31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/48


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8804 — Bain Capital/Fedrigoni)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 34/12)

1.

Fl-24 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bain Capital Investors LLC (Bain Capital) (l-Istati Uniti tal-Amerika)

Fedrigoni SpA (Fedrigoni) (l-Italja)

Bain Capital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Fedrigoni.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Bain Capital: hija ditta privata tal-investimenti ta’ ekwità li tinvesti f’kumpaniji f’għadd ta’ industriji, inkluż dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, tal-prodotti bl-imnut u għall-konsumatur, tal-komunikazzjonijiet, servizzi finanzjarji u industrijali/manifattura,

—   Fedrigoni: hija kumpanija Taljana attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ diversi tipi ta’ karta, inkluż karta grafika jew fina, karta tas-sigurtà u soluzzjonijiet (bħall-karti għal karti tal-flus u titoli negozjabbli u elementi ta’ sigurtà), self-adhesive labelstock u kartolerija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8804 — Bain Capital/Fedrigoni

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.