29.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 391/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 391/03)
1.
Fid-19 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tkkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Vodafone Group Plc (“Vodafone”, ir-Renju Unit), |
— |
UPC Česká republika, s.r.o. (“UPC CZ”, ir-Repubblika Ċeka), Unitymedia GmbH (“Unitymedia”, il-Ġermanja), UPC Magyarország Kft (“UPC HU”, l-Ungerija), u UPC Romania S.R.L. (“UPC RO”, ir-Rumanija), li jappartjenu għall-grupp Liberty Global plc. |
Vodafone takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ UPC CZ, Unitymedia, UPC HU u UPC RO kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Vodafone: fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli, u f’ċerti pajjiżi, fornitur ta’ telefonija fissa, broadband fiss, u servizzi televiżivi għall-konsumatur,
— Unitymedia, UPC CZ, Unitymedia, UPC HU u UPC RO: fornituri ta’ telefonija fissa tal-vuċi, broadband fiss, u servizzi tat-televiżjoni għall-konsumatur fir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Ungerija u r-Rumanija. Fil-Ġermanja u l-Ungerija, fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8864 — Vodafone/Ċerti Assi Liberty Global
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).