7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/31


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9187 — Autolaunch/Beijing Electric Vehicle Co/JVs)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 441/09)

1.   

Fit-23 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Autolaunch Ltd. (“Autolaunch”) (l-Irlanda), kkontrollata minn Magna International Inc. (“Magna”)

Beijing Electric Vehicle Co., Ltd. (“BJEV”) (iċ-Ċina) proprjetà tal-Beijing Automotive Group Co., Ltd. (“BAIC Group”).

Magna Blue Sky NEV Technology (Zhenjiang) Co., Ltd. (“Tech-JV”)

Blue Sky NEV Manufacturing Co., Ltd. (“CM-JV”)

Autolaunch u BJEV jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Tech-JV u ta’ CM-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Autolaunch hija attiva fil-produzzjoni ta’ għodod u servizzi relatati. Hija sussidjarja 100 % proprjetà ta’ Cosma Tooling Ireland Unlimited li hija direttament miżmuma minn Magna, fornitur dinji ta’ dak li għandu x’jaqsam mal-vetturi.

BJEV hija prinċipalment attiva fl-oqsma tal-integrazzjoni u t-tlaqqigħ tas-sistema tal-vetturi, il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kontroll tal-vetturi, sistemi tal-mototrażmissjoni elettrika u sistemi purament elettriċi għat-trasport tal-passiġġieri. BJEV hija sussidjarja proprjetà sħiħa tal-BAIC Group.

Tech-JV se jkun attiv fil-provvediment ta’ servizzi ta’ inġinerija għal vetturi “blade” tal-passiġġieri li jaħdmu bl-elettriku u CM-JV se tkun attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ vetturi “blade” elettriċi tal-passiġġieri fiċ-Ċina.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9187 — Autolaunch/Beijing Electric Vehicle Co/JVs

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.