Brussell, 1.4.2019

COM(2018) 816 final/ 2

CORRIGENDUM
This document corrects document COM(2018)816 final of 19.12.2018
Concerns all language versions
Correction of errors in the act and annex and addition of the reference to the Staff Working Document SWD(2019)145 linked to the Report
The text shall read as follows

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020


Rapport ta’ sinteżi għall-2018 tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm


b’kopertura tal-implimentazzjoni fl-2014-2017






{SWD(2019) 145 final}


Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020
Rapport ta’ sinteżi għall-2018 tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm
b’kopertura tal-implimentazzjoni fl-2014-2017

1.Introduzzjoni

L-objettiv tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (“SIE”) huwa li jsaħħu l-konverġenza soċjoekonomika, ir-reżiljenza u l-koeżjoni territorjali dejjiema. Il-Fondi SIE huma l-akbar sors ta’ appoġġ tal-UE għal oqsma ewlenin li jeħtieġu investimenti li jaqgħu taħt il-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni ta’ Juncker. Billi jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, l-investiment fis-Suq Uniku Diġitali u l-Unjoni tal-Enerġija, it-tisħiħ tas-Suq Uniku u tal-governanza ekonomika, dawn l-investimenti jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-ekonomija reali u jappoġġaw bidla strutturali u riformi identifikati permezz tal-proċess tas-Semestru Ewropew.

Dan ir-Rapport jipprovdi t-tielet ħarsa ġenerali annwali tal-implimentazzjoni ta’ aktar minn 530 programm ta’ ġestjoni kondiviża (nazzjonali u reġjonali) fuq il-bażi tar-rapporti tal-programm annwali li waslu f’nofs l-2018 1 . Speċifikament, huwa jiġbor fil-qosor l-informazzjoni disponibbli dwar il-prestazzjoni li tkopri l-implimentazzjoni fis-snin 2014 sal-2017 2 .

Wara r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 u l-aġġustament tekniku tal-PDG fl-2017, is-sehem tal-UE tal-baġit tal-Fondi SIE żdied b’EUR 6 biljun għal total ta’ EUR 460 biljun. B’żieda fit-tqabbil fil-kofinanzjament nazzjonali, l-investiment totali ppjanat żdied b’EUR 9 biljun għal total ta’ EUR 647 biljun.

Sa tmiem l-2017, intgħażlu aktar minn 1,7 miljun proġett madwar l-Ewropa, li jammontaw għal volum ta’ investiment totali ta’ EUR 338 biljun, jew 53 % tat-total previst. Il-valur tal-proġetti magħżula fl-2017 biss kien jirrappreżenta EUR 158 biljun, l-akbar żieda annwali sa issa. Dan jindika biċ-ċar li l-Istati Membri qed ibiddlu l-pjanijiet ta’ investiment fi proġetti konkreti biex jitwasslu benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli.

L-investiment miexi sew f’ħafna mill-oqsma fil-mira bħala prijoritajiet tematiċi tal-UE. Pereżempju, 55 % tal-investiment totali ppjanat fl-SMEs kien allokat għal proġetti. Filwaqt li l-għażla ta’ investimenti f’xi temi għadha inqas mill-medja ġenerali, naqsu d-differenzi fir-rati tal-għażla. Pereżempju, ir-rati tal-għażla tal-azzjonijiet klimatiċi u tal-investiment fl-ekonomija diġitali tjiebu sa tmiem l-2017. Rapporti aktar riċenti mill-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jindikaw progress qawwi kontinwu fl-għażla tal-proġetti sat-30 ta’ Settembru 2018, b’67 % tal-fondi allokati għall-proġetti. Din hija żieda ta’ EUR 66 biljun f’disa’ (9) xhur li ġġib it-total tal-investiment deċiż għal aktar minn EUR 400 biljun.

Il-proġetti magħżula rrappurtaw nefqa totali ta’ kważi EUR 96 biljun sal-aħħar tal-2017, li aċċellerat u aktar milli rdoppjat fi 12-il xahar. Sa tmiem l-2017, 16 % tal-fondi totali disponibbli għall-perjodu tħallsu lill-Istati Membri mill-baġit tal-UE. (Dan laħaq it-23 % sa tmiem Ottubru 2018.) Minkejja dan, l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali qiegħda fit-triq it-tajba. Sal-ħarifa 2018, il-benefiċjarji appoġġati mill-FAEŻR rċevew ’il fuq minn EUR 33,8 biljun, li jirrappreżenta kważi 33 % tal-pakkett finanzjarju totali disponibbli għall-perjodu ta’ programmazzjoni.

Il-prestazzjoni ġenerali tad-data rrappurtata sal-aħħar tal-2017 turi li

-1 miljun negozju kienu fil-mira b’appoġġ biex titjieb il-produttività u t-tkabbir tagħhom jew biex jinħolqu l-impjiegi;

-15,3 miljun ruħ ngħataw appoġġ biex ifittxu impjieg, taħriġ jew edukazzjoni jew li bbenefikaw minn miżuri ta’ inklużjoni soċjali;

-15 % tal-erja agrikola totali hija koperta b’azzjonijiet relatati mal-klima u mal-ambjent biex titjieb il-ġestjoni tal-bijodiversità, tal-ħamrija u tal-ilma.

It-Taqsima 2 ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali tal-progress fl-implimentazzjoni sa tmiem l-2017. It-Taqsima 3 tippreżenta f’aktar dettall il-progress skont il-qasam tematiku ewlieni. It-Taqsima 4 tippreżenta sinteżi tal-evalwazzjonijiet imwettqa sa issa mill-Istati Membri.

2.Ħarsa ġenerali tal-progress fl-implimentazzjoni

Biex jikkoincidi ma’ dan ir-Rapport, il-Pjattaforma ta’ Data Miftuħa tal-Fondi SIE 3 (ESI Funds Open Data Platform) ġiet aġġornata biex jintwera l-volum finanzjarju tal-għażla tal-proġetti u t-tbassir u l-kisbiet għall-indikaturi komuni kif irrappurtat mill-programmi fir-rapporti annwali tagħhom tal-2018. Id-data hija disponibbli skont l-Istat Membru, il-programm, it-tema u l-Fond SIE. Il-pjattaforma turi l-valuri l-aktar riċenti rrappurtati, li jistgħu jvarjaw mid-data disponibbli wara li jtemmu dan it-test.

2.1.Ħarsa ġenerali lejn il-progress finanzjarju

Matul l-2017 l-investiment totali ppjanat permezz tal-Fondi SIE ġie soġġett għal għadd ta’ emendi li wasslu għal żieda netta. Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas pluriennali 2014-2020 wassal għal żieda fl-allokazzjoni għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (Youth Employment Initiative, “YEI”) (ara l-Kaxxa 2). Aġġustament tekniku bbażat fuq il-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjonijiet finanzjarji permezz tal-politika ta’ Koeżjoni wassal għal żieda netta tal-baġits tal-FEŻR u tal-FSE. Permezz tal-FAEŻR kien hemm xi trasferimenti ulterjuri fil-livell nazzjonali mill-Politika Agrikola Komuni (“PAK”) tal-Pilastru 1 għall-Programmi ta’ Żvilupp Rurali.

Fir-rapporti annwali tagħhom tal-2018, l-Istati Membri rrappurtaw żieda fl-allokazzjonijiet finanzjarji għall-proġetti magħżula. Il-volum totali tal-proġetti magħżula għall-appoġġ kien ta’ EUR 338 biljun li jirrappreżentaw 53 % tal-volum totali tal-investiment ippjanat għall-perjodu 2014-2020. Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġetti magħżula hija stmata li tammonta għal EUR 240 biljun. Din ir-rata ġenerali tal-għażla tal-proġetti hija komparabbli mal-istess perjodu tal-aħħar perjodu ta’ programmazzjoni.

L-Annessi 1.1 u 1.2 juru r-rendikont skont il-fond tal-volumi tal-għażla tal-proġetti fi tmiem l-2017 u fil-ħarifa tal-2018, rispettivament. L-Anness 2.1 u 2.2 jippreżentaw l-istess data finanzjarja kif irrappurtata minn kull Stat Membru. (F’disa’ (9) xhur minn tmiem l-2017 'il hawn, il-volum finanzjarju totali tal-politika ta’ koeżjoni tal-proġetti magħżula żdied għal EUR 66 biljun sal-ħarifa 2018, u issa laħaq is-67 % tal-investiment ippjanat.)

Meta jitqabblu dawn iż-żewġ snap shots ma’ snin preċedenti, huwa evidenti li x-xejriet tal-implimentazzjoni huma dinamiċi. Sal-ħarifa 2018, kien hemm rati tal-għażla tal-proġetti aktar omoġenji globalment madwar objettivi tematiċi differenti. Madankollu, id-dewmien f’rati tal-għażla preċedenti f’xi temi u f'xi Stati Membri xorta għadu rifless f’nefqa inqas mill-medja. Il-graff ta’ hawn taħt turi grad għoli ta’ varjabbiltà fl-għażla u r-rati ta’ nfiq skont l-Istat Membru fi tmiem l-2017 meta mqabbla mal-medji tal-Fond SIE.

Graff: Fondi SIE: plott ta’ dispersjoni tal-għażla tal-Istati Membri u tan-nefqa tal-2017

Sors: Pjattaforma ta’ Data Miftuħa tal-Fondi SIE, il-Kummissjoni Ewropea
Noti: L-assi vertikali =% tal-għażla; L-assi orizzontali =% tan-nefqa

Din il-graff turi li r-rata tal-għażla għolja ma tirriżultax awtomatikament f’nefqa immedjata. In-nefqa se tkun aktar kajmana biex jimmaterjalizzaw proġetti li għad iridu jkunu ppjanati jew akkwistati, fejn il-biċċa l-kbira tal-proġetti huma ta’ natura pluriennali jew il-proġetti huma immaturi.

F’termini ta’ pagamenti mill-baġit tal-UE lill-Istati Membri, tħallas total ta’ EUR 75 biljun sa tmiem l-2017 (16 % tat-total previst, inklużi pagamenti ta’ prefinanzjament u interim tan-nefqa ddikjarata). Id-dispożizzjonijiet regolatorji għall-perjodu 2014-2020 (pereż. ir-regola N+3, il-livell ta’ prefinanzjament) ipprovdew inċentivi limitati għall-Istati Membri biex jinkoraġġixxu bidu veloċi għall-implimentazzjoni. Minkejja r-rata baxxa ta’ eżekuzzjoni b’mod ġenerali, l-eżerċizzju ta’ diżimpenn N+3 fl-2017 ikkonċerna biss ftit programmi adottati fl-2014. B’kollox, EUR 30 miljun biss ġew diżimpenjati bil-programmi tal-politika ta’ koeżjoni. Jenħtieġ, madankollu, li r-regola ta’ diżimpenn tinkoraġġixxi d-dixxiplina finanzjarja fl-2018. Għadd kbir ta’ programmi tal-Fondi SIE adottati fl-2015 se jkollhom bżonn iħaffu b’mod drastiku d-dikjarazzjoni tan-nefqa.



2.2.Il-Progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-programm

Ir-rapporti annwali tal-2018 jipprovdu informazzjoni dwar il-progress lejn il-miri u l-objettivi tal-programmi. Sa tmiem l-2017, l-Istati Membri u r-reġjuni għażlu 1,7 miljun proġett, li jvarjaw minn investimenti f’infrastruttura kbira għal appoġġ lill-azjendi agrikoli.

Fond

L-għadd kumulattiv ta’ proġetti magħżula sa tmiem l-2017

FEŻR

160 000

FAEŻR 4

1 000 000

FSE/YEI

505 000

Fond ta’ Koeżjoni

8 600

FEMS

18 500

Total

1 692 100

Iċ-ċifri primarji tal-prestazzjoni rrappurtati minn dawk il-proġetti sal-aħħar tal-2017 għal indikaturi komuni huma:

-1 miljun intrapriża se jibbenefikaw minn proġetti magħżula (50 % tal-mira) b’appoġġ lil 450 000 intrapriża li diġà tlestew 5 ;

-B’kollox ibbenefikaw 15-il miljun parteċipant minn proġetti appoġġati mill-FSE u mill-YEI;

-sa issa ġew appoġġati 1 miljun proġett biex jgħinu lis-settur agrikolu u n-negozji rurali jsiru aktar kompetittivi u biex jinħolqu u jinżammu l-impjiegi fiż-żoni rurali;

-26 miljun ettaru ta’ art agrikola jew 15 % tal-Erja Agrikola Utilizzata (“EAU”) huma magħżula għal appoġġ għall-ġestjoni tat-territorju biex ikun hemm ħarsien aħjar tal-bijodiversità;

-56 % tal-popolazzjoni totali rurali (163 miljun abitant) huma koperti minn 2 700 Grupp ta' Azzjoni Lokali LEADER (GAL) magħżula permezz tal-FAEŻR;

-mit-368 Grupp ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd (Fisheries Local Action Groups, FLAGs) magħżula, 70 % huma operattivi.

Il-punt fokali tal-programmi 2014-2020 dwar il-loġika ta’ intervent u dwar l-użu usa’ ta’ indikaturi komuni speċifiċi għall-fond qed iwassal għal rappurtar dwar il-prestazzjoni aktar robust u koerenti. Ir-rapporti tal-programm tal-2018, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jippreżentaw sors ta’ informazzjoni ħafna aktar vasta fuq il-prestazzjoni, f’termini ta’ indikaturi komuni, milli fi snin preċedenti. Ġeneralment, il-valuri rrappurtati juru r-relazzjoni plawżibbli bejn il-miri tal-indikatur u l-valuri minn proġetti magħżula. Meta jinstabu inkonsistenzi fir-rappurtar dawn ikunu riċerkati mal-programmi. Il-proċess tal-verifika ta’ kwalità tar-rapporti annwali wassal għall-korrezzjoni ta’ ċerti żbalji fir-rappurtar. Il-Kummissjoni tantiċipa li n-nuqqasijiet li fadal jistgħu jiġu eliminati permezz ta’ rappurtar imtejjeb permezz tal-programmi u / jew iż-żieda ta’ miri.

Il-kisba ta' assigurazzjoni dwar id-data tal-prestazzjoni rrappurtata lill-Kummissjoni hija kruċjali għall-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni fl-2019. Fl-2017, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ awditjar nazzjonali diġà bdew jeżaminaw is-sistemi fis-seħħ u d-data li ġiet irrappurtata sa issa. L-awditi tas-sistema mmirati ffukaw fuq il-ġestjoni u r-rappurtar tad-data tal-prestazzjoni mill-awtoritajiet tal-programmi. Il-maġġoranza l-kbira tal-awditi mwettqa sa issa mill-Kummissjoni waslu għal evalwazzjoni ġenerali pożittiva tal-affidabbiltà tas-sistemi ttestjati, ħlief għal ftit programmi li għalihom is-sistemi ta’ defiċjenza serja jew ineżattezzi tad-data serji ġew identifikati. Ir-riżultati tal-awditjar tal-Kummissjoni se jiġu kkomplementati minn ħidma mwettqa minn awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar li għandhom jiġu rrappurtati fir-rapporti annwali ta’ kontroll tagħhom ta’ Frar 2019.

3.Ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni skont temi ewlenin

Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn il-progress fl-implimentazzjoni tal-Fondi SIE ta’ aktar minn 530 programm, fl-2014 sal-2017, f’termini tal-volum finanzjarju tal-proġetti magħżula u tal-progress fl-intermedjar u t-twettiq tal-outputs u tar-riżultati komuni. Is-sors ta’ din id-data huwa l-kontenut tar-rapporti tal-programm annwali tal-2018.

L-Annessi jipprovdu ħarsa ġenerali tal-volum finanzjarju u tar-rata tal-għażla tal-proġetti rrappurtati skont l-objettiv tematiku u l-Istati Membri kif kienu jinsabu fi tmiem l-2017 u sal-ħarifa tal-2018 għall-Fondi SIE. Fir-rigward l-indikaturi, dan ir-Rapport jiġbor fil-qosor il-kisbiet skont l-indikaturi komuni għal kull Fond u tal-kontribuzzjoni mistennija mill-proġetti magħżula. Jingħataw ukoll eżempji tal-proġetti li diġà huma appoġġati.

3.1.Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-ICT u l-kompetittività tal-SMEs

Kumplessivament, madwar EUR 184 biljun huma ppjanati f’investimenti f’dan il-qasam, prinċipalment mill-FEŻR u mill-FAEŻR. Proġetti li jammontaw għal madwar 51 % ta’ dan l-ammont (aktar minn EUR 97 biljun 6 ) ġew magħżula sa tmiem l-2017 b’madwar 13 % jew EUR 24 biljun fin-nefqa rrappurtata.

3.1.1.Riċerka u Innovazzjoni 7

L-EUR 34 biljun allokati għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni speċifiċi bil-FEŻR u l-FAEŻR jirrappreżentaw 51 % tat-total ippjanat għall-2014-2020. In-nefqa rrappurtata ammontat biss għal 8 % ta’ dan it-total.

Kien imbassar li sa tmiem l-2017, 43 500 ditta kienu se jibbenefikaw mill-iskemi tal-FEŻR magħżula li jippromwovu l-kooperazzjoni mal-istituti tar-riċerka (69 % tal-mira), b’7 000 azzjoni ta’ kooperazzjoni li diġà tlestew. Hu previst li mill-investimenti f’infrastruttura mtejba tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku se jibbenefikaw 71 500 riċerkatur (55 % tal-mira) li minnhom 15 000 diġà għandhom dan l-aċċess. Il-monitoraġġ ta’ appoġġ għal prodotti ġodda (inklużi s-servizzi) juri wkoll progress importanti b’35 450 prodott “ġdid għall-impriża” (“new-to-firm”) fil-mira ta' operazzjonijiet magħżula (55 % tal-mira), b’3 700 li diġà tlestew.

Sal-aħħar tal-2017 il-finanzjament mill-FAEŻR għal proġetti magħżula kien jammonta għal EUR 8 biljun. Fil-qasam tar-RuI, is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-agrikoltura qed issir mezz effettiv għall-innovazzjoni, li tgħaqqad bdiewa, riċerkaturi, konsulenti u negozji flimkien fi 3 097 proġett ta’ innovazzjoni prattika. Dawn il-proġetti għandhom potenzjal importanti biex joħolqu soluzzjonijiet innovattivi sabiex l-agrikoltura ssir aktar intelliġenti, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli. Ir-riżultati ta’ dawn il-proġetti huma kondiviżi fil-pjattaforma tal-EIP-AGRI, li tipprovdi diversi ideat ġodda u ispirazzjoni għall-komunità agrikola. Sa tmiem l-2017, tnedew 667 proġett ta’ innovazzjoni interattiv (21 % tal-mira).

Fir-Repubblika Ċeka, it-tieni fażi tal-proġett SUSEN tal-enerġija sostenibbli, iffinanzjat l-installazzjoni ta’ strumenti teknoloġiċi f’ċentru ta’ riċerka u żvilupp tal-enerġija sostenibbli b’appoġġ mill-FEŻR. Il-ħidma fuq iċ-ċentru tiffoka primarjament fuq l-użu ta’ radjazzjoni jonizzanti u l-enerġija nukleari. Iċ-Ċentru jipprovdi 128 impjieg, u madwar 55 student u gradwat se jkunu involuti ukoll fl-attivitajiet tiegħu kull sena.

Korsijiet ta’ taħriġ diġitali organizzati mil-Ländliches Fortbildungsinstitut (LFI), parti mill-Kamra Awstrijaka tal-Agrikoltura, intużaw minn 10 000 bidwi. Il-korsijiet online evitaw għadd kbir ta’ sigħat ta’ vjaġġar lejn ċentru edukattiv u t-taxxi ambjentali assoċjati. Il-FAEŻR jikkofinanzja EUR 196 000 minn spiża totali tal-proġett ta’ EUR 245 000.

3.1.2.L-Ekonomija Diġitali

Fi tmiem l-2017 madwar EUR 9,8 biljun ġew allokati għal proġetti skont it-temi tal-ekonomija diġitali (48 % mit-total ippjanat). L-għażla tal-proġetti wriet titjib importanti fl-2017. Nefqa - 5 % tat-total ippjanat - għadha lura meta mqabbla mal-medja tal-UE, marbuta mal-bidu kajman tal-implimentazzjoni taħt din it-tema.

L-għażla tal-proġetti appoġġati mill-FEŻR biex iwasslu għal titjib tal-aċċess għall-broadband sa issa rreġistrat progress sinifikanti b’4,3 miljun unità domestika huma mistennija li jibbenefikaw (30 % tal-mira), għalkemm huma biss 227 000 unità domestika li diġà għandhom aċċess permezz ta' proġetti implimentati. B’għażla tardiva u perjodi twal ta’ implimentazzjoni, il-probabbiltà li tinkiseb il-mira se ssir aktar ċara biss aktar tard fil-perjodu. F’termini ta’ titjib tal-użu tal-IT u involviment fil-kummerċ elettroniku, 16 000 intrapriża diġà jinsabu fil-mira ta’ proġetti magħżula (19 % tal-mira).

L-appoġġ bil-FAEŻR għandu l-għan li jtejjeb l-aċċess għal servizzi u infrastruttura tal-ICT għal 18-il miljun ċittadin li jgħixu f’żoni rurali. Dan qed isir permezz ta’ 4 400 proġett ta’ investiment. Sa issa, 36 % tal-fondi allokati biex jitjiebu s-servizzi tal-ICT f’żoni rurali ġew allokati għal proġetti u 1 255 000 resident rurali (7 % tal-valur ta’ mira rispettiv) diġà qed jibbenefikaw minn servizzi mtejba.

Il-proġett RO-NET jipprovdi għal broadband għal persuni f’783 mill-2 268 lokalità fir-Rumanija identifikati bħala “żoni bojod” fejn m’hemmx aċċess għan-network. Il-proġett qed iġib il-broadband eqreb lil madwar 400 000 persuna, 8 500 negozju u 2 800 istituzzjoni pubblika. L-ispiża tal-investiment totali tal-proġett hija ta’ EUR 67 miljun, b’kontribuzzjoni mill-FEŻR ta’ EUR 46 miljun.

Il-FAEŻR kien ta’ appoġġ għal network ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa u soċjali fir-reġjun tal-Karelia t’Isfel (il-Finlandja) biex tinħoloq sistema ta’ informazzjoni biex tamministra r-riskji mid-dar f’żoni rurali. Taħlita ta’ komponenti soċjali u diġitali għamlet il-proġett storja ta’ suċċess. L-appoġġ tal-FAEŻR ammonta għal EUR 122 000 minn baġit totali ta’ EUR 290 000.

3.1.3.It-titjib fil-kompetittività tal-SMEs

Il-kompetittività tal-SMEs hija prijorità permezz tal-programmi tal-FEŻR, tal-FAEŻR u tal-FEMS. Ġie allokat appoġġ mill-UE ta’ madwar EUR 53 biljun għal proġetti speċifiċi sa tmiem l-2017 (55 % tat-total ippjanat). B’nefqa ta’ aktar minn EUR 17-il biljun li tirrappreżenta 18 % tat-total ippjanat, il-progress fit-twassil ta’ investiment hu 'l fuq mill-medja.

Il-FEŻR tappoġġa firxa wiesgħa ta’ miżuri mmirati lejn ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs. L-objettivi ewlenin jinkludu l-ħolqien tal-impjiegi, l-appoġġ għan-negozji li għadhom jibdew, it-tkabbir tal-produttività, appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni u żieda fil-kummerċ u provvista ta’ aċċess għal finanzjament. Il-finanzjament diġà mogħti se jappoġġa:

·427 000 SME (52 % tal-mira); diġà tlesta appoġġ lil 127 000 SME;

·280 000 impjieg li huma mistennija li se jinħolqu direttament fid-ditti fil-mira (67 % tal-mira); diġà nħolqu 42 000 impjieg;

·il-ħolqien ta’ negozji ġodda: 74 000 negozju ġdid ġew fil-mira taħt proġetti magħżula (46 % tal-mira); diġà tlesta appoġġ lil 19 400 minnhom.

Il-FAEŻR jappoġġa soluzzjonijiet li jħeġġu l-intraprenditorija u l-impjiegi fil-biedja u negozji rurali u jtejbu l-vijabbiltà ekonomika tagħhom u r-reżiljenza. Sa tmiem l-2017,

·aktar minn 112 000 azjenda agrikola rċevew appoġġ fl-investiment biex jiffaċilitaw ir-ristrutturar u l-modernizzazzjoni u jiksbu gwadanji fil-produttività (25 % tal-mira) u aktar minn 49 % tal-baġit allokat għal għajnuna għall-bidu u appoġġ għall-investiment f’attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali ġie impenjat;

·51 000 bidwi żagħżugħ li jġibu enerġija ġdida u għandhom il-potenzjal li jisfruttaw il-benefiċċji sħaħ tat-teknoloġija f’termini ta’ żieda fil-produttività u s-sostenibbiltà rċevew għajnuna tal-bidu;

·125 200 azjenda agrikola rċevew appoġġ fl-għamla ta’ għodod għall-ġestjoni tar-riskji biex titnaqqas l-inċertezza dwar il-futur li tista' tikkomprometti l-kompetittività tal-bdiewa;

·57 200 azjenda agrikola ġew megħjuna biex jipparteċipaw fi skemi ta’ kwalità.

Bil-FEMS, 62 % tal-proġetti magħżula sa tmiem l-2017 jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-SMEs.

Il-Kroazja qed tipprovdi aċċess vitali għall-SMEs lokali għall-finanzjament permezz ta' strumenti finanzjarji appoġġati mill-FEŻR. L-appoġġ mill-UE ta’ EUR 280 miljun ġie mqabbel minn kontribuzzjoni pubblika u privata nazzjonali u mistenni li joħloq aktar minn EUR 1 biljun ta’ investimenti minn negozji. Aktar minn 1 200 SME kienu diġà rċevew appoġġ ta’ madwar EUR 150 miljun.

Fl-Estonja, bidwi żagħżugħ uża l-fondi tal-FAEŻR biex jirrinnova l-istalla billi tkun installata sistema tal-għalf ġdida u aktar postijiet għall-maħleb, flimkien ma’ sistema aktar effiċjenti ta’ pproċessar ta’ demel biex jakkomoda l-ħtiġijiet tal-produzzjoni li qed jiżdiedu. B’riżultat tal-investiment, il-profitt tar-razzett diġà rdoppja u l-benesseri tal-annimali, kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol tjiebu b’mod sinifikanti. Il-finanzjament tal-FAEŻR ammonta għal EUR 184 000 mill-baġit totali ta’ EUR 600 000.

Fin-Netherlands, il-FEMS appoġġa l-ewwel razzett tal-akkwakultura tal-barbun imperjali fil-pajjiż li rnexxielu jipproduċi flieles tal-barbun imperjali li jkunu għadhom kemm faqqsu mill-istokk tat-tnissil tagħhom stess fuq skala semi-kummerċjali. Il-pass li jmiss huwa l-produzzjoni ta’ kopepodi, ir-rotiferi u alka li jinħolqu fil-post tal-għalf tal-ħut, li jipprovdu l-ogħla kwalità u l-profitabbiltà b’ċiklu ta’ produzzjoni sostenibbli u traċċabbli.

3.2.Ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, it-tibdil fil-klima, l-ambjent u t-trasport u n-networks tal-enerġija

Il-Fondi SIE jinvestu aktar minn EUR 264 biljun fl-oqsma li jindirizzaw l-iżvilupp sostenibbli. Fi tmiem l-2017, aktar minn EUR 142 biljun diġà kienu allokati għal proġetti speċifiċi, li jirrappreżentaw madwar 54 % tal-ammont totali tal-FEŻR, il-FK, il-FAEŻR u l-FEMS 8 . Kienet irrappurtata stima ta' nefqa ta' EUR 50 biljun li tirrappreżenta medja ta’ 19 %, b’varjazzjonijiet sinifikanti skont l-objettivi tematiċi.

Kaxxa 1: Il-mainstreaming tal-azzjoni marbuta mal-klima fil-Fondi SIE

Matul il-perjodu 2014-2020, 25 % tal-Fondi SIE huma ppjanati li jintefqu fuq proġetti b’objettivi tal-azzjoni klimatika. Dan jagħti kontribut sinifikanti għall-ambizzjoni biex jiġi dedikat mill-inqas 20 % tal-baġit tal-UE għal dawn l-objettivi. Metodoloġija speċifika tapplika għall-kalkolu tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima għal kull Fond 9 . Il-metodoloġiji jidentifikaw kategoriji speċifiċi ta’ appoġġ li jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika u tagħtihom piż ta’ 0 %, 40 % jew 100 %. Il-Fondi SIE kollha jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-azzjoni klimatika fi gradi differenti bil-FEŻR u l-FAEŻR li jipprovdu l-ogħla kontribut f’termini assoluti.

L-ammonti programmati u allokati għal proġetti ta’ azzjoni klimatika huma deskritti fid-dettall fl-Anness 3. L-ammonti allokati għall-objettivi tat-tibdil fil-klima żdiedu b’mod sinifikanti matul l-2017 hekk kif tħaffet l-implimentazzjoni tal-programm. Permezz tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni dawn l-ammonti rdoppjaw matul l-aħħar sena, madankollu, is-sehem tagħhom mill-ammonti totali allokati għal proġetti jkompli jibqa’ kemxejn taħt il-volum ippjanat. Il-FSE qed tissupera l-allokazzjoni ppjanata għall-objettivi tal-klima.

3.2.1.Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju

Fir-rigward tal-prijoritajiet tal-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, ġew allokati EUR 28 biljun (45 % tal-investiment ippjanat) b’infiq ta’ EUR 4,6 biljun (7 %). Filwaqt li r-rata tal-għażla tjiebet u issa qed toqrob lejn il-medja, l-infiq medju baxx jirrifletti d-dewmien tar-rata inizjali ta’ approvazzjoni tal-proġetti u l-isfidi għall-espansjoni tal-attività tal-investiment f’xi temi speċifiċi tal-investiment bħall-effiċjenza enerġetika.

Il-kisbiet mistennija minn sforz ta’ investiment f’enerġija b’livell baxx ta’ karbonju juru tbassir imtejjeb minn proġetti magħżula:

·dwar l-enerġija rinnovabbli l-proġetti magħżula sa tmiem l-2017 għandhom l-għan li jinstallaw 6 300 megawatt ta’ kapaċità (80 % tal-mira) b’590 MW installati sa issa;

·il-proġetti huma magħżula biex jirrinnovaw 330 000 unità domestika biex itejbu l-prestazzjoni tal-enerġija (39 % tal-mira); sa tmiem l-2017 ġew implimentati 84 000 rinnovazzjoni;

·f’termini tal-mira għall-iffrankar tal-enerġija f’bini pubbliku, aktar minn 3 terawatt / siegħa ta’ enerġija huma ppjanati biex jiġu preżervati permezz ta’ proġetti magħżula (59 % tal-mira).

L-appoġġ permezz tal-FAEŻR jinkludi l-miżuri tal-investiment, il-miżuri tal-ġestjoni tal-art, kif ukoll it-trasferiment tal-għarfien u l-pariri. Sa tmiem l-2017, 75 % tal-azzjonijiet immirati lejn l-assorbiment u l-konservazzjoni tal-karbonju f’art agrikola u art imsaġġra tlestew, li jirrappreżenta livell ta’ lħuq ta’ rata ta’ 73 % tal-mira korrispondenti. Ġew approvati 16,6 % tal-proġetti fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

Il-modernizzazzjoni tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass fir-reġjun tas-Silesia tal-Polonja saret bil-kostruzzjoni ta’ żewġ pipelines ġodda tal-gass ta’ tul totali ta’ 59 km u ta’ stazzjon għall-kompressjoni tal-gass. Iż-żona koperta mill-investimenti tospita madwar 3 miljun ruħ li issa jibbenefikaw minn enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u bi prezzijiet raġonevoli tal-provvista tal-enerġija. Aktar minn EUR 20 miljun ġew investiti f’bini ta’ pipelines u stazzjon għall-kompressjoni tal-gass, li minnhom aktar minn EUR 9 miljun ġew mill-FEŻR.

Bl-appoġġ ipprovdut permezz tal-FAEŻR, f’razzett tal-ħalib f’Wallonja, il-Belġju, twaqqaf impjant tal-unità tal-bijogass ta’ 33 kW, li jiġġenera enerġija rinnovabbli mid-demel. Il-kisba prinċipali hija l-użu tal-enerġija ekoloġika għall-elettriku fir-razzett, prinċipalment matul il-proċess tal-ħlib, li huwa kompletament awtomatizzat u li jikkonsma ħafna enerġija. L-ispiża totali tal-investiment kien ta’ EUR 222 000, li EUR 16 000 minnhom kienu ffinanzjati mill-FAEŻR.

3.2.2.Adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskji

Fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju, ġew magħżula proġetti b’volum totali ta’ EUR 24 biljun (58 % tat-total ippjanat) b’infiq ta’ madwar EUR 14-il biljun (33 %).

Żewġ indikaturi komuni tal-FEŻR b’mod partikolari jfittxu li jiġbru l-progress fl-investimenti biex jitnaqqsu r-riskji relatati mal-klima permezz ta’ miżuri ta’ adattament. Sa tmiem l-2017,

·17,5 miljun persuna se jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni magħżula kontra l-għargħar;

·19-il miljun persuna se jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni magħżula kontra l-għargħar;

Iż-żewġ ċifri jaqbżu l-miri stabbiliti 10 ; dan juri progress ċar fl-indirizzar tar-riskji marbuta mat-tibdil fil-klima.

F’żoni rurali, il-FAEŻR jipprovdi appoġġ għall-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità, it-titjib fil-ġestjoni tal-ilma u l-ħamrija, tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-ammonijaka mill-produzzjoni agrikola. Minimu ta’ 30 % ta’ kull programm għall-iżvilupp rurali huwa allokat għal azzjonijiet li jiffavorixxu l-ambjent u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. L-ammonti attwali li l-Istati Membri allokaw għal proġetti f’dan il-qasam jaqbżu dan il-minimu bil-bosta, b’medja tal-UE ta’ 57,6 % allokata għal miżuri relatati mal-ambjent u l-klima.

L-Istitut Portugiż tal-Baħar u tal-Atmosfera (IPMA) żviluppa u installa Radar Meteoroloġiku ġdid fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra. Dan se jippermetti sorveljanza meteoroloġika kif ukoll it-titjib u l-aħjar użu ta’ mudelli meteoroloġiċi attwali li se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ pjattaforma ta’ data robusta għal użu tekniku u xjentifiku, indispensabbli sabiex tadatta għat-tibdil fil-klima. L-investiment totali jammonta għal EUR 3,4 miljun, b'kontribuzzjoni ta' EUR 3,1 miljun mill-Fond ta’ Koeżjoni.

Fis-Slovakkja, l-appoġġ mill-FAEŻR huwa użat għal kostruzzjoni ta’ ġibjun tal-ilma li se jgħin fil-ġlieda kontra avvenimenti estremi tat-temp aktar frekwenti bħal xita qawwija u n-nirien tal-foresti minħabba t-tibdil fil-klima. L-aġġustament tal-flussi tal-ilma ż-żgħar jikkontribwixxi għall-bijodiversità, l-assorbiment tal-karbonju tal-karbonju u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Ir-riżerva tikkontribwixxi għal ġestjoni tal-foresti sostenibbli, billi din tipprevjeni l-erożjoni tal-ħamrija u żżomm l-ilma fil-foresta. Il-baġit totali tal-proġett huwa ta’ EUR 530 000 bil-FAEŻR jipprovdi EUR 397 000. 

3.2.3.Ambjent u effiċjenza fir-riżorsi

Fir-rigward tal-prijoritajiet tal-ambjent u tal-użu effiċjenti tar-riżorsi, ġew allokati EUR 45 biljun għal proġetti (52 % tat-total ippjanat) b’nefqa ta’ madwar EUR 19-il biljun (22 %).

Wara dewmien iktar qabel fl-għażla, il-kapaċità għar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ 1,8 miljun tunnellata issa hija magħżula għall-appoġġ (34 % tal-mira). Bl-istess mod, hemm progress tajjeb fl-għażla ta’ proġetti biex itejbu trattament tad-dranaġġ għal 14,5 miljun ruħ (85 % tal-mira) u jtejbu l-provvista tal-ilma għal 7,3 miljun persuna (58 % tal-mira).

Il-FAEŻR appoġġa proġetti għat-titjib fil-bijodiversità b’26 miljun ettaru ta’ art agrikola (87 % tal-mira). Kollox ma’ kollox 40 % tal-art agrikola totali hija koperta b’azzjonijiet relatati mal-klima u mal-ambjent, inkluża żona b'restrizzjonijiet naturali. Barra minn hekk, huwa previst li 18 % tal-art agrikola tal-UE tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ ġestjoni għall-bijodiversità, waqt li jenħtieġ li 15 % tal-art agrikola tkun soġġetta għal ġestjoni aħjar tal-ħamrija u 15 % għal ġestjoni aħjar tal-ilma. Sar ukoll progress sinifikanti lejn il-mira ta’ kopertura ta’ 3,3 % ta’ art agrikola b’kuntratti ta’ ġestjoni bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u tal-ammonja; kważi 2 % diġà hi koperta. Bl-istess mod, sar progress tajjeb lejn il-mira ta’ unitajiet ta’ bhejjem li jkunu soġġetti għal investimenti li jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u tal-ammonja, b’rata ta’ tlestija ta’ 33 %.

Madwar 24 % tal-proġetti kollha magħżula għall-appoġġ mill-FEMS sa tmiem l-2017 jippromwovu l-effiċjenza fir-riżorsi u l-ħarsien tal-ambjent. Ħafna minn dawn il-proġetti għandhom l-għan li jħarsu u li jreġġgħu lura l-bijodiversità tal-baħar billi jżidu b’mod sostanzjali l-kontroll fiżiku tal-ħatt l-art u jnaqqsu l-volum tal-qabdiet inċidentali u b’hekk jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Il-Bulgarija waqqfet l-ewwel politika ta’ Koeżjoni tagħha appoġġata mill-istrument finanzjarju fis-settur tal-ilma u tal-ilma mormi. Bil-finanzjament, 16-il operatur reġjonali tal-ilma se jkunu jistgħu jaġġornaw il-provvista tal-ilma, id-drenaġġ u l-faċilitajiet ta’ trattament tal-ilma tagħhom. Din l-iskema hija mistennija li tiġġenera investiment sa EUR 230 miljun biex twassal servizz ta’ kwalità liċ-ċittadini, fejn EUR 115-il miljun ġejjin mill-Fond ta’ Koeżjoni.

Fl-Iżvezja, inħolqu artijiet mistagħdra fil-pajsaġġ agrikolu bħala mod ta’ kif titnaqqas it-tnixxija ta’ nutrijenti fil-korpi tal-ilma. Il-proġett se jgħin biex tiżdied il-bijodiversità u, bil-kontroll tal-fluss tal-ilma, l-art mistagħdra tista’ tintuża biex taħżen l-ilma għall-irrigazzjoni, jekk ikun hemm bżonn. L-appoġġ tal-FAEŻR ammonta għal EUR 26 000 mill-baġit totali ta’ EUR 64 000.

3.2.4.Networks strateġiċi

Fir-rigward tal-investiment fin-networks strateġiċi, huma ppjanati investimenti sinifikanti tat-TEN-T u ta’ trasport ieħor, permezz tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni. Kumplessivament, l-għażla tal-proġetti sa tmiem l-2017 kienet tammonta għal EUR 44 biljun (62 % tat-total ippjanat) b’nefqa ta’ EUR 12-il biljun (17 %).

Fost l-indikaturi tat-trasport, huwa rrappurtat progress importanti f’termini ta’ proġetti ferrovjarji u tat-toroq magħżula:

·2 700 km ta’ rikostruzzjoni ta’ linji ferrovjarji, inklużi l-linji ferrovjarji TEN-T (45 % tal-mira); il-proġetti implimentati sa issa jkopru 5 % modesta tal-mira.

·7 500 km ta’ rikostruzzjoni tat-toroq (75 % tal-mira) 690 km minnhom huma fit-TEN-T (90 % tal-mira). L-implimentazzjoni tar-rikostruzzjoni tat-toroq tat-TEN-T laħqet it-300 km (30 % tal-mira).

Fil-Greċja l-kostruzzjoni ta’ 106 kilometru, b’żewġ binarji elettrifikati, linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja kienet ikkompletata fuq l-assi tal-ferrovija ta' Ateni-Salonika bejn Tithorea u Domokos. B’hekk, il-passiġġieri jkunu jistgħu jivvjaġġaw bejn Ateni u Salonika fi tliet sigħat u nofs li jagħmlu l-konnessjoni bil-ferrovija kompetittiva. Il-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u s-CEF ikkontribwixxew kważi EUR 1 biljun.

3.3.Impjiegi, inklużjoni soċjali u edukazzjoni

F’dan il-qasam huma ppjanati aktar minn EUR 172 biljun, b’mod partikolari mill-FSE, bil-FEŻR, il-FAEŻR u l-FEMS li wkoll se jkunu qegħdin jinvestu. Fi tmiem l-2017, ġew magħżula proġetti li jammontaw għal madwar EUR 85 biljun, li jirrappreżentaw kważi 50 % tal-allokazzjoni totali ppjanata. L-infiq globali kien kważi EUR 23 biljun jew 13 % tat-total ippjanat.

F’termini aggregati, il-programmi tal-FSE u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ diġà taw l-kisbiet li ġejjin:

·kienu appoġġati 15,3-il miljun parteċipant, inklużi 7,9 miljun persuna bla xogħol u 4,9 miljun parteċipant inattiv;

·kienu appoġġati 2,8 miljun parteċipant li kienu bla xogħol fit-tul;

·fost il-parteċipanti kollha 1,4 miljun kienu f’impjieg, 1,9 miljun kisbu kwalifika u 870 000 parteċipant kienu qegħdin isegwu kors edukattiv jew ta’ taħriġ bis-saħħa tal-appoġġ tal-FSE jew tal-YEI.

Fost dawn il-parteċipanti, dawk b’ħiliet baxxi jirrappreżentaw 46 % tal-parteċipanti; Sittax fil-mija (16 %) kienu migranti, kellhom sfond barrani jew kienu minn minoranzi (inklużi l-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma).

L-irduppjar tal-għadd ta’ parteċipanti FSE u YEI sa tmiem l-2016 jindika b’mod ċar l-aċċellerazzjoni drastika fl-implimentazzjoni tal-proġetti fil-post.

3.3.1.L-impjiegi

Madwar EUR 30 biljun ġew allokati għal proġetti ta’ impjieg sostenibbli u ta’ kwalità b’mod predominanti mill-FSE u l-YEI sa tmiem l-2017, li jirrappreżentaw 51 % tas-EUR 60 biljun ippjanati. Sa tmiem l-2017 taħt l-objettiv tal-impjiegi:

·ġew appoġġati 7,4 miljun parteċipant;

·722 000 parteċipant kisbu kwalifika;

·1,1 miljun parteċipant sabu impjieg, inkluż impjieg għal rashom.

L-investimenti f’dan il-qasam qed ikollhom prestazzjoni tajba bl-eċċezzjoni ta’ investimenti relatati mal-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, li għalihom ir-rata tal-għażla tal-proġetti kienet għadha anqas minn 20 % sa tmiem l-2017.

Sa tmiem l-2017, aktar minn EUR 246 miljun intefqu permezz tal-FAEŻR biex jiġu indirizzati l-impjiegi fl-agrikoltura u ż-żoni rurali, biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali, u biex trawwem it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fl-agrikoltura u l-forestrija.

Madwar 11 % tal-proġetti kollha magħżula għall-appoġġ mill-FEMS sa tmiem l-2017 jippromwovu impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità u jappoġġaw il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol. Ħafna minn dawn il-proġetti għandhom l-għan li jippromwovu l-kapital uman, id-djalogu soċjali u n-networking.

Fil-Lussemburgu, il-proġett iffinanzjat mill-FSE “Fit4Entrepreneurship” qed jimmira li jilħaq 200 persuna li qed ifittxu impjieg li jixtiequ jwaqqfu n-negozju tagħhom stess. Immexxi mix-Chambre de Commerce, is-servizz pubbliku tal-impjiegi u x-Chambre des Métiers, huwa jinkludi dijanjosi ta’ ħiliet intraprenditorjali, programm ta’ taħriġ, appoġġ individwali minn intraprendituri u assistenza ta’ wara l-ħolqien.

SBiex iżommu l-attività tradizzjonali estensiva tan-nagħaġ u l-baqar jirgħu, il-Gvern tal-Andalusija (Spanja) ħoloq programm ta’ taħriġ pilota dwar il-pastoraliżmu. Il-proġett ipprovda taħriġ lil 100 student fit-tħejjija ta’ karriera professjonali fil-pastoraliżmu. Wara t-taħriġ, 60 % tal-parteċipanti kienu involuti professjonalment fl-attività tal-bhejjem. Il-FAEŻR kkontribwixxa EUR 34 000 għall-ispiża totali tal-proġett ta’ EUR 38 000.



Kaxxa 2: Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (Youth Employment Initiative, YEI)

Il-YEI kompliet tipprovdi appoġġ ta’ finanzjament importanti għaż-żgħażagħ fl-Istati Membri eliġibbli. Sal-aħħar tal-2017, madwar EUR 7 biljun ġew allokati għal 162 000 proġett, li jirrappreżentaw 67 % tal-EUR 10,3 biljun ippjanati. In-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji laħqet 31 % (EUR 3,2 biljun) tal-allokazzjoni totali tal-YEI, li turi implimentazzjoni soda fuq il-post. Matul dan il-perjodu, 2,4 miljun żagħżugħ u żagħżugħa kienu ġew appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ. 1,5 miljun parteċipant kienu kkompletaw l-intervent tal-YEI u 776 000 parteċipant daħlu f’edukazzjoni / taħriġ, kisbu kwalifika jew kienu f’impjieg, inkluż impjieg indipendenti.

Fl-2017, fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-QFP, il-koleġiżlaturi tal-UE qablu li jżidu r-riżorsi tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li tkopri l-bqija tal-perjodu ta’ programmazzjoni (2017-2020). L-allokazzjoni speċifika għall-YEI żdiedet b’EUR 1,2 biljun, mifruxa fuq 4 snin li jibbenefikaw minnha 11-il Stat Membru li għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-appoġġ. Konsegwentement, l-Istati Membri emendaw il-programmi operattivi u l-ftehimiet ta’ sħubija tagħhom sal-aħħar tal-2017 biex jirriflettu ż-żieda, u l-appoġġ tal-FSE korrispondenti.

Fil-kuntest tal-proċedura tal-baġit tal-2018, ġie miftiehem mill-koleġiżlaturi f’Novembru 2018 li r-riżorsi tal-YEI l-ġodda se jkomplu jiġu fornuti minn qabel, biż-żieda tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-2018 u qed jonqsu dawk għall-2020, biex b’hekk l-ammont globali għall-2018 minn EUR 116-il miljun jiżdied sa EUR 350 miljun. Il-11-il Stat Membru kkonċernat se jemendaw għal darb’oħra d-dokumenti tal-programmazzjoni tagħhom kif xieraq, sabiex jirriflettu il-forniment minn qabel.

Fil-Greċja, l-programmi ta’ taħriġ settorjali biex itejbu l-ħiliet u l-impjegabbiltà tan-nies qiegħda li għandhom bejn 18 u 24 sena huma mmexxija b’kollaborazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet tan-negozju. B’massimu ta' 15 000 post, il-programmi huma mmirati lejn setturi b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, inkluż l-ICT, l-esportazzjoni tal-kummerċ, il-kummerċ bl-imnut u l-loġistika. Dawn jinkludu 120 siegħa ta’ tagħlim teoretiku u 260 siegħa ta’ taħriġ prattiku, ħames sessjonijiet ta’ konsulenza individwali u ċertifikazzjoni ta’ kwalifika. L-assoċjazzjonijiet tan-negozju huma responsabbli għall-għażla ta’ fornituri tat-taħriġ teoretiku u s-sejbien ta’ apprendistati f’kumpaniji għall-komponent prattiku.

3.3.2.Inklużjoni soċjali

Sal-aħħar tal-2017, madwar EUR 30 biljun ġew allokati għal proġetti li jindirizzaw l-inklużjoni soċjali, li jirrappreżentaw 46 % mit-EUR 63,7 biljun predominantement iffinanzjati minn programmi tal-FSE, bl-appoġġ tal-FEŻR għal infrastrutturi tas-saħħa u dawk soċjali. Taħt dan l-objettiv:

·ġew appoġġati 3,3 miljun parteċipant

·220 000 parteċipant sabu impjieg, inkluż impjieg għal rashom;

·152 000 parteċipant kisbu kwalifika;

·164 000 parteċipant inattiv ġew impenjati fi tfittix ta’ impjieg;

·42,5 miljun ċittadin issa huma mistennija li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-FEŻR allokat għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa.

Fl-2017, l-investimenti fl-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet emarġinati bħar-Rom qabdu ċertu ritmu. Madankollu, l-investimenti fil-qasam tal-intraprenditorija soċjali u l-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità għadhom lura.

F’żoni rurali, il-FAEŻR jappoġġa strateġiji tal-iżvilupp lokali li jippromwovu l-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u t-trawwim tal-iżvilupp ekonomiku bl-approċċ LEADER. Sal-lum, 58 % tan-nies li jgħixu f’żoni rurali (li jirrappreżenta madwar 111 % tal-mira) huma koperti minn aktar minn 3 400 strateġija ta’ żvilupp lokali implimentati minn Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL) li bbenefikaw minn 18 % tal-fondi pubbliċi disponibbli.

Il-proġett tal-FSE “l-Iskola tat-Tieni Opportunità” f’Gijón (Spanja) joffri liż-żgħażagħ vulnerabbli (dawk mingħajr sengħa, dawk li jħallu l-iskola kmieni, persuni nieqsa minn appoġġ soċjofamiljari, wara problemi tas-saħħa, eċċ.) u taħriġ prattiku u imfassal apposta ffukat fuq il-ħiliet u l-abilitajiet biex jgħinhom jintegraw mill-ġdid / jibqgħu jistudjaw jew isibu impjieg. Between 2009 and 2017, 1 400 people participated.

Fil-Lussemburgu, il-proġett “World city" appoġġa l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet tas-sajf għal tfal bejn 7 snin u 12-il sena li jgħixu fiż-żona ta’ Miselerland. L-enfasi tematika kienet fuq id-diversità kulturali, it-trawwim ta’ attitudnijiet u l-valuri kondiviżi li jwasslu biex “ngħixu flimkien”. Madwar 300 tifel u tifla mir-reġjun ħadu sehem kull ġurnata, b’medja ta’ 10 % ta’ tfal rifuġjati. Il-proġett kien iffinanzjat mill-FAEŻR - LEADER b’EUR 223 000.

Żewġ ċentri ta’ servizzi soċjali u tas-saħħa ġodda f’Molenbeek u Cureghem, Brussell (il-Belġju) (appoġġ ta’ EUR 3,7 miljun mill-FEŻR) jipprovdu servizzi integrati soċjali, tal-kura tas-saħħa mentali u tal-kura tas-saħħa primarji għall-popolazzjoni lokali. Hemm enfasi speċjali fuq l-aċċessibbiltà għal gruppi vulnerabbli, inklużi l-migranti. Tim qed tiżviluppa l-programm ta’ komunikazzjoni mobbli b’“Medibus”.

3.3.3.Edukazzjoni

Sal-aħħar tal-2017, stima ta' madwar EUR 25 biljun ġew allokati għal proġetti li jindirizzaw l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, li jirrappreżentaw 52 % mid-EUR 49 biljun predominantement iffinanzjati minn programmi tal-FSE, bl-appoġġ tal-FEŻR għal infrastrutturi tal-edukazzjoni. L-infiq ammonta għal kważi EUR 6 biljun (13 % tat-total ippjanat). Taħt dan l-objettiv:

·Ġew appoġġati 4,5 miljun parteċipant;

·1 miljun parteċipant kisbu kwalifika;

·583 000 parteċipant bdew jieħdu edukazzjoni jew taħriġ;

·1,8 miljun student (26 % tal-mira) għandhom jibbenefikaw minn proġetti tal-FEŻR li jinvestu fl-infrastruttura tal-iskejjel;

L-investimenti f’dan il-qasam huma fit-triq it-tajba fejn ir-rata tal-għażla tal-proġetti laħqet it-52 %. L-implimentazzjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali hija l-iktar waħda avvanzata kemm f’termini tal-għażla tal-proġetti kif ukoll fir-rati tal-implimentazzjoni.

Fil-Latvja, l-għan ta’ proġett iffinanzjat mill-FSE huwa li jiżdied in-numru ta’ studenti tal-ETV permezz ta’ parteċipazzjoni f’tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol (WBL) u l-prattiki (jew apprendistati) fl-impriżi. Sa Mejju tal-2018, 1 400 intrapriża, 34 stabbiliment ta’ edukazzjoni vokazzjonali u 2 900 student tal-ETV kienu involuti, li minnhom 640 kienu studenti WBL u 2 275 kienu involuti fi skemi ta’ taħriġ.

F’Åland (il-Finlandja), il-proġett iffinanzjat mill-FSE "Welcome! - Välkommen in!" jimmira li jżid il-kompetenza u l-għarfien tal-kummerċ elettroniku fis-settur tas-servizzi biex titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijent u jgħin lin-negozji jirreaġixxu għall-isfidi mill-kompetizzjoni globali fis-settur tal-bejgħ bl-imnut. B’kollox 472 ruħ minn 100 intrapriża pparteċipaw fil-proġett li pprovda aktar minn 8 000 siegħa ta’ taħriġ. Fl-2017, intrapriżi parteċipanti kellhom 75 % żieda fil-bejgħ meta mqabbel mal-2015.

Fil-Bavarja (il-Ġermanja) bini ta’ uffiċċji ġie konvertit mill-ġdid f’ċentru ta’ tagħlim bl-appoġġ tal-FEŻR, li offra 250 post addizzjonali f’1 100 metru kwadru għal seminars. Iċ-ċentru ta’ taħriġ modernizzat se jkollu rwol importanti fil-kwalifikazzjoni tal-ħaddiema tas-sengħa ta’ għada.

3.4.It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti

Sal-aħħar tal-2017, stima ta' madwar EUR 3 biljuni ġew allokati għal proġetti li jindirizzaw il-kapaċità u r-riformi istituzzjonali, li jirrappreżentaw 48 % mis-EUR 6,4 biljun ippjanati (predominantement minn programmi tal-FSE, bl-appoġġ tal-FEŻR ukoll fl-Estonja, l-Italja, ir-Rumanija u fil-programmi Interreg). L-infiq fil-post ammonta għal kważi EUR 370 biljun (6 % tat-total ippjanat). Taħt dan l-objettiv:

·ġew appoġġati 117 000 parteċipant;

·734 proġett immirati għall-amministrazzjonijiet pubbliċi jew għas-servizzi pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali ġew appoġġati mill-FSE.

Sa terz tal-proġetti appoġġati qed jiffukaw fuq id-diġitalizzazzjoni. Temi prinċipali oħrajn kienu jindirizzaw it-twassil tas-servizzi, it-taħriġ ġenerali, is-sistema tas-servizz ċivili u l-ġestjoni tar-riżorsi umani, kif ukoll l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-gvern. L-appoġġ lill-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri huwa fil-parti l-kbira tiegħu użat fil-livell nazzjonali, b’parti żgħira biss tmur fuq livelli reġjonali u lokali.

L-implimentazzjoni tal-proġetti mmirati lejn il-bini tal-kapaċità għall-partijiet ikkonċernati li jwasslu l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ u l-impjiegi u l-politiki soċjali għadha lura (1 % tan-nefqa ddikjarata). Ir-raġunijiet għad-dewmien ivarjaw bejn l-Istati Membri, u jinkludu bidliet legali li jaffettwaw l-implimentazzjoni jew id-diffikultajiet marbuta ma’ karatteristiċi innovattivi u kumplessi ta’ intervent.

Fil-Bulgarija, proġett tal-FSE, implimentat mill-Istitut Nazzjonali tal-Ġustizzja (INĠ), jappoġġa l-kwalità tat-taħriġ professjonali biex titjieb l-effiċjenza tal-ġudikatura. Total ta’ 5 600 maġistrat u uffiċjal mill-qrati u l-awtoritajiet investigattivi spiċċaw korsijiet ta’ taħriġ NIJ fl-2017. L-affarijiet il-ġodda jinkludu l-iżvilupp ta’ proġetti reġjonali u taħriġ f'tagħlim elettroniku, taħriġ tematiku adattat għall-bżonnijiet reġjonali speċifiċi u provvista għal kollaborazzjoni interistituzzjonali u “sħubijiet għall-għarfien”.

Fil-Litwanja, proġett tal-FSE għandu l-għan li jżid l-effiċjenza tal-akkwist pubbliku billi jnaqqas il-possibbiltajiet tal-korruzzjoni. Azzjoni ppjanata se żżid l-għarfien u l-kompetenzi tal-persunal fl-Uffiċċju tal-Akkwist Pubbliku u l-organizzazzjonijiet kontraenti oħra u toħloq dokumentazzjoni ta’ sostenn (linji gwida, eċċ.) dwar il-metodoloġija tal-akkwist pubbliku. Se jiġi organizzat taħriġ tar-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet kontraenti u konferenzi f’bosta istituzzjonijiet Litwani.

3.5.Il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (FIs)

Ir-rapporti annwali tal-2018 kienu jinkludu rappurtar dettaljat dwar l-istrumenti finanzjarji (financial instruments, FIs) sa tmiem l-2017 għal 24 Stat Membru. Il-progress huwa ġeneralment sodisfaċenti bi EUR 13,5-il biljun impenjati fil-ftehimiet ta’ finanzjament, li jirrappreżentaw 65 % tal-allokazzjonijiet indikattivi, prinċipalment mill-FEŻR. Mill-ammonti impenjati, EUR 1,5 biljun (11 %) kienu diġà żborżati lir-riċevituri finali b’differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri. Preżentazzjoni aktar dettaljata tista’ tinsab f’ġabriet fil-qosor ta’ data ppubblikati mill-Kummissjoni.

3.6.L-iżvilupp territorjali u urban

Fl-2020-2014, madwar EUR 32 biljun ġew allokati għal żvilupp territorjali integrat u l-iżvilupp urban sostenibbli. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji, inizjalment kajmana, issa qiegħda tirkupra bil-mod. Permezz tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, madwar EUR 10,7 biljun ġew allokati għal proġetti, li jirrappreżentaw 33 % tal-allokazzjoni ppjanata. Għalkemm l-għażla tal-proġett issa qed timxi 'l quddiem b’mod relattivament tajjeb, in-nefqa għadha lura, b’EUR 1 biljun (3,2 % tan-nefqa totali ppjanata) sa tmiem l-2017.

L-istrateġiji ta’ żvilupp integrati magħżula, prinċipalment għall-benefiċċju tal-integrazzjoni soċjali, ikopru popolazzjoni rappurtata ta’ 39 miljun ċittadin (87 % tal-mira). F’termini ta’ xogħlijiet fiżiċi l-proġetti magħżula sabiex jiġu rinnovati l-binjiet u l-unitajiet domestiċi se jwasslu 50 % tal-miri ppjanati - bi tbassir ta’ 1,1 miljun metru kwadru rinnovati u 10 500 unità domestika rinnovati. Aktar minn 21 miljun metru kwadru ta’ spazju miftuħ urban (73 % tal-mira) qed jiġi rinnovat sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja u s-sigurtà f’żoni urbani.

3.7.L-Interreg

Il-programmi Interreg iffinanzjati mill-FEŻR li jaqgħu taħt l-għan tal-Kooperazzjoni Territorjali kienu ġġeneraw volum finanzjarju ta’ EUR 7,1 biljun ta’ proġetti magħżula sa tmiem l-2017 (57 % tat-total ippjanat) għalkemm in-nefqa fil-post għadha baxxa (5 % tat-total ippjanat).

Id-data dwar il-progress fiżiku taħt l-Interreg hija inkluża fl-indikaturi aggregati taħt it-temi ewleniin ta’ investiment hawn fuq u fil-Pjattaforma ta’ Data Miftuħa 11 .

4.Progress fl-evalwazzjoni tal-programmi

Il-leġiżlazzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 tenfasizza l-ħtieġa li jiġi evalwat il-kontribut għat-tkabbir, l-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien tax-xogħol tal-programmi tal-Fondi SIE. Il-programmi jiddefinixxu l-objettivi li huma speċifiċi u jartikolaw il-bidla li qegħdin jipprovaw jiksbu f’oqsma partikolari. L-evalwazzjonijiet huma essenzjali biex jiġi stabbilit jekk dawn il-bidliet seħħewx u kif il-programmi kkontribwixxew.

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja dan ir-Rapport jiġbor fil-qosor l-evalwazzjoni tax-xogħlijiet imwettqa mill-2016. Numru żgħir ta’ evalwazzjonijiet ġew identifikati li kienu mmirati l-aktar għall-proċess tal-implimentazzjoni u l-progress biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Dawn l-evalwazzjonijiet juru, bħala medja, it-tfassil ta’ evalwazzjoni aktar ċar u disponibbiltà tad-data aktar xierqa u aktar użu minn qabel.

Għall-perjodu 2014-2020 għadu kmieni wisq biex jiġu evalwati r-riżultati u l-impatti tal-programmi minħabba l-volum limitat ta’ proġetti lesti. Il-bidu tal-evalwazzjonijiet tal-impatt, min-natura tagħhom imwettqa aktar tard fiċ-ċiklu tal-programm, x’aktarx se jkun imdewwem fejn l-implimentazzjoni kienet aktar bil-mod milli mistenni f’ċerti Stati Membri jew objettivi tematiċi.

Min-naħa l-oħra, twettqu għadd kbir ta’ evalwazzjonijiet nazzjonali fl-2018-2017 li ffokaw fuq il-programmi tal-2007-2013 u huma fil-biċċa l-kbira evalwazzjonijiet tal-impatt. B’mod ġenerali, ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt relatati maż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni jistgħu jitqiesu bħala affidabbli biss għal numru limitat ta’ evalwazzjonijiet, li tenfasizza l-ħtieġa għal titjib fil-kwalità tax-xogħlijiet.

Analiżi aġġornata dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ evalwazzjoni riveduti waslet għand il-Kummissjoni sa Ġunju 2018 li turi li għad hemm xi nuqqasijiet fl-oqsma tal-ħiliet meħtieġa, il-metodi li għandhom jintużaw u d-data meħtieġa.

Żieda sinifikanti tal-evalwazzjonijiet lesti hija mistennija fl-2019-2018 skont il-pjanijiet ta’ evalwazzjoni. Dawn se jkunu fil-biċċa l-kbira evalwazzjonijiet orjentati lejn l-implimentazzjoni u l-proċess. Kważi nofs l-evalwazzjonijiet tal-impatt huma ppjanati li jsiru biss wara l-2020 meta r-riżultati tal-programm huma mistennija li jaslu.

Id-dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja dan ir-Rapport jiddeskrivi wkoll il-fergħat differenti ta’ ħidma li wettqet il-Kummissjoni biex tappoġġa l-ħidma tal-Istati Membri (networking, gwida, helpdesks, eċċ.) u x-xogħol ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni.

5.Konklużjonijiet

Il-programmi tal-Fondi SIE huma strument ta’ investiment kbir tal-Unjoni Ewropea u kull reġjun u pajjiż fl-Unjoni Ewropea qed jibbenefika mill-politika. L-evidenza disponibbli issa mill-implimentazzjoni finanzjarja u mill-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati komuni tipprovdi ħarsa ġenerali iżjed kompleta tal-progress fl-implimentazzjoni milli kien disponibbli f’kull perjodu preċedenti.

Aċċellerazzjoni importanti seħħet matul l-2017 fl-implimentazzjoni ġenerali ta’ programmi kofinanzjati mill-Fondi SIE. Ir-rata tal-għażla tal-proġetti kważi rdoppjat meta mqabbel ma’ tmiem l-2016, u qabżet it-52 % tal-finanzjament totali. Nefqa ġġenerata mill-proġetti bdiet tlaħħaq ukoll mal-oħrajn kif ukoll il-kisba tal-valuri tal-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati tal-programmi marbuta ma’ benefiċċji soċjali u ekonomiċi importanti. L-aċċellerazzjoni kompliet fl-2018, bir-rata tal-għażla tal-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tkun 67 % sat-30 ta’ Settembru 2018.

L-istampa tal-implimentazzjoni żvelata mir-rapporti annwali tal-programmi hija diversa, kemm bejn ir-reġjuni, mal-Istati Membri u bejn it-temi differenti ta’ investiment. Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-passat, il-Kummissjoni tistenna li r-rati tal-implimentazzjoni għal nefqa tal-investiment u t-twassil tal-outputs u r-riżultati se jkomplu jiżdiedu fl-2019. L-analiżi tal-prestazzjoni li jmiss fl-2019 se tinċentiva aktar infiq aħjar tal-Fondi SIE f’termini tal-kisba tal-objettivi tal-programm.

Hekk kif l-implimentazzjoni tal-Fond SIE timxi ’l quddiem, fl-aħħar mill-aħħar se tipprovdi materjal li fuqu jitwettqu l-evalwazzjonijiet tal-impatt. Madankollu, għadd sinifikanti ta’ evalwazzjonijiet mill-Istati Membri xorta se jieħdu ftit taż-żmien biex jitnedew, biex jitlestew u biex ir-riżultati tagħhom isiru disponibbli.

Jekk inħarsu ’l quddiem, għandhom jiġu stabbiliti miri finanzjarji importanti għal tmiem l-2018 (ir-regola “N+3”). Hemm riskji li programmi speċifiċi se jitilfu l-finanzjament tal-UE.

Iċ-ċiklu ta’ rappurtar tas-sena d-dieħla se jinvolvi rapporti dwar il-programmi komprensivi sa Ġunju 2019 u rapporti ta’ progress nazzjonali sal-aħħar ta’ Awwissu 2019. Dawn ir-rapporti se jipprovdu ħarsa ġenerali kwantitattiva u kwalitattiva sħiħa tal-implimentazzjoni tal-objettivi ta’ investiment. Dawn se jkopru firxa ta’ kwistjonijiet importanti. B’mod partikolari, l-Istati Membri se jirrappurtaw dwar l-istadji importanti finanzjarji u fiżiċi fil-qafas ta' prestazzjoni li għandhom jintużaw għall-għoti tar-riżerva tal-prestazzjoni fl-2019. Ir-rapporti se jiġu sintetizzati mill-Kummissjoni f’rapport strateġiku sal-aħħar tal-2019.

(1)      Kif meħtieġ skont l-Artikolu 53 tad-“Dispożizzjonijiet Komuni” tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
(2)      Dan ir-Rapport jikkomplementa r-rapport dwar l-implimentazzjoni baġitarja tal-Fondi SIE     http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/publications/2018/AnalysisBudgImplem_ESIF_2017_EN.pdf  
(3)      Il-Pjattaforma ta' Data Miftuħa tal-Fondi SIE (ESI Funds Open Data Platform): https://cohesiondata.ec.europa.eu/  
(4)      Din iċ-ċifra tirreferi biss għal proġetti tat-tip ta’ investiment. Iċ-ċifra għat-tip ta’ proġetti mhux ta’ investiment appoġġati mill-FAEŻR tammonta għal 2 664 000.
(5)

     Il-Fondi SIE kollha għandhom fil-mira tagħhom l-appoġġ lill-intrapriżi. Il-proġetti magħżula se jappoġġaw (jew kienu ta’ appoġġ għal) 598 000 ditta permezz tal-FEŻR, 162 400 intrapriża mikro, żgħira u ta’ daqs medju permezz tal-FSE u 248 600 ditta rurali permezz tal-FAEŻR (106 600 bidwi żagħżugħ u investimenti f’assi fiżiċi f’142 000 azjenda agrikola).

(6)      Sehem mill-volum tal-għażla taħt l-“objettivi multitematiċi” jaqa’ f’dan il-qasam – ara l-Anness 1.1.
(7)       https://cohesiondata.ec.europa.eu/themes  
(8)      Il-FSE jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli, jiġifieri l-ħiliet ekoloġiċi, permezz tal-objettivi sekondarji ta’ appoġġ fl-ambitu tal-objettivi tematiċi 8 u 10 b’mod partikolari.
(9)      Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).
(10)      Qed jiġu indirizzati kwistjonijiet marbuta mal-użu konsistenti ta’ dawn l-indikaturi meta jiġu ffissati l-miri u meta jiġi eskluż l-għadd doppju.
(11)       https://cohesiondata.ec.europa.eu/countries/TC  

Brussell, 1.4.2019

COM(2018) 816 final/ 2

ANNESSI

tar-

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020
Rapport ta' sinteżi għall-2018 tar-rapporti annwali ta' implimentazzjoni tal-programm li jkopru l-implimentazzjoni tal-2014-2017


ANNESS 1.1

L-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-Fondi SIE skont l-objettiv tematiku rrapportata mill-programmi sal-31 ta’ Diċembru 2017 (fl-ispiża totali, b’volumi ta’ għażla u ta’ nefqa)

Objettivi Tematiċi

L-ammont totali pprogrammat

It-total tal-Kost Eliġibbli tal-proġetti magħżula

L-infiq totali rrappurtat minn proġetti magħżula

Ir-rata ta’ għażla

Ir-rata ta’ nfiq

f'miljuni ta' EUR

f'miljuni ta' EUR

f'miljuni ta' EUR

%

%

01

Riċerka u Innovazzjoni

60 175,6

30 670,2

4 895,9

51,0 %

8,1 %

02

Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

18 368,0

8 772,9

900,8

47,8 %

4,9 %

03

Kompetittività tal-SMEs

85 401,9

47 014,7

15 378,3

55,1 %

18,0 %

04

Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju

52 095,1

23 333,0

3 774,7

44,8 %

7,2 %

05

Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Prevenzjoni tar-Riskji

38 069,3

22 134,9

12 613,0

58,1 %

33,1 %

06

Ħarsien tal-Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

73 147,4

38 091,3

15 917,9

52,1 %

21,8 %

07

Infrastrutturi tan-Netwerks fit-Trasport u l-Enerġija

66 372,3

41 368,9

11 548,9

62,3 %

17,4 %

08

Impjieg Sostenibbli u ta’ Kwalità

48 788,3

24 764,5

8 210,6

50,8 %

16,8 %

09

Inklużjoni Soċjali

53 986,2

25 008,9

5 616,2

46,3 %

10,4 %

10

Taħriġ Edukattiv u Vokazzjonali

40 981,3

21 296,0

5 241,9

52,0 %

12,8 %

11

Amministrazzjoni Pubblika Effiċjenti

6 109,3

2 936,4

351,9

48,1 %

5,8 %

12

Ultraperiferiċi u Skarsament Popolati

220,5

428,4

225,3

194,2 %

102,2 %

MM

Miżuri Mwaqqfa

176,3

-

56,9

0,0 %

32,3 %

Objettivi Tematiċi Multipli (FEŻR / FK / FSE)

81 042,3

43 357,8

8 161,4

53,5 %

10,1 %

AT

Assistenza Teknika

19 097,8

9 010,2

2 791,5

47,2 %

14,6 %

 

Total Ġenerali

644 031,6

338 188,2

95 685,3

52,5 %

14,9 %

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażat fuq data rrapportata skont il-programmi disponibbli dwar Data Miftuħa dwar l-FSIE https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52



ANNESS 1.2

L-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-Fondi SIE skont l-objettiv tematiku rrapportata mill-programmi sal-ħarifa tal-2018 (fl-ispiża totali, b’volumi ta’ għażla u ta’ nefqa) (Data tat-8/11/2018

Objettivi Tematiċi

L-ammont totali pprogrammat

It-total tal-Kost Eliġibbli tal-proġetti magħżula

L-infiq totali rrappurtat minn proġetti magħżula

Ir-rata ta’ għażla

Ir-rata ta’ nfiq

f'miljuni ta' EUR

f'miljuni ta' EUR

f'miljuni ta' EUR

%

%

01

Riċerka u Innovazzjoni

60 251,6

39 600,6

8 413,9

65,7 %

14,0 %

02

Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

18 055,1

11 162,9

1 502,4

61,8 %

8,3 %

03

Kompetittività tal-SMEs

86 446,5

52 156,7

22 151,7

60,3 %

25,6 %

04

Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju

49 771,9

28 027,6

6 162,4

56,3 %

12,4 %

05

Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Prevenzjoni tar-Riskji

38 617,5

23 045,2

14 883,8

59,7 %

38,5 %

06

Ħarsien tal-Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

73 673,9

43 091,8

19 699,2

58,5 %

26,7 %

07

Infrastrutturi tan-Netwerks fit-Trasport u l-Enerġija

66 171,4

49 416,5

16 010,2

74,7 %

24,2 %

08

Impjieg Sostenibbli u ta’ Kwalità

49 543,1

30 035,8

11 281,0

60,6 %

22,8 %

09

Inklużjoni Soċjali

54 105,7

29 971,0

9 512,2

55,4 %

17,6 %

10

Taħriġ Edukattiv u Vokazzjonali

40 662,1

26 549,8

8 464,3

65,3 %

20,8 %

11

Amministrazzjoni Pubblika Effiċjenti

6 145,7

3 743,2

723,2

60,9 %

11,8 %

12

Ultraperiferiċi u Skarsament Popolati

220,5

527,8

334,0

239,3 %

151,4 %

MM

Miżuri Mwaqqfa

172,8

-

73,2

0,0 %

42,4 %

Objettivi Tematiċi Multipli (FEŻR / FK / FSE)

83 770,8

56 268,6

14 085,4

67,2 %

16,8 %

AT

Assistenza Teknika

19 049,2

11 046,9

4 115,8

58,0 %

21,6 %

 

Total

646 657,9

404 644,6

137 412,5

62,6 %

21,2 %

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażat fuq data rrapportata skont il-programmi disponibbli dwar Data Miftuħa dwar l-FSIE https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52



ANNESS 2.1

L-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-Fondi SIE skont l-Istat Membru rrapportata mill-programmi sal-31 ta’ Diċembru 2017 (fl-ispiża totali, b’volumi ta’ għażla u ta’ nefqa)

 

Ammont tal-UE allokat

L-ammont totali pprogrammat

It-total tal-Kost Eliġibbli tal-proġetti magħżula

L-infiq totali rrappurtat minn proġetti magħżula

Tmiem l-2017

f'miljuni ta' EUR

Ir-rata tal-għażla tal-proġetti

Ir-rata ta’ nfiq

2014-2020

(UE u Nazzjonali)

fi tmiem l-2017

%

%

f'miljuni ta' EUR

f'miljuni ta' EUR

f'miljuni ta' EUR

L-Awstrija

4 922,9

10 649,9

5 362,3

3 321,2

50,4 %

31,2 %

Il-Belġju

2 741,7

6 088,8

4 282,9

795,9

70,3 %

13,1 %

Il-Bulgarija

9 876,1

11 734,0

6 636,0

1 696,4

56,6 %

14,5 %

Il-Kroazja

10,727,4

12 653,7

5 121,8

1 090,6

40,5 %

8,6 %

Ċipru

917,3

1 169,6

507,5

205,0

43,4 %

17,5 %

Ir-Repubblika Ċeka

23 865,0

32 379,5

14 951,7

3 670,5

46,2 %

11,3 %

Id-Danimarka

1 546,8

2 264,8

1 283,7

421,0

56,7 %

18,6 %

L-Estonja

4 423,5

5 966,2

3 417,8

1 102,5

57,3 %

18,5 %

Il-Finlandja

3 765,0

8 435,2

5 765,5

3 450,2

68,4 %

40,9 %

Franza

27 273,8

45 704,8

22 078,7

8 655,5

48,3 %

18,9 %

Il-Ġermanja

27 935,0

44 754,4

24 941,7

9 267,5

55,7 %

20,7 %

Il-Greċja

21 382,0

26 221,0

12 982,9

4 566,2

49,5 %

17,4 %

L-Ungerija

25 013,9

29 649,6

28 404,1

3 991,2

95,8 %

13,5 %

L-Irlanda

3 361,6

6 139,7

3 843,6

1 824,2

62,6 %

29,7 %

L-Italja

44 656,1

75 065,7

32 679,2

6 598,1

43,5 %

8,8 %

Il-Latvja

5 633,7

6,908,0

4 052,8

1 210,7

58,7 %

17,5 %

Il-Litwanja

8 385,9

9 947,2

4 901,9

1 976,0

49,3 %

19,9 %

Il-Lussemburgu

140,1

456,4

240,3

135,0

52,6 %

29,6 %

Malta

827,9

1 023,9

516,6

83,8

50,5 %

8,2 %

In-Netherlands

1 947,4

3 745,1

2 413,0

785,3

64,4 %

21,0 %

Il-Polonja

86 111,6

104 921,4

57 837,9

13 739,5

55,1 %

13,1 %

Il-Portugall

25 856,1

32 654,2

21 394,0

7 478,7

65,5 %

22,9 %

Ir-Rumanija

30 882,6

37 564,3

14 638,8

4 370,9

39,0 %

11,6 %

Is-Slovakkja

15 287,3

19 559,2

10 001,2

2 266,9

51,1 %

11,6 %

Is-Slovenja

3 930,6

4 958,0

2 464,0

690,4

49,7 %

13,9 %

Spanja

39 835,6

56 218,3

17 641,8

5 509,9

31,4 %

9,8 %

L-Iżvezja

3 626,7

7 938,6

4 802,9

2 020,1

60,5 %

25,4 %

L-Interreg

9 335,4

12 441,6

7 133,6

607,8

57,3 %

4,9 %

Ir-Renju Unit

16 470,8

26 818,5

17 890,0

4 154,3

66,7 %

15,5 %

Total Ġenerali

460,680,0

644 031,6

338 188,2

95 685,3

52,5 %

14,9 %

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażat fuq data rrapportata skont il-programmi disponibbli dwar Data Miftuħa dwar l-FSIE https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52



ANNESS 2.2

L-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-Fondi SIE skont l-Istat Membru rrapportata mill-programmi sal-ħarifa 2018 (fl-ispiża totali, b’volumi ta’ għażla u ta’ nefqa) (Data tat-8/11/2018)

 

Ammont tal-UE allokat

L-ammont totali pprogrammat

It-total tal-Kost Eliġibbli tal-proġetti magħżula

L-infiq totali rrappurtat minn proġetti magħżula

Ħarifa 2018

f'miljuni ta' EUR

Ir-rata tal-għażla tal-proġetti

Ir-rata ta’ nfiq

2014-2020

(UE u Nazzjonali)

Ħarifa 2018

%

%

f'miljuni ta' EUR

f'miljuni ta' EUR

f'miljuni ta' EUR

L-Awstrija

4 922,9

10 649,8

5 877,1

3 902,1

55,2 %

36,6 %

Il-Belġju

2 741,7

6 088,8

4 600,0

1 264,7

75,5 %

20,8 %

Il-Bulgarija

9 876,1

11 726,4

7 787,0

2 585,5

66,4 %

22,0 %

Il-Kroazja

10 727,4

12 649,1

7 277,4

1 753,8

57,5 %

13,9 %

Ċipru

917,3

1 169,7

683,2

265,2

58,4 %

22,7 %

Ir-Repubblika Ċeka

23 786,3

33 309,7

19 187,0

6 327,1

57,6 %

19,0 %

Id-Danimarka

1 546,8

2 264,8

1 380,7

539,6

61,0 %

23,8 %

L-Estonja

4 423,5

5 965,7

3 919,6

1 631,7

65,7 %

27,4 %

Il-Finlandja

3 765,0

8 435,2

6 070,1

3 907,6

72,0 %

46,3 %

Franza

27 277,4

46 088,0

25 764,2

12 114,3

55,9 %

26,3 %

Il-Ġermanja

27 935,0

44 742,6

28 170,5

12 675,1

63,0 %

28,3 %

Il-Greċja

21 382,0

26 662,1

16 087,8

5 216,1

60,3 %

19,6 %

L-Ungerija

25 013,9

29 649,6

29 948,3

6 274,2

101,0 %

21,2 %

L-Irlanda

3 361,6

6 139,7

4 264,0

2 174,2

69,4 %

35,4 %

L-Italja

44 656,1

76 108,9

42 318,4

10 848,5

55,6 %

14,3 %

Il-Latvja

5 633,7

6 907,2

4 872,6

1 677,4

70,5 %

24,3 %

Il-Litwanja

8 385,9

9 947,2

6 251,2

2 706,0

62,8 %

27,2 %

Il-Lussemburgu

140,1

456,4

249,3

181,4

54,6 %

39,7 %

Malta

827,9

1 023,9

879,0

145,1

85,9 %

14,2 %

In-Netherlands

1 947,4

3 802,6

2 754,5

1 088,1

72,4 %

28,6 %

Il-Polonja

86 111,6

104 913,3

68 297,0

21 706,6

65,1 %

20,7 %

Il-Portugall

25 856,1

32 752,8

25 602,6

9 843,2

78,2 %

30,1 %

Ir-Rumanija

30 882,6

37 527,5

18 919,2

6 299,6

50,4 %

16,8 %

Is-Slovakkja

15 260,4

19 519,9

12 678,1

3 217,6

64,9 %

16,5 %

Is-Slovenja

3 930,6

4 958,0

3 076,0

1 081,0

62,0 %

21,8 %

Spanja

39 589,2

55 795,8

24 438,0

7 295,3

43,8 %

13,1 %

L-Iżvezja

3 626,7

8 052,7

5 023,8

2 556,0

62,4 %

31,7 %

L-Interreg

9 335,4

12 540,0

9 024,9

1 416,3

72,0 %

11,3 %

Ir-Renju Unit

16 470,8

26 810,6

19 243,1

6 719,0

71,8 %

25,1 %

Total Ġenerali

460 331,4

646 657,9

404 644,6

137 412,5

62,6 %

21,2 %

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażat fuq data rrapportata skont il-programmi disponibbli dwar Data Miftuħa dwar l-FSIE https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52



ANNESS 3

Fondi SIE - l-ammonti ppjanati għall-objettivi tal-klima u rati tal-għażla sa tmiem l-2017

Fond

Ammont totali tal-UE ppjanat

Ammont totali tat-tibdil fil-klima tal-UE ppjanat

Total magħżul fi tmiem l-2017 (stima tas-sehem tal-UE)

Li minnhom allokati għall-azzjoni tat-tibdil fil-klima

Rata tal-għażla tal-azzjonijiet klimatiċi mill-operazzjonijiet kollha magħżula (2017)

 

f’biljuni ta’ EUR

f’biljuni ta’ EUR

%

f’biljuni ta’ EUR

f’biljuni ta’ EUR

%

FK

63,3

17,4

28 %

40,4

10,5

26 %

FAEŻR

99,8

57,5

58 %

50,0

21,5

43 %

FEMS

5,7

1,0

18 %

1,3

0,95

72 %

FEŻR

199,0

38,2

19 %

105,0

15,4

15 %

FSE/YEI

92,8

1,1

1 %

54,5

2,9

5 %

Total

460,7

115,3

25 %

251,2

51,3

20 %

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea