16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8693 — EDF/Canadian Solar/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 14/10)

1.

Fid-9 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Canadian Solar Inc (“Canadian Solar”, il-Kanada),

EDF ENR PWT ENR (“EDF ENR”, Franza), tappartjeni għall-grupp EDF (Franza),

L-impriża konġunta (joint venture, JV) stabbilita ġdida Newco (Franza).

Canadian Solar u EDF ENR jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Newco.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EDF ENR hija speċjalizzata fil-produzzjoni ta’ ingotti, briks, wejfers, ċelloli u moduli fotovoltajċi, u hija sussidjarja indiretta u proprjetà kollha kemm hi ta’ EDF Group, kumpanija tal-enerġija attiva fil-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriċità, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista bl-imnut tal-elettriċità,

Canadian Solar hija attiva madwar id-dinja fil-manifattura u l-provvista ta’ moduli fotovoltajċi u l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ proġetti ta’ enerġija fotovoltajka.

Newco se tiżviluppa, timmanifattura u tbigħ ingotti, briks u wejfers solari.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8693 — EDF/Canadian Solar/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.