31.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9108 — PepsiCo/SodaStream International)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 395/07)

1.   

Fl-24 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PepsiCo Inc. (“PepsiCo”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

SodaStream International Ltd (“SodaStream International”, l-Iżrael)

PepsiCo takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ SodaStream International kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   PepsiCo: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ xarbiet karbonizzati u mhux karbonizzati għall-konsumaturi, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni għall-konsumaturi ta’ ilma b’togħma, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ konċentrati industrijali u ġuleppi għall-użu għal lukandi, ristoranti u servizzi tal-catering, ta’ snacks u ta’ prodotti tal-ħalib,

—   SodaStream International: il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ sistemi ta’ karbonazzjoni fid-dar li jippermettu lill-konsumaturi ljittrasformaw l-ilma tal-vit f’ilma bil-gazz u filma bil-gass u bit-togħma, inklużi sistemi ta’ karbonazzjoni fid-dar kif ukoll fliexken tal-karbonazzjoni, ċilindri u servizzi għall-mili mill-ġdid taċ-ċilindri tas-CO2, konċentrati li jitħalltu mal-ilma, ġuleppi u togħmiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9108 — PepsiCo/SodaStream International

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).