5.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/13 |
P8_TA(2018)0055
Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (2018/2541(RSP))
(2019/C 129/03)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta motivata tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja: Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (COM(2017)0835), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/103 tal-20 ta' Diċembru 2017 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni (UE) 2016/1374, (UE) 2017/146 u (UE) 2017/1520 (1), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirreferi lill-Polonja għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni permezz tal-liġi li temenda l-liġi dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja (3) u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-suġġett, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja tiddikjara li s-sitwazzjoni attwali fil-Polonja tirrappreżenta riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE; |
1. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 biex tattiva l-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Polonja u jappoġġa l-appell tal-Kummissjoni lill-awtoritajiet Pollakki biex jindirizzaw il-problemi; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill jieħu azzjoni rapida skont id-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 7(1) tat-TUE; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżommu lill-Parlament informat b'mod sħiħ u regolari dwar il-progress magħmul u l-azzjoni meħuda f'kull stadju tal-proċedura; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Polonja, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE). |
(1) ĠU L 17, 23.1.2018, p. 50.
(2) SEC(2017)0560.
(3) Testi adottati, P8_TA(2017)0442.