizzera, il-Kroazja u s-Slovenja. Dawn it-13-il pajjiż qablu li jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni biex sal-2022/2023 jakkwistaw u jużaw infrastruttura integrata pan-Ewropea għas-supercomputing fuq skala exa (EuroHPC). Xi Stati Membri oħra u pajjiżi assoċjati ġew mistiedna jiffirmaw id-Dikjarazzjoni tal-EuroHPC.

Il-mira li stabbiliet l-Unjoni hi li sal-2022 jew sal-2023 tikseb prestazzjoni fuq skala eksa, jiġifieri livell ta’ prestazzjoni ta’ sistemi tal-computing li kapaċi jeżegwixxu għaxar operazzjonijiet b’potenza ta’ tmintax kull sekonda. Iż-żieda fil-potenza tal-computing lil hinn mis-skala eksa tkun tinkludi t-teknoloġiji fuq skala post-eksa u aktarx il-quantum compjuters. Dawn huma tagħmir tal-computing li jisfrutta l-effetti tal-fiżika tal-quantum aktar milli t-tranżisters tradizzjonali. Bħala pass intermedjarju biex tinkiseb il-prestazzjoni fuq skala eksa, jenħtieġ li sal-2019 tinkiseb prestazzjoni fuq skala pre-eksa, jiġifieri 20 % sa 50 % tal-prestazzjoni fuq skala eksa.

Il-pajjiżi li ffirmaw id-Dikjarazzjoni tal-EuroHPC għarfu li hemm bżonn urġenti li huma u l-Unjoni jinvestu flimkien: biex jakkwistaw u joffru infrastruttura mill-aktar avvanzata tal-computing ta’ prestazzjoni għolja lill-utenti xjentifiċi u industrijali tal-Ewropa li tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-applikazzjoni tagħhom tant eżiġenti; u biex fl-Ewropa jiżviluppaw infrastruttura għalihom tal-computing ta’ prestazzjoni għolja 3 fuq skala eksa u ta’ klassi dinjija sal-2022/2023.

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet se jkun hemm bżonn strumenti legali u finanzjarji ġodda li jippermettu li (fl-2019/2020) jiġu akkwistati żewġ magni fuq skala pre-eksa u ta’ klassi dinjija li għandhom ftit mijiet ta’ petaflops3 kull waħda u jsiru disponibbli għall-utenti pubbliċi u privati biex jiġu żviluppati applikazzjonijiet industrijali u xjentifiċi ewlenin li jrawmu l-iżvilupp ta’ ekosistema wiesgħa fuq skala pre-eksa fl-Ewropa. L-istrument jeħtieġlu jappoġġa wkoll l-iżvilupp fl-R&D u teknoloġiku meħtieġ biex jiġu kodisinjati magni kompetittivi Ewropej fuq skala eksa, fosthom l-ewwel ġenerazzjoni ta’ teknoloġija Ewropea ta’ mikroproċessur b’potenza baxxa, teknoloġija importanti biex l-Ewropa tikseb kapaċità fuq skala eksa sal-2022/2023. Iżda l-akkwist ta’ sistemi fuq skala eksa mhux parti minn din il-proposta.

Fis-sajf u fil-ħarifa tal-2017, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-impatt biex tidentifika l-aqwa strument biex tilħaq dawn il-miri, filwaqt li tħalli l-aħjar impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali u tħares l-interessi tal-Unjoni. Instab li l-aħjar għażla hi Impriża Konġunta. Impriża Konġunta tipprovdi qafas ġuridiku, kuntrattwali u organizzattiv komuni li jagħti struttura lill-impenji konġunti tal-membri parteċipanti fiha. Din tipprovdi wkoll struttura ta’ governanza soda u ċertezza baġitarja lill-membri tagħha. Din tista’ timplimenta l-akkwist konġunt u tħaddem sistemi tal-computing ta’ prestazzjoni għolja bil-promozzjoni ta’ teknoloġija (l-aktar dik Ewropea). Din tista’ taġixxi bħala s-sid tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa li jiġu ffinanzjati b’mod konġunt mill-membri tagħha u b’hekk tiffaċilita aċċess għalihom mingħajr diskriminazzjoni. Fl-aħħar nett, din tista’ tniedi programmi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni biex jiġu żviluppati teknoloġiji u sussegwentement jiġu integrati fis-sistemi Ewropej tas-supercomputing fuq skala eksa, u b’hekk tingħalaq il-katina mir-riċerka u l-iżvilupp sat-twassil u t-tħaddim ta’ sistemi tal-computing ta’ prestazzjoni għolja fuq skala eksa, u tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ industrija kompetittiva Ewropea għall-provvista tat-teknoloġija.

L-Impriża Konġunta EuroHPC se tieħu l-fondi mill-baġits tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali li huma diġà impenjati għall-attivitajiet tal-computing ta’ prestazzjoni għolja fil-programmi ta’ ħidma għall-aħħar sentejn ta’ Orizzont 2020 u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-Impriża Konġunta EuroHPC mhix se tiddependi fuq finanzjament addizzjonali mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss biex tilħaq l-għanijiet tagħha. Jekk il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss jipprovdi l-fondi, ir-Regolament dwar l-Impriża Konġunta EuroHPC ikun jeħtieġ jiġi emendat biex jiddefinixxi mandat ġdid li jkopri l-akkwist u t-tħaddim tal-infrastruttura fuq skala eksa, l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-HPC ta’ wara l-iskala eksa, u l-akkwist u t-tħaddim ta’ din l-infrastruttura fuq skala post-eksa, inkluż l-integrazzjoni eventwali tagħha mat-teknoloġiji tal-quantum computing. Kif emendat, il-mandat usa’ se jintrifed b’valutazzjoni tal-impatt proporzjonata mar-rekwiżiti tar-Regolamentazzjoni Aħjar.

Kif se topera l-Impriża Konġunta EuroHPC?

L-attivitajiet tal-Impriża Konġunta se jinġabru madwar żewġ pilastri ewlenin:

(1)l-akkwist u t-tħaddim tal-HPC u tal-infrastrutturi tad-dejta: l-akkwiżizzjoni ta’ infrastrutturi tad-dejta u tas-supercomputing klassi dinjija, l-iskjerament tagħhom, l-interkonnessjoni u t-tħaddim; u l-forniment u l-immaniġġar tal-aċċess għal dawn l-infrastrutturi għal firxa wiesgħa ta’ utenti pubbliċi u privati, u

(2)programm tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-HPC: l-appoġġ għal aġenda tal-R&I b’rabta mal-iżvilupp Ewropew fit-teknoloġija u fl-għarfien tal-HPC; l-iżvilupp fl-applikazzjonijiet u fl-ħiliet u l-użu wiesa’ tal-HPC.

Is-sħubija fl-Impriża Konġunta se tkun kif ġej:

il-membri pubbliċi: l-Unjoni (irrappreżentata mill-Kummissjoni) u l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati ma’ Orizzont 2020 4 li jixtiequ jieħdu sehem (l-Istati Parteċipanti). Bħalissa, l-Istati Parteċipanti huma t-13-il pajjiż li ffirmaw id-Dikjarazzjoni tal-EuroHPC: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, Spanja, il-Belġju, is-Slovenja, il-Bulgarija, il-Greċja, il-Kroazja u l-Iżvizzera, iżda magħhom jistgħu jingħaqdu xi Stati Membri u Pajjiżi Assoċjati oħrajn, u

il-membri privati: rappreżentanti tal-partijiet konċernati tal-HPC u tal-Big Data, inkluż l-akkademiċi u l-industrija. L-assoċjazzjonijiet ETP4HPC 5 u BDVA 6 li jirrappreżentaw l-entitajiet privati fis-sħubijiet pubbliċi-privati kuntrattwali bagħtu ittri ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-EuroHPC u wrew l-interess tagħhom li jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta.

Il-governanza tal-Impriża Konġunta se tkun strutturata kif ġej:

Bord tat-Tmexxija magħmul minn rappreżentanti tal-membri pubbliċi tal-Impriża Konġunta u se jkun responsabbli mit-tfassil tal-politika strateġika u għad-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament b’rabta mal-akkwist u l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Impriża Konġunta. Fil-prinċipju, id-drittijiet tal-vot tal-membri u l-proċeduri se jkunu proporzjonati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarja tagħhom, u

Bord ta’ Konsulenza Xjentifika u Industrijali magħmul minn rappreżentanti tal-membri privati tal-Impriża Konġunta. Sabiex ikunu evitati l-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari fl-akkwist tas-superkompjuters fuq skala eksa għall-fornituri ta’ teknoloġija ta’ prestazzjoni għolja, dan il-Bord se jaqdi rwol konsultattiv biss u se jkun jinkludi żewġ gruppi konsultattivi:

·Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li jinkludi rappreżentanti mill-akkademiċi, l-utenti mill-industrija u l-fornituri tat-teknoloġija u li se jkun responsabbli għat-tfassil tal-aġenda tar-R&I għal perjodu medju u għaż-żmien fit-tul dwar it-teknoloġija u l-applikazzjonijiet, li tkopri attivitajiet tar-riċerka, l-innovazzjoni, l-applikazzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet appoġġati mill-programm tar-R&I tal-Impriża Konġunta, u

·Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura li jinkludi esperti akkademiċi bl-esperjenza u esperti fl-industrija tal-utenti magħżulin mill-Bord tat-Tmexxija u se jagħtih pariri indipendenti dwar l-akkwist u t-tħaddim tas-superkompjuters li jkunu proprjetà tal-Impriża Konġunta.

L-Impriża Konġunta EuroHPC se tibda taħdem fl-2019. Fl-2019-2020, din se tiftaħ sejħa għal proposti tar-R&I biex jiġu ffinanzjati attivitajiet tal-iżvilupp tat-teknoloġija u tal-applikazzjonijiet tal-HPC. Barra minn hekk, din se takkwista żewġ magni fuq skala pre-eksa ta’ klassi dinjija bi ftit mijiet ta’ Petaflops u tikkofinanzja l-akkwiżizzjoni ta’ mill-inqas żewġ magni oħra bi ftit għexieren ta’ Petaflops.

L-Impriża Konġunta se takkwista u tkun sid il-magni tal-HPC iffinanzjati prinċipalment mill-Unjoni. L-Istati Parteċipanti se jakkwistaw u jkunu l-proprjetarji ta’ dawk li jiffinanzjaw prinċipalment huma stess.

L-Impriża Konġunta se takkwista s-superkompjuters fuq skala pre-eksa tagħha b’żewġ stadji:

qabelxejn, se tagħżel entità ospitanti fi Stat Membru parteċipant fl-Impriża Konġunta li jipprovdi l-faċilitajiet meħtieġa biex jospita u jopera superkompjuter (tipikament ċentru supercomputing). Il-Bord tat-Tmexxija se jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tal-entità ospitanti. L-Impriża Konġunta u l-entità ospitanti se jiffirma ftehim ta’ akkoljenza li jistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-entità fejn jidħlu l-installazzjoni u t-tħaddim tal-magni tal-HPC. Is-superkompjuters fuq skala pre-eksa se jkunu qegħdin fi Stat Membru għax l-għan ġenerali hu l-appoġġ għal ekosistema integrata tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (HPC) fl-Unjoni 7 .

it-tieni nett, l-Impriża Konġunta se tniedi l-proċedura biex jiġi akkwistat is-superkompjuter li jrid jiġi installat u mħaddem fl-entità ospitanti magħżula.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali hi EUR 486 miljun, b’ammonti simili mingħand l-Istati Parteċipanti u l-Membri Privati tal-Impriża Konġunta EuroHPC.

L-Impriża Konġunta se tuża dawn il-fondi l-aktar biex timplementa l-attivitajiet tagħha fiż-żewġ pilastri msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, it-tieni pilastru (il-programm tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-HPC) se jindirizza l-ineffiċjenzi fil-koordinazzjoni tal-programm li qed iġġarrab bħalissa l-Kummissjoni għax qed ikollha timplimenta l-istrateġija tal-HPC bi programmi ta’ ħidma separati (Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa). Il-Bord tat-Tmexxija se jkun responsabbli biex:

·jallinja l-kontenut u jissinkonizza d-diversi sejħiet mal-aġenda strateġika tal-HPC;

·jiżgura koerenza bejn it-temi tas-sejħiet; u

·idaħħal fis-seħħ l-istrumenti ta’ finanzjament adegwati biex jintlaħqu l-għanijiet, speċjalment l-akkwist innovattiv li jibda mill-iżvilupp tat-teknoloġija Ewropea tal-HPC sal-akkwist tal-magni Ewropej.

Bir-regoli ta’ Orizzont 2020, l-Impriża Konġunta se tkun tista’ tintroduċi dispożizzjonijiet li jħarsu l-interessi ekonomiċi u strateġiċi tal-Unjoni, jiġifieri jipproteġu l-proprjetà intellettwali (IPR) magħmula fl-Unjoni, u qabel jisfruttaw is-sejbiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati mill-UE fl-Unjoni.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fil-qasam ta’ politika

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2012 fuq il-“Computing ta’ Prestazzjoni Għolja: Post l-Ewropa f’Tellieqa Globali1 tenfasizza n-natura strateġika tal-HPC bħala assi kruċjali għall-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE. 

Fit-19 ta’ April 2016, il-Kummissjoni adottat l-Inizjattiva Ewropea dwar il-Cloud Computing, bħala parti mill-istrateġija tagħha dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea. 8 Din għandha x’taqsam mar-rwol tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri biex joħolqu ekosistema Ewropea ewlenija tal-HPC u tal-Big Data, mirfuda minn infrastruttura tal-HPC, tad-dejta u tan-netwerks ta’ klassi dinjija. Dan l-infrastruttura tgħin biex l-UE ssir waħda l-aqwa potenzi tas-supercomputing fid-dinja sal-2022/2023 bis-saħħa ta’ superkompjuters fuq skala eksa bbażati fuq teknoloġija Ewropea.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Fl-10 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni adottat Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-istrateġija tas-suq uniku diġitali 9 , li fih ħabbret li sa tmiem l-2017 beħsiebha tipproponi strument legali li jipprovdi qafas tal-akkwist għal infrastruttura integrata pan-Ewropea għas-supercomputing fuq skala eksa u għad-dejta.

L-intervent tal-politika hu msejjes ukoll fuq il-pakkett ta’ politika “Id-Diġitizzazzjoni tal-Industrija Ewropea” (ara hawn fuq).

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika tal-inizjattiva Impriża Konġunta EuroHPC hi l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Is-sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Filwaqt li f’dawn l-aħħar snin żdiedet l-importanza tal-HPC u fost is-setturi pubbliċi u privati u tax-xjenza, kien hemm żieda esponenzjali fil-livell tal-investiment meħtieġ biex jibqgħu kompetittivi fix-xenarju dinji. Dan wassal għal rikonoxximent wiesa’ li kulħadd igawdi bl-‘Ewropeizzazzjoni’ ta’ dan il-qasam permezz ta’ infrastruttura kondiviża u l-użu komuni tal-kapaċitajiet eżistenti. Dan jinkludi wkoll lill-Istati Membri li jaf isibuha bi tqila biex jibnu infrastrutturi nazzjonali tal-HPC li jkunu awtosuffiċjenti, filwaqt li jistgħu jagħtu kontribut siewi għal kapaċitajiet tal-HPC federati u interkonnessi fil-livell tal-UE u jibbenefikaw minnhom.

L-iskala tar-riżorsi meħtieġa biex jinħolqu infrastruttura u ekosistema tal-HPC sostenibbli u ta’ klassi dinjija tisboq dak li l-Istati Membri waħedhom jifilħu. L-ebda Stat Membru waħdu ma għandu l-mezzi finanzjarji biex jikseb kapaċitajiet tal-computing fuq skala eksa u jiżviluppa, jakkwista, iħaddem l-ekosistema tal-HPC fuq skala eksa meħtieġa waħdu u bi skedi taż-żmien kompetittivi meta mqabbel mal-mexxejja dinjija attwali f’dan il-qasam (l-Istati Uniti tal-Amerka, iċ-Ċina u l-Ġappun). L-għarfien u r-riżorsi disponibbli fl-Unjoni jeħtieġ jinġabru flimkien biex tissawwar ekosistema tal-HPC mill-aqwa tul il-katina tal-valur kollha, filwaqt li l-investimenti fil-livell tal-UE u s-servizzi li jinħolqu permezz t’hekk għandhom jiġu kkoordinati jekk l-infrastutturi tal-computing u tad-dejta tal-Unjoni jridu jlaħħqu ma’ dawk tal-kompetituri dinjin tagħha.

F’xi oqsma diġà teżisti koperazzjoni fost l-Istati Membri, l-industrija u x-xjenza. Fost l-eżempji hemm l-Assoċjazzjoni PRACE 10 , is-Sħubija Pubblika Privata kuntrattwali tal-HPC ETP4HPC, is-Sħubija Pubblika Privata kuntrattwali tal-Big Data BDVA u l-GÉANT 11 . Il-EuroHPC tibni fuq dawn għax l-investituri ewlenin tal-pajjiżi firmatarji tal-EuroHPC diġà huma rappreżentati fihom.

Appoġġ politiku tal-Istati Membri b’rabta mal-EuroHPC diġà ngħata mill-Kunsill, mill-firmatarji tad-Dikjarazzjoni tal-EuroHPC, u mill-Parlament Ewropew 12 .

Il-proporzjonalità

Il-proposta hi konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għax fiha qafas ta’ koperazzjoni effettiv, adattata għal kull qasam ta’ intervent ta’ din l-inizjattiva, ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jingħelbu l-problemi identifikati u hi proporzjonata mal-għanijiet tagħha. B’mod aktar speċifiku:

·Qabelxejn tistabbilixxi qafas tal-akkwist konġunt għal infrastruttura integrata tal-computing fuq skala eksa u tad-dejta ta’ klassi dinjija fl-Ewropa, li xxejjen il-frammentazzjoni tal-pjanijiet tal-investiment nazzjonali fl-HPC u d-diffikultajiet tal-akkwist ta’ superkompjuters ibbażati fuq teknoloġija Ewropea. Din tiġbor flimkien riżorsi mingħand l-Unjoni, l-Istati Parteċipanti u l-membri privati. Il-Finanzjament tal-Impriża Konġunta EuroHPC diġà hu disponibbli fil-baġit tal-Unjoni (impenji għall-attivitajiet tal-HPC fl-aħħar sentejn ta’ Orizzont 2020 u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa). Il-ħtieġa għal aktar finanzjament mingħand l-Istati Parteċipanti u l-membri privati se tkun limitata għax il-proposta tiddependi l-aktar fuq impenji jew pjanijiet tal-investiment li diġà saru għas-snin li ġejjin;

·It-tieni nett, l-istrumenti tal-finanzjament li diġà huma disponibbli, jiġifieri Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-benefiċjarji u l-parteċipanti mhu se jerfgħu l-ebda piż amministrattiv żejjed meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali; u

·It-tielet nett, l-inizjattiva tibni fuq inizjattivi eżistenti bħall-Assoċjazzjoni PRACE, is-Sħubijiet Pubbliċi Privati kuntrattwali ETP4HPC u BDVA, u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza li se jibqgħu jaqdu rwol deċiżiv fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta. Fil-ġejjieni, din se tkun tiddependi fuqhom biex jingħata aċċess għall-kapaċitajiet tal-HPC fl-Ewropa u biex jingħata appoġġ lill-komunitajiet tal-utenti ħalli jiżviluppaw u jadattaw l-applikazzjonijiet tagħhom fis-superkompjuters imħaddma.

Għażla tal-istrument

Biex tinħoloq u titħaddem Impriża Konġunta li fiha tieħu sehem l-Unjoni hemm bżonn Regolament tal-Kunsill.

3.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET KONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati

Minn mindu ġiet ippubblikata l-Komunikazzjoni “Inizjattiva Ewropea tal-Cloud Computing” li tiddeskrivi fil-qosor l-għanijiet tal-istrateġija Ewropea dwar l-HPC, ittieħdu bosta passi biex il-partijiet konċernati jkunu infurmati dwar l-għanijiet tal-istrateġija u jiġu mistiedna jikkontribwixxu għaliha. Il-Kummissjoni organizzat diversi sessjonijiet ta’ ħidma, fosthom il-Jum Diġitali f’Ruma (fit-23 ta’ Marzu 2017) bħalma għamlu organizzazzjonijiet tal-partijiet konċernati bħall-ETP4HPC, il-PRACE u l-Cloud Ewropew tax-Xjenza.

Il-Kummissjoni kellha laqgħat regolari u informali ma’ rappreżentanti ta’ grupp ewlieni ta’ Stati Membri li ffirmaw id-Dikjarazzjoni tal-EuroHPC f’Marzu 2017 biex jiddiskutu l-pjan direzzjonali u l-implimentazzjoni ta’ inizjattiva Ewropea konġunta dwar l-HPC. Din organizzat ukoll żewġ sessjonijiet ta’ ħidma (fil-5 u fis-26 ta’ Ottubru 2017), li għalihom stiednet lill-Istati Membri kollha u li matulhom ippreżentat l-għanijiet tal-inizjattiva u l-mudell propost tal-implimentazzjoni (Impriża Konġunta) u talbet lill-Istati Membri biex jagħtu rispons u kummenti.

F’Awwissu 2017, il-Kummissjoni ppubblikat konsultazzjoni mmirata fuq inizjattiva Ewropea konġunta dwar l-HPC. Din ġiet riklamata fuq il-midja soċjali, sit web u stediniet bl-email immirati. Intalbu l-fehmiet tal-partijiet konċernati meqjusa li jirrappreżentaw il-komunità Ewropea tal-HPC sal-aħjar possibbli, fosthom il-komunitajiet tal-utenti xjentifiċi tal-infrastrutturi tal-HPC (eż. Id-29 infrastruttura kbira tar-riċerka tal-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI), l-utenti xjentifiċi tal-PRACE, l-Infrastruttura tad-Dejta Ewropea (EUDAT), u l-Infrastruttura tal-Grilja Ewropea (EGI)), l-ETP4HPC, il-BDVA, Ċentri ta’ Eċċellenza għall-applikazzjonijiet tas-supercomputing, provdituri tas-servizzi tal-HPC, provdituri tal-aċċess tal-HPC, assoċjazzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-HPC u proġetti nazzjonali u ffinanzjati mill-UE.

Waslu kważi 100 tweġiba, li wħud minnhom kienu opinjoni konsolidata ta’ assoċjazzjoni tal-partijiet konċernati. Din il-konsultazzjoni ddikjarat appoġġ qawwi għal inizjattiva Ewropea konġunta. Minbarra dan, din ħarġet fid-dieher kunsens wiesa’ dwar il-kwistjonijiet ewlenin relatati mal-HPC fl-Ewropa u l-prijoritajiet biex dawn jiġu indirizzati mal-utenti xjentifiċi, l-utenti industrijali, iċ-ċentri tas-supercomputing u l-industrija tal-provvista, li lkoll esprimew fehmiet simili.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni għandha esperjenza fit-twaqqif u t-tmexxija tal-Impriżi Konġunti. B’mod partikolari, din se tibbenefika mill-esperjenza bl-implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta tal-ECSEL 13 (Komponenti u Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea) f’qasam relatat mal-HPC, jiġifieri l-mikroelettronika u n-nanoelettronika. Iż-żewġ Impriżi Konġunti għandhom xi atturi industrijali komuni; u hu mistenni li l-iżviluppi teknoloġiċi fejn jidħlu s-swieq tas-superkompjuters tassew speċjalizzati se jirnexxilhom jaslu fis-swieq tal-massa indirizzati mill-ECSL.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-impatt tat-tliet alternattivi ta’ politika:

xenarju bażi (l-ebda intervent ta’ politika) inkluż reviżjoni tal-istrumenti attwali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropea dwar l-HPC;

Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERIC); u

Intrapriża Konġunta.

Xi alternattivi oħra, bħall-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE), Organizzazzjonijiet Intergovernattivi u strutturi simili għal Galileo, twarrbu għax kien jidher ċar li l-bażi ġuridika tagħhom ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti fundamentali għall-implimentazzjoni ta’ inizjattiva Ewropea konġunta tal-HPC.

Il-Kummissjoni eżaminat il-punt sa kemm it-tliet alternattivi li baqa’:

·ikunu effettivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-inizjattiva Ewropea konġunta;

·jissodisfaw ir-rekwiżiti funzjonali tal-istrument legali u finanzjarju;

·jissalvagwardjaw l-interessi tal-Unjoni; u

·iħallu impatti pożittivi fuq l-ekonomija, il-kompetittività, is-soċjetà u l-ambjent.

Bħala konklużjoni, l-Impriża Konġunta biss tqieset li tħalli l-aktar impatt pożittiv fuq dawk il-punti kollha.

Ir-riskji inerenti ta’ sħubija pubblika privata jittaffew bl-Impriża Konġunta EuroHPC, bil-modi li ġejjin:

l-akkwist: kull operazzjoni tal-akkwist tal-Impriża Konġunta se tkun fir-responsabbiltà unika tal-Bord tat-Tmexxija (magħmul biss mill-membri pubbliċi tagħha). Dan se jiżgura li jkunu jistgħu jittiedu deċiżjonijiet tajbin dwar l-akkwist mingħajr l-interferenza tal-membri privati (b’mod partikolari l-industrija tal-provvista tal-HPC), fil-proċess tal-akkwist pubbliku konġunt għall-magni fuq skala pre-eksa jew fid-deċiżjonijiet dwar kif il-fondi pubbliċi se jintefqu;

implimentazzjoni soda u fil-ħin tal-attivitajiet: l-għanijiet u l-kompiti tal-Impriża Konġunta se jiġu definiti b’mod ċar u l-implimentazzjoni tagħhom se tiġi sorveljata b’mod regolari u mqabbla ma’ riżultati ddefiniti sew u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti kull sena. Fost miżuri oħra se jkun hemm evalwazzjoni ex post tal-attivitajiet tagħha kull sentejn, bl-implimentazzjoni ta’ miżuri korrettivi, skont il-bżonn;

·programm tal-akkwist: L-impriża Konġunta se tgawdi mill-esperjenza ta’ ħafna mill-membri pubbliċi tagħha fl-akkwist ta’ sistemi tas-supercomputing. Barra minn hekk, il-programm ser jiġi ppjanat u sorveljat bl-għajnuna tal-membri tal-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura li l-Bord tat-Tmexxija se jagħżel bir-reqqa biex jinkludi esperti b’esperjenza fl-akkwist u l-monitoraġġ tal-operazzjonijiet tal-magni nazzjonali tal-HPC.

·programm tar-riċerka u l-innovazzjoni: dan jiġi ddisinjat u implimentat b’mod simili għall-programm attwali tal-HPC permezz ta’ Orizzont 2020. Dan jiġi bbażat fuq aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni mħejjija mill-membri privati li jinsabu fil-Bord ta’ Konsulenza Xjentifika tal-Impriża Konġunta (inkluż rappreżentanti taż-żewġ sħubijiet pubbliċi privati kuntrattwali: ETP4HPC u BDVA).

riskji tal-investimenti: il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta diġà hi disponibbli u ħafna mill-Istati Parteċipanti diġà ppjanaw l-impenji jew il-pjanijiet tal-investiment tal-HPC tagħhom għas-snin li ġejjin. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-ECSEL, li kelli għanijiet simili, ħarġet fid-dieher effett qawwi ta’ lieva fejn jidħol l-investiment privat: l-Attivitajiet Konġunti wasslu għal investiment privat addizzjonali ta’ EUR 4,26 għal kull euro ta’ investiment pubbliku.

Fil-25 ta’ Ottubru 2017, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva b’riżervi dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt. Il-proposta tikkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bord billi fl-Artikolu 4 tipprovdi li l-Impriża Konġunta taħdem b’finanzjament minn programmi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u billi fl-Artikolu 3 tiddeskrivi l-għanijiet u fl-Artikolu 1 tal-Anness (tal-Istatuti) tiddeskrivi l-kompiti li l-Impriża Konġunta jenħtieġ tissodisfa. Tqiesu wkoll it-tagħlimiet miksuba bit-twaqqif u t-tmexxija tal-Impriżi Konġunti eżistenti, b’mod partikolari permezz tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-ECSEL li ġiet konkluża dan l-aħħar. Iż-żewġ Impriżi Konġunti huma simili fl-istruttura u l-għanijiet tagħhom; id-differenza ewlenija hi l-attivitajiet il-kbar tal-akkwist tal-EuroHPC li l-ECSEL ma għandhiex. Din id-differenza tispjega l-attribuzzjoni ta’ drittijiet tal-vot b’mod proporzjonat mal-kontribuzzjoni tal-parteċipanti, kif rifless fil-Premessa 25 tal-proposta tal-EuroHPC u fl-Artikolu 6 tal-Anness tagħha (l-Istatuti).

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi Impriża Konġunta hi konformi mal-Linji Gwida dwar Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni, b’mod partikolari tipproponi regolamentazzjoni biss ta’ fejn ikun meħtieġ u b’mod proporzjonat. Din isegwi l-mudell tal-ECSEL kemm jista’ jkun, imsejsa fuq l-esperjenza miksuba f’dak il-kuntest u tqis ir-rakkomandazzjonijiet ta’ nofs it-terminu tal-ECSEL.

Bit-twaqqif ta’ Impriża Konġunta EuroHPC jgħin biex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-HPC li bħalissa qed twettaq il-Kummissjoni permezz ta’ Orizzont 2020. Il-Kummissjoni tiddelega s-segħa lill-Impriża Konġunta biex twettaq l-attivitajiet tal-HPC tal-Unjoni permezz ta’ żewġ programmi (Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa) u tliet partijiet tal-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont 2020 (‘Teknoloġiji Futuri u Emerġenti’ (FET), ‘Tmexxija fit-Teknologiji Abilitanti u Industrijali – ICT’ (LEIT-ICT) u ‘Infrastrutturi tar-Riċerka’). Dan l-approċċ itaffi d-diffikultajiet li jiġu sinkronizzati u koordinati l-attivitajiet biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropea dwar l-HPC, u tnaqqas in-negozjati mal-erba’ konfigurazzjonijiet differenti tal-Kumitati tal-Programmi permezz ta’ negozjati ma’ Bord tat-Tmexxija uniku.

Bil-proposta se jgawdu l-Istati Membri, l-utenti xjentifiċi tal-HPC, l-industrija (inkluż l-SMEs), iċ-ċentri tas-supercomputing u fl-aħħar mill-aħħar iċ-ċittadini. L-impriża Konġunta se tixħet il-kapaċitajiet tal-HPC tal-Ewropa fi klassi dinjija, tħalli impatt dirett u pożittiv fuq l-isfidi tas-soċjetà (eż. is-saħħa, l-ambjent, il-klima, eċċ.), il-manifattura u l-inġinerija, ix-xjenza fundamentali, is-sigurtà nazzjonali u s-sikurezza, u trawwem industrija tal-provvista Ewropea għat-teknoloġiji diġitali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Ma hemm l-ebda implikazzjoni baġitarja addizzjonali bil-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali għax l-Impriża Konġunta EuroHPC tieħu l-fondi tagħha mill-baġits diġà impenjati għal attivitajiet tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja fil-programmi ta’ ħidma għall-aħħar sentejn ta’ Orizzont 2020 u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. B’kollox, miż-żewġ programmi hemm disponibbli EUR 486 miljun.

Ma’ dawn għandu jingħaqad l-istess ammont mingħand l-Istati Parteċipanti, bħala parti mill-programmi tagħhom biex jaġġornaw l-infrastruttura nazzjonali tal-HPC tagħhom.

L-entitajiet privati jenħtieġ jipprovdu ammont simili, bħala parti mill-impenn attwali tagħhom għas-sħubijiet pubbliċi privati kuntrattwali ETP4HPC u BDVA, għall-bqija tat-tul taż-żmien ta’ Orizzont 2020.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Ladarba jibdew jitħaddmu ż-żewġ superkompjuters fuq skala eksa, evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu se tiddetermina l-effettività tal-Impriża Konġunta bħala strument legali u finanzjarju biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropea dwar l-HPC. B’mod partikolari, din se tivvaluta l-livell tal-Istati Parteċipanti u tal-membri privati fejn jidħlu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjonijiet tal-Impriża Konġuntai, u l-kontribuzzjoni tagħhom għaliha.

L-Impriża Konġunta se tippubblika rapport annwali tal-attività li jenfasizza l-azzjonijiet meħuda, l-ispejjeż korrispondenti, u l-akkwiżizzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura tal-HPC u tad-dejta akkwistata u miżmuma mill-Impriża Konġunta. Il-kisba tal-għanijiet ġenerali se tiġi vvalutata skont l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ġenerali għall-Impriżi Konġunti ffinanzjati minn Orizzont 2020 u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi tal-EuroHPC.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jistabbilixxi l-Impriża Konġunta EuroHPC, jispeċifika t-tul taż-żmien u s-sede tagħha.

Artikolu 2 jipprovdi d-definizzjonijiet ta’ “skala peta”, “skala pre-eksa” “skala eksa”, “superkompjuter”, “entità ospitanti”, “ftehim ta’ akkoljenza”, “ħin tal-aċċess”, “test tal-aċċettazzjoni”, “Stat Parteċipanti”, “membru privat”, “entità affiljata”, “entità kostitwenti” u “utent”.

L-Artikolu 3 jispeċifika l-għanijiet ġenerali u speċifiċi u l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta EuroHPC.

L-Artikolu 4 jispeċifika l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż amministrattivi u operazzjonali tal-Impriża Konġunta EuroHPC b’finanzjament mill-programmi Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

L-Artikolu 5 jispeċifika l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti u tal-membri privati għall-ispejjeż amministrattivi u operazzjonali.

L-Artikolu 6 jirreferi għall-entità ospitanti li f’idejha l-Impriża Konġunta tafda t-tħaddim tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa u jispeċifika l-proċess kif għandha tintgħażel.

L-Artikolu 7 jistabbilixxi l-kontenut tal-ftehim ta’ akkoljenza li jistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-entità ospitanti.

L-Artikolu 8 jipprovdi li l-Impriża Konġunta jenħtieġ tkun il-proprjetarja tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa akkwistati sa tmiem il-ħajja ekonomika tagħhom meta jiġu trasferiti lill-entità ospitanti.

L-Artikolu 9 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-utenti tas-superkompjuters.

L-Artikolu 10 jispeċifika kif il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Parteċipanti tal-EuroHPC se jiġu kumpensati mill-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għall-akkwiżizzjoni tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa: kull kontributur se jiġi allokat sehem mill-aċċess tal-ħin totali b’mod proporzjonat mal-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu.

L-Artikolu 11 jispeċifika r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta; dawn huma konformi mar-Regolament Finanzjarju.

L-Artikolu 12 jispeċifika l-kundizzjonijiet li skonthom l-Impriża Konġunta se tipprovdi servizzi kummerċjali.

2018/0003 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Billi:

(1)Fil-bidu, is-sħubijiet pubbliċi privati bl-għamla ta’ Impriżi Teknoloġiċi Konġunti kienu previsti mid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 .

(2)Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), “Orizzont 2020”. Dan jimmira li jżid l-impatt fejn jidħlu r-riċerka u l-innovazzjoni billi jgħaqqad il-finanzjament ta’ Orizzont 2020 mal-fondi tas-settur privat fi sħubijiet pubbliċi privati f’oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-għanijiet usa’ tal-kompetittività tal-Unjoni, jimmobilizzaw l-investiment privat u jgħinu ħalli jingħelbu l-isfidi soċjetali. Dawn is-sħubijiet jenħtieġ ikunu bbażati fuq impenn fit-tul, inkluż kontribuzzjoni bilanċjata mingħand is-sħab kollha, ikunu responsabbli għall-kisba tal-għanijiet tagħhom u jkunu allinjati mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-governanza u l-funzjonament ta’ dawk is-sħubijiet jenħtieġ ikunu miftuħa, trasparenti, effettivi u effiċjenti u jagħtu l-opportunità biex firxa wiesgħa ta’ partijiet konċernati attivi fl-oqsma speċifiċi tagħhom ikunu jistgħu jieħdu sehem.

(3)B’konformita mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 16 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE 17 , jista’ jingħata appoġġ lill-impriżi konġunti stabbiliti skont il-qafas ta’ Orizzont 2020 bil-kondizzjonijiet speċifikati f’dik id-Deċiżjoni.

(4)Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF). Is-CEF jenħtieġ tippermetti t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni fi ħdan il-qafas tal-politika tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. B’mod partikolari, is-CEF jenħtieġ tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dawk il-proġetti ta’ interess komuni mmirati biex jiżviluppaw u jibnu infrastrutturi u servizzi ġodda, jew biex jaġġornaw infrastrutturi u servizzi eżistenti, fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Is-CEF jenħtieġ tikkontribwixxi għall-appoġġ ta’ proġetti b’valur miżjud Ewropew u b’benefiċċji soċjetali sinifikanti li ma jirċevux finanzjament adegwat mis-suq.

(5)Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 stabbilixxa l-linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u stabbilixxa l-kundizzjonijiet settorjali speċifiċi għas-settur tat-telekomunikazzjoni.

(6)Il-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja tikkwalifika bħala proġett ta’ interess komuni, b’mod partikolari “l-aċċess għal informazzjoni tas-settur pubbliku li tista’ terġa’ tintuża – dejta pubblika miftuħa” għal infrastruttura tas-servizzi diġitali, kif jidentifika r-Regolament (UE) Nru 283/2014. B’konformità tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, il-Kummissjoni tista’ tafda parti mill-implimentazzjoni tas-CEF f’idejn il-korpi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 .

(7)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” 21 (l-“Istrateġija Ewropa 2020”), approvata mill-Parlament Ewropew u milll-Kunsill, tenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u fl-innovazzjoni ħalli jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni.

(8)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2016 intitolata “Inizjattiva tal-Cloud Ewropea – Il-bini ta' dejta kompetittiva u ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa” 22 , tappella għall-istabbiliment ta’ Infrastruttura tad-Dejta Ewropea bbażata fuq kapaċitajiet tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja ta’ klassi dinjija u l-iżvilupp ta’ ekosistema Ewropea sħiħa tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja li kapaċi tiżviluppa teknoloġija Ewropea ġdida u toħloq superkompjuters fuq skala eksa. L-importanza tal-qasam u l-isfidi li jsibu l-partijiet konċernati tal-Unjoni jeħtieġu azzjoni urġenti ħalli jinġabru r-riżorsi u l-kapaċitajiet meħtieġa ħalli tingħalaq il-katina mir-riċerka u l-iżvilupp sat-twassil u t-tħaddim ta’ sistemi tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja fuq skala eksa. Għaldaqstant jenħtieġ jiġi stabbilit mekkaniżmu fil-livell tal-Unjoni li jikkombina u jikkonċentra l-għoti ta’ appoġġ għall-istabbiliment ta’ infrastruttura Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja ta’ klassi dinjija u għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja mill-Istati Membri, l-Unjoni u s-settur privat. Jenħtieġ li l din l-infrastruttura tipprovdi aċċess lill-utenti mis-settur pubbliku, l-utenti mill-industrija u l-utenti akkademiċi, fosthom lill-komunitajiet xjentifiċi li huma parti mill-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa.

(9)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju 2017 dwar l-analiżi ta’ nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali – Suq Uniku Diġitali Konness għal kulħadd 23 , tidentifika l-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja bħala element kritiku għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija u l-ekonomija tad-dejta Hemm bżonn isiru investimenti kbar għall-iżvilupp, l-akkwiżizzjoni u t-tħaddim ta’ superkompjuters klassifikati fost l-aqwa tlieta fid-dinja u, waħdu, l-ebda pajjiż Ewropew ma għandu r-riżorsi biex jiżviluppa ekosistema Ewropea sħiħa tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja. L-Istati Membri, l-Unjoni u s-settur privat għandhom bżonn jikkoordinaw l-isforzi tagħhom u jaqsmu r-riżorsi bejniethom ħalli jlaħħqu mad-domanda dejjem tikber għal Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, u biex tissawwar industrija tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja fl-Unjoni. Il-Komunikazzjoni tipproponi l-ħolqien ta’ strument legali li jipprovdi qafas tal-akkwist għal infrastruttura integrata tad-dejta u tas-supercomputing fuq skala eksa.

(10)Biex l-Unjoni tingħata l-prestazzjoni tal-computing meħtieġa biex tibqa’ fuq quddiem fir-riċerka, jenħtieġ li l-investiment tal-Istati Membri fil-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja jiġi kkoordinat u jrid jissaħħaħ l-użu industrijali tat-teknoloġija tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja. L-Unjoni jenħtieġ iżżid l-effettività tagħha billi ssarraf l-iżviluppi tat-teknoloġija f’sistemi tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja li jiġu akkwistati fl-Ewropa, filwaqt li tistabbilixxi rabta effettiva bejn il-forniment tat-teknoloġija, il-kodisinn mal-utenti, u l-akkwist konġunt ta’ sistemi ta’ klassi dinjija.

(11)Impriża Konġunta tirrappreżenta l-aqwa strument li kapaċi jimplimenta l-miri tal-Istrateġija Ewropea għal Computing ta’ Prestazzjoni Għolja kif definita fl-Inizjattiva Ewropea dwar il-Cloud Computing 24 , biex jixxejnu l-limitazzjonijiet ta’ żmienna, jitħalla l-aktar impatt ekonomiku, soċjetali u ambjentali, u jkunu żgurati l-interessi tal-Unjoni bl-aħjar mod. Din tiġbor flimkien riżorsi tal-Unjoni, tal-Istati Parteċipanti u tas-settur privat. Tista’ timplimenta qafas tal-akkwist u tħaddem sistemi tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja ta’ klassi dinjija bil-promozzjoni tat-teknoloġija, l-aktar dik Ewropea. Din tista’ tniedi programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-integrazzjoni sussegwenti tagħhom f’sistemi Ewropej tas-supercomputing fuq skala eksa u tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ industrija kompetittiva Ewropea għall-provvista tat-teknoloġija.

(12)Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta titwaqqaf u tibda taħdem fl-2019 biex tintlaħaq il-mira li l-Unjoni jkollha infrastruttura fuq skala pre-eksa sal-2020 u jiġu żviluppati t-teknoloġiji meħtieġa biex jinkisbu l-kapaċitajiet fuq skala eksa sal-2022/2023. Iċ-ċiklu tal-iżvilupp tat-teknoloġija tal-ġenerazzjoni li jmiss normalment jieħu bejn erbgħa (4) sa ħames (5) snin, u għalhekk biex nibqgħu kompetittivi fis-suq dinji, l-azzjonijiet biex tintlaħaq din il-mira jridu jibdew minn issa.

(13)Is-sħubija pubblika privata bl-għamla ta’ Impriża Konġunta jenħtieġ tgħaqqad il-mezzi tekniċi u finanzjarji li huma essenzjali biex tingħaraf il-kumplessità tar-ritmu dejjem aktar mgħaġġel tal-innovazzjoni f’dan il-qasam. Għalhekk, il-membri tal-Impriża Konġunta jenħtieġ ikunu l-Unjoni, l-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati (minn hawn ’il quddiem imsejħa “Pajjiżi Parteċipanti”) li jiftiehmu fuq Inizjattiva Ewropea konġunta tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, u l-assoċjazzjonijiet (minn hawn ’il quddiem imsejħa “membri privati”) li jirrappreżentaw lill-entitajiet kostitwenti tagħhom u lil organizzazzjonijiet oħra b’impenn espliċitu u attiv ħalli jinkisbu riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni u jżommu l-għarfien fl-Ewropa fil-qasam tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja. L-Impriża Konġunta jenħtieġ tkun miftuħa għal membri ġodda, diment li dawn jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja, fosthom għall-ispejjeż amministrattivi, u jaċċettaw l-Istatuti tal-Impriża Konġunta.

(14)Jenħtieġ li l-Unjoni, l-Istati Parteċipanti u l-membri privati tal-Impriża Konġunta, ilkoll jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta. Skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż amministrattivi tista’ tintuża għall-ispejjeż operazzjonali biss sal-2023, u għaldaqstant l-Istati Parteċipanti u l-membri privati tal-Impriża Konġunta jenħtieġ ikopru l-bqija tal-ispejjeż amministrattivi kollha tal-Impriża Konġunta mill-2024.

(15)Bil-ħsieb li terġa’ tinkiseb pożizzjoni fuq quddiem nett fit-teknoloġiji tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, u tiġi żviluppata ekosistema sħiħa tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja għall-Unjoni, fl-2014 il-partijiet konċernati industrijali u tar-riċerka fl-Assoċjazzjoni privata ETP4HPC waqqfu Sħubija Pubblika Privata kuntrattwali mal-Unjoni. Il-missjoni tagħha hi li toħloq katina tal-valur tat-tekonoloġija Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja ta’ klassi dinjija, li jenħtieġ tkun kompetittiva globalment, filwaqt li trawwem sinerġiji bejn it-tliet pilastri tal-ekosistema tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (l-iżvilupp tat-teknoloġija, l-applikazzjonijiet u l-infrastruttura tal-computing). Meta jitqies l-għarfien espert tagħha u li qed tiġbor flimkien lill-partijiet konċernati privati rilevanti tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, l-Assoċjazzjoni privata ETP4HPC jenħtieġ tkun eliġibbli biex issir membru tal-Impriża Konġunta.

(16)Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-katina tal-valur tad-dejta, jissaħħaħ il-bini tal-komunitajiet madwar id-dejta u jinfirxu l-pedamenti għal ekonomija ta’ suċċess immexxija mid-dejta fl-Unjoni, fl-2014 il-partijiet konċernati industrijali u tar-riċerka fl-Assoċjazzjoni BDVA waqqfu Sħubija Pubblika Privata kuntrattwali mal-Unjoni. Meta jitqies l-għarfien espert tagħha u li qed tiġbor flimkien lill-partijiet konċernati privati rilevanti tal-big data l-Assoċjazzjoni privata BDVA jenħtieġ tkun eliġibbli biex issir membru tal-Impriża Konġunta.

(17)L-Assoċjazzjonijiet privati ETP4HPC u BDVA esprimew bil-miktub ir-rieda tagħhom li jikkontribwixxu għall-istrateġija teknoloġika tal-Impriża Konġunta u li jinvolvu l-għarfien espert tagħhom biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta. Jixraq li l-assoċjazzjonijiet privati jaċċettaw l-Istatuti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament b’ittra tal-approvazzjoni.

(18)L-Impriża Konġunta jenħtieġ tindirizza suġġetti ddefiniti b’mod ċar li jippermettu lill-industriji Ewropej u l-akkademiċi inġenerali biex ifasslu, jiżviluppaw u jużaw l-aktar teknoloġiji innovattivi tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, u biex jibnu infrastruttura integrata mal-Unjoni kollha b’kapaċità tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja ta’ klassi dinjija, konnettività b’veloċità kbira, applikazzjonijiet mill-aktar avvanzati, u s-servizzi tad-dejta u tas-softwer għax-xjenzati tagħha u għal utenti ewlenin oħra mill-industrija, inkluż mill-SMEs u mis-settur pubbliku. L-Impriża Konġunta jenħtieġ tagħmel l-isforzi biex jonqos id-distakk speċifiku fil-ħiliet relatati mal-HPC. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta twitti t-triq biex tinbena l-ewwel infrastruttura ibrida tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja fl-Ewropa, li tintegra arkitetturi tradizzjonali tal-computing ma’ tagħmir tal-quantum computing, pereżempju li tesplora l-użu ta’ quantum computer bħala aċċelleratur tat-threads tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja. Hemm bżonn appoġġ finanzjarju strutturat u kkoordinat fil-livell Ewropew biex jgħin lit-timijiet tar-riċerka u lill-industriji Ewropej jibqgħu fuq quddiem nett f’kuntest internazzjonali kompetittiv ħafna billi jiġġeneraw riżultati eċċellenti u jintegrawhom f’sistemi kompetittivi, biex ikun żgurat l-isfruttament industrijali malajr u mifrux tat-teknoloġija Ewropea madwar l-Unjoni li joħloq effetti konsegwenzjali importanti għas-soċjetà, biex jinqasam it-teħid tar-riskji u jitwaħħdu l-forzi b’allinjament tal-istrateġiji u investimenti ta’ interess Ewropew komuni. Wara notifika mingħand Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li l-inizjattivi tal-Impriża Konġunta jikkwalifikaw bħala Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni, diment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha rilevanti skont il-Qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni 25 .

(19)Sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha fid-disinjar, l-iżvilupp u l-użu tal-aktar teknoloġiji innovattivi fil-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, l-Impriża Konġunta jenħtieġ tipprovdi appoġġ finanzjarju, l-aktar fl-għamla ta’ għotjiet u akkwist, wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti u għal offerti. Dan l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ jiġi indirizzat b’mod partikolari għan-nuqqasijiet pruvati fis-suq li jxekklu l-iżvilupp tal-programm ikkonċernat, u jenħtieġ ikollu effett ta’ inċentiv b’mod li jibdel l-aġir ta’ min jirċevih.

(20)Sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Impriża Konġunta jenħtieġ tipprovdi qafas għall-akkwiżizzjoni ta’ infrasruttura integrata tad-dejta u tas-supercomputing fuq skala eksa ta’ klassi dinjija fl-Unjoni, biex l-utenti jitgħammru bir-riżorsi komputazzjonali strateġiċi li jeħtieġu ħalli jibqgħu kompetittivi u jegħlbu l-isfidi soċjetali, ambjentali, ekonomiċi u tas-sikurezza.

(21)L-Impriża Konġunta jenħtieġ tkun is-sid tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa li tkun akkwistat. It-tħaddim tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa jenħtieġ jitħalla f’idejn l-entità ospitanti, jiġifieri f’idejn entità ġuridika stabbilita fi Stat Membru li qed jieħu sehem fl-Impriża Konġunta li tipprovdi faċilitajiet biex tospita u tħaddem superkompjuter. L-entità ospitanti jenħtieġ tiżgura separazzjoni funzjonali u fiżika sa fejn ikun possibbli bejn is-superkompjuters fuq skala eksa tal-Impriża Konġunta u kull sistema tal-computing nazzjonali jew reġjonali oħra li tħaddem. L-entità ospitanti jenħtieġ jagħżilha l-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta. L-Impriża Konġunta jenħtieġ tibqa’ s-sid tas-superkompjuters fuq skala eksa sakemm jiġu deprezzati (tipikament wara erbgħa (4) sa ħames (5) snin ta’ tħaddim). Imbagħad is-sjieda jenħtieġ tingħadda f’idejn l-entità ospitanti tad-dekummissjonar, ir-rimi jew xi użu ieħor, u l-entità ospitanti jenħtieġ tħallas lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-superkompjuters.

(22)Jenħtieġ li s-superkompjuters fuq skala pre-eksa u peta jintużaw qabelxejn għal skopijiet ta’ riċerka u innovazzjoni pubblika, minn utenti akkademiċi, mill-industrija jew mis-settur pubbliku. L-Impriża Konġunta jenħtieġ titħalla twettaq ftit attivitajiet ekonomiċi limitati għal skopijiet privati. Jenħtieġ jingħata aċċess lill-utenti stabbiliti fl-Unjoni jew f’Pajjiż Assoċjat ma’ Orizzont 2020. Id-drittijiet tal-aċċess jenħtieġ ikunu bħad-drittijiet ta’ kull utent ieħor u jingħataw b’mod trasparenti. Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ jiddefinixxi d-drittijiet tal-aċċess għas-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni ta’ kull superkompjuter.

(23)L-Impriża Konġunta jenħtieġ tappoġġa l-akkwiżizzjoni ta’ kompjuters fuq skala peta mill-Istati Parteċipanti, bl-użu ta’ strument xieraq (eż. akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi). Jenħtieġ li l-benefiċjarji ta’ dan l-istrument ikunu s-sidien tal-kompjuter fuq skala peta. Għal kull kompjuter fuq skala peta, is-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal kull kompjuter fuq skala peta jenħtieġ ikun proporzjonat direttament mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta għall-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni eliġibbli li jġarrbu l-benefiċjarji.

(24)Jenħtieġ jitħalla jsir użu limitat tas-superkompjuters mill-utenti li jwettqu attivitajiet ekonomiċi għal applikazzjonijiet li mhumiex tar-riċerka. Il-ħin tal-aċċess jenħtieġ jingħata qabelxejn lill-utenti stabbiliti fl-Unjoni jew f’Pajjiż Assoċjat ma’ Orizzont 2020. Id-drittijiet tal-aċċess jenħtieġ jingħataw b’mod trasparenti.

(25)Il-governanza tal-Impriża Konġunta jenħtieġ tkun żgurata minn żewġ korpi: Bord tat-Tmexxija u Bord ta’ Konsulenza Xjentifika u Industrijali. Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ ikun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tal-Istati Parteċipanti. Dan jenħtieġ ikun responsabbli għat-tfassil tal-politika strateġika u d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament relatati mal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta, b’mod partikolari għall-attivitajiet kollha tal-akkwist pubbliku. Il-Bord ta’ Konsulenza Xjentifika u Industrijali jenħtieġ jinkludi rappreżentanti mid-dinja akkademika u mill-industrija bħal pereżempju utenti u fornituri tat-teknoloġija. Dan jenħtieġ jipprovdi konsulenza indipendenti lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-Aġenda Strateġika tar-Riċerka u fuq l-akkwiżizzjoni u t-tħaddim tas-superkompjuters miżmuma mill-Impriża Konġunta.

(26)Fil-prinċipju, id-drittijiet tal-vot jenħtieġ ikunu proporzjonati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura tal-membri tiegħu. L-Istati Parteċipanti jenħtieġ ikollhom biss id-dritt li jivvutaw fuq attivitajiet relatati mal-akkwist tal-Impriża Konġunta, jekk ikunu jikkontribwixxu b’riżorsi għall-attivitajiet tal-akkwist rispettivament jenħtieġ jivvutaw biss fuq attivitajiet relatati mal-azzjonijiet indiretti jekk dawn ikun jikkontribwixxu b’riżorsi. Id-drittijiet tal-vot jenħtieġ jiġu kkalkulati kull sena abbażi tal-kontribuzzjonijiet reali.

(27)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ titmexxa b’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u mar-regoli rilevanti dwar il-ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 26 . Ir-regoli applikabbli għall-Impriża Konpunta biex tidħol fi proċedura tal-akkwist pubbliku huma stabiliti fir-regoli finanzjarji tagħha.

(28)Biex trawwem ekosistema Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, l-Impriża Konġunta jenħtieġ tagħmel użu xieraq tal-istrumenti tal-akkwist u tal-għoti, pereżempju b’akkwist prekummerċjali xieraq u b’akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi.

(29)Fil-valutazzjoni tal-impatt ġenerali tal-Impriża Konġunta jenħtieġ jitqiesu l-investimenti tal-membri privati, bħala kontribuzzjonijiet in natura, li jikkonsistu mill-ispejjeż li ġarrbu bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li minnhom jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-Impriża Konġunta. Dawk l-investimenti ġenerali jenħtieġ jammontaw għal mill-inqas EUR 420 000 000.

(30)Biex jinżammu kundizzjonijiet ekwi bejn l-impriżi kollha attivi fis-suq intern, jenħtieġ li l-finanzjament mill-Programmi Qafas tal-Unjoni jkun kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ħalli tkun żgurata l-effettività tal-infiq pubbliku u jkunu evitati d-distorsjonijiet tas-suq bħall-esklużjoni tal-finanzjament privat, il-ħolqien ta’ strutturi tas-suq mhux effettivi jew il-priżervazzjoni ta’ ditti mhux effiċjenti.

(31)Il-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti iffinanzjati mill-Impriża Konġunta jenħtieġ tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Minbarra dan, l-Impriża Konġunta jenħtieġ tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dawk ir-regoli abbażi ta’ miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni.

(32)Jenħtieġ li l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju għal attivitajiet mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jikkonforma mar-regoli ta’ dan il-programm.

(33)L-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta jenħtieġ jitħarsu b’miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tal-infiq, inkluż il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b’mod skorrett u, meta xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(34)Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta taħdem b’mod miftuħ u trasparenti u tipprovdi kull informazzjoni rilevanti fil-ħin u tippromwovi l-attivitajiet tagħha, fosthom attivitajiet tal-informazzjoni u tad-disseminazzjoni maħsuba għall-pubbliku ġenerali. Ir-regoli tal-proċedura tal-korpi tal-Impriża Konġunta jenħtieġ ikunu disponibbli għall-pubbliku.

(35)Biex jiġi ffaċilitat it-twaqqif tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ tkun responsabbli għat-twaqqif u t-tħaddim inizjali tal-Impriża Konġunta sakemm tikseb il-kapaċità operazzjonali biex timplimenta l-baġit tagħha stess.

(36)Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, il-piż amministrattiv jenħtieġ jitnaqqas għall-partijiet kollha. Jenħtieġ ikunu evitati l-awditjar doppju u ammonti ta’ dokumentazzjoni u rappurtar sproporzjonati. Għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-programm Orizzont 2020, jenħtieġ isir awditjar b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 ta’ min jirċievi l-fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. Għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, jenħtieġ isir awditjar b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 ta’ min jirċievi l-fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

(37)L-awditur intern tal-Kummissjoni jenħtieġ jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

(38)Il-Kummissjoni, l-Impriża Konġunta, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jenħtieġ ikollhom aċċess għal kull informazzjoni meħtieġa u għall-binjiet biex iwettqu awditjar u investigazzjonijiet fuq l-għotjiet, il-kuntratti u l-ftehim iffirmat mill-Impriża Konġunta.

(39)Jenħtieġ li Orizzont 2020 jikkontribwixxi biex jixxejjen id-distakk fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni billi jippromwovi sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE). Għaldaqstant, l-Impriża Konġunta jenħtieġ tipprova tiżviluppa interazzjonijiet mill-qrib mal-FSIE, li speċifikament jistgħu jgħinu biex isaħħu l-kapaċitajiet lokali, reġjonali u nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni.

(40)Kull sejħa għal proposti u għal offerti permezz tal-Impriża Konġunta jenħtieġ tqis it-tul taż-żmien tal-Programm Qafas Orizzont 2020 u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif xieraq, għajr f’każijiet ġustifikati kif xieraq.

(41)L-Impriża Konġunta jenħtieġ tuża wkoll il-mezzi elettroniċi ġestiti mill-Kummissjoni biex tiżgura l-ftuħ u t-trasparenza u tiffaċilita l-parteċipazzjoni fiha. Għalhekk, is-sejħiet għal proposti li tniedi l-Impriża Konġunta permezz tal-programm ta’ finanzjament Orizzont 2020 jenħtieġ jiġu ppubblikati wkoll fuq il-portal uniku tal-parteċipanti u b’mezzi elettroniċi oħrajn tad-disseminazzjoni ta’ Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, id-dejta rilevanti fost l-oħrajn dwar il-proposti, l-applikanti, l-għotjiet u l-parteċipanti għandha tkun disponibbli mill-Impriża Konġunta għall-inklużjoni fis-sistemi elettroniċi tar-rappurtar u tad-disseminazzjoni ta’ Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni, b’format xieraq u bil-perjodiċità li tikkorrispondi mal-obbligi tar-rappurtar tal-Kummissjoni.

(42)L-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni industrijali, l-akkwiżizzjoni ta’ superkompjuters fuq skala pre-eksa, u l-aċċess għal infrastruttura tad-dejta u tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja madwar l-Unjoni permezz ta’ implimentazzjoni min-naħa tal-Impriża Konġunta, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost, billi tkun evitata d-duplikazzjoni, tinżamm il-massa kritika u jkun żgurat li l-finanzjament pubbliku qed jintuża bl-aħjar mod, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, u għalhekk l-Unjoni tista’ tadotta ċerti miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Stabbiliment

(1)Għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva għal “Computing Ewropew ta’ Prestazzjoni Għolja”, Impriża Komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat (l-“Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja”, minn hawn ’il quddiem “l-Impriża Konġunta”), b’dan qed tiġi stabbilita għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2026.

(2)Sabiex jitqies it-tul taż-żmien tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont 2020”), stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom jiġu mnedija sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti permezz tal-Impriża Konġunta. F’każijiet debitament ġustifikati, is-sejħiet għal proposti jew is-sejħiet għal offerti jistgħu jiġu mnedija sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(3)L-Impriża Konġunta għandha tkun korp fdat bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata kif imsemmi fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(4)L-Impriża Konġunta għandu jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati Membri kollha, din għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet ta’ dawk l-Istati Membri. B’mod partikolari, din takkwista proprjetà mobbli jew immobbli jew tiddisponi minnha, u tista’ tkun parti fi proċedimenti legali.

(5)Is-sede tal-Impriża Konġunta għandha tkun tinsab il-Lussemburgu.

(6)L-Istatuti tal-Impriża Konġunta (“l-Istatuti”) huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“test tal-aċċettazzjoni” tfisser test li sar biex jiddetermina jekk ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tas-sistema humiex issodisfati.

(2)“ħin tal-aċċess” tfisser il-ħin tal-computing ta’ superkompjuter li jkun disponibbli għal utent jew għal grupp ta’ utenti biex jeżegwixxu l-programmi tagħhom.

(3)“entità affiljata” tfisser entità kif definita fl-Artikolu 2(1)(2) tar-Regolament 1290/2013.

(4)“entitajiet kostitwenti” tfisser l-entitajiet li jikkostitwixxu membru privat tal-Impriża Konġunta, kif definit fl-istatuti ta’ dak il-membru privat.

(5)“skala eksa” tfisser livell ta’ prestazzjoni ta’ sistemi tal-computing li kapaċi jeżegwixxu għaxar operazzjonijiet b’potenza ta’ tmintax kull sekonda (jew 1 Exaflop).

(6)“ftehim ta’ akkoljenza” tfisser ftehim, li jista’ jieħu l-għamla ta’ kuntratt ta’ servizz jew kuntratt ieħor, konkluż bejn l-Impriża Konġunta u entità ospitanti biex tħaddem is-superkompjuters fuq skala pre-eksa akkwistati mill-Impriża Konġunta.

(7)“entità ospitanti” tfisser entità ġuridika stabbilita fi Stat Membru li qed jieħu sehem fl-Impriża Konġunta li tkun tinkludi faċilitajiet biex tospita u tħaddem superkompjuter fuq skala pre-eksa.

(8)“Stati Parteċipanti” tfisser il-pajjiżi li huma membri tal-Impriża Konġunta.

(9)“skala peta” tfisser livell ta’ prestazzjoni ta’ sistemi tal-computing li kapaċi jeżegwixxu għaxar operazzjonijiet b’potenza ta’ ħmistax kull sekonda (jew 1 Petaflop).

(10)“skala pre-eksa” tfisser livell ta’ prestazzjoni tas-sistemi tal-computing li kapaċi jeżegwixxu aktar minn 100 Petaflop u inqas minn 1 Exaflop.

(11)“membri privati” tfisser l-assoċjazzjonijiet privati li huma membri tal-Impriża Konġunta.

(12)“superkompjuter” tfisser sistema tal-computing li għallinqas ikollha prestazzjoni tal-computing fuq skala peta.

(13)“utent” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew organizzazzjoni internazzjonali li tkun ingħatat ħin tal-aċċess biex tuża superkompjuter tal-Impriża Konġunta.

Artikolu 3

Għanijiet

(1)L-Impriża Konġunta għandu jkollha dawn l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

(a)lix-xjenzati, lill-industrija u lis-settur pubbliku mill-Unjoni jew minn Pajjiż Assoċjat ma’ Orizzont 2020 tagħtihom l-aqwa Infrastruttura tad-Dejta u tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, u tappoġġa l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tagħha f’firxa wiesgħa ta’ oqsma.

(b)tipprovdi qafas għall-akkwiżizzjoni ta’ infrastruttura integrata tad-dejta u tas-supercomputing fuq skala pre-eksa ta’ klassi dinjija fl-Unjoni;

(c)tipprovdi koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni u riżorsi finanzjarji biżżejjed biex tappoġġa l-iżvilupp u l-akkwiżizzjoni ta’ din l-infrastruttura, li se tkun aċċessibbli għal utenti mis-settur pubbliku u privat, qabelxejn għal skopijiet ta’ riċerka u innovazzjoni;

(d)tappoġġa l-iżvilupp ta’ ekosistema integrata tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja mal-Unjoni kollha li tkopri segmenti industrijali u xjentifiċi kollha tal-katina tal-valur, speċjalment il-ħardwer, is-softwer, l-applikazzjonijiet, is-servizzi, l-inġinerija, l-interkonnessjonijiet, l-għarfien u l-ħiliet.

(2)L-Impriża Konġunta għandu jkollha dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni 2013/743/UE, b’mod partikolari l-Parti II tagħha, u għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014;

(b)tallinja l-istrateġiji bejn l-Istati Membri u l-Unjoni fi strateġija kkoordinata Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u tikkontribwixxi biex l-appoġġ pubbliku jkun effettiv billi tevita d-duplikazzjonijiet żejda u l-frammentazzjoni tal-isforzi;

(c)tiġbor flimkien ir-riżorsi tal-Unjoni, ir-riżorsi nazzjonali u l-investiment privat, filwaqt li ġġib l-investimenti tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja f’livell komparabbli mal-kompetituri dinjin tagħha;

(d)tibni u tħaddem infrastruttura integrata tad-dejta u tas-supercomputing ta’ livell dinji madwar l-Unjoni bħala komponent essenzjali għall-eċċellenza xjentifika, u għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija, u tas-settur pubbliku, u biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-innovazzjoni u l-kompetittività globali ħalli joktor it-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi fl-Unjoni;

(e)tipprovdi aċċess għal infrastrutturi u servizzi bbażati fuq Computing ta’ Prestazzjoni Għolja lil firxa wiesgħa ta’ utenti mill-komunità tar-riċerka u xjentifika kif ukoll lill-industrija, inkluż lill-SMEs, u lis-settur pubbliku, għal applikazzjonijiet u servizzi komputintensivi u tad-dejta ġodda u emerġenti;

(f)ixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp u l-forniment ta’ sistemi tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja fuq skala eksa, filwaqt li ssaħħaħ il-katina tal-provvista tat-teknoloġija diġitali fl-Unjoni u li l-Impriża Konġunta tkun tista’ takkwista superkompjuters tal-aqwa kwalità fid-dinja;

(g)tikseb eċċellenza fl-applikazzjonijiet tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja bi prestazzjoni ta’ klassi dinjija permezz tal-iżvilupp u l-ottimizzazzjoni tal-kodiċi u tal-applikazzjonijiet b’approċċ ta’ kodisinn, filwaqt li tappoġġa ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza f’applikazzjonijiet tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u dimostraturi pilota u esperimenti fuq skala kbira bis-saħħa tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja għal applikazzjonijiet u servizzi tal-big data f’firxa wiesgħa ta’ oqsma xjentifiċi u industrijali;

(h)tinterkollega u tiffedera superkompjuters reġjonali, nazzjonali u Ewropej tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u sistemi tal-computing oħrajn, ċentri tad-dejta u softwer u applikazzjonijiet assoċjati;

(i)iżżid il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-industrija, u b’mod partikolari tal-SMEs, bl-użu ta’ infrastrutturi u servizzi avvanzati tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja;

(j)ittejjeb il-fehim tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u tikkontribwixxi biex jonqsu d-distakki fil-ħiliet fl-Unjoni b’rabta mal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja;

(k)twessa’ l-ambitu tal-użu tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja.

Artikolu 4

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

(1)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta, inkluż l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għandhom ikunu sa EUR 486 000 000, imqassmin kif ġej:

(a)EUR 386 000 000 mill-programm Orizzont 2020, li jinkludu sa EUR 10 000 000 għall-ispejjeż amministrattivi;

(b)EUR 100 000 000 mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

(2)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati lill-Programm Speċifiku, li jimplimenta l-programm Orizzont 2020, stabbilit bid-Deċiżjoni 743/2013/UE.

(3)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u għandha tkun iddedikata esklussivament għall-akkwiżizzjoni tal-infrastruttura.

(4)L-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi fdata lill-Impriża Konġunta li taġixxi bħala korp kif imsemmi fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 skont il-punt (c)(iv) tal-Artikolu 58(1), u l-Artikoli 60 u 61 ta’ dak ir-Regolament.

(5)L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ delega u ftehimiet ta’ trasferimenti ta’ fondi annwali li jridu jintlaħqu bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-Impriża Konġunta.

(6)Il-ftehim ta’ delega msemmi fil-paragrafu 5 għandu jindirizza l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 58(3) u fl-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fl-Artikolu 40 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, kif ukoll fost l-oħrajn dawn li ġejjin:

(a)ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta rigward l-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/743/UE;

(b)ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta fid-dawl tal-monitoraġġ imsemmi fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2013/743/UE;

(c)l-indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi relatati mal-funzjonament tal-Impriża Konġunta;

(d)l-arranġamenti rigward il-forniment tad-dejta meħtieġa biex ikun żgurat li l-Kummissjoni tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ disseminazzjoni u rappurtar kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, inkluż fuq il-portal uniku tal-parteċipanti u b’mezzi elettroniċi oħrajn tad-disseminazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni;

(e)l-arranġamenti dwar il-forniment tad-dejta meħtieġa biex ikun żgurat li l-Kummissjoni tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ disseminazzjoni u rappurtar kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 283/2014;

(f)id-dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti mill-Impriża Konġunta fuq il-portal uniku tal-parteċipanti u b’mezzi elettroniċi oħrajn tad-disseminazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni;

(g)id-dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal offerti mill-Impriża Konġunta fil-Ġurnal Uffiċjali u b’mezzi elettroniċi oħrajn tad-disseminazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni;

(h)l-użu tar-riżorsi umani u t-tibdil fihom, b’mod partikolari r-reklutaġġ skont il-grupp tal-funzjoni, il-grad u l-kategorija, l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni mill-ġdid u kull tibdil fl-għadd ta’ membri tal-persunal.

Artikolu 5

Il-kontribuzzjonijiet tal-membri għajr l-Unjoni

(1)L-Istati Parteċipanti għandhom jagħmlu kontribuzzjoni għall-ispejjeż operazzjonali u amministrattivi tal-Impriża Konġunta għal mill-anqas EUR 486 000 000, li jinkludu EUR 10 000 000 għall-ispejjeż amministrattivi.

(2)Il-membri privati tal-Impriża Konġunta għandhom jagħmlu kontribuzzjonijiet ta’ mill-inqas EUR 422 000 000 lill-Impriża Konġunta, inkluż EUR 2 000 000 għall-ispejjeż amministrattivi, jew inkella jieħdu ħsieb li dan isir mill-entitajiet kostitwenti u mill-entitajiet affiljati tagħhom.

(3)Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkonsistu minn kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta kif stabbilit fl-Artikolu 15 tal-Istatuti.

(4)Il-membri tal-Impriża Konġunta għajr l-Unjoni għandhom jirrappurtaw sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena lill-Bord tat-Tmexxija fuq il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jkunu saru f’kull waħda mis-snin finanzjarji preċedenti.

(5)Għall-finijiet li jinstab il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 15(3) tal-Istatuti, l-ispejjeż għandhom jiġu ddeterminati skont il-prattiċi normali tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tal-entitajiet konċernati, bl-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn l-entità hi stabbilita, bl-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u bl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju applikabbli. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. Jekk miċ-ċertifikazzjoni tfeġġ xi inċertezza, l-Impriża Konġunta tista’ tivverifika l-metodu tal-valutazzjoni. Jekk ikun baqa’ xi inċertezzi, il-metodu tal-valutazzjoni jista’ jiġi awditjat mill-Impriża Konġunta.

(6)Il-Kummissjoni tista’ ttemm, tnaqqas b’mod proporzjonat jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta jew tiskatta l-proċedura tal-istralċ imsemmija fl-Artikolu 25 tal-Istatuti jekk xi membri oħra għajr l-Unjoni, inkluż l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom, ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu parzjalment biss jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6

L-entità ospitanti

(1)L-Impriża Konġunta għandha tafda t-tħaddim superkompjuter fuq skala pre-eksa individwali miżmum għandha, f’idejn entità ospitanti magħżula skont il-paragrafu 3 u skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta msemmija fl-Artikolu 11.

(2)Is-superkompjuters fuq skala pre-eksa għandhom ikunu jinsabu fi Stat Parteċipanti li jkun Stat Membru tal-Unjoni. Stat Membru ma għandux jospita aktar minn superkompjuter fuq skala eksa wieħed.

(3)L-entità ospitanti għandu jagħżilha l-Bord tat-Tmexxija abbażi, fost l-oħrajn, dawn il-kriterji li ġejjin:

(a)il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ġenerali definiti fil-proċedura tal-għażla;

(b)l-ispiża totali tal-akkwist, it-tħaddim u l-manutenzjoni tas-superkompjuter fuq skala pre-eksa, il-qsim tan-nefqa kapitali (CAPEX) u n-nefqa operazzjonali (OPEX);

(c)l-esperjenza tal-entità ospitanti fl-installazzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi simili;

(d)il-kwalità tal-infrastruttura fiżika u tal-IT tal-faċilitajiet ta’ akkoljenza, is-sigurtà tagħha u l-konnettività tagħha mal-bqija tal-Unjoni;

(e)il-kwalità tas-servizz lill-utenti, jiġifieri l-kapaċità li jirrispettaw il-ftehim fil-livell tas-servizz mogħti fost id-dokumenti mehmuża mal-proċedura tal-għażla.

(f)l-aċċettazzjoni minn qabel mill-entità ospitanti tat-termini u l-kundizzjonijiet essenzjali stabbiliti fl-abbozz tal-ftehim ta’ akkoljenza, inkluż b’mod partikolari l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u dawk definiti fil-proċedura tal-għażla;

(g)l-għoti ta’ dokument ta’ sostenn li jagħtu prova tal-impenn tal-Istat Membru fejn tinsab l-entità ospitanti li jkopri l-ispejjeż kollha relatati mat-tħaddim tas-superkompjuter fuq skala pre-eksa sakemm is-sjieda tiegħu tiġi trasferita mill-Impriża Konġunta lil dik l-entità ospitanti;

(4)L-impriża Konġunta għandha tikkonkludi ftehim ta’ akkoljenza ma’ kull entità ospitanti magħżula qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwiżizzjoni tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa.

Artikolu 7

Il-ftehim ta’ akkoljenza

(1)Il-ftehim ta’ akkoljenza għandu jindirizza b’mod partikolari dan li ġej:

(a)ir-responsabbiltajiet tal-entità ospitanti waqt il-proċedura tal-akkwiżizzjoni tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa, inkluż it-test tal-aċċettazzjoni ta’ dawk is-superkompjuters;

(b)il-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà għat-tħaddim tas-superkompjuter fuq skala pre-eksa akkwistat mill-Impriża Konġunta;

(c)il-kwalità tas-servizz offrut lill-utenti meta jużaw is-superkompjuter fuq skala pre-eksa, kif stabbilit fil-ftehim fil-livell tas-servizz;

(d)il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-superkompjuter fuq skala pre-eksa, kif deċiż mill-Bord tat-Tmexxija, skont l-Artikolu 9;

(e)il-modalitajiet tal-kontabbiltà tal-ħinijiet tal-aċċess;

(f)l-ispejjeż tat-tħaddim u l-manutenzjoni li jridu jkopru l-Istati Parteċipanti;

(g)il-kundizzjonijiet għat-trasferiment tas-sjieda msemmija fl-Artikolu 8(2);

(h)    l-obbligu tal-entità ospitanti li tipprovdi aċċess għas-superkompjuters fuq skala pre-eksa, filwaqt li tiżgura s-sigurtà tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa, il-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-privatezza tal-komunikazzjoni elettronika skont id-Direttiva 2002/58/KE, tas-sigrieti kummerċjali skont id-Direttiva (UE) 2016/943 u l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ dejta oħra koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali;

(i)l-obbligu tal-entità ospitanti li tistabbilixxi proċedura ta’ awditjar iċċertifikat li tkopri l-ispejjeż operazzjonali tas-superkompjuter tal-Impriża Konġunta u l-ħinijiet tal-aċċess tal-utenti;

(j)l-obbligu tal-entità ospitanti li darba fis-sena tippreżenta rapport tal-awditjar u dejta dwar il-ħin tal-aċċess lill-Bord tat-Tmexxija.

(2)Il-ftehim ta’ akkoljenza għandu jkun regolat bil-liġi tal-Unjoni, issupplimentat jekk meħtieġ bil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab l-entità ospitanti.

(3)Il-ftehim ta’ akkoljenza għandu jkun fih klawżola ta’ arbitraġġ li tagħti ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(4)Wara li jiġi konkluż il-ftehim ta’ akkoljenza, l-Impriża Konġunta, bl-appoġġ tal-entità ospitanti magħżula, għandha tniedi l-proċeduri tal-akkwiżizzjoni tas-superkompjuter fuq skala pre-eksa skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta msemmija fl-Artikolu 11.

Artikolu 8

L-akkwiżizzjoni u s-sjieda tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa

(1)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tkopri biss l-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni tas-superkompjuters, u mhux l-ispejjeż operazzjonali tagħhom.

(2)L-Impriża Konġunta għandha tkun is-sid tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa u tal-infrastruttura assoċjata.

(3)Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(4) tal-Istatuti, mhux qabel erba’ snin wara li jgħaddi b’suċċess it-test tal-aċċettazzjoni mill-Impriża Konġunta tas-superkompjuters fuq skala eksa installati f’entità ospitanti, is-sjieda tas-superkompjuter fuq skala pre-eksa tista’ tingħadda lil dik l-entità ospitanti b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. F’dan il-każ, l-entità ospitanti għandha tħallas lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-superkompjuters mgħaddi lilha.

Artikolu 9

Aċċess għas-superkompjuters

(1)L-aċċess għas-superkompjuters għandu jingħata qabelxejn għal skopijiet ta’ riċerka u innovazzjoni permezz tal-programmi ta’ finanzjament pubbliku u għandu jkun miftuħ għall-utenti mis-settur pubbliku u privat.

(2)Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess u jista’ jiddefinixxi kundizzjonijiet speċifiċi tal-aċċess għal tipi differenti ta’ utenti jew applikazzjonijiet. Il-kwalità tas-servizz għandha tkun l-istess għal kull utent.

(3)Mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, il-ħin tal-aċċess għandu jingħata biss lil utenti li jirrisjedu, stabbiliti jew li jinsabu fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat ma’ Orizzont 2020, għajr meta l-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi mod ieħor, f’każijiet debitament ġustifikati u filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 10

Il-ħin tal-aċċess għas-superkompjuters

(1)L-utenti għandhom jingħataw aċċess għas-superkompjuters skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

(2)Is-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal kull superkompjuter fuq skala pre-eksa għandu jkun proporzjonat direttament mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż tagħha tal-akkwiżizzjoni b’rabta mal-ispiża totali tal-akkwiżizzjoni u t-tħaddim tas-superkompjuter fuq skala pre-eksa. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi d-drittijiet tal-aċċess għas-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni. 

Kull Stat Parteċipanti għandu jingħata sehem tal-ħin tal-aċċess għal kull superkompjuter fuq skala pre-eksa li għandu jkun proporzjonat direttament mal-valur totali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura tiegħu għall-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni u t-tħaddim tas-superkompjuter fuq skala pre-eksa. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(3), l-Istat Parteċipanti għandu jkun responsabbli biex jiddefinixxi d-drittijiet tal-aċċess tal-utenti, skont il-kundizzjonijiet tal-aċċess definiti mill-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 9(2).

Artikolu 11

Ir-regoli finanzjarji

L-Impriża Konġunta għandha tadotta r-regoli finanzjarji speċifiċi tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 27 .

Artikolu 12

Servizzi kummerċjali

(1)Għall-utenti industrijali li japplikaw għal dritt tal-aċċess bi skop ta’ riċerka privata, bi skop ta’ non-riċerka u innovazzjoni jew bi skop ta’ kummerċjali, għandhom japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi. Dan is-servizz kummerċjali għandu jkun servizz bi ħlas, skont il-prezzijiet tas-suq. Il-livell tal-miżata għandu jiġi stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija.

(2)Id-dħul iġġenerat għandu jkun dħul għall-baġit tal-Impriża Konġunta li għandu jintuża biss biex ikopri l-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta.

(3)Il-ħin kollu tal-aċċess mogħti għas-servizzi kummerċjali ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ħin kollu tal-aċċess disponibbli ta’ kull superkompjuter. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi fuq l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għas-servizzi kummerċjali.

(4)Il-kwalità tas-servizzi kummerċjali għandha tkun l-istess għal kull utent.

Artikolu 13

Il-persunal

(1)Għall-persunal tal-Impriża Konġunta għandhom japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 28 (“Regolamenti tal-Persunal” u “Kundizzjonijiet tal-Impjieg”) u r-regoli adottati b’mod konpunt bejn l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg.

(2)Fir-rigward tal-persunal tal-Impriża Konġunta, il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija bir-Regolamenti tal-Persunal fuq l-awtorità tal-ħatra u bil-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg fuq l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”).

Skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord tat-Tmexxija għadu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tiġi sospiża dik id-delega. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

Meta ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali jeżiġu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jieħu deċiżjoni biex jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u kull sottodelega ta’ dawk is-setgħat minn dan tal-aħħar. F’dawn il-każijiet, il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal tal-Impriża Konġunta li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

(3)Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa li jagħtu effett lir-Regolamenti tal-Persunal u lill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(4)Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan ta’ stabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta b’mod li jiġi indikat l-għadd ta’ postijiet temporanji skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad, kif ukoll skont l-għadd ta’ persunal kuntrattwali espress f’ekwivalenti fulltime, b’konformità mal-baġit annwali tagħha.

(5)Il-persunal tal-Impriża Konġunta għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u persunal kuntrattwali.

(6)Kull spiża relatata mal-persunal għandha ġġarrabha l-Impriża Konġunta.

Artikolu 14

L-Esperti Nazzjonali Sekondati u t-trainees

(1)L-Impriża Konġunta tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati u trainees li ma jkunux impjegati mill-Impriża Konġunta. L-għadd ta’ esperti nazzjonali sekondati espress f’ekwivalenti fulltime għandu jiżdied mal-informazzjoni dwar ir-riżorsi tal-persunal kif imsemmi fl-Artikolu 13(4) b’konformità mal-baġit annwali.

(2)Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali mal-Impriża Konġunta u dwar l-użu tat-trainees.

Artikolu 15

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewroepa, mehmuża mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu japplika għall-Impriża Konġunta u għall-persunal tagħha.

Artikolu 16

Ir-responsabbiltà tal-Impriża Konġunta

(1)Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Impriża Konġunta għandhom jirregolawha d-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u l-liġi applikabbli għall-ftehim, id-deċiżjoni jew il-kuntratt inkwistjoni.

(2)Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta għandha tagħmel tajjeb, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, għal kull dannu kkawżat mill-persunal tagħha waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

(3)Kull pagament mill-Impriża Konġunta fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-ispejjeż u l-infiq mġarrba b’rabta ma’ dan, għandhom jitqiesu bħala nefqa tal-Impriża Konġunta u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi tagħha.

(4)L-Impriża Konġunta għandha tkun responsabbli unikament għat-twettiq tal-obbligi tagħha.

(5)L-Impriża Konġunta ma għandhiex tkun responsabbli għat-tħaddim mill-entità ospitanti tas-superkompjuters tagħha.

Artikolu 17

Evalwazzjoni

(1)Sat-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti għandha twettaq evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta, li b’mod partikolari għandha tivvaluta l-livell ta’ parteċipazzjoni fil-azzjonijiet indiretti, u l-kontribuzzjonijiet għalihom, min-naħa tal-Istati Parteċipanti, min-naħa tal-membri privati u l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom, u anki min-naħa ta’ entitajiet ġuridiċi oħra. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jkun fih il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2022.

(2)Abbażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ taġixxi skont l-Artikolu 5(6) jew tieħu kwalunkwe azzjoni oħra xierqa.

(3)Fi żmien sitt xhur wara l-istralċ tal-Impriża Konġunta, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara li tinbeda l-proċedura tal-istralċ imsemmija fl-Artikolu 24 tal-Istatuti, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta. Ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 18

Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-liġi applikabbli

(1)Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni:

(a)skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab fil-ftehimiet jew fil-kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta, jew fid-deċiżjonijiet tagħha;

(b)fir-rigward ta’ tilwim relatat ma’ kumpens għal dannu kkawżat mill-persunal tal-Impriża Konġunta waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

(c)fi kwalunkwe tilwima bejn l-Impriża Konġunta u l-persunal tagħha fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg.

(2)Għal xi kwistjoni oħra li mhix koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti ġuridiċi oħra tal-Unjoni, għandha tapplika l-liġi tal-Istat fejn tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta.

Artikolu 19

L-awditjar ex post

(1)L-awditjar ex post tan-nefqa fuq azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ta’ Orizzont 2020 għandhom jitwettqu mill-Impriża Konġunta skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

(2)L-awditjar ex post tan-nefqa fuq attivitajiet iffinanzjati mill-baġit tas-CEF għandhom jitwettqu mill-Impriża Konġunta skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 bħala parti mill-azzjonijiet tas-CEF.

(3)Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq l-awditjar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 hi stess. F’dawn il-każijiet, din għandha tagħmel dan b’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 966/2012, (UE) Nru 1290/2013, (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013.

Artikolu 20

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

(1)Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u xi attività illegali oħra, b’verifiki effettivi u, jekk jinkixfu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa ħażin u, meta xieraq, b’sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(2)L-Impriża Konġunta għandha tagħti aċċess lill-persunal tal-Kummissjoni u lill-persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, għas-siti u l-binjiet tagħha u għal kull informazzjoni, inkluż informazzjoni b’għamla elettronika, li tkun meħtieġa biex iwettqu l-awditjar tagħhom.

(3)L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 29 u fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat, direttament jew indirettament, skont dan ir-Regolament.

(4)Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-kuntratti u l-ftehimiet ta’ għotja, li joħorġu mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Impriża Konġunta, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dawn l-awditjar u l-investigazzjonijiet b’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni tiġi esternalizzata jew sottodelegata, kollha kemm hi jew parzjalment, jew meta tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt tal-akkwist jew appoġġ finanzjarju lil parti terza, il-kuntratt jew il-ftehim ta’ għotja għandhom jinkludu l-obbligu tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju li jimponi l-aċċettazzjoni espliċita fuq xi parti terza involuta ta’ dawk is-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Impriża Konġunta, tal-Qorti tal-Awdituri u tal-OLAF.

(5)L-Impriża Konġunta għandha tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha kif xieraq billi tagħmel jew tikkummissjona verifiki interni u esterni adegwati.

(6)L-Impriża Konġunta għandha tissieħeb fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta’ investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) 31 . L-Impriża Konġunta għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex tiffaċilita l-investigazzjonijiet interni mwettqin mill-OLAF.

Artikolu 21

Il-kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, l-Impriża Konġunta għandha tiżgura l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva li l-iżvelar tagħha jista’ jagħmel ħsara lill-interessi tal-membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta.

Artikolu 22

It-trasparenza

(1)Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta.

(2)Il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta jista’ jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

(3)Mingħajr preħudizzju għall-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 228 tat-Trattat.

Artikolu 23

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni applikabbli għall-azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-programm Orizzont 2020

Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għandu japplika għall-azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta mill-programm ta’ finanzjament Orizzont 2020. Skont dak ir-Regolament, l-Impriża Konġunta għandha titqies bħala korp tal-finanzjament u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet indiretti kif stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Istatuti.

Artikolu 24

Ir-regoli applikabbli għall-attivitajiet iffinanzjati mill-programm CEF

Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 għandu japplika għall-attivitajiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta mill-programm ta’ finanzjament CEF.

Artikolu 25

Appoġġ mingħand l-Istat Membru ospitanti

L-Impriża Konġunta u l-Istat fejn tinsab is-sede jistgħu jikkonkludu ftehim amministrattiv dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li dak l-Istat għandu jagħti lill-Impriża Konġunta.

Artikolu 26

L-azzjonijiet inizjali

(1)Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mit-twaqqif u t-tħaddim inizjali tal-Impriża Konġunta sakemm din ikollha l-kapaċità operazzjonali li timplimenta l-baġit tagħha stess. B’konformità mal-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq kull azzjoni meħtieġa b’kollaborazzjoni mal-membri l-oħra u bl-involviment tal-korpi kompetenti tal-Impriża Konġunta.

(2)Għall-finijiet tal-paragrafu 1:

(a) sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tat-Tmexxija skont il-klawżola 7 tal-Istatuti, il-Kummissjoni tista’ taħtar uffiċjal tal-Kummissjoni biex jaġixxi bħala Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv li jista’ jkun megħjun minn għadd limitat ta’ uffiċjali tal-Kummissjoni;

(b)b’deroga mill-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament, id-Direttur interim għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra;

(c)il-Kummissjoni tista’ tassenja għadd limitat ta’ uffiċjali tagħha fuq bażi interim.

(3)Id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit annwali tal-Impriża Konġunta ladarba jkunu approvati mill-Bord tat-Tmexxija, u jista’ jikkonkludi ftehimiet, deċiżjonijiet u kuntratti, inkluż kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta.

(4)Bi qbil komuni mad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta u soġġetta għall-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv interim għandu jiddetermina d-data meta l-Impriża Konġunta għandu jkollha l-kapaċità biex timplimenta l-baġit tagħha. Minn dik id-data, il-Kummissjoni għandha tastjeni milli tagħmel impenji u teżegwixxi pagamenti għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Għanijiet

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

1.7.Modi ta’ ġestjoni ppjanati

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarja tan-nefqa affettwati

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Inizjattiva Ewropea komuni dwar il-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja – “il-EuroHPC”

1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati

Qasam ta’ politika: Suq Uniku Diġitali

Attività: Infrastruttura tad-Dejta Ewropea

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma’ azzjoni ġdida

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 33  

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

L-Impriża Konġunta EuroHPC se tieħu l-fondi tagħha mill-baġits tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali li huma diġà impenjati għall-attivitajiet relatati mal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja fil-programmi ta’ ħidma differenti għall-aħħar sentejn ta’ Orizzont 2020 u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

1.4.L-għanijiet

1.4.1.L-għanijiet strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

(a)    Lix-xjenzati, lill-industrija u lis-settur pubbliku mill-Unjoni jew minn Pajjiż Assoċjat ma’ Orizzont 2020 tagħtihom l-aqwa Infrastruttura tad-Dejta u tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, u tappoġġa l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tagħha f’firxa wiesgħa ta’ oqsma;

(b)    Tipprovdi qafas għall-akkwiżizzjoni ta’ infrastruttura integrata tad-dejta u tas-supercomputing fuq skala pre-eksa ta’ klassi dinjija fl-Ewropa;

(c)    Tipprovdi koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni u riżorsi finanzjarji biżżejjed biex tappoġġa l-iżvilupp u l-akkwiżizzjoni ta’ din l-infrastruttura, li se tkun aċċessibbli għal utenti pubbliċi u privati mis-settur pubbliku u privat, qabelxejn għal skopijiet ta’ riċerka u innovazzjoni;

(d)    Tappoġġa l-iżvilupp ta’ ekosistema integrata Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u l-Big Data mal-Unjoni kollha li tkopri segmenti industrijali u xjentifiċi kollha tal-katina tal-valur, speċjalment il-ħardwer, is-softwer, l-applikazzjonijiet, is-servizzi, l-inġinerija, l-interkonnessjonijiet, l-għarfien u l-ħiliet.

1.4.2.L-għanijiet speċifiċi

(a)    Tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni 2013/743/UE, b’mod partikolari l-Parti II tagħha, u għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014;

(b)    Tallinja l-istrateġiji bejn l-Istati Membri u l-Unjoni fi strateġija kkoordinata Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u tikkontribwixxi biex l-appoġġ pubbliku jkun effettiv billi tevita d-duplikazzjonijiet żejda u l-frammentazzjoni tal-isforzi;

(c)    Tiġbor flimkien ir-riżorsi tal-Unjoni, ir-riżorsi nazzjonali u l-investiment privat, filwaqt li ġġib l-investimenti tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja f’livell komparabbli mal-kompetituri dinjin tagħha;

(d)    Tibni u tħaddem infrastruttura integrata tad-dejta u tas-supercomputing ta’ klassi dinjija madwar l-Unjoni bħala komponent essenzjali għall-eċċellenza xjentifika, u għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea, u tas-settur pubbliku, u biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-innovazzjoni u l-kompetittività globali ħalli joktor it-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi fl-Unjoni;

(e)    Tipprovdi aċċess għal infrastrutturi u servizzi bbażati fuq Computing ta’ Prestazzjoni Għolja lil firxa wiesgħa ta’ utenti riċerkaturi, xjentifiċi u industrijali mill-komunità tar-riċerka u xjentifika kif ukoll lill-industrija, inkluż lill-SMEs, u lis-settur pubbliku, għal applikazzjonijiet u servizzi komputintensivi u tad-dejta ġodda u emerġenti;

(f)    Ixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp u l-forniment ta’ sistemi tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja fuq skala eksa, filwaqt li ssaħħaħ il-katina tal-provvista tat-teknoloġija diġitali fl-Unjoni u li l-Impriża Konġunta tkun tista’ takkwista superkompjuters tal-aqwa kwalità fid-dinja;

(g)    Tikseb eċċellenza fl-applikazzjonijiet tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja bi prestazzjoni ta’ klassi dinjija permezz tal-iżvilupp u l-ottimizzazzjoni tal-kodiċi u tal-applikazzjonijiet b’approċċ ta’ kodisinn, filwaqt li tappoġġa ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza f’applikazzjonijiet tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u dimostraturi pilota u esperimenti fuq skala kbira bis-saħħa tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja għal applikazzjonijiet u servizzi tal-big data f’firxa wiesgħa ta’ oqsma xjentifiċi u industrijali;

(h)    Tinterkollega u tiffedera superkompjuters reġjonali, nazzjonali u Ewropej tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u sistemi tal-computing oħrajn, ċentri tad-dejta u softwer u applikazzjonijiet assoċjati;

(i)    Iżżid il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-industrija, u b’mod partikolari tal-SMEs, bl-użu ta’ infrastrutturi u servizzi avvanzati tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja;

(j)    Ittejjeb il-fehim tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u tikkontribwixxi biex jonqsu d-distakki fil-ħiliet fl-Unjoni b’rabta mal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja;

(k)    Twessa’ l-ambitu tal-użu tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja.

1.4.3.Ir-riżultati mistennija u l-impatt

Bl-inizjattiva tal-EuroHPC, l-Istati Membri se jkunu jisgħu jikkoordinaw flimkien l-istrateġiji u l-investimenti tagħhom fl-HPC. L-għan aħħari hu li fl-UE tiġi stabbilita infrastruttura tad-dejta u tal-HPC ta’ klassi dinjija li l-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jaffordjaw, l-aktar dawk bi ftit jew mingħajr riżorsi tal-HPC.

L-Istati Membri se jibbenefikaw minn infrastruttura kompetittiva ta’ klassi dinjija biex jipprovdu servizzi pubbliċi aħjar u biex jiġi appoġġat it-tfassil ta’ politika ewlenija, eż. it-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-enerġija, il-bliet intelliġenti, il-protezzjoni ċivili, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà nazzjonali u ċ-ċiberkriminalità.

Lix-xjenzati Ewropej, il-EuroHPC se tipprovdilhom infrastruttura ta’ klassi dinjija li tiżgura aċċess minn madwar l-Ewropa kollha għal superkompjuters u dejta b’livell għoli iggarantit ta’ riżorsi, tant indispensabbli biex tibqa’ kompetittiva fix-xjenza.

L-industrija se tgawdi bi tnaqqis fl-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp u ċ-ċikli tal-iżvilupp, u toħloq prodotti u servizzi ta’ kwalità aħjar, pereżempju f’industriji tal-manifattura u tal-inġinerija (eż. tal-karozzi, l-ajruspazju), is-saħħa u l-farmaċewtika (eż. l-iskoperta tal-mediċini), l-enerġija (eż. l-iskoperta ta’ riżorsi taż-żejt u l-gass, il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija rinnovabbli). L-inizjattiva se twitti t-triq ukoll għal negozji ġodda u applikazzjonijiet innovattivi f’oqsma ta’ valur miżjud għoli (eż. il-mediċina personalizzata, il-bijoinġinerija, il-bliet intelliġenti/it-trasport awtonomu, u l-bqija), filwaqt li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-innovazzjoni industrijali, b’mod partikolari tal-SMEs.

Inizjattiva mifruxa mal-Ewropa kollha li tenfasizza fuq il-provvista ta’ sors Ewropew tat-teknoloġija tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja bħalma hi l-EuroHPC jkollha l-massa kritika meħtieġa u effett katalitiku fuq il-fornituri Ewropej. Il-EuroHPC se tipprovdi pjan direzzjonali ċar għall-implimentazzjoni teknoloġika ta’ teknoloġiji avvanzati fl-Ewropa u l-integrazzjoni tagħhom f’sistemi Ewropej, li jipprovdi opportunità unika għall-industrija, inkluż għall-SMEs, biex jieħdu sehem fil-kodisinn u l-iżvilupp ta’ dawn it-teknoloġiji u s-sistemi ġodda, u biex jinħolqu dritt ta’ proprjetà intellettwali (IPR) u soluzzjonijiet li jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw fl-isforzi tan-negozju tagħhom. Il-benefiċċji ta’ dan id-dritt ta’ proprjetà intellettwali mhux se jkunu limitati għall-HPC, iżda se jinfirxu lejn setturi usa’, bħal pereżempju s-suq tal-ICT, fi żmien ftit snin wara l-introduzzjoni tagħhom f’HPC tant avvanzata; u dan jagħti vantaġġ kompetittiv lil dawk li jiżviluppawhom minn kmieni.

Il-EuroHPC jħalli impatt pożittiv fuq il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea. Uħud mill-attivitajiet li se twettaq il-EuroHPC, bħalissa qed jitwettqu b’erba’ partijiet differenti ta’ programm ta’ ħidma (l-infrastrutturi elettroniċi, il-FET, u l-LEIT f’Orizzont 2020, u permezz tas-sejħiet annwali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa). Din l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-HPC hi partikolarment kumplessa (eż. diskussjoni ma’ erba’ konfigurazzjonijiet ta’ kumitati, is-sinkronizzazzjoni tal-baġits u l-attivitajiet b’limitazzjonijiet baġitarji u temporali tant diversi, eċċ.). Il-EuroHPC se tipprovdi struttura unika li tikkoordina l-attivitajiet differenti f’sinerġija, u aktar importanti minn hekk, se tipprovdi forum uniku għal diskussjonijiet strateġiċi mal-Istati Membri u ingranaġġ għall-isforzi u r-riżorsi tal-UE u nazzjonali.

Il-EuroHPC se tipprovdi il-qafas xieraq biex isir ippjanar strateġiku għal aktar żvilupp fiċ-ċentri Ewropej tas-supercomputing, pereżempju bi ppjanar meħtieġ u mifrux mal-Ewropa tal-arkitetturi differenti li hemm madwar l-Ewropa (u b’hekk jiġu evitati akkwisti iżolati u mhux koordinati li jistgħu jispiċċaw f’dipendenzi fuq bejjiegħa u fornituri teknoloġiċi uniċi). Barra minn hekk, l-inizjattiva tal-EuroHPC se tappoġġa l-federazzjoni ta’ dawn iċ-ċentri mill-aqwa b’firxa usa’ ta’ ċentri nazzjonali (Tier 1) u ċentri reġjonali (Tier 2), li jipprovdi infrastruttura pan-Ewropea reali li kapaċi tirrispondi d-domandi dejjem akbar min-naħa tal-utenti xjentifiċi, industrijali, tas-settur pubbliku, u partijiet konċernati oħra.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

-    Mill-anqas żewġ kompjuters fuq skala pre-eksa akkwistati b’mod konġunt sal-2019/2020.

-    Is-sigħat tal-computing disponibbli għar-riċerkaturi Ewropej jiżdiedu fir-rigward tas-sigħat disponibbli bħalissa permezz tal-PRACE.

-    Is-sottoskrizzjoni żejda tas-sistemi disponibbli fil-livell Ewropew tnaqqset b’mod sinifikanti taħt il-livell ta’ sottoskrizzjonijiet tal-PRACE Tier-0 fl-2018.

-    L-għadd ta’ komunitajiet tal-utenti moqdija u l-għadd ta’ xjenzati li jiksbu aċċess għall-magni Ewropej fuq skala eksa, meta mqabbla mal-għadd ta’ xjenzati li jkollhom ifittxu riżorsi tal-computing barra mill-UE, żdiedu aktar mill-livell tal-2018.

-    Il-grad tal-integrazzjoni tat-teknoloġija Ewropea fil-magni akkwistati b’mod konġunt, li joħorġu mir-riċerka u l-iżvilupp li jsiru permezz tal-programmi tal-finanzjament Ewropej.

-    Il-kompetittività tal-fornituri Ewropej tiżdied, imkejla f’termini ta’ sehem tas-suq globali tas-sistemi, il-komponenti u l-għodod Ewropej tal-HPC, u f’termini ta’ sehem tar-riżultati Ewropej tar-riċerka u l-iżvilupp li jintużaw mill-industrija.

-    L-għadd ta’ negozji ġodda maħluqa mir-riċerka tal-HPC.

-    Il-kontribut għat-teknoloġiji tal-HPC tal-ġenerazzjoni li jmiss, imkejjel f’termini ta’ privattivi, pubblikazzjonijiet xjentifiċi u prodotti kummerċjali.

-    L-għadd ta’ applikazzjonijiet Ewropej adattati għas-sistemi fuq skala eksa.

-    L-għadd ta’ xjenzati, studenti, utenti (industrijali u amministrazzjonijiet pubbliċi) imħarrġa.

1.5.It-titjib kwantitattiv u kwalitattiv tas-servizzi offruti lill-komunitajiet xjentifiċi meta mqabbla mas-servizzi offruti bħalissa mill-organizzazzjonijiet bħal PRACE. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fi żmien qasir u fit-tul

L-għan kumplessiv hu li x-xjenzati, l-industrija u s-settur pubbliku Ewropej jingħataw l-aktar infrastruttura riċenti tad-dejta u tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u appoġġ għall-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tagħha f’firxa wiesgħa ta’ oqsma. Biex jintlaħaq dan il-għan, huma previsti dawn l-attivitajiet li ġejjin:

   1.    Jingħata qafas tal-akkwist għal infrastruttura integrata tad-dejta u tas-supersomputing fuq skala eksa ta’ klassi dinjija fl-Ewropa.

   2.    Issir koordinazzjoni u jingħataw riżorsi finanzjarji xierqa li jappoġġaw l-iżvilupp u l-akkwist ta’ din l-infrastruttura.

   3.    Jingħata appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ ekosistema Ewropea integrata tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, li tkopri kull segment industrijali u xjentifiku tal-katina tal-valur (il-ħardwer, is-softwer, l-applikazzjonijiet, is-servizzi, l-interkonnessjonijiet u l-ħiliet).

1.5.2.Il-valur miżjud bl-involviment tal-Unjoni

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

Il-frammentazzjoni tas-servizzi pubbliċi tal-Komptazzjoni ta’ Prestazzjoni Għolja madwar l-UE u fi ħdan l-Istati Membri twassal għal użu ineffiċjenti tar-riżorsi u skambju transfruntier parzjali biss tal-għarfien espert. Iż-żieda fl-ispejjeż tal-bini u ż-żamma tal-infrastrutturi tal-HPC teħtieġ governanza aktar soda fil-livell tal-UE u razzjonalizzazzjoni tar-riżorsi tal-HPC biex tonqos il-frammentazzjoni attwali.

L-HPC hi strument essenzjali biex jiġu indirizzati ċerti sfidi soċjetali bħas-saħħa u s-sigurtà. It-tnejn huma politiki ta’ interess Ewropew komuni, kif jidher fid-Direttiva NIS jew fil-Komunikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, li jindirizzaw kwistjonijiet mingħajr fruntieri nazzjonali. Il-livell tas-sigurtà jew il-kwalità tas-saħħa pubblika fi Stat Membru wieħed jiddependu fuq is-sitwazzjoni fil-bqija tal-UE.

L-HPC hi fundamentali biex tinbena l-ekonomija tad-dejta. Il-kontroll kif tintuża d-dejta, min hu sidha u min għandu dritt jisfruttaha, fejn tinħażen, u min għandu aċċess għaliha huma kwistjonijiet sensittivi. Dan jirfes kwistjonijiet kummerċjali u ta’ drittijiet tal-awtur, iżda anki kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta u privatezza. Dawn il-kwistjonijiet kollha ġew identifikati bħala prijoritajiet politiċi fis-Suq Uniku Diġitali (DSM). Li d-dejta Ewropea sensittiva tintbagħat għall-ipproċessar f’reġjuni oħra tad-dinja, li mhux bilfors jirrispettaw l-istandards Ewropej għoljin tal-privatezza, il-protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet tal-awtur u l-bqija, idgħajjef l-intenzjoni li tinkiseb sovranità fuq id-dejta Ewropea u l-isfruttament tagħha.

L-iskala tar-riżorsi meħtieġa biex tinħoloq infrastruttura u ekosistema tal-HPC sostenibbli u ta’ klassi dinjija tisboq dak li l-Istati Membri waħedhom jifilħu jinvestu fi żmienna. L-ebda Stat Membru waħdu ma għandu l-mezzi finanzjarji biex jikseb kapaċitajiet tal-computing fuq skala eksa u jiżviluppa, jakkwista, iħaddem l-ekosistema tal-HPC fuq skala eksa meħtieġa waħdu u bi skedi taż-żmien kompetittivi meta mqabbel mal-Istati Uniti tal-Amerka, iċ-Ċina jew il-Ġappun. L-Istati Membri u l-atturi nazzjonali issa għarfu li huma se jkunu jistgħu jibqgħu kompetittivi biss bi sforz konġunt u koordinat madwar l-UE kollha – c.f. id-Dikjarazzjoni tal-EuroHPC tat-23.03.2017.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

B’azzjoni fil-livell tal-UE jkunu jistgħu jinġabru flimkien l-investimenti meħtieġa u tinħloq il-massa kritika għall-akkwist ta’ sistemi fuq skala eksa avvanzati tal-ġenerazzjoni li jmiss li huma fl-ordni ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ Euro. L-Ewropa tista’ tlaħħaq mal-kompetituri tagħha biss jekk taħdem fil-livell tal-UE u tgħaqqad l-investimenti, l-għarfien u l-ħiliet tagħha. Fl-istess waqt, il-ġbir flimkien tal-investimenti biex jiġu akkwistati b’mod konġunt magni fuq skala eksa se joħloq redditu ferm akbar fuq l-investiment għal kull wieħed mis-sidien parzjali tal-magni, mir-redditu tal-investiment bi sjieda sħiħa ta’ magna bi prestazzjoni inferjuri.

Bid-disponibbiltà tal-aqwa sistemi tal-HPC, l-atturi Ewropej ikunu jistgħu jkomplu jiżviluppaw iżjed firxa sħiħa ta’ applikazzjonijiet xjentifiċi u industrijali ta’ żmienna u tal-ġejjieni li jeħtieġu prestazzjoni fuq skala eksa. B’hekk ikunu jistgħu jiġu żviluppati l-għarfien espert, il-ħiliet u l-kapaċitajiet meħtieġa biex jiġu programmati dawn is-sistemi b’mod effiċjenti u jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tagħhom. Minbarra dan, b’hekk, ix-xjenzati, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-industrija Ewropej kollha jkunu jistgħu jaċċessaw din l-infrastruttura u jrawmu firxa wiesgħa ta’ kollaborazzjoni transfruntiera u prodotti u servizzi ġodda.

Jekk tlaqqa’ flimkien l-għarfien frammentat u l-kompetenza esperta eżistenti, l-Ewropa tista’ ssawwar il-katina tal-provvista kollha tas-sistemi tal-HPC: minn komponenti u sistemi tat-teknoloġija sa magni sħaħ. Fl-istess waqt, dawn huma teknoloġiji essenzjali f’varjetà ta’ swieq tal-massa oħrajn (bħal tal-karozzi, tal-elettronika domestika, tas-servers, eċċ.). It-tranżizzjoni lejn computing fuq skala eksa, imwieżna b’investimenti konġunti bejn l-UE u l-Istati Membri, li jaġixxu bħala utenti tas-swieq ewlenin, tiftaħ opportunità għall-industrija tal-provvista Ewropea biex ikollha ingranaġġ fuq dawn l-investimenti u tikseb aċċess għal swieq ġodda li huma stmati għal EUR 1 triljun.

B’mod ġenerali, il-ħolqien ta’ ambjent tal-HPC kompetittiv globalment, xprunat bl-intervent pubbliku, joħloq prodotti u servizzi li għandhom valur tassew pubbliku għax-xjenza u l-industrija Ewropej: dan se jgħin lis-setturi pubbliċi u privati biex joħolqu xjenza, teknoloġiji u soluzzjonijiet mill-aktar avvanzati li minnhom igawdu l-oqsma kollha tal-ekonomija u tas-soċjetà, filwaqt li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE ta’ tkabbir ekonomiku, impjiegi u kompetittività.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Fl-2014, id-DĠ CNECT stabbilixxa l-Impriża Konġunta tal-ECSEL Joint Undertaking (ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014), bħala riżultat u fużjoni ta’ żewġ Impriżi Konġunti (ARTEMIS u ENIAC) maħluqin fl-2008. Fl-2017, l-evalwazzjoni interim ħarġet fid-dieher il-preġji u d-dgħjufijiet tagħha, li se jitqiesu għall-istabbiliment tal-Impriża Konġunta EuroHPC.

L-evalwazzjoni interim tal-ECSEL uriet li l-Impriża Konġunta hi effettiva biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi tagħha, simili għall-għanijiet maħsuba tal-EuroHPC:

-    Organizzazzjoni tripartitika ta’ Impriża Konġunta li tlaqqa’ lill-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u s-settur privat, u li tippermetti allinjament strateġiku mal-Istati Membri, l-industrija u l-Kummissjoni Ewropea.

-    Din timmobilizza investimenti kbar, l-aktar min-naħa tal-industrija.

-    Din jirnexxielha trawwem industrija Ewropea, u l-iżvilupp ta’ teknoloġiċi avvanzati Ewropej li huma kompetittivi.

Iżda l-evalwazzjoni interim għarfet ukoll xi nuqqasijiet li hemm il-ħsieb jiġu indirizzati fl-istabbiliment tal-Impriża Konġunta EuroHPC:

-    sinkronizzazzjoni tal-attivitajiet nazzjonali, armonizzazzjoni tar-regoli tal-parteċipazzjoni, ir-rati tal-finanzjament u l-proċeduri

-    L-għoti ta’ strateġija globali u inċentivi għal użu aktar sistematiku min-naħa tal-industrija tar-riżultati Ewropej tar-riċerka u l-iżvilupp fl-HPC.

1.5.4. Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

L-ambitu tal-inizjattiva jikkumplimenta l-attivitajiet li qed isiru bit-Tmexxija Industrijali, l-Eċċellenza fix-Xjenza u l-Infrastrutturi tar-Riċerka fil-programm Orizzont 2020, kif ukoll l-Infrastruttura tas-Servizz Diġitali tad-“Dejta Miftuħa” permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (is-CEF).

1.6.It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

 Il-proposta/inizjattiva għandha tul taż-żmien limitat

   Il-proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2019 sal-31/12/2026

   L-impatt finanzjarju mill-2019 sal-2020 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2019 sal-2026 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.

 Il-proposta/inizjattiva għandha tul taż-żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Il-modi ta’ ġestjoni ppjanati 34  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

   aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu delegati lil:

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

⌧ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209;

◻ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rappurtar

Sat-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti għandha twettaq evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta EuroHPC, li b’mod partikolari għandha tivvaluta l-livell ta’ parteċipazzjoni fil-attivitajiet tal-Impriża Konġunta, u l-kontribuzzjonijiet għalihom, min-naħa tal-Istati Parteċipanti tal-EuroHPC, il-membri privati u l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jkun fih il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Fi żmien sitt xhur mill-istralċ tal-Impriża Konġunta, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara li d-deċiżjoni tal-istralċ, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni finali se jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għandu jirrapporta kull sena lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-qadi tad-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta EuroHPC.

Fi żmien xahrejn mill-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni rapport tal-attività annwali dwar il-progress li għamlet l-Impriża Konġunta EuroHPC fis-sena kalendarja preċedenti, b’mod partikolari b’rabta mal-pjan ta’ ħidma annwali għal dik is-sena. Fost l-oħrajn, ir-rapport tal-attività annwali għandu jkun fih informazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)    l-azzjonijiet tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni u l-akkwist imwettqa u l-ispiża korrispondenti;

(b)    l-akkwiżizzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura, inkluż il-ħinijiet tal-aċċess użati b’mod effettiv;

(c)    il-proposti u l-offerti mixħuta;

(d)    il- proposti u l-offerti magħżula għal finanzjament.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Ir-riskji identifikati

Ir-riskju ewlieni identifikat hu l-pagament skorrett tal-infiq lill-parteċipanti.

Ir-riskju speċifiku tal-kunflitti ta’ interess inerenti għal Sħubija Pubblika Privata hu indirizzat b’separazzjoni ċara tas-segħat tad-deċiżjoni bejn il-Bord tat-Tmexxija – li jistabbilixxi l-istrateġija u l-pjanijiet ta’ ħidma, jiddetermina l-kundizzjonijiet għas-sejħiet għal proposti u għal offerti u jiddeċiedi fuq l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku.

In-nuqqas ta’ kontribuzzjonijiet biżżejjed mingħand l-Istati Parteċipanti joħloq riskju fejn jidħlu l-akkwiżizzjoni jew it-tħaddim tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa, kemm jekk il-kontribuzzjonijiet ma jkunux biżżejjed biex ikun jista’ jsir l-akkwist tas-superkompjuters, biex dawn jintużaw tul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tagħhom, jew jekk il-kontribuzzjonijiet ma jkunux biżżejjed biex jiġu akkwistati superkompjuters b’livell ta’ prestazzjoni li jikklassifikahom fost l-aqwa tlieta fid-dinja.

2.2.2.Informazzjoni dwar l-istrabbiliment tas-sistema tal-awditjar intern

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jirranġa kif jixraq għall-istabbiliment ta’ kapaċità tal-awditjar intern għall-Impriża Konġunta.

B’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Impriża Konġunta se tirrispetta l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u se tiżgura livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha li jkun ekwivalenti għal dak meħtieġ skont dak ir-Regolament.

L-awditjar ex post tan-nefqa fuq azzjonijiet indiretti se jsir b’konformità mal-Programm Qafas Orizzont 2020 bħala parti mill-azzjonijiet indiretti tal-Programm Qafas Orizzont 2020.

Biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tissorvelja l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta b’konformità mar-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari billi twettaq awditjar u evalwazzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-programm, tapplika proċeduri għall-eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet u teskludi żborżi mill-finanzjament tal-Unjoni li jkunu saru bi ksur tar-regoli applikabbli. Din tista’ wkoll tissospendi u tinterrompi l-pagamenti jekk tiskopri irregolaritajiet finanzjarji jew amministrattivi.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandhom is-setgħa li jawditjaw, abbażi tad-dokumenti u fuq il-post, fir-rigward tal-benefiċjarji kollha tal-għotja, kuntratturi u subkuntratturi li jkunu rċevew il-fondi tal-Unjoni.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn dan il-finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ xi ftehim ta’ għotja jew kuntratt li għandu x’jaqsam mal-finanzjament tal-UE.

Mingħajr preġudizzju għal dak li hawn miktub hawn fuq, il-ftehimiet ta’ għotja u l-kuntratti li joħorġu bl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jagħtu s-setgħa b’mod espliċitu lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dawn l-awditjar, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarja tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarja.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Għadd

Diff./mhux diff.

mingħand pajjiżi tal-EFTA

mingħand pajjiżi kandidati

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1a
Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

09 04 07 33 H2020 Impriża Konġunta EuroHPC – Nefqa ta’ sostenn

09 04 07 34 H2020 Impriża Konġunta EuroHPC

09 03 05 CEF Impriża Konġunta EuroHPC

 

Diff.

IVA

IVA

LE

IVA

* Il-kontribuzzjoni għal din il-linja baġitarja hija mistennija li tiġi minn:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’miljuni ta’ EUR)

Linja baġitarja

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

TOTAL

09 01 05 01 Nefqa relatata mal-persunal tar-riċerka

0.306

1.401

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

1.707

09 01 05 02 Persunal estern għar-riċerka

0.314

1.996

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

2.310

09 01 05 03 Nefqa amministrattiva oħra
għar-riċerka

1.675

4.308

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

5.983

09 04 01 01 Tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti

68.000

100.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

168.000

09 04 01 02 Tisħiħ tal-infrastruttura Ewropea tar-riċerka, inkluż l-infrastruttura elettronika

8.000

80.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

88.000

09 04 02 01Tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

80.000

40.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

120.000

09 03 Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

40.000

60.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

100.000

Nefqa totali

198.295

287.705

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

486.000

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

1a

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

L-Impriża Konġunta EuroHPC 35 , 36  

 

 

Sena 2019

Sena 2020 37

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

TOTAL

Titolu 1:

Impenji

-1

0.680

3.581

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

4.261

Pagamenti

-2

0.680

1.460

1.148

0.726

0.247

0.000

0.000

0.000

4.261

Titolu 2:

Impenji

(1a)

1.615

4.124

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

5.739

Pagamenti

(2a)

1.615

1.715

1.298

0.865

0.247

0.000

0.000

0.000

5.739

Titolu 3:

Impenji

(3a)

196.000

280.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

476.000

Pagamenti

(3b)

70.400

84.400

113.200

103.600

40.400

32.000

18.000

14.000

476.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-Impriża Konġunta EuroHPC

Impenji

=1+1a+3a

198.295

287.705

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

486.000

Pagamenti

=2+2a+3b

72.695

87.575

115.645

105.191

40.894

32.000

18.000

14.000

486.000

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Id-DĠ CONNECT

 

 

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

TOTAL

Riżorsi umani (2 FTE STATUTORJI AD, 1 FTE AC) 38

0.346

0.346

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

0.692

Nefqa amministrattiva oħra

0.000

0.000

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

0.000

TOTAL tad-DĠ CONNECT

Approprjazzjonijiet

0.346

0.346

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

0.692

 

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Id-DĠ CONNECT

 

 

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

TOTAL

Riżorsi umani (2 FTE STATUTORJI AD, 1 FTE AC) 39

0.208

0.208

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

0.416

Nefqa amministrattiva oħra

0.000

0.000

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

0.000

TOTAL tad-DĠ CONNECT

Approprjazzjonijiet

0.208

0.208

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

0.416

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0.208

0.208

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

0.416

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

 

 

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=1+1a+3a

198.849

288.259

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

487.108

Pagamenti

=2+2a+3b

73.249

88.129

115.645

105.191

40.894

32.000

18.000

14.000

487.108

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-Impriża Konġunta EuroHPC

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Indika l-għanijiet u r-riżultati

 

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL

 

2019

2020

2021

2022

2023

2024

2025

2026

 

RIŻULTATI

 

Tip

Spiża medja

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd

Spiża

Għadd totali

Spiża totali

 

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)

40Xjenza Eċċellenti – Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

8.8

9

68

10

100

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

19

168

- Riżultat

Xjenza Eċċellenti – Infrastrutturi tar-Riċerka

44.0

1

8

1

80

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

2

88

- Riżultat

Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali – Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

30.0

3

80

1

40

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

4

120

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

13

156

12

220

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

25

376

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF)

- Riżultat

Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

50.0

1

40

1

60

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

2

100

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

1

40

1

60

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

2

100

SPIŻA TOTALI

147

196

13

280

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

27

476

3.2.3.Stima tal-impatt fuq ir-riżorsi umani tal-Impriża Konġunta EuroHPC

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Għadd ta’ persunal (wieħed wieħed / FTE)

 

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

TOTAL

Uffiċjali (Gradi AD)

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Uffiċjali (Gradi AST)

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Persunal kuntrattwali

7

10

11

11

11

9

7

5

71

Persunal temporanju

4

4

4

4

4

4

4

3

31

Esperti Nazzjonali Sekondati

0

1

1

1

0

0

0

0

3

TOTAL

11

15

16

16

15

13

11

8

105

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

TOTAL

Uffiċjali (Gradi AD)

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Uffiċjali (Gradi AST)

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Persunal kuntrattwali

0.25

0.7

0.77

0.77

0.77

0.63

0.49

0.35

4.725

Persunal temporanju

0.28

0.552

0.552

0.552

0.552

0.552

0.552

0.414

4.002

Esperti Nazzjonali Sekondati

0

0.078

0.078

0.078

0

0

0

0

0.234

TOTAL

0.521

1.33

1.4

1.4

1.322

1.182

1.042

0.764

8.961

Sabiex tkun żgurata n-newtralità tal-għadd ta’ persunal, b’konformità mal-Punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-2 ta’ Diċembru 2013 li jeżiġi lil kull istituzzjoni, korp u aġenzija biex inaqqsu l-persunal b’5 %, id-DĠ CNECT se jikkumpensa parzjalment lill-persunal addizzjonali fl-Impriża Konġunta billi jnaqqas l-għadd ta’ uffiċjali u persunal estern mill-persunal attwali tiegħu (jiġifieri l-pjan ta’ stabbiliment u l-persunal estern li hemm bħalissa). Il-modalitajiet preċiżi jridu jiġu mirquma b’mod bilaterali u jkunu kompatibbli mat-tnaqqis tal-għadd tal-persunal tas-CNECT relatat mal-ftehim tal-Lussemburgu dwar l-istabbiliment tad-Digital Pole.

Stima tal-impatt fuq il-persunal (FTE addizzjonali) – pjan ta’ stabbiliment

Grupp tal-funzjoni u grad

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

AD16

 

 

 

 

 

 

 

 

AD15

 

 

 

 

 

 

 

 

AD14

1

1

1

1

1

1

1

1

AD13

 

 

 

 

 

 

 

 

AD12

1

1

1

1

2

2

2

2

AD11

1

1

1

1

 

 

 

 

AD10

 

 

 

 

 

 

 

 

AD9

 

 

 

 

 

 

 

 

AD8

 

 

 

 

1

1

1

0

AD7

1

1

1

1

 

 

 

 

AD6

 

 

 

 

 

 

 

 

AD5

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ ADs

4

4

4

4

4

4

4

3

AST11

 

 

 

 

 

 

 

 

AST10

 

 

 

 

 

 

 

 

AST9

 

 

 

 

 

 

 

 

AST8

 

 

 

 

 

 

 

 

AST7

 

 

 

 

 

 

 

 

AST6

 

 

 

 

 

 

 

 

AST5

 

 

 

 

 

 

 

 

AST4

 

 

 

 

 

 

 

 

AST3

 

 

 

 

 

 

 

 

AST2

 

 

 

 

 

 

 

 

AST1

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ ASTs

0

0

0

0

0

0

0

0

AST/SC 6

 

 

 

 

 

 

 

 

AST/SC 5

 

 

 

 

 

 

 

 

AST/SC 4

 

 

 

 

 

 

 

 

AST/SC 3

 

 

 

 

 

 

 

 

AST/SC 2

 

 

 

 

 

 

 

 

AST/SC 1

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ AST/SC

0

0

0

0

0

0

0

0

Stima tal-impatt fuq il-persunal (addizzjonali) – persunal estern

Aġenti kuntrattwali

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Il-grupp tal-funzjoni IV

1

1

1

1

1

1

1

1

Il-grupp tal-funzjoni III

4

7

8

9

9

8

6

4

Il-grupp tal-funzjoni II

2

2

2

1

1

 

 

 

Il-grupp tal-funzjoni I

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

7

10

11

11

11

9

7

5

Esperti nazzjonali sekondati

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Total

0

1

1

1

0

0

0

0

Ir-reklutaġġ tal-persunal għall-2019 (l-ewwel sena) huma stmati li jsiru f’Lulju 2019 bħala medja (jiġifieri għal dik is-sena qed titqies biss 50 % tal-ispiża medja).

3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima trid tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew sa massimu ta’ punt deċimali wieħed)

 

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

 

 

 

 

 

 

 

 

09 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

09 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

 

 

 

09 01 05 01 (Riċerka indiretta)

2

2

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

 

 

 

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Fulltime: FTE)  41

 

 

 

 

 

 

 

 

09 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

1

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

09 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

 

 

 

09 01 04 yy 42

- fil-Kwartieri Ġenerali 43

 

 

 

 

 

 

 

 

- fid-delegazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

09 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

1

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka dirett)

 

 

 

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

5

5

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti minn persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikun ġie ridistribwit fid-DĠ, u jekk ikun hemm bżonn, flimkien ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Sħubija f’Korpi tat-tmexxija u l-monitoraġġ/ir-rappurtar tal-attivitajiet

Persunal estern

Appoġġ lill-Uffiċjali

Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-unitajiet FTE għandha titnizzel fit-Taqsima 3 tal-Anness V.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 44 .

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament mingħand partijiet terzi.

Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

TOTAL

L-Istati Membri tal-EuroHPC – kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi

0.000

0.000

0.679

1.326

1.973

2.252

2.043

1.727

10.000

L-Istati Membri tal-EuroHPC – kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-ispejjeż operazzjonali*

70.400

84.400

113.200

103.600

40.400

32.000

18.000

14.000

476.000

Membri privati – kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi

0.000

0.000

0.136

0.265

0.395

0.450

0.409

0.345

2.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

70.400

84.400

114.015

105.191

42.768

34.702

20.452

16.072

488.000

* jistgħu jsiru wkoll kontribuzzjonijiet in natura mill-Istati Membri tal-EuroHPC

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

   Il-proposta/inizjattiva ma tħalli l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva tħalli dan l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

(1)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq Computing ta’ Prestazzjoni Għolja: Post l-Ewropa f’Tellieqa Globali (COM(2012) 45 finali)
(2)     http://ec.europa.eu/newsroom/document.cfm?doc_id=43815 ,
https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/belgium-joins-european-cooperation-high-performance-computing .
(3)    Il-prestazzjoni ta’ kompjuter titkejjel bil-FLOPS (floating-point operations per second, operazzjonijiet b’punt varjabbli fis-sekonda) tiegħu. Petaflop waħda (magni tal-iskala peta) tikkorrispondi għal għaxar FLOPS b’potenza ta’ ħmistax, u Exaflop waħda (magni tal-iskala eksa) tikkorrispondi għal għaxar FLOPS b’potenza ta’ tmintax.
(4)     https://ec.europa.eu/research/iscp/pdf/policy/h2020_assoc_agreement.pdf
(5)     http://www.etp4hpc.eu/
(6)     http://www.bdva.eu/  
(7)    L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja.
(8)    Il-Komunikazzjoni dwar Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea – Ingawdu l-benefiċċji kollha ta’ Suq Uniku Diġitali (COM(2016) 180 final) u SWD(2016) 106
(9)    COM(2017) 228 final
(10)     http://www.prace-ri.eu/
(11)     https://www.geant.org
(12)    Il-Parlament Ewropew, Rapport dwar l-Inizjattiva Ewropea dwar il-Cloud Computing (2016/2145(INI)), Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, Brussell, is-26 ta’ Jannar 2017.
(13)     http://www.ecsel.eu/
(14)    Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).
(15)    Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(16)    Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).
(17)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
(18)    Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(19)    Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).
(20)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
(21)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, KUMM(2010) 2020 finali.
(22)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – “Inizjattiva Cloud Ewropea – Il-bini ta’ dejta kompetittiva u ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa”, COM(2016) 178 final.
(23)    COM(2017) 228 final
(24)    COM(2016) 178 final
(25)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni, ĠU C 188, 20.6.2014, p. 4.
(26)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ( ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1 ).
(27)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata imsemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2 ).
(28)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Ir-Regolamenti tal-Persunal) (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Volum 02, p. 5) ( ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1 ).
(29)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra ( ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2 ).
(30)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 ( ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1 ).
(31)    ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(32)    Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43 )
(33)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(34)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx .
(35)    L-ammonti fit-Titoli 1 u 2 jirrappreżentaw il-kontribuzzjoni tal-UE (sa EUR 10 miljun) għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta EuroHPC. Il-bqija jiġu mill-kontribuzzjonijiet tal-membri l-oħra tal-EuroHPC kif turi t-Taqsima 3.2.5. Fl-ewwel sena, il-kontribuzzjoni tal-UE hi 100 %, iżda mbagħad din tonqos progressivament.
(36)    L-approprjazzjonijiet tal-pagament għat-Titoli 1 u 2 huma bbażati fuq il-konsum annwali tal-approprjazzjonijiet kollha korrispondenti tal-impenn, filwaqt li għat-Titolu 3 dawn jiġu ddeterminati billi titqies in-natura tal-azzjonijiet indiretti u l-iskeda tal-pagament tagħhom (prefinanzjament, pagamenti interim u pagament tal-bilanċ).
(37)    It-Titoli 1 u 2 għas-sena 2020 fihom l-impenji għas-sena u l-antiċipazzjoni tal-impenji għas-snin li jifdal tal-Impriża Konġunta tul il-perjodu 2021-2026.
(38)    Ikopru l-amministrazzjoni tal-azzjonijiet ta’ Orizzont 2020. L-ispejjeż FTE huma ddeterminati abbażi tal-ispiża annwali medja tal-persunal AD (EUR 138 000) u AST (EUR 70 000).
(39)    Ikopru l-amministrazzjoni tal-azzjonijiet tas-CEF. L-ispejjeż FTE huma ddeterminati abbażi tal-ispiża annwali medja tal-persunal AD (EUR 138 000) u AST (EUR 70 000).
(40)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(41)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
(42)    Prinċipalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).
(43)    Ara l-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxu l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.

Brussell,11.1.2018

COM(2018) 8 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja

{SWD(2018) 5 final}
{SWD(2018) 6 final}


L-ISTATUTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA EuroHPC

Artikolu 1

Il-kompiti

L-Impriża Konġunta għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)timmobilizza fondi mis-settur pubbliku u privat għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta;

(b)takkwista mill-inqas żewġ superkompjuters fuq skala pre-eksa li jkunu jikklassifikaw fost l-aqwa għaxra fid-dinja, iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni li ġej mill-programmi ta’ Orizzont 2020 u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti, b’konformità mar-regoli tal-Impriża Konġunta;

(c)tniedi u timmaniġġa l-proċedura għall-akkwiżizzjoni tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa, tevalwa l-offerti riċevuti, tagħti finanzjament fil-limiti tal-fondi disponibbli, tissorvelja l-implimentazzjoni tal-kuntratt u timmaniġġa l-kuntratti;

(d)tagħżel l-entità ospitanti tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa, b’konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;

(e)tistabbilixxi ftehim ta’ akkoljenza b’konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament mal-entità ospitanti għat-tħaddim u l-manutenzjoni tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa u tissorvelja l-konformità kuntrattwali mal-ftehim ta’ akkoljenza, inkluż it-test ta’ aċċettazzjoni tas-superkompjuters akkwistati;

(f)tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-akkwiżizzjoni ta’ mill-inqas żewġ superkompjuters fuq skala peta;

(g)tiddefinixxi l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tal-aċċess għas-superkompjuters u tissorvelja l-aċċess għas-superkompjuters;

(h)tipprovdi appoġġ finanzjarju, l-aktar fil-forma ta’ għotjiet, li jkun jiffoka fuq l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ teknoloġiji u sistemi ewlenin tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, orjentati lejn skala eksa u li jindirizzaw l-ispettru teknoloġiku Ewropew kollu kemm hu minn mikroproċessuri b’potenza baxxa u t-teknoloġiji relatati, għal softwer, algoritmi, mudelli tal-programmazzjoni u għodod, sa arkitetturi ġodda u l-integrazzjoni tas-sistema tagħhom b’approċċ ta’ kodisinn;

(i)tipprovdi appoġġ finanzjarju, l-aktar fil-forma ta’ għotjiet, li jkun jiffoka fuq applikazzjonijiet, attivitajiet ta’ kuntatt, azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u attivitajiet tal-iżvilupp professjonali biex ir-riżorsi umani jitqarrbu lejn il-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, u biex jiżdiedu l-ħiliet u l-għarfien prattiku marbut mal-inġinerija tal-ekosistema;

(j)tiftaħ sejħiet għal proposti, u tagħti fondi għall-azzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, fil-limiti tal-fondi disponibbli;

(k)tissorvelja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u timmaniġġa l-ftehimiet tal-għotjiet;

(l)tiżgura l-immaniġġar sostenibbli tal-Impriża Konġunta;

(m)tissorvelja l-progress ġenerali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta;

(n)tibni koperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma’ attivitajiet tal-Unjoni u nazzjonali, korpi u partijiet konċernati, u li jinħolqu sinerġiji u jitjieb l-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-computing ta’ prestazzjoni għolja;

(o)tiddefinixxi l-pjan strateġiku pluriennali, tfasslu u timplimenta l-pjanijiet ta’ ħidma korrispondenti għat-twettiq tagħhom u tagħmel kull aġġustament meħtieġ fil-pjan strateġiku pluriennali;

(p)tinvolvi ruħha f’attivitajiet tal-informazzjoni, il-komunikazzjoni, l-isfruttament u d-disseminazzjoni billi tapplika mutatis mutandis l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, inkluż li l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tas-sejħiet għal proposti tkun disponibbli u aċċesstibbli f’bażi tad-dejta elettronika komuni ta’ Orizzont 2020;

(q)twettaq kull kompitu ieħor meħtieġ biex tintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-membri

(1)Il-membri tal-Impriża Konġunta għandhom ikunu:

(a)l-Unjoni rrappreżentata mill-Kummissjoni;

(b)Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja, u l-Iżvizzera;

(c)malli dawn l-Istatuti jiġu aċċettati b’ittra tal-approvazzjoni, l-Assoċjazzjoni tal-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (ETP4HPC) irreġistrata skont il-liġi tan-Netherlands bl-uffiċju rreġistrat tagħha f’Amsterdam (in-Netherlands), l-Assoċjazzjoni tal-Valur tal-Big Data (BDVA) irreġistrata skont il-liġi Belġjana, bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Brussell (il-Belġju).

(2)Kull Stat Parteċipanti għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu fil-korpi tal-Impriża Konġunta u għandu jaħtar l-entità(jiet) nazzjonali responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta.

Artikolu 3

Bidliet fis-sħubija

(1)Diment li jikkontribwixxu għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 15 biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta, l-Istati Membri jew il-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) għandhom isiru membri tal-Impriża Konġunta malli jinnotifikaw bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija li aċċettaw dawn l-Istatuti u kull dispożizzjoni oħra li tirregola l-funzjonament tal-Impriża Konġunta.

(2)Diment li dawn jikkontribwixxu għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 15 biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u diment li jaċċettaw l-Istatuti tal-Impriża Konġunta, kull entità legali stabbilita f’dawk il-pajjiżi li jappoġġa direttament jew indirettament ir-riċerka u l-innovazzjoni fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat ma’ Orizzont 2020 tista’ tapplika biex tkun membru tal-Impriża Konġunta.

(3)Kull applikazzjoni għas-sħubija fl-Impriża Konġunta li ssir b’konformità mal-paragrafu 2 għandha tiġi indirizzata lill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jivvaluta l-applikazzjoni u jqis ir-rilevanza u l-potenzjal tal-valur miżjud tal-applikant biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta u għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.

(4)Kwalunkwe membru jista’ jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta. Din it-terminazzjoni għandha tkun effettiva u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-membri l-oħra. Sa mid-data tat-terminazzjoni, il-membru preċedenti għandu jiġi rrilaxxat mill-obbligi kollha għajr dawk approvati jew li jkunu saru mill-Impriża Konġunta qabel in-notifika tat-terminazzjoni tas-sħubija.

(5)Is-sħubija fl-Impriża Konġunta ma tistax tiġi ttrasferita lil xi parti terza mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Bord tat-Tmexxija.

(6)Meta jsir xi tibdil fis-sħubija skont dan l-Artikolu, l-Impriża Konġunta għandha tippubblika minnufih lista aġġornata tal-membri u d-data tat-tibdil, fuq is-sit web tagħha.

Artikolu 4

Il-korpi tal-Impriża Konġunta

Il-korpi tal-Impriża Konġunta għandhom ikunu:

(a)il-Bord tat-Tmexxija;

(b)id-Direttur Eżekuttiv;

(c)il-Bord ta’ Konsulenza Xjentifika u Industrijali magħmul mill-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mill-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura.

Artikolu 5

Il-kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Parteċipanti u tal-Kummissjoni.

Kull Stat Parteċipanti u l-Kummissjoni għandhom jaħtru rappreżentant wieħed li jkollu d-drittijiet tal-vot tal-Istat Parteċipanti u tal-Kummissjoni, rispettivament, fil-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 6

Il-funzjonament tal-Bord tat-Tmexxija

(1)L-Unjoni għandu jkollha 50 % tad-drittijiet tal-vot. Id-drittijiet tal-vot tal-Unjoni għandhom ikunu indiviżibbli.

Għall-kompiti amministrattivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 7(3), id-drittijiet tal-vot tal-Istati Parteċipanti għandhom ikunu proporzjonati skont l-impenn finanzjarju reali tagħhom għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta matul it-tul taż-żmien tal-Impriża Konġunta.

(2)Għall-kompiti relatati mal-azzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-Impriza Konġunta, kif definiti fl-Artikolu 7(4), id-drittijiet tal-vot tal-Istati Parteċipanti għandhom ikunu proporzjonati skont il-kontribuzzjonijiet reali tagħhom għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta matul it-tul taż-żmien tal-Impriża Konġunta.

Id-drittijiet tal-vot tal-Istati Parteċipanti għandu jiġi kkalkulat annwalment, filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet li jkunu għamlu kemm ilhom membri tal-Impriża Konġunta. Għall-kalkolu tad-drittijiet tal-vot, il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti għall-ispejjeż operazzjonali tas-superkompjuters akkwistati mill-Impriża Konġunta u l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti għall-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni tas-superkompjuters fuq skala peta għandhom jitqiesu biss jekk ikunu ġew iċċertifikati ex-ante minn awditur indipendenti.

L-Istati Parteċipanti tal-Impriża Konġunta għandu jkollhom id-dritt li jivvotaw biss fuq il-kwistjonijiet relatati mal-akkwiżizzjoni ta’ superkompjuter fuq skala pre-eksa mill-Impriża Konġunta, diment li jkunu taw kontribuzzjoni finanzjarju jew in natura għall-akkwiżizzjoni jew it-tħaddim tas-superkompjuter fuq skala pre-eksa. B’mod partikolari l-Istat Parteċipanti għandu jkollu d-dritt li jivvota fuq il-pjan ta’ ħidma bl-istimi tal-infiq korrispondenti għall-akkwist, l-għażla tal-entità ospitanti, l-għoti tal-kuntratti, l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess, it-trasferiment tas-sjieda lill-entità ospitanti.

L-Istati Parteċipanti tal-Impriża Konġunta għandu jkollhom id-dritt li jivvotaw fuq il-kwistjonijiet relatati mal-azzjonijiet indiretti implimentati mill-Impriża Konġunta, diment li jkunu taw kontribuzzjoni finanzjarju lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-partijiet korrispondenti tal-pjan ta’ ħidma. B’mod partikolari, f’dan il-każ, l-Istat Parteċipanti għandu jkollu d-dritt li jivvota fuq il-pjan ta’ ħidma bl-istimi tal-infiq korrispondenti għall-azzjonijiet indiretti, u l-lista tal-azzjonijiet indiretti magħżula għall-finanzjament.

(3)Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ mill-inqas 75 % tal-voti kollha, inkluż il-voti tal-membri assenti.

(4)Kull membru tal-Impriża Konġunta li mhux membru tal-Unjoni u li jonqos mill-impenji tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament fi żmien sitt xhur wara l-limitu taż-żmien definit mill-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi skwalifikat milli jivvota fil-Bord tat-Tmexxija u ma għandu jkollu l-ebda aċċess għas-superkompjuters fuq skala pre-eksa tal-Impriża Konġunta matul iż-żmien meta ma jkunx qed iwettaq l-obbligi tiegħu.

(5)Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President għal perjodu ta’ sentejn. Il-mandat tal-President għandu jiġi estiż darba biss, wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

(6)Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħmel il-laqgħat ordinarji tiegħu mill-inqas darbtejn fis-sena. Dan jista’ jorganizza laqgħat straordinarji meta titolbu l-Kummissjoni, b’maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Istati Parteċipanti, tal-maġġoranza tal-membri privati, meta jitolbu l-President, jew meta jitolbu d-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 15(5). Il-Bord tat-Tmexxija għandu jlaqqgħu l-President tiegħu u l-laqgħat normalment isiru fis-sede tal-Impriża Konġunta.

Il-kworum tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun kostitwit mill-Kummissjoni, u minn rappreżentanti ta’ mill-inqas tliet Stati Parteċipanti.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, diment li l-Bord tat-Tmexxija ma jkunx iddeċieda mod ieħor, iżda ma għandux ikollu drittijiet tal-vot. Skont il-każ, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden lil persuni oħra biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi.

Kull Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat li mhux membru tal-Impriża Konġunta jista’ jieħu sehem fil-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur. L-osservaturi għandhom jirċievu d-dokumenti rilevanti kollha u jistgħu jagħtu parir dwar kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. Dawn l-osservaturi kollha għandhom jintrabtu bir-regoli ta’ kunfidenzjalità li japplikaw għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija.

(7)Ir-rappreżentanti tal-membri ma għandhomx jinżammu responsabbli personalment għall-azzjonijiet meħuda fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-Bord tat-Tmexxija.

(8)Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu proċeduri speċifiċi biex jiġu identifikati u evitati l-konflitti ta’ interess u tkun żgurata l-kunfidenzjalità ta’ kull informazzjoni sensittiva.

(9)Meta l-kwistjonijiet diskussi jkollhom x’jaqsmu mal-kompiti tagħhom, il-President tal-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-President tal-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura għandu jkollhom id-dritt jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur u jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda ma għandux ikollhom id-drittijiet għall-vot.

Artikolu 7

Il-kompiti tal-Bord tat-Tmexxija

(1)Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà kumplessiva mill-orjentazzjoni strateġika u l-operazzjoniiet tal-Impriża Konġunta u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha u għandu jiżgura li l-prinċipji ta’ ġustizzja u trasparenza jiġu applikati b’mod xieraq fl-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti.

(2)Il-Kummissjoni, fir-rwol tagħha fil-Bord tat-Tmexxija, għandha tara li tiżgura koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta u l-attivitajiet rilevanti tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġu promossi s-sinerġiji meta jkunu qed jiġu identifikati l-prijoritajiet li tkopri r-riċerka kollaborattiva.

(3)Il-Bord tat-Tmexxija għandu jwettaq b’mod partikolari dawn il-kompiti amministrattivi ġenerali tal-Impriża Konġunta:

(a)jivvaluta, jaċċetta jew jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal sħubiji skont l-Artikolu 3(2) ta’ dawn l-Istatuti;

(b)jiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tas-sħubija fl-Impriża Konġunta ta’ membri li ma jkunux qed jissodisfaw l-obbligi tagħhom;

(c)jadotta r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;

(d)jadotta l-baġit annwali tal-Impriża Konġunta, inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal korrispondenti li jindika l-għadd ta’ postijiet temporanji skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad, l-għadd ta’ persunal kuntrattwali u ta’ esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti ta’ fulltime;

(e)jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra fir-rigward tal-persunal, skont l-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament;

(f)jaħtar, ineħħi u jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, jipprovdilu gwida u jissorvelja l-prestazzjoni tiegħu;

(g)japprova l-istruttura organizzazzjonali tal-Uffiċċju tal-Programm skont rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(h)jadotta l-pjan strateġiku pluriennali msemmi fl-Artikolu 20(1);

(i)japprova r-rapport tal-attività annwali, inkluż l-infiq korrispondenti msemmi fl-Artikolu 21(1);

(j)jagħmel arranġamenti, kif meħtieġ, għall-istabbiliment ta’ kapaċità tal-awditjar intern tal-Impriża Konġunta skont rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(k)jistabbilixxi l-politika tal-komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta skont rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(l)meta meħtieġ, jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg skont l-Artikolu 13(3) ta’ dan ir-Regolament;

(m)meta meħtieġ, jistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali mal-Impriża Konġunta u dwar l-involviment tal-ħarrieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament;

(n)meta meħtieġ, jistabbilixxi gruppi konsultattivi apparti l-korpi tal-Impriża Konġunta;

(o)meta meħtieġ, jagħmel talba lill-Kummissjoni biex jiġi emendat dan ir-Regolament li qed jipproponi membru tal-Impriża Konġunta;

(p)japprova l-mudell tal-ftehim ta’ akkoljenza li jrid jinhemeż mad-dokumenti tal-proċedura għall-għażla tal-entità ospitanti;

(q)ikun responsabbli għal kull kompitu li mhux allokat speċifikament lil korp partikolari tal-Impriża Konġunta; jista’ jassenja dawn il-kompiti lil xi korp tal-Impriża Konġunta.

(4)Il-Bord tat-Tmexxija għandu jwettaq b’mod partikolari dawn il-kompiti relatati mal-attivitajiet operazzjonali tal-azzjonijiet tal-Impriża Konġunta:

(a)jadotta l-pjan ta’ ħidma u l-istimi tal-infiq korrispondenti msemmija fl-Artikolu 20(2);

(b)japprova t-tnedija tas-sejħiet għal proposti, skont il-pjan ta’ ħidma;

(c)japprova l-lista ta’ azzjonijiet magħżula għal finanzjament abbażi tal-klassifika li jkun fassal il-bord ta’ esperti indipendenti;

(d)japprova t-tnedija tas-sejħiet għal proposti, skont il-pjan ta’ ħidma;

(e)japprova l-offerti magħżula għall-finanzjament

(f)jiddefinixxi l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tal-aċċess dwar kif l-utenti akkademiċi, mis-settur pubbliku u mill-industrija jistgħu jaċċessaw l-infrastruttura tal-Impriża Konġunta, inkluż il-prezzijiet għas-servizzi tal-ħlas;

(g)jiddefinixxi d-drittijiet tal-aċċess għas-sehem tal-Unjoni tal-ħin tal-aċċess għas-superkompjuters fuq skala peta li l-Impriża Konġunta tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għalihom;

(h)jiddefinixxi d-drittijiet tal-aċċess għas-sehem tal-Unjoni tal-ħin tal-aċċess għas-superkompjuters fuq skala peta;

(i)jistabbilixxi l-livell tat-tariffi tas-Servizzi kummerċjali msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, u jiddeċiedi fuq l-allokazzjoni tal-ħin tal-aċċess għal dawn is-servizzi tal-ħlas;

(j)jiddeċiedi kull sena dwar l-użu tad-dħul iġġenerat mit-tariffi għas-Servizzi kummerċjali msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament;

(k)jiddeċiedi fuq il-possibbiltà ta’ trasferiment tas-sjieda tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa ta’ entità ospitanti, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament.

Artikolu 8

Il-ħatra, it-tneħħija jew l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

(1)Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtru l-Bord tat-Tmexxija minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-Kummissjoni tista’ tassoċja r-rappreżentanza mill-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta fil-proċedura tal-għażla, skont kif xieraq.

B’mod partikolari, ir-rappreżentanza xierqa mill-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta tista’ tkun żgurata fl-istadju ta’ qabel il-proċedura tal-għażla. Għal dak il-għan, l-Istati Parteċipanti għandhom jaħtru rappreżentant bi qbil komuni kif ukoll osservatur f’isem il-Bord tat-Tmexxija.

(2)Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun membru tal-persunal u għandu jkun ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Impriża Konġunta skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg.

Biex jiġi konkluż il-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta għandu jirrappreżentaha l-President tal-Bord tat-Tmexxija.

(3)Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ tliet snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni li tassoċja l-Istati Parteċipanti u l-membri privati kif xieraq, għandha tagħmel valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u l-isfidi futuri tal-Impriża Konġunta.

(4)Bi proposta tal-Kummissjoni li tkun tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba waħda, għal perjodu sa erba’ snin.

(5)Direttur Eżekuttiv li jiġi estiż il-mandat tiegħu ma jistax jieħu sehem fi proċedura tal-għażla oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu kollu.

(6)Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija u bi proposta tal-Kummissjoni li tassoċja l-Istati Parteċipanti u l-membri privati kif xieraq.

Artikolu 9

Il-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

(1)Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum tal-Impriża Konġunta skont id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

(2)Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija u jwettaq dmirijietu b’indipendenza sħiħa fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilu.

(3)Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Impriża Konġunta.

(4)B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin b’mod indipendenti:

(a)jikkonsolida u jissottometti l-abbozz tal-pjan strateġiku pluriennali għall-adozzjoni tal-Bord tat-Tmexxija, inkluż l-aġenda strateġika pluriennali tar-riċerka u l-innovazzjoni kif proposta mill-Bord ta’ Konsulenza Xjentifika u Industrijali u l-perspettivi finanzjarji pluriennali mill-Istati Parteċipanti u l-Kummissjoni;

(b)iħejji u jippreżenta l-abbozz tal-baġit annwali għall-adozzjoni tal-Bord tat-Tmexxija, inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal korrispondenti u jindika l-għadd ta’ postijiet temporanji f’kull grad u grupp tal-funzjoni u l-għadd ta’ persunal kuntrattwali u ta’ esperti nazzjonali ssekondati espressi f’ekwivalenti fulltime;

(c)jipprepara u jissottometti l-abbozz tal-pjan ta’ ħidma għall-adozzjoni tal-Bord tat-Tmexxija, inkluż l-ambitu tas-sejħiet għal proposti u għas-sejħa għal offerti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni kif propost mill-Bord ta’ Konsulenza Xjentifika u Industrijali u l-istimi tal-infiq korrispondenti kif proposti mill-Istati Parteċipanti u l-Kummissjoni;

(d)iressaq il-kontijiet annwali għall-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija;

(e)jipprepara u jressaq ir-rapport tal-attività annwali għall-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija, inkluż l-informazzjoni dwar l-infiq korrispondenti;

(f)jiffirma ftehimiet tal-għotjiet individwali, deċiżjonijiet u kuntratti;

(g)jiffirma kuntratti tal-akkwist;

(h)jissorvelja l-operazzjonijiet tas-superkompjuters fuq skala peta u pre-eksa miżmuma jew iffinanzjati mill-Impriża Konġunta (inkluż l-allokazzjoni tal-ħinijiet tal-aċċess, il-konformità mad-drittijiet tal-aċċess għall-utenti akkademiċi u industrijali, u l-kwalità tas-servizzi mogħtija);

(i)jimplimenta l-politika tal-komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta;

(j)jorganizza, imexxi u jissorvelja l-operazzjonijiet u l-persunal tal-Impriża Konġunta fil-limiti tad-delega mill-Bord tat-Tmexxija kif previst fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament;

(k)jistabbilixxi u jiżgura l-funzjonament ta’ sistema effettiva u effiċjenti tal-kontroll intern u jirrapporta kull bidla sinifikanti fiha lill-Bord tat-Tmexxija;

(l)jiżgura li jsiru l-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju;

(m)jieħu kull miżura oħra meħtieġa għall-valutazzjoni tal-progress tal-Impriża Konġunta lejn l-għanijiet tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(n)iwettaq kull kompitu ieħor fdat jew delegat lid-Direttur Eżekuttiv mill-Bord tat-Tmexxija.

(5)Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwaqqaf Uffiċċju tal-Programm għall-eżekuzzjoni fir-responsabbiltà tiegħu tal-kompiti ta’ appoġġ kollha li joħorġu minn dan ir-Regolament. L-Uffiċċju tal-Programm għandu jkun magħmul mill-persunal tal-Impriża Konġunta u b’mod partikolari għandu jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin:

(a)jappoġġa l-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ sistema xierqa tal-kontabbiltà skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;

(b)imexxi s-sejħiet għal proposti kif previst fil-pjan ta’ ħidma u jamministra l-ftehimiet tal-għotjiet u d-deċiżjonijiet;

(c)imexxi s-sejħiet għal offerti kif previst fil-pjan ta’ ħidma u jamministra l-kuntratti;

(d)imexxi l-proċess għall-għażla tal-entità ospitanti u jamministra d-deċiżjonijiet;

(e)jipprovdi lill-membri u lill-korpi l-oħra tal-Impriża Konġunta bl-informazzjoni rilevanti kollha u bl-appoġġ li jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom u jwieġeb it-talbiet speċifiċi tagħhom;

(f)jaġixxi bħala s-segretarjat tal-korpi tal-Impriża Konġunta u jagħti appoġġ lill-gruppi konsultattiv stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 10

Il-kompożizzjoni tal-Bord ta’ Konsulenza Xjentifika u Industrijali

(1)Il-Bord ta’ Konsulenza Xjentifika u Industrijali magħmul mill-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mill-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura.

(2)Il-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn tnax-il membru, li sa sitta minnhom għandhom jaħtruhom il-membri privati u sa sitta għandu jaħtarhom il-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess tal-għażla tal-membri li jaħtar.

(3)Il-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn tnax-il membru. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess tal-għażla, u għandu jaħtar il-membri tiegħu. Il-membri eliġibbli huma dawk biss li ma għandhomx kunflitt ta’ interess.

Artikolu 11

Il-funzjonament tal-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

(1)Il-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena.

(2)Il-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni jista’ jaħtar gruppi ta’ ħidma meta meħtieġ, bil-koordinazzjoni ġenerali ta’ membru wieħed jew aktar.

(3)Il-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jeleġġi l-President tiegħu.

(4)Il-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inkluż in-nomina tal-entitajiet kostitwenti li għandhom jirrappreżentaw lill-Grupp Konsultattiv u t-tul taż-żmien tan-nomina tagħhom.

Artikolu 12

Il-funzjonament tal-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura

(1)Il-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena.

(2)Il-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura jista’ jaħtar gruppi ta’ ħidma fejn meħtieġ taħt il-koordinazzjoni ġenerali ta’ membru wieħed jew aktar.

(3)Il-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura għandu jeleġġi l-President tiegħu.

(4)Il-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inkluż in-nomina tal-entitajiet kostitwenti li għandhom jirrappreżentaw lill-Grupp Konsultattiv u t-tul taż-żmien tan-nomina tagħhom.

Artikolu 13

Il-kompiti tal-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

Il-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu:

(a)ifassal u jaġġorna sikwit l-abbozz tal-aġenda strateġika pluriennali tar-riċerka u l-innovazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament; Dan l-abbozz tal-aġenda strateġika pluriennali tar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jidentifika l-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji u kompetenzi ewlenin għal computing ta’ prestazzjoni għolja f’oqsma differenti ta’ applikazzjoni biex issaħħu l-kompetittività Ewropea u jgħinu biex jinħolqu swieq u applikazzjonijiet soċjetali ġodda. Dan għandu jiġi rivedut regolarment skont l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet xjentifiċi u industrijali fl-Ewropa.

(b)jippreżenta l-abbozz tal-aġenda strateġika pluriennali tar-riċerka u tal-innovazzjoni lid-Direttur Eżekuttiv biex iservi ta’ bażi għall-pjan ta’ ħidma, sal-iskadenzi stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija;

(c)jorganizza konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa għall-partijiet konċernati pubbliċi u privati kollha li għandhom interess fil-qasam tal-computing ta’ prestazzjoni għolja, biex jinfurmahom dwar l-abbozz tal-aġenda strateġika pluriennali tar-riċerka u l-innovazzjoni u dwar l-abbozz tal-pjan tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għal sena partikolari, u jikseb ir-rispons mingħandhom dwarhom.

Artikolu 14

Il-kompiti tal-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura

(1)Il-Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura għandu jagħti pariri lill-Bord tat-Tmexxija għall-akkwiżizzjoni u t-tħaddim tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa tal-Impriża Konġunta. Dan għandu:

(a)ifassal u jaġġorna sikwit l-abbozz tal-aġenda strateġika pluriennali għall-akkwiżizzjoni u t-tħaddim tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa msemmija fl-Artikolu 20 biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament; Dan l-abbozz tal-pjan strateġiku pluriennali għandu jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet għall-għażla tal-entitajiet ospitanti u l-ippjanar għall-akkwiżizzjoni tal-infrastruttura; għal dawn, dan għandu jidentifika iż-żiediet fil-kapaċità meħtieġa, it-tipi ta’ applikazzjonijiet u komunitajiet tal-utenti li jridu jiġu indirizzati, l-arkitetturi tas-sistema, u l-integrazzjoni ma’ infrastrutturi nazzjonali tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja.

(b)jippreżenta l-abbozz tal-aġenda strateġika pluriennali għall-akkwiżizzjoni u t-tħaddim tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa lid-Direttur Eżekuttiv, biex iservi ta’ bażi għall-proċeduri msemmija, 0 sal-iskadenzi stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija;

(c)jorganizza konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa għall-partijiet konċernati pubbliċi u privati kollha li għandhom interess fil-qasam tal-computing ta’ prestazzjoni għolja, biex jinfurmahom dwar l-abbozz tal-aġenda strateġika pluriennali għall-akkwiżizzjoni u t-tħaddim tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa u dwar il-pjan tal-attivitajiet relatati għal sena partikolari, u jikseb ir-rispons mingħandhom dwarhom.

Artikolu 15

Is-sorsi tal-finanzjament

(1)L-Impriża Konġunta għandha tiġi ffinanzjata b’mod konġunt mill-membri tagħha permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsin b’pagamenti parzjali u b’kontribuzzjonijiet in natura kif stabbilit fil-paragrafi (2) u (3).

(2)L-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ma għandhomx jaqbżu t-EUR 22 000 000 u għandhom ikopruhom il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 4(1), 5(1) u 5(2) ta’ dan ir-Regolament.

Jekk parti mill-kontribuzzjoni għall-ispejjeż amministrattivi ma tintużax, din tista’ tkun disponibbli biex jitkoprew l-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta.

(3)L-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta għandhom jitkoprew bi:

(a)il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

(b)kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti lill-Impriża Konġunta;

(c)kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti għall-ispejjeż operazzjonali ta’ entità ospitanti;

(d)kontribuzzjonijiet in natura tal-Istati Parteċipanti għall-ispejjeż imġarrba mill-entitajiet ospitanti minħabba l-ispejjeż operazzjonali tas-superkompjuters fuq skala pre-eksa miżmuma mill-Impriża Konġunta, mingħajr il-kontribuzzjonijiet tal-Impriża Konġunta u kull kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż;

(e)kontribuzzjonijiet in natura tal-Istati Parteċipanti għall-ispejjeż imġarrba miċ-ċentri tas-superkompjuters għall-kofinanzjament tas-superkompjuters fuq skala peta, mingħajr il-kontribuzzjonijiet tal-Impriża Konġunta u kull kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż;

(f)kontribuzzjonijiet in natura tal-membri privati jew tal-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom għall-ispejjeż mġarrba minnhom biex jimplimentaw azzjonijiet indiretti, mingħajr il-kontribuzzjonijiet tal-Impriża Konġunta u kull kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż.

(4)Ir-riżorsi tal-Impriża Konġunta li ddaħħlu fil-baġit tagħha għandhom ikunu magħmula minn dawn il-kontribuzzjonijiet:

(a)kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri għall-ispejjeż amministrattivi;

(b)kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri għall-ispejjeż operazzjonali;

(c)kull dħul iġġenerat mill-Impriża Konġunta;

(d)kull kontribuzzjoni finanzjarja, riżorsa u dħul oħrajn.

Kull imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-Impriża Konġunta għandhom jitqiesu bħala dħul tagħha.

(5)Jekk xi membru tal-Impriża Konġunta jonqos mill-impenji tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu nota ta’ dan bil-miktub u għandu jistabbilixxi perjodu raġonevoli li matulu l-membru għandu jwettaq l-impenn tiegħu. Jekk l-impenn ma jitwettaqx matul dak il-perjodu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa’ l-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedu jekk għandhiex tiġi revokata s-sħubija tal-membru li qed jonqos mill-impenji tiegħu jew jekk għandhomx jittieħdu xi miżuri oħrajn sakemm iwettaq l-impenn tiegħu. Id-drittijiet tal-vot li jkollu l-membru li qed jonqos mill-impenji tiegħu għandhom jiġu sospiżi sakemm iwettaq l-impenn tiegħu.

(6)Ir-riżorsi u l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta għandhom ikun maħsuba biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

(7)L-Impriża Konġunta għandha tkun il-proprjetarja ta’ kull assi ġġenerat minnha jew trasferit lilha biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. Dan ma għandux jinkludi s-superkompjuters miżmuma mill-Impriża Konġunta li s-sjieda tagħhom jaf tkun ġiet trasferita lil entità ospitanti skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

(8)Għajr f’każ ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta, kull dħul eċċessiv fuq l-infiq ma għandux jitħallas lill-membri tal-Impriża Konġunta.

Artikolu 16

Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti

(1)L-Istati Parteċipanti għandhom jinkarigaw lill-Impriża Konġunta bl-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom lill-Impriża Konġunta.

(2)Meta jkunu qed jipprovdu l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom lill-Impriża Konġunta, l-Istati Parteċipanti għandhom jinkludu elenku tal-kontribuzzjoni tagħhom imqassam f’taqsimiet, li jispeċifika l-kontribuzzjoni għal:

(a)l-akkwiżizzjoni tas-superkompjuters;

(b)it-tħaddim tas-superkompjuters; u

(c)l-attivitajiet l-oħra li trid tiffinanzja l-Impriża Konġunta. 

(3)Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istati Parteċipanti lill-Impriża Konġunta.

Artikolu 17

L-impenji finanzjarji

L-impenji finanzjarji tal-Impriża Konġunta ma għandhomx jaqbżu l-ammont tar-riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit tagħha mill-membri tagħha.

Artikolu 18

Is-sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja hi mill-1 ta’ Jannar u sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 19

L-ippjanar operazzjonali u finanzjarju

(1)Il-pjan strateġiku pluriennali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. Il-pjan strateġiku pluriennali għandu jkun magħmul minn aġenda strateġika pluriennali tar-riċerka u l-innovazzjoni u minn aġenda strateġika pluriennali għall-akkwiżizzjoni tas-superkompjuters mill-Bord ta’ Konsulenza Xjentifika u Industrijali u l-perspettivi finanzjarji pluriennali mill-Istati Parteċipanti u l-Kummissjoni.

(2)Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti abbozz tal-pjan ta’ ħidma annwali jew pluriennali lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni, inkluż il-pjan tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-pjan tal-akkwist, l-attivitajiet amministrattivi u l-istimi tal-infiq korrispondenti.

(3)Il-pjan ta’ ħidma għandu jiġi adottat sal-aħħar tas-sena ta’ qabel l-implimentazzjoni tiegħu. Il-pjan ta’ ħidma għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

(4)Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-baġit annwali għas-sena ta’ wara u għandu jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni.

(5)Il-baġit annwali għal sena partikolari għandu jadottah il-Bord tat-Tmexxija sa tmiem is-sena ta’ wara.

(6)Il-baġit annwali għandu jiġi adattat biex jitqies l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni kif stabbilita fil-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 20

Ir-rappurtar operazzjonali u finanzjarju

(1)Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta kull sena lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-qadi tad-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta.

Fi żmien xahrejn mill-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta rapport tal-attività annwali lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni, li jkun jittratta l-progress tal-Impriża Konġunta fis-sena kalendarja ta’ qabel, b’mod partikolari b’rabta mal-pjan ta’ ħidma annwali għal dik is-sena. Fost l-oħrajn, ir-rapport tal-attività annwali għandu jkun fih informazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet:

(a)l-azzjonijiet tar-riċerka, l-innovazzjoni u oħrajn li twettqu, u l-infiq korrispondenti;

(b)l-akkwiżizzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura, inkluż l-użu l-infrastruttura u l-aċċess għaliha, fosthom il-ħinijiet tal-aċċess użati effettivament minn kull Stat Parteċipanti;

(c)il-proposti u l-offerti mressqa, inkluż elenku mqassam skont it-tip ta’ parteċipanti, fosthom l-SMEs, u skont il-pajjiż;

(d)il-proposti magħżula għall-finanzjament, inkluż elenku mqassam skont it-tip ta’ parteċipanti, fosthom l-SMEs, u skont il-pajjiż, u li jispeċifika l-kontribuzzjonijiet tal-Impriża Konġunta lill-parteċipanti u l-azzjonijiet individwali;

(e)l-offerti magħżula għall-finanzjament, inkluż elenku mqassam skont it-tip ta’ kuntratturi, fosthom l-SMEs, u skont il-pajjiż, u li jispeċifika l-kontribuzzjonijiet tal-Impriża Konġunta lill-kuntratturi u l-azzjonijiet tal-akkwist individwali;

(f)l-eżitu tal-attivitajiet tal-akkwist;

(g)il-progress biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u proposti għal aktar ħidma meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(2)Ladarba l-Bord tat-Tmexxija japprova r-rapport tal-attività annwali, dan għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

(3)Sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Impriża Konġunta għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-Impriża Konġunta għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Impriża Konġunta skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Impriża Konġunta għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta, u d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija, sal-1 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara.

Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena finanzjarja ta’ wara.

Sat-30 ta’ Settembru, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri dwar l-osservazzjonijiet magħmula fir-rapport annwali tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta dik it-tweġiba wkoll lill-Bord tat-Tmexxija.

Meta jitolbu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta kull informazzjoni meħtieġa lill-Parlament Ewropew, għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, b’konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 21

L-awditjar intern

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

Artikolu 22

Ir-responsabbiltà tal-membri u l-assigurazzjoni

(1)Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri tal-Impriża Konġunta għad-djun tal-Impriża Komuni għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet tagħhom li jkunu diġà għamlu għall-ispejjeż amministrattivi.

(2)L-Impriża Konġunta għandu jkollha u żżomm assigurazzjoni xierqa.

Artikolu 23

Kunflitt ta’ interess

(1)L-Impriża Konġunta, il-korpi u l-persunal tagħha għandhom jevitaw kull konflitt ta’ interess fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom.

(2)Il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu. Dawk ir-regoli għandu jkun fihom dispożizzjonijiet maħsuba biex ikun evitat kull kunflitt ta’ interess fir-rigward tar-rappreżentanti tal-membri tal-Impriża Konġunta li jservu fil-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 24

L-istralċ

(3)Il-proċess tal-istralċ tal-Impriża Konġunta għandu jibda fi tmiem il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

(4)Minbarra l-paragrafu 1, il-proċedura tal-istralċ għandha tiskatta b’mod awtomatiku jekk l-Unjoni tirtira mill-Impriża Konġunta.

(5)Għall-finijiet biex jitwettqu l-proċeduri biex jinbeda l-proċess tal-istralċ tal-Impriża Konġunta, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew aktar, li għandhom jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

(6)Meta l-Impriża Konġunta tkun għaddejja bil-proċess tal-istralċ, l-assi tagħha għandhom jintużaw biex tkopri r-responsabbiltajiet tagħha u l-infiq relatat mal-proċess tal-istralċ tagħha. Is-superkompjuters miżmuma mill-Impriża Konġunta għandhom jiġu trasferiti lill-entità ospitanti rispettiva. L-entità ospitanti għandha tirrimborża lill-Impriża Konġunta, il-valur residwu tas-superkompjuters trasferiti. Kull eċċess għandu jitqassam bejn il-membri eżistenti fiż-żmien tal-istralċ b’mod proporzjonat mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom lill-Impriża Konġunta. Kull eċċess bħal dan imqassam lill-Unjoni għandu jiġi ritornat fil-baġit tal-Unjoni. Is-superkompjuters li jappartjenu għall-Impriża Konġunta installati f’entità ospitanti għandhom jiġu trasferiti lill-entitajiet ospitanti. F’dan il-każ, l-entità ospitanti għandha tirrimborża lill-Impriża Konġunta, il-valur residwu tas-superkompjuters trasferiti.

(7)Għandha tiġi stabbilita proċedura ad hoc li tiżgura l-ġestjoni xierqa ta’ kull ftehim konkluż jew deċiżjoni adottata mill-Impriża Konġunta kif ukoll ta’ kull kuntratt tal-akkwist bi żmien itwal miż-żmien tal-Impriża Konġunta.