20.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9032 — E.ON/Helen/Virta)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 420/04)

1.   

Fit-13 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

E.ON SE, permezz tas-sussidjarja tagħha E.ON Drive Infrastructure GmbH (“E.ON”, il-Ġermanja),

Helen Oy (“Helen”, il-Finlandja),

Liikennevirta Oy (“Virta”, il-Finlandja).

E.ON u Helen jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Virta kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   E.ON: iffokata fuq tliet oqsma prinċipali tan-negozju: (i) il-ġenerazzjoni tal-elettriċità minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, (ii) networks tad-distribuzzjoni tal-enerġija u (iii) soluzzjonijiet għall-konsumatur (inklużi l-provvista bl-imnut tal-elettriċità u l-gass). Barra minn hekk, E.ON toffri s-servizzi tal-mobbiltà elettronika, inkluż it-tħaddim ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi f’diversi pajjiżi tal-UE.

—   Helen: l-attività kummerċjali tagħha tikkonsisti primarjament fil-produzzjoni tal-elettriċità, tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, kif ukoll id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-enerġija. Barra minn hekk, Helen toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi għall-produzzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira u l-użu tal-enerġija tal-klijenti stess. Mill-2012, Helen toffri wkoll punti tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi fil-Finlandja.

—   Virta: tipprovdi firxa ta’ servizzi relatati mal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi. Hija topera prinċipalment fil-Finlandja u għandha wkoll attivitajiet fir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvezja, l-Isvizzera u r-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9032 — E.ON/Helen/Virta

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.