Brussell, 10.10.2018

COM(2018) 687 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Previżjoni fuq terminu twil ta' flussi ta' dħul u flussi ta' ħruġ futuri tal-baġit tal-UE (2019-2023)


1.Introduzzjoni

Dan ir-rapport jipprovdi previżjoni fit-tul ta’ flussi futuri ta’ dħul u ta’ ħruġ li tkopri l-ħames snin li ġejjin (2019–2023) kif meħtieġ mill-Artikolu 247(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju 1 . L-analiżi tqis il-prinċipji u t-termini stabbiliti fl-abbozz ta’ Ftehim ta’ Ħruġ 2 bejn l-UE u r-Renju Unit. Din ma tivvalutax l-impatt fuq il-previżjoni fit-tul tal-falliment biex tikkonkludi jew tirratifika l-Ftehim ta’ Ħruġ.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-previżjoni jkopri l-elementi tal-oqfsa finanzjarji attwali u ta’dawk li jmiss. Huwa bbażat fuq il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2019 u l-2020 kif inkluż fl-Abbozz ta’ Baġit 2019 u l-ipprogrammar finanzjarju tiegħu għall-2020. Għas-snin 2021–2023  huma kkunsidrati l-impenji ppreżentati fil-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (QFP) 3 .

Informazzjoni ġdida, wara l-proposta tal-QFP tat-2 ta’ Mejju 2018, hija riflessa wkoll kif ġej: Il-previżjonijiet aġġornati tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014–2020 4 (Fondi SIE) pprovduti sal-31 ta’ Lulju 2018; emendi għall-baġit tal-2018 (jiġifieri l-Abbozzi tal-Baġits Emendatorji Nru 5 5 u r-riżultati tal-eżerċizzju ta’ trasferiment globali) u l-Ittra ta’ Emenda Nru 1 għall-Abbozz tal-Baġit 2019. L-inizjattivi mħabbra fit-12 ta’ Settembru 2018 6 biex ikomplu jsaħħu l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għall-Ażil, tqiesu wkoll.

2.Ir-Riżultati tal-Previżjoni

2.1. Pagamenti

2.1.1.Pagamenti sa tmiem il-QFP attwali (2019–2020)

Għas-sena 2019, il-pagamenti jsegwu tal-livelli proposti fl-Abbozz ta’ Baġit 2019, (inkluża l-Ittra ta’ Emenda Nru.1). Il-pagamenti għall-2020 ġew ivvalutati b’kont meħud tal-implimentazzjoni fl-2014–2017 u l-ewwel nofs tal-2018, l-informazzjoni magħmula disponibbli fiż-żmien tat-tħejjija tal-Abbozz ta’ Baġit 2019, kif ukoll il-previżjonijiet aġġornati tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Fondi SIE 2014–2020. Għall-aħħar sena tal-QFP attwali, huwa mistenni li l-programmi ta’ nfiq kollha se jilħqu ritmu tajjeb. Il-parti l-kbira tal-programmi 2007–2013 taħt il-politika ta’ koeżjoni huma mistennija jingħalqu sa tmiem l-2019.

2.1.2.Pagamenti fil-QFP li jmiss (2021–2023)

Il-previżjoni tal-pagamenti fl-2022–2021 jiżguraw li jkunu kompatibbli mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji ta’ 1.20 % tal-ING tal-UE. Filwaqt li l-Kummissjoni pproponiet li żżid il-limitu massimu tar-Riżorsi Proprji biex jittieħed kont tal-bażi tal-ING għal 27 Stat Membru, il-livell attwali xorta jista’ jkun applikabbli minħabba proċess ta’ ratifika twil tad-Deċiżjoni l-ġdida dwar ir-Riżorsi Proprji.

Fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss (2021–2022) nofs il-pagamenti (51 %) se jkopru l-impenji pendenti tal oqfsa finanzjarji preċedenti (RAL għal “Reste à liquider”). Aktar minn 35 % tal-pagamenti se jkopru approprjazzjonijiet mhux differenzjati fejn il-pagamenti jsegwu immedjatament l-impenji (jiġifieri l-1 Pilastru tal-Politika Agrikola Komuni, l-infiq taħt l-Intestatura 7 “Amministrazzjoni Pubblika Ewropea”, is-sussidju lil aġenziji deċentralizzati). L-14 % li jifdal jirriżultaw mit-tnedija tal-ġenerazzjoni ġdida ta’ programmi ta’ nfiq.

Mill-2023, aktar minn nofs l-impenji pendenti tal-perjodu qabel l-2021 se jkunu mħallsa u b’hekk is-sehem ta’ pagamenti fuq impenji ta’ qabel l-2021 se jonqos. B’mod parallel, li l-implimentazzjoni tal-programmi għall-2021–2027 hija mistennija li tidħol b’veloċità kostanti b’żieda sostanzjali fil-livelli ta’ pagamenti fl-2023 meta mqabbel mal-ewwel sentejn tal-bidu (68 % tal-pagamenti totali, żieda minn 45 % fl-2021).

2.1.3.Diżimpenji

L-ammont globali ta’ previżjoni ta’ diżimpenji għall-2019–2023 huwa ta’ EUR 6,4 biljun. Madwar żewġ terzi tad-diżimpenji huma relatati mal-programmi tal-perjodu 2014–2020 (EUR 4,3 biljun) filwaqt li d-diżimpenji tar-RAL li joriġinaw qabel l-2014 qed jitneħħew gradwalment bħal fil-każ tal-pagamenti fuq ir-RAL. L-ebda diżimpenn m’huwa mistenni għall-impenji tal-proposta tal-QFP għall-2021–2027.

Il-livelli ta’ diżimpenn jvarjaw fost l-intestaturi minħabba li l-previżjoni tinbena b’kunsiderazzjoni tad-diżimpenji li diġà saru u tad-diżimpenji identifikati fiż-żmien tat-tħejjija tal-Abbozz ta’ Baġit tal-2019. Fil-prinċipju, id-diżimpenji huma previsti għat-tul kollu tal-perjodu ta’ programmazzjoni. Minħabba li għal bosta programmi u azzjonijiet ma jeżistu l-ebda regoli ta’ diżimpenn awtomatiku, it-tqassim annwali ta’ diżimpenji jkun approssimattiv ħafna. Biex jiġi kkalkulat id-daqs tad-diżimpenji sal-2023 biss, id-diżimpenji tal-aħħar RAL tal-2018 ġew imqassma proporzjonalment għall-pagamenti annwali relatat. Diżimpenji potenzjali għall-impenji tal-2019 u l-2020 ser isiru l-aktar wara l-2023, f’konformità mal-kunsiderazzjoni ġenerali taċ-ċiklu ta’ għeluq tal-programmi.

Il-previżjoni speċifika se ssir għall-fondi SIE għall-2014–2020 — hija tieħu kont tal-esperjenza mal-għeluq tal-programmi tal-2007–2013 kif ukoll taż-żmien mistenni għad-diżimpenn. Minħabba li s-sena attwali ta’ diżimpenn tiddependi fuq id-dati tal-għeluq speċifiċi għal kull Stat Membru u minħabba regoli ta’ diżimpenn n+3 li jinsabu fis-seħħ, x’aktarx li d-diżimpenji jkunu mifruxa fuq il-perjodu 2024–2026. Għalhekk, ma hemmx impatt fuq il-perjodu tal-previżjoni ta’ dan ir-rapport.

2.1.4.L-evoluzzjoni tal-livell ta’ impenji pendenti (RAL)

Ir-RAL fil-bidu tal-perjodu tar-rappurtar huwa mistenni li jkun madwar EUR 276 biljun u mistenni jilħaq EUR 295 biljun fi tmiem il-qafas finanzjarju attwali. Sa tmiem l-2023 huwa pproġettat li jkun madwar 314 biljun, li jirriżulta f’żieda ta’ 14 % tal-valur nominali matul il-5 snin analizzati. Madankollu, l-evoluzzjoni annwali tal-volum tar-RAL lanqas hija bħal ma jiżviluppa r-RAL fir-rigward tal-proporzjon ta’ pagament annwali lil impenji annwali. Dan il-proporzjon huwa ta’ 90 % għas-sena 2019 u jiżdied għal 99 % fl-2023. Il-pagamenti iqarrbu lejn l-impenji tal-2023 l-aktar minħabba l-kombinazzjoni tal-ewwel mira ta’ diżimpenn awtomatiku għall-programmi l-ġodda taħt ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u l-mira ta’ diżimpenn n+3 għall-aħħar parti tal-Fondi SIE 2għall-014–2020 u l-għeluq ta’ dawn il-programmi. Bħala riżultat, iż-żieda tal-volum tar-RAL fl-2023 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel tkun limitata għal inqas minn 1 %.

2.2. Dħul

Il-baġit tal-UE huwa ffinanzjat bir-riżorsi proprji u bi dħul ieħor. L-ammont kumplessiv tar-riżorsi proprji meħtieġa għall-iffinanzjar tal-baġit huwa ddeterminat min-nefqa totali bit-tnaqqis ta’ dħul ieħor. Għaldaqstant, il-previżjoni tad-dħul għall-baġit tal-UE għall-2023–2019 hija bbażata fuq il-prinċipju li n-nefqa għandha tkun daqs id-dħul; għalhekk, id-dħul totali għandu jkun daqs l-infiq totali.

3.Suppożizzjonijiet tal-Previżjoni

3.1. Suppożizzjonijiet speċifiċi skont l-elementi prinċipali ta’ nfiq  

3.1.1.Il-fondi SIE 2014–2020 u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni 2021–2027

Il-previżjoni ta’ pagamenti għal fondi SIE għall-2014–2020 hija bbażata fuq l-esperjenza passata ta’ pretensjonijiet ta’ pagament interim sottomessi bħala perċentwali tal-pakkett totali. L-analiżi tal-prestazzjoni se ssir fl-2019 u l-impenji relatati mwarrba mill-2014 iwasslu biss għall-ewwel pagamenti fl-2020. Il-profili ta’ pagament speċifiċi jintużaw għal kull wieħed mill-fondi. Ladarba jinkiseb ir-ritmu normali xorta waħda hija mistennija xi aċċellerazzjoni fl-implimentazzjoni tal-veloċità meta mqabbla mal-livelli attwali għall-aħħar sena tal-QFP 2014–2020.

Għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni 2021–2027, ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (prefinanzjament, l-approvazzjoni, l-ebda riżerva ta’ prestazzjoni). Il-profili tat-talbiet għal pagamenti interim kienu stmati fuq il-bażi ta’ statistika dwar l-ammonti mitluba għal kull sena fil-programmi 2007–2013 b’regoli ta’ diżimpenn n+2.

3.1.2.Pagamenti diretti u miżuri tas-suq taħt il-Politika Agrikola Komuni

Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, dawn fil-biċċa l-kbira mhumiex differenzjati u l-biċċa l-kbira tagħhom li huma relatati mal-pagamenti diretti lill-bdiewa normalment jingħataw lura lill-Istati Membri matul l-ewwel xhur tas-sena tal-baġit.

3.1.3.Programmi u fondi oħra

Għall-partiti ta’ nfiq kollha l-oħra (eż. ir-riċerka u l-innovazzjoni, proġetti tal-infrastruttura fuq skala kbira, il-politiki interni u esterni) il-previżjonijiet għall-pagamenti fuq l-impenji awtorizzati fil-qafas finanzjarju attwali huma bbażati fuq l-Abbozz tal-Baġit 2019 u fuq l-iskedi ta’ pagamenti li jakkumpanjawh minn linji baġitarji individwali (kif ippreżentata fid-dokument ta’ Ħidma Parti XII 7 ).

Għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ programmi ta’ nfiq, il-ħtiġijiet ta’ pagament annwali ġew ikkalkulati bl-użu ta’ data tal-istatistika għall-implimentazzjoni reali matul l-aħħar 10 snin (mill-2007 sal-2017) tal-programmi attwali korrispondenti tagħhom u l-legat relatat tagħhom għall-2007–2013. Għal programmi b’ebda legat, l-istima tal-pagament hija stabbilita fuq l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta’ tip simili tal-attivitajiet aġġustat għal elementi speċifiċi tal-programm il-ġdid.

3.1.4.Amministrazzjoni

Nefqa amministrattiva (2014–2020 Intestatura 5, 2021–2027 Intestatura 7) hija bbażata fuq approprjazzjonijiet mhux differenzjati; l-ammonti għal impenji kif ippreżentat fl-Abbozz ta’ Baġit 2019, l-ipprogrammar finanzjarju tal-2020 u limiti massimi ta’ nfiq proposti għall-Intestatura 7 fl-2023–2021 huma mibdula kompletament f’pagamenti.

L-istess japplika għas-sussidju tal-aġenziji deċentralizzati, iffinanzjat barra l-intestatura amministrattiva.

3.2.Is-suppożizzjonijiet għall-previżjoni tad-dħul

3.2.1.Riżorsi proprji tradizzjonali u l-kontribuzzjonijiet nazzjonali

Mill-2018, ir-riżorsi proprji tradizzjonali jinkludu biss id-dazji doganali minħabba li ntemm il-ġbir tal-imposta fuq il-produzzjoni taz-zokkor fl-2017. Billi jibdew mil-livell inklużi fl-Abbozz tal-Baġit 2019, id-dazji doganali huma previsti li jiżdiedu matul il-perjodu 2020–2023 bl-istess rata tal-ING nominali ta’ kull Stat Membru.

Il-kontribuzzjonijiet nazzjonali (fil-forma ta’ riżorsi proprji bbażati fuq l-Introjtu Nazzjonali Gross, riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u riżorsi proprji ġodda inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2021–2027) jimlew il-vojt biex jibbilanċjaw id-dħul u n-nefqa mbassra.

3.2.2.Dħul ieħor

Il-biċċa l-kbira tal-komponenti “dħul ieħor” — inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-persunal, id-dħul akkumulat mill-operat amministrattiv tal-istituzzjonijiet, il-kontribuzzjonijiet u r-rifużjonijiet marbuta mal-ftehimiet u programmi tal-Unjoni, imgħax fuq arretrati u multi, dħul minn operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE, u dħul ieħor, kif ukoll bilanċi pożittivi mis-snin ta’ qabel huma diffiċli biex jitbassru, minħabba l-volatilità inerenti tagħhom. Għalhekk, l-ammont ibbaġitjat għal dħul ieħor fl-Abbozz tal-Baġit 2019 huwa maħsub li jibqa’ nominalment kostanti matul il-perjodu 2020–2023.

4.Konklużjonijiet

Din il-previżjoni turi li l-limiti massimi tal-pagamenti fl-2020–2019 kif ukoll fil-proposta dwar l-QFM għas-snin 2021–2023 huma min naħa kompatibbli mal-ħtiġijiet mistennija ta’ pagament għall-programmi tal-2014–2020 u min-naħa l-oħra mal-introduzzjoni gradwali tal-programmi ta’ nfiq 2021–2027.

L-ixprun prinċipali li jinfluwenza l-previżjoni tal-pagamenti tal-baġit huwa r-ritmu tal-implimentazzjoni tal-fondi SIE 2014–2020. Anki jekk l-implimentazzjoni mistennija tilħaq livell ta’ ritmu normali fl-2020, id-dewmien akkumulat mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali għandu impatt fuq il-livell tal-impenji pendenti (l-hekk imsejħa reste à liquider jew RAL) fil-bidu tal-perjodu l-ġdid.

Għalhekk, l-implimentazzjoni ta’ Fond ESI fl-2020–2019 se tkompli tiġi sorveljata bir-reqqa peress li kwalunkwe dewmien ulterjuri jista’ jżid il-ħtiġijiet ta’ pagament wara l-2020, biex jiġu koperti fi ħdan il-limiti massimi proposti għal pagamenti, li jkollhom ikopru wkoll il-ħtiġijiet ta’ pagamenti tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ programmi ta’ nfiq fil-bidu tal-qafas finanzjarju li jmiss.



Anness 1

Tabella 1— Previżjoni fit-tul ta’ flussi futuri ta’ dħul u ta’ ħruġ mill-baġit tal-UE matul l-2019–2023

f'biljuni ta’ EUR, prezzijiet kurrenti

QFP 2014–2020 (UE28)

Il-proposta COM tal-QFP 2021–2027 (UE27)

 

AB 2019

2020

2021

2022

2023

FLUSSI TA' ĦRUĠ

 

 

 

 

 

Limitu massimu ta’ impenn

164,1

168,8

166,7

173,7

179,4

Limitu massimu ta’ pagament

166,7

172,2

159,4

164,0

177,3

Approprjazzjonijiet ta' impenn

164,9

167,8

166,7

173,7

179,4

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

148,1

160,1

159,4

164,0

177,3

li minnhom impenji ta’ qabel il-pagament tal-2021

148,1

160,1

88,1

76,6

56,0

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

20,5

23,0

13,9

9,0

6,4

1b. Koeżjoni ekonomika soċjali u territorjali

47,0

52,1

48,5

47,8

36,7

2. Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

57,6

59,6

15,2

11,8

7,3

3. Sigurtà u ċittadinanza

3,5

4,1

1,7

0,7

0,2

4. Ewropa Globali

9,5

11,0

8,9

7,3

5,4

5. Amministrazzjoni

10,0

10,3

0,0

0,0

0,0

li minnhom pagamenti għall-impenji tal-2021–2023 *

 

 

71,2

87,3

121,4

1. Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

 

 

7,8

14,2

17,1

2. Koeżjoni u Valuri

 

 

5,2

6,8

31,1

3. Riżorsi Naturali u Ambjent

 

 

41,3

44,8

47,8

4. Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

 

 

1,8

2,4

3,1

5. Sigurtà u d-Difiża

 

 

0,8

1,5

2,0

6. Viċinat u d-Dinja

 

 

3,3

6,2

8,6

7. Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

 

 

11,0

11,4

11,8

Strumenti speċjali oħra**

0,4

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-approprjazzjonijiet ta’ pagament totali inklużi l-istrumenti speċjali

148,5

160,1

159,4

164,0

177,3

 

 

INFLUSSI

 

 

 

 

 

Total ta’ riżorsi proprji:

146,6

158,2

157,5

162,1

175,4

li minnhom ammont nett ta’ riżorsi proprji tradizzjonali

21,5

22,2

21,8

22,4

23,2

li minnhom kontribuzzjonijiet nazzjonali ***

125,1

136,0

135,7

139,6

152,3

Dħul ieħor

1,9

1,9

1,9

1,9

1,9

Nefqa totali

148,5

160,1

159,4

164,0

177,3

* Pagamenti għall-użu potenzjali ta’ marġini u wkoll għall-Unjoni f’Emerġenza (li jikkorrispondi preżunt diżimpenji) żdiedu fit-totali għal kull intestatura, tentattivament distribwit b’mod proporzjonali skont il-marġni tal-intestaturi.

** Dawn l-ammonti jikkorrispondu għall-pagamenti previst fl-Abbozz ta’ Baġit 2019 għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u tar-Riżerva għal Għajnuna ta’ Emerġenza. Minħabba n-natura speċifika tagħhom, l-użu ta’ dawk l-istrumenti wara l-2019 ma jistax jitbassar..

L-approprjazzjonijiet għal dawk l-istrumenti huma kkunsidrati barra mil-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġini korrispondenti. Dan huwa wkoll il-każ għall-approprjazzjonijiet relatati mal-Istrument ta’ Flessibbiltà.

*** Kontribuzzjonijiet nazzjonali jinkludu r-riżorsa proprja bbażata fuq l-Introjtu Nazzjonali Gross, ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT u riżorsi proprji ġodda inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2021–2027. Kwalunkwe kontribuzzjoni tar-Renju Unit għal obbligi pendenti fi tmiem l-2020 se jikkostitwixxu dħul ieħor u b’hekk inaqqsu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali, kif xieraq.



Tabella 2 — Previżjoni ta’ diżimpenji matul l-2019–2023

f’biljun ta' EUR, prezzijiet kurrenti

Diżimpenji*

Fuq impenji ta’ qabel l-2014

Fuq impenji tal-2014-2020.

TOTAL 2018 -2023

(a)

(b)

(a+b)

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

-1,0

-1,0

-1,9

1b. Koeżjoni ekonomika soċjali u territorjali

-0,1

-0,2

-0,3

2. Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

-0,4

-0,1

-0,5

3. Sigurtà u ċittadinanza

-0,2

-2,1

-2,3

4. Ewropa Globali

-0,4

-0,9

-1,3

5. Amministrazzjoni

0,0

0,0

0,0

TOTAL

-2,1

-4,3

-6,4

* Ma huwa mistenni l-ebda diżimpenn b’rabta mal-impenji proposti għall-qafas finanzjarju tal-2021–2027

Tabella 3— Bidla totali tal-impenji pendenti mill-2019 sal-2023

f’biljun ta' EUR, prezzijiet kurrenti

RAL fi tmiem l-2018 *

Impenji 2018–2023

Pagamenti 2018-2023

Diżimpenji**

RAL fi tmiem l-2023

(a)

(b)

(ċ)

(D)

(a+b-c-d)

276,3

852,6

809,0

-6,0

313,8

Li minnhom:

QFP tal-2014 sal-2020

 

 

Diżimpenji u l-ammont totali mħallas minn sorsi oħra ta’ fondi

 

276,3

332,8

529,1

-7,9

72,1

QFP tal-2021 sal-2027

 

 

Diżimpenji, sussegwentement użati mill-ġdid

 

mhux applikabbli

519,8

279,9

1,9

241,8

* Ir-riżerva għall-prestazzjoni mwarrba matul l-2014–2018 hija inkluża fl-impenji pendenti, iżda l-ebda pagament ma huwa previst kontra dawk l-impenji qabel l-2020                

** Dan huwa r-riżultat nett ta’ diżimpenji mistenni sal-2020 (li jnaqqsu r-RAL) u d-diżimpenji wara l-2020 (li permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Riżerva tal-Unjoni jistgħu jwasslu għal impenji ġodda); iċ-ċifra tinkludi wkoll l-ammonti li għandhom jiġu koperti minn sorsi oħra ta’ fondi (jiġifieri irkupri)                

(1)

Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-regoli ta’ applikazzjoni tiegħu, ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tat-30 ta’ Lulju 2018.

(2)

TF50(2018)33 - Kummissjoni għall-UE 27, it-28 ta’ Frar 2018

(3)

COM(2018)321 sa 328 tat-02.05.2018.

(4)

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

(5)

COM(2018) 537 tal-10 ta’ Lulju 2018

(6)

COM(2018)631 final tat-12.09.2018 u COM(633) final tat-12.09.2018.

(7)

COM(2018)600 — Mejju 2018.