31.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9077 — PSPIB/Brookfield/QuadReal/BREP Brazil/Brookfield Brazil Retail)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 395/04)

1.   

Fit-23 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet motifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada),

QuadReal Property Group Limited Partnership (“QuadReal”, il-Kanada), ikkontrollata mill-British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada),

BREP Brazil Private Limited (“BREP”, Singapore), ikkontrollata minn GIC Realty Private Limited (“GIC Realty”, Singapore),

Brookfield Brazil Retail Fundo de Investimentos em Participações Multiestratégia (“Brookfield Brazil Retail Fund”, il-Brażil).

PSPIB, Brookfield, QuadReal u BREP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Brookfield Brazil Retail Fund, bħalissa kkontrollata minn Brookfield.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   PSPIB: ġestjoni ta’ investiment tal-pensjonijiet b’portafoll dinji diversifikat inklużi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat;

—   Brookfield: investiment fil-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata,

—   QuadReal: ġestjoni tal-assi tal-proprjetà immobbli u servizzi relatati lill-British Columbia Investment Management Corporation,

—   BREP: is-sjieda ta’ assi ta’ proprjetà immobbli miżmuma minn GIC Realty f’isem il-Gvern ta’ Singapore,

—   Brookfield Brazil Retail Fund: indirettament sid u tħaddem ċentri kummerċjali fil-Brażil.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9077 — PSPIB/Brookfield/QuadReal/BREP Brazil/Brookfield Brazil Retail

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.