Brussell, 19.7.2018

COM(2018) 547 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Protezzjoni tal-investiment fi ħdan l-UE



I.Introduzzjoni

L-inkoraġġiment u l-protezzjoni tal-investiment fl-UE

Is-suq uniku tal-Unjoni Ewropea huwa żona unika ta’ opportunitajiet ta’ investiment. Objettiv ewlieni fil-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa 1 huwa li jinħoloq ambjent regolatorju aktar prevedibbli, stabbli u ċar għall-promozzjoni tal-investimenti. Bħala parti minn din il-ħidma, il-Pjan ta’ Azzjoni tas-Swieq Kapitali tal-Unjoni (‘CMU’) 2  u r-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tiegħu 3 enfasizzaw li ambjent tan-negozju stabbli huwa kruċjali biex jinkoraġġixxi aktar investiment fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni hija impenjata biex tippreserva u ttejjeb kemm ambjent regolatorju prevedibbli, stabbli u ċar kif ukoll infurzar effettiv tad-drittijiet tal-investituri. Din il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tipprovdi gwida dwar ir-regoli eżistenti tal-UE dwar it-trattament ta’ investimenti transfruntieri tal-UE.

Id-dritt tal-UE, kif żviluppat b’mod progressiv matul deċennji, jipprovdi lill-investituri b’livell għoli ta’ protezzjoni, anki jekk ma jistax isolvi l-problemi kollha li l-investituri jistgħu jiffaċċjaw fl-attivitajiet tagħhom. Id-dritt tal-UE kien il-bażi għall-iżvilupp tas-suq uniku bħala qasam fejn l-investituri jgawdu l-libertà li jistabbilixxu negozju, biex jinvestu f’kumpaniji, biex jimportaw u jesportaw merkanzija u jipprovdu servizzi bejn il-fruntieri u jibbenefikaw minn trattament indaqs u mhux diskriminatorju bejn il-fruntieri. Il-moviment liberu tal-kapital jirfed kull investiment u t-Trattat jipprojbixxi miżuri li jwaqqfu jew l-impediment u l-iskoraġġiment mhux dovut tal-movimenti u l-pagamenti tal-kapital transfruntier.

Fl-istess ħin, il-liġijiet tal-Unjoni jipprevedu li s-swieq jiġu regolati biex isegwu interessi pubbliċi leġittimi bħas-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika, id-drittijiet soċjali, il-protezzjoni tal-konsumatur jew il-ħarsien tal-ambjent, li jistgħu jkollhom konsegwenzi għall-investitimenti. L-awtoritajiet pubbliċi tal-UE u fl-Istati Membri għandhom id-dmir u r-responsabbiltà kemm li jipproteġu l-investiment kif ukoll li jirregolaw is-swieq. Għaldaqstant, l-UE u l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri b’mod leġittimu għall-protezzjoni ta’ dawk l-interessi, li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-investimenti. Madankollu, huma jistgħu jagħmlu dan biss f’ċerti ċirkustanzi u taħt ċerti kundizzjonijiet, u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

L-investituri transfruntieri fl-UE jkunu jistgħu jinvokaw id-drittijiet tal-UE direttament applikabbli li għandhom fuq il-liġi nazzjonali. L-imħallfin nazzjonali għandhom rwol speċjali u responsabilità li jipproteġu l-investiment. Flimkien mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (“QtĠ-UE” jew “Qorti tal-Ġustizzja”) permezz tal-proċedura ta’ referenza preliminari 4 , l-imħallfin nazzjonali għandhom jiżguraw b’indipendenza kompleta l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni u l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet tal-individwi fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, id-drittijiet transfruntieri tal-investituri huma protetti fl-UE wkoll permezz ta’ għadd ta’ mekkaniżmi pubbliċi bil-għan tal-prevenzjoni ta’ ksur u biex jissolvew diffikultajiet li l-investituri jistgħu jesperjenzaw mal-awtoritajiet nazzjonali.

F’dawn l-aħħar deċennji, il-gvernijiet ħeġġew investimenti transfruntieri billi kkonkludew trattati ta’ investimenti bilaterali (TIB). Dawn it-TIB tipikament jinkludu d-dritt għal trattament nazzjonali u trattament tan-nazzjon l-iktar iffavorit, għal trattament ġust u ekwu, il-protezzjoni kontra l-esproprjazzjoni u trasferiment ħieles tal-fondi. L-investituri jistgħu jallegaw ksur ta’ dawk id-dispożizzjonijiet quddiem it-tribunali ta’ arbitraġġ bejn l-investituri u l-Istat. Dispożizzjonijiet simili jinsabu fit-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija, it-trattat ta’ investiment multilaterali mibdija mill-UE biex tistimula l-investimenti fis-settur tal-enerġija 5 . L-UE daħlet għal riforma sostanzjali ta’ dawn il-ftehimiet fil-kuntest estern tal-UE.

Xi pajjiżi li magħhom l-Istati Membri tal-UE kienu preċedentement ikkonkludew dak it-TBI minn dak iż-żmien issieħbu fl-UE. Bħala riżultat tal-adeżjoni, ir-regoli sostantivi tat-TIB, kif applikati bejn l-Istati Membri ("TIB intra-UE”), saru sistema ta’ trattati paralleli li jirkbu fuq ir-regoli tas-suq uniku, biex b’hekk jimpedixxu l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-UE. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta t-TIB intra-UE jkunu interpretati b’tali mod li jikkostitwixxu l-bażi għall-għoti ta’ għajnuna illegali mill-Istat bi ksur ta’ kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku.

It-TIB intra-UE jikkonferixxu drittijiet biss fir-rigward ta’ investituri minn wieħed miż-żewġ Stati Membri kkonċernati, f’kunflitt mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fost l-investituri tal-UE fi ħdan is-suq uniku skont id-dritt tal-UE. Barra minn hekk, bl-istabbiliment ta’ sistema alternattiva ta’ soluzzjoni għat-tilwim, it-TIB intra-UE jneħħu mill-ġudikatura nazzjonali il-litigazzjoni dwar miżuri nazzjonali u li jinvolvu d-dritt tal-UE. Huma jafdaw din il-litigazzjoni f’idejn l-arbitri privati, li ma jistgħux japplikaw b’mod korrett id-dritt tal-UE, fin-nuqqas ta’ djalogu ġudizzjarju indispensabbli mal-Qorti tal-Ġustizzja.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni Ewropea b’mod konsistenti ħadet il-pożizzjoni li t-TIB intra-UE huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Permezz ta’ opinjonijiet motivati tat-23 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni bagħtet talba formali lill-Awstrija, in-Netherlands, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Iżvezja biex jitterminaw it-TIB intra-UE tagħhom.

F’deċiżjoni preliminari riċenti dwar il-kawża Achmea 6 , il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li klawżoli ta’ arbitraġġ bejn l-investituri u f’TBI intra-UE huma kontra l-liġi.

Wara s-sentenza tal-Achmea, il-Kummissjoni intensifikat id-djalogu tagħha mal-Istati Membri kollha, u stednithom biex jieħdu azzjoni biex jitterminaw it-TIB intra-UE, fid-dawl tal-inkompatibbiltà inkonestabbli tagħhom mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-progress f’dan ir-rigward u, jekk meħtieġ, tista’ tiddeċiedi li tkompli ssegwi l-proċeduri ta’ ksur.

Wara s-sentenza tal-Achmea, l-illegalità ta’ arbitraġġ bejn l-investituri u l-Istat intra-UE tista’ tirriżulta fil-perċezzjoni li d-dritt tal-UE ma jipprovdix għal salvagwardji sostantivi u proċedurali adegwati għal l-investituri intra-UE. Madankollu, is-sistema legali tal-UE tipproteġi l-investituri transfruntieri fis-suq uniku, filwaqt li tiżgura li l-interessi leġittimi oħra jkunu kkunsidrati kif imiss. Meta l-investituri jeżerċitaw waħda mil-libertajiet fundamentali, dawn jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija minn: i) ir-regoli tat-Trattat li jistabbilixxu dawk il-libertajiet; ii) il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”); iii) il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni; u iv) leġiżlazzjoni estensiva speċifika għas-settur li tkopri oqsma bħas-servizzi finanzjarji, it-trasport, l-enerġija, it-telekomunikazzjoni, l-akkwist pubbliku, il-kwalifiki professjonali, il-proprjetà intellettwali jew il-liġi tal-kumpaniji 7 . 

Mingħajr ma hija eżawrjenti, din il-Komunikazzjoni tfakkar l-aktar standards sostantivi u proċedurali rilevanti fid-dritt tal-UE għat-trattament ta’ investimenti transfruntieri tal-UE. Din turi li d-dritt tal-UE jipproteġi l-forom kollha ta’ investimenti transfruntieri tal-UE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom. Tfakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-miżuri nazzjonali li jistgħu jieħdu biex jipproteġu l-interessi pubbliċi leġittimi ma jillimitawx l-investimenti bla bżonn. Tiġbed l-attenzjoni tal-investituri lejn id-drittijiet tal-UE li jistgħu jinvokaw quddiem l-amministrazzjonijiet u l-qrati.

Is-sentenza tal-Achmea u l-konsegwenzi tagħha

Fis-sentenza tal-Achmea l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li klawżoli tal-arbitraġġ bejn l-investitur u Stat stabbiliti f’TBI intra-UE jimminaw is-sistema ta’ rimedji legali prevista fit-Trattati tal-UE u b’hekk jipperikolaw l-effettività, l-awtonomija, is-supremazija u l-effett dirett tad-dritt tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Ir-rikors għal tali klawżoli jimmina l-proċedura għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 267 TFUE, u ma huwiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali. Dan jimplika li l-klawżoli tal-arbitraġġ bejn l-investituri u l-Istat kollha fit-TIB intra-UE huma inapplikabbli u li kwalunkwe tribunal tal-arbitraġġ stabbilit fuq il-bażi ta’ dawn il-klawżoli ma għandux ġurisdizzjoni minħabba n-nuqqas ta’ ftehim ta’ arbitraġġ validu. B’konsegwenza ta’ dan, il-qrati nazzjonali huma taħt obbligu li jannullaw kull deċiżjoni arbitrali mogħtija fuq dik il-bażi u biex jirrifjutaw li jinfurzawha. L-Istati Membri li huma partijiet f’kawżi pendenti, fi kwalunkwe kapaċità, għandhom ukoll jisiltu l-konsegwenzi neċessarji kollha tas-sentenza tal-Achmea. Barra minn hekk, skont il-prinċipju taċ-ċertezza legali, huma marbuta li formalment jitterminaw it-TIB intra-UE tagħhom.

Is-sentenza tal-Achmea hija wkoll rilevanti għall-mekkaniżmu tal-arbitraġġ bejn l-investituri u l-Istat stabbilit fl-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija fir-rigward tar-relazzjonijiet intra-UE. Din id-dispożizzjoni, interpretata b’mod korrett, ma tipprovdix għal klawżola ta’ arbitraġġ applikabbli bejn l-investituri u l-Istat minn Stat Membru tal-UE u Stat Membru ieħor tal-UE. Minħabba s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, dik il-klawżola, jekk tiġi interpretata bħala li tapplika fi ħdan l-UE, tkun inkompatibbli mad-dritt primarju tal-Unjoni u għaldaqstant inapplikabbli. Fil-fatt, ir-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-Achmea japplika bl-istess mod għall-applikazzjoni intra-UE ta’ tali klawżola li, bl-istess mod tal-klawżoli TBI intra-UE, tiftaħ il-possibbiltà li dawk it-tilwimiet jitressqu quddiem korp li mhuwiex parti mis-sistema ġudizzjarja tal-UE. Il-fatt li l-UE wkoll hija parti għat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija ma jaffettwax din il-konklużjoni: il-parteċipazzjoni tal-UE f’dak it-Trattat tkun biss ħolqot drittijiet u obbligi bejn l-UE u pajjiżi terzi u ma affettwatx ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri tal-UE.

L-ambitu ta’ din il-Komunikazzjoni

Din il-Komunikazzjoni tiffoka fuq l-investiment intra-UE u għaldaqstant ma tikkonċernax investimenti magħmula minn investituri mill-UE f’pajjiżi terzi jew investimenti magħmula minn investituri ta’ pajjiżi terzi fl-UE 8 . Ir-regoli tat-Trattat dwar il-moviment ħieles japplikaw għal sitwazzjonijiet b’element transfruntier jew meta l-moviment transfruntier huwa mill-inqas possibbli 9 . Madankollu, xi direttivi u regolamenti tal-UE li jispeċifikaw u jiżviluppaw aktar il-libertajiet fundamentali jistgħu japplikaw ukoll għal sitwazzjonijiet purament interni, biex b’hekk jibbenefikaw l-investituri kollha inklużi dawk nazzjonali. Din il-Komunikazzjoni tiffoka fuq il-protezzjoni tal-investituri kontra miżuri nazzjonali u mhux kontra l-atti adottati mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE.

Il-libertajiet fundamentali u l-maġġoranza tal-liġi sekondarja relatata tal-UE japplikaw ukoll fis-sustanza għall-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, permezz tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim ŻEE’), li jifformaw parti mid-dritt tal-UE 10 . B’riżultat ta’ dan, is-suq uniku b’mod ġenerali jinkludi dawn it-tliet pajjiżi 11 .

II.Id-dritt tal-UE jipproteġi l-investimenti transkonfinali fl-UE kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom

L-investimenti fis-suq uniku jistgħu jieħdu diversi forom, li jirriflettu r-realtà ekonomika b’ħafna aspetti. Id-dritt tal-UE jkopri u jipproteġi kwalunkwe forma ta’ investiment. Fil-fatt, kull attività ekonomika li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ mill-inqas waħda mil-libertajiet fundamentali 12 u l-libertajiet fundamentali japplikaw anki jekk l-objettiv tal-attività ma huwiex li tagħmel profitt 13 .

Għall-kuntrarju tal-liġi internazzjonali tal-investiment, id-dritt tal-UE għandu t-tendenza li ma jużax it-termini ‘investiment’ u ‘investitur’ fil-kuntest tas-suq uniku, u l-operaturi ekonomiċi huma normalment imsejħa ‘ċittadini’ (individwi jew kumpaniji privati) 14 , jew ‘resident’ jew ‘mhux residenti’.

B’mod partikolari, id-dritt tal-UE jkopri u jipproteġi l-investimenti li jimplikaw il-movimenti u l-istabbiliment. Dawn it-termini jirreferu għal:

·L-atti ta’ investiment fi, l-akkwist u t-twaqqif ta’ kumpaniji;

·id-dritt li wieħed jakkwista, juża jew jiddisponi minn proprjetà immobbli;

·ix-xiri mill-ġdid tal-ishma u l-bonds negozjati kif ukoll elenkati fil-Borża;

·ir-riċevuta ta’ dividendi u mgħax;

·l-allokar ta’ krediti kummerċjali (inkluż krediti tal-konsumatur);

·l-akkwist ta’ unitajiet ta’ fond ta’ investiment; il-mutwi ipotekarji, il-legati u s-selfiet, eċċ 15 . u

·l-akkwist ta’ privattivi, marki kummerċjali u drittijiet oħra ta’ proprjetà intellettwali 16 .

Id-dritt tal-UE jipproteġi l-aċċess għas-suq, l-operazzjonijiet fis-suq u l-irtirar mis-suq.

i) Aċċess għas-suq

Il-ħolqien ta’ sistema ġdida ta’ attività ekonomika huwa protett prinċipalment permezz tal-libertajiet tas-suq tal-UE. Dawn huma: id-dritt tal-investituri li jittrasferixxu l-kapital lil Stati Membri oħra (Artikolu 63 TFUE), inklużi kemm fil-kapital fiżiku u dak finanzjarju (bħal makkinarju, fabbriki jew fatturi oħra tal-produzzjoni); u d-dritt li jistabbilixxu ruħhom fi Stati Membri oħra, jistabbilixxu aġenziji, fergħat jew sussidjarji (Artikolu 49 TFUE) 17 . Il-leġiżlazzjoni sekondarja tistabbilixxi limiti għal skemi ta’ awtorizzazzjoni li jistgħu jiġu imposti mill-Istati Membri 18  u tipprojbixxi ċerti tipi ta’ rekwiżiti 19 .

‘Stabbiliment’ tfisser b’mod partikolari l-bidu u s-segwiment ta’ negozju bil-għan li jkun hemm parteċipazzjoni, fuq bażi stabbli u kontinwa, fil-ħajja ekonomika ta’ Stat Membru differenti mill-Istat tal-oriġini. 20  

Għal investituri lesti li jinvestu b’mod transfruntier fl-UE, l-aċċess għall-akkwist pubbliku huwa element importanti tal-ekosistema tal-investiment Ewropew fejn jingħataw opportunitajiet indaqs ta’ aċċess għas-suq. Ċerti tipi ta’ offerti huma soġġetti għal regoli armonizzati dwar l-akkwist pubbliku 21 . Barra minn hekk, id-dritt tal-UE jipprevedi li konċessjonijiet pubbliċi u offerti pubbliċi li jippreżentaw interess transfruntier għandhom jingħataw permezz ta’ proċedura miftuħa u mhux diskriminatorja, ibbażata fuq kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati 22 .

Eżempju 1 – Mezzi biex tiġi erċitata l-kompetizzjoni effettiva għal kumpaniji ġodda minn Stati Membri oħra

C-442/02 - Caixa Bank

Franza ipprojbiet li l-banek joffru remunerazzjoni fuq kontijiet kurrenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li tali projbizzjoni kienet tikkostitwixxi, għal kumpanniji minn Stati Membri oħra barra Franza, ostaklu serju li jaffettwa l-aċċess effettiv tagħhom fis-suq Franċiż. Dik il-projbizzjoni għamlitha aktar diffiċli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma sussidjarji ta’ kumpaniji barranin li jiġbru l-kapital mill-pubbliku, billi ċaħdidthom mill-possibbiltà li jikkompetu b’mod aktar effettiv ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tradizzjonalment stabbiliti fis-suq domestiku.

Billi l-projbizzjoni ta’ remunerazzjoni fuq kontijiet kurrenti segwiet interess pubbliku leġittimu bħall-inkoraġġiment ta’ tfaddil medju u fit-tul, din marret lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li dan jikser il-libertà ta’ stabbiliment.

ii) L-operat fis-suq

Ladarba l-investituri tal-UE jibdew joperaw negozju fi Stat Membru ieħor jew iwettqu tip ieħor ta’ investiment, ikompli japplika d-dritt tal-UE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan jipproteġihom, b’mod ġenerali, kontra miżuri pubbliċi li jistgħu jċaħħdu lill-investituri mill-użu ta’ proprjetà tagħhom jew li jillimitaw l-attività kummerċjali li huma jkunu involuti fiha, anki fejn tali miżuri japplikaw bl-istess mod għall-operaturi nazzjonali. 23

L-investituri huma ħielsa li jinkorporaw kumpanija fi Stat Membru tal-għażla tagħhom u jwaqqfu stabbiliment sekondarju fi Stat Membru ieħor, irrispettivament minn fejn jew prinċipali tan-negozju kollu għandu jitwettaq 24 . L-Istati Membri jridu jirrikonoxxu kumpanniji kkostitwiti b’mod validu skont il-liġi ta’ Stat Membru ieħor, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità legali tal-kumpanija li tressaq proċedimenti f’tilwima legali 25 .

Jekk kumpanija Ewropea tixtieq tiċċaqlaq u tikkonverti ruħha f’kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Stat Membru ieħor, hija tibbenefika mil-libertà ta’ stabbiliment. F’dan ir-rigward, l-Istat Membru tal-oriġini ma jistax jimponi xi restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq u l-konverżjoni ħlief għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali u b’mod proporzjonat. 26 Pereżempju, il-likwidazzjoni mandatorja tal-kumpanija fl-istat tal-oriġini bħala kundizzjoni qabel it-trasferiment tagħha lejn Stat Membru ieħor hija sproporzjonata u, għalhekk, tmur kontra d-dritt tal-UE. 27 L-Istati Membri jistgħu jipprevjenu jew jippenalizzaw frodi f’konformità mad-dritt tal-UE. Madankollu, il-fatt li jiġi stabbilit uffiċċju rreġistrat jew reali ta’ kumpanija fi Stat Membru ieħor bl-iskop li titgawda leġiżlazzjoni iktar favorevoli ma jikkostitwixxix, fih innifsu, abbuż. 28  

Il-Kummissjoni dan l-aħħar ipproponiet qafas li jippermetti lill-kumpaniji li joperaw faċilment fis-Suq Uniku, inkluż meta dawn jikbru u jirristrutturaw bejn il-fruntieri sabiex jadattaw għall-kondizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu 29 . L-inizjattiva tinkludi proċeduri komuni tal-UE għal diviżjonijiet u konverżjonijiet transfruntiera u taġġorna r-regoli eżistenti dwar il-fużjonijiet transfruntiera. Tistabbilixxi salvagwardji b’saħħithom li jipproteġu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-impjegati, l-azzjonisti u l-kredituri, u sabiex tipprevjeni l-użu ta’ dawn il-proċeduri biex jinħolqu skemi purament artifiċjali mmirati b’mod partikolari lejn il-ksib ta’ vantaġġ fiskali indebitu, b’konformità mal-ġurisprudenza.

Kumpanija tal-UE li tixtieq tipprovdi servizzi fuq bażi temporanji minflok l-istabbiliment fi Stat Membru ieħor hija intitolata li jkollha l-infrastruttura meħtieġa fl-Istat Membru ospitanti 30 . L-Istati Membri jistgħu ma jagħmlux il-provvediment ta’ servizzi fit-territorju tagħhom għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għal stabbiliment, ħaġa li tirrendi ineffettiva l-libertà li jiġu pprovduti servizzi 31 . Dan japplika pereżempju għall-kwalifiki professjonali 32 , benefiċċji soċjali għall-impjegati 33 , liċenzji tal-operat 34 , obbligi ta’ rappurtar komprensiv għall-fornituri tas-servizzi 35 , jew obbligi komprensivi għat-traduzzjoni ta’ dokumenti ta’ appoġġ 36 .

Barra minn hekk, l-investituri li jeżerċitaw attività ta’ produzzjoni huma protetti wkoll peress li l-oġġetti li huma legalment preżenti fis-suq fi Stat Membru wieħed jistgħu, fil-prinċipju, jiġu nnegozjati b’mod liberu fis-suq uniku grazzi għall-moviment liberu tal-merkanzija 37 . Għadd ta’ regoli tal-UE armonizzaw kwistjonijiet rilevanti u waqqfu mekkaniżmi sabiex il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku jsir applikabbli fil-prattika fost l-Istati Membri għall-moviment liberu tal-merkanzija 38 . 

Meta l-investituri jidħlu għal investiment transfruntier, jistgħu wkoll jimpjegaw ħaddiema fl-Istati ospitanti 39 . Il-ħaddiema tal-UE bl-istess mod għandhom id-dritt li jiċċaqalqu b’mod liberu (l-Artikolu 45 TFUE). Għal fornituri li joffru s-servizzi tagħhom temporanjament fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ospitanti ma jistax iżomm il-moviment tal-persunal, inklużi ħaddiema minn pajjiżi terzi, soġġett għal restrizzjonijiet mhux ġustifikati jew sproporzjonati bħall-obbligu li jiksbu permess tax-xogħol 40 . Bil-ħsieb li tirrikonċilja l-moviment liberu fis-suq uniku u l-protezzjoni tal-ħaddiema, il-liġi tax-xogħol tal-pajjiż ospitanti tapplika għall-ħaddiema stazzjonati fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet elenkati fid-Direttiva 96/71/KE dwar Ħaddiema Stazzjonati 41 .

Id-dritt tal-UE dwar is-suq uniku jestendi wkoll għar-regoli tat-taxxa, li huma ta’ importanza kruċjali għall-investituri. Pereżempju, il-VAT, id-dazji tas-sisa u t-tassazzjoni fuq l-enerġija huma regolati mid-Direttivi tal-UE. Barra minn hekk, anki jekk, fl-istat attwali tad-dritt tal-UE, it-tassazzjoni diretta taqa’ fi ħdan l-ambitu tal-kompetenza tal-Istati Membri, huma għandhom, madankollu, jeżerċitaw din il-kompetenza b’konformità mad-dritt tal-UE, inklużi l-libertajiet fundamentali 42 . Barra minn hekk, il-liġi sekondarja tal-UE tistabbilixxi wkoll xi limiti għal dik il-kompetenza nazzjonali. Pereżempju, sabiex tiġi żgurata n-newtralità fiskali, id-Direttiva dwar Kumpanniji Prinċipali u Sussidjarji 43 teżenta l-profitti li kumpannija sussidjarja tqassam lill-kumpannija prinċipali tagħha mit-taxxa f’ras il-għajn. Għalhekk, l-Istati Membri ma jistgħux unilateralment jintroduċu miżuri restrittivi u jissuġġettaw id-dritt għal eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn skont l-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Direttiva għal bosta kundizzjonijiet 44 .

Eżempju 2 — Fondi ta’ residenti fi Stati Membri oħra jkollhom id-dritt għall-istess trattament fiskali bħall-fondi tal-pensjoni domestika

C-493/09 — Il-Kummissjoni vs Il-Portugall

Taħt il-liġi Portugiża, id-dividendi li jaslu minn fondi ta’ pensjoni Portugiża kienu eżenti mit-taxxa taħt il-kundizzjoni li l-ishma nżammu għal mill-inqas sena; min-naħa l-oħra, ġiet imposta taxxa minn ras il-għajn (fil-prinċipju ta’ 20 %) fuq id-dividendi mħallsa lil fondi tal-pensjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra għad-dħul miksub fit-territorju Portugiż. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-leġiżlazzjoni Portugiża tmur kontra l-moviment liberu tal-kapital, stabbilit fit-Trattat. Hija ddeċidiet li l-Portugall kien naqas li jiġġustifika trattament diskriminatorju tad-dividendi mħallsa lil fondi tal-pensjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, il-fatt li l-fondi tal-pensjoni mhux residenti ma jistgħux, fl-ebda ċirkustanza, jibbenefikaw mill-eżenzjoni mogħtija lill-fondi tal-pensjoni residenti fil-Portugall ma kinitx proporzjonata fir-rigward tad-diffikultajiet allegati mill-Portugall fir-rigward tal-ġbir tal-informazzjoni rilevanti u l-irkupru tad-dejn fiskali.

iii) Ħruġ mis-suq

Id-drittijiet tal-investituri skont id-dritt tal-UE jinkludu l-libertà li jiddeterminaw in-natura u l-firxa tal-attività ekonomika tagħhom. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja irrikonoxxiet ukoll id-dritt tal-operaturi ekonomiċi biex jiddeċiedu d-daqs tal-investiment tagħhom u l-libertà li sussegwentement tnaqqas l-attività tagħhom jew saħansitra jabbandunawha 45 . Din il-libertà tista’ tiġi ppreġudikata biss għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq u b’mod proporzjonat.

III.Id-dritt tal-UE jipproteġi lill-investituri kontra restrizzjonijiet mhux ġustifikati

Ir-restrizzjonijiet fuq l-investiment jistgħu jieħdu ħafna forom. Dawn jinkludu:

·il-projbizzjoni tal-akkwist ta’ azjendi fil-kapital ta’ kumpannija fi Stat Membru ieħor 46 ;

·projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ ishma fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tal-gass lill-investituri privati (jiġifieri l-projbizzjoni tal-privatizzazzjoni);

·projbizzjoni fuq il-fondi tal-pensjonijiet li jinvestu aktar minn 5 % tal-assi tagħhom barra mill-pajjiż 47 ;

·regoli li jipprovdu għal depożitu obbligatorju ta’ titoli maħruġa jew pagabbli barra l-pajjiż ma’ korp bankarju jew bank barrani magħżul minn korp bankarju 48 ;

·id-drittijiet speċjali miżmuma mill-Istati Membri f’ċerti impriżi wara l-privatizzazzjoni tagħhom (“ishma tad-deheb”) 49 ; kif ukoll

·skemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal investiment fi proprjetà immobbli (pereżempju f’art agrikola) 50 .

Madankollu, meta wieħed jillimita d-drittijiet tal-investituri tal-UE, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu konformi mal-limitazzjonijiet stipulati fid-dritt tal-UE.

1.Id-diskriminazzjoni u r-restrizzjonijiet nazzjonali fuq id-drittijiet tal-investituri huma fil-prinċipju pprojbiti

Skont it-Trattat, id-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità kif ukoll forom oħra ta’ diskriminazzjoni, fil-prinċipju huma pprojbiti u huma legali biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Din il-projbizzjoni tkopri diskriminazzjoni indiretta u għaldaqstant testendi għal miżuri li jużaw kriterji li huma apparentement newtrali, imma fil-prattika jwasslu għal riżultat ekwivalenti għal diskriminazzjoni 51 .

Il-leġiżlatur tal-UE ddikjarat bħala illegali kompletament kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, ta’ natura diretta jew indiretta, f’ċerti oqsma li huma b’mod eżawrjenti jew parzjalment armonizzati, pereżempju fid-Direttiva dwar is-Servizzi jew fid-direttivi fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet 52 .

Barra d-diskriminazzjonijiet, it-Trattat jipprevedi wkoll li restrizzjoni hija wkoll kwalunkwe miżura applikabbli 53 mingħajr distinzjoni li tista’ tipprekludi, tiskoraġġixxu jew tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ waħda mil-libertajiet fundamentali, anki jekk indirettament u potenzjalment.

Tali restrizzjoni hija pprojbita sakemm ma jkunx debitament iġġustifikat u konformi mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE u d-drittijiet fundamentali, 54 anki jekk tkun ta’ ambitu limitat jew ta’ importanza żgħira, 55 u wkoll jekk meħuda mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-investitur 56 . Din il-projbizzjoni tikkonċerna b’mod partikolari liġijiet nazzjonali, miżuri oħra li huma ġeneralment applikabbli, u deċiżjonijiet amministrattivi individwali.

Eżempju 3 – L-obbligu ta’ notifika għall-investituri jista’ wkoll jikkostitwixxi restrizzjoni illegali

C-577/10 – Commission v Il-Belġju ("Limosa")

Skont il-leġiżlazzjoni Belġjana, il-fornituri tas-servizzi minn barra l-pajjiż għandhom jibgħatu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dikjarazzjoni minn qabel bid-dettalji dwar l-attività tagħhom fil-Belġju. Il-Kummissjoni kkontestat din il-leġiżlazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha għal fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li r-rikors kien fondat. L-ewwel iddeċidiet li l-miżura inkwistjoni kienet tikkostitwixxi restrizzjoni għall-provvista ħielsa tas-servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li l-protezzjoni tal-ħaddiema, invokata mill-Belġju, huwa interess pubbliku leġittimu. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja iddeċidiet li l-Belġju naqas li joffri ġustifikazzjoni konvinċenti biżżejjed dwar kif il-forniment ta’ dik l-informazzjoni daqshekk dettaljata kien meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi tal-interess pubbliku li fuqu tistrieħ u kif l-obbligu li tingħata dik l-informazzjoni minn qabel ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi, minkejja l-fatt li kien imissu sar hekk. Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li f’dak il-kuntest kwalunkwe preżuppużizzjoni ta’ abbuż minn operaturi ekonomiċi barranin ikun inkompatibbli mat-Trattat. 

2.Ir-restrizzjonijiet nazzjonali iridu jiġu ġġustifikati

Il-libertajiet tas-suq u d-drittijiet fundamentali mhumiex assoluti iżda jeħtieġ li jiġu bbilanċjati minn awtoritajiet pubbliċi ma’ objettivi oħra ta’ politika pubblika.

   a. Ċerti restrizzjonijiet qatt ma jistgħu jkunu ġustifikati

Ċerti tipi ta’ restrizzjonijiet huma per se inkompatibbli mat-Trattat, pereżempju kundizzjonijiet ta’ reċiproċità vis-à-vis Stati Membri oħra 57 jew preżunzjoni ta’ frodi fir-rigward ta’ barranin 58 . 

Barra minn hekk, xi tipi ta’ restrizzjonijiet serji ġew kompletament illegali mil-leġiżlatur tal-UE (pereżempju l-“lista sewda” stabbilita fl-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar is-Servizzi tipprojbixxi l-obbligu li jkollhom stabbiliment primarju) 59 .

Barra minn hekk, għal kwistjonijiet li m’humiex kompletament armonizzati, ir-regoli tal-UE jillimitaw is-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali jew tal-UE, pereżempju billi jiġu stabbiliti kriterji għal valutazzjoni prudenzjali ta’ holdings ikkwalifikati f’istituzzjonijiet finanzjarji 60 .

   b.    Ċerti restrizzjonijiet jistgħu jiġu ġġustifikati minn objettivi pubbliċi leġittimi

Id-dritt tal-UE jippermetti restrizzjonijiet fuq il-libertajiet fundamentali, sakemm dawn ikunu ġġustifikati minn objettivi espressament elenkati fit-Trattat. Pereżempju, l-Artikolu 52 tat-Trattat jippermetti restrizzjonijiet tal-libertà ta’ stabbiliment u l-forniment liberu ta’ servizzi għal raġunijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika u saħħa pubblika.

Ir-restrizzjonijiet li ma jiddiskriminawx abbażi tan-nazzjonalità, jista’ wkoll ikunu ġġustifikati minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bħal dawk irrikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn jinkludu:

·il-ħarsien tal-ambjent 61 ,

·il-koeżjoni tas-sistema tat-taxxa, 62  

·il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, 63  

·iż-żamma ta’ komunità agrikola fis-seħħ u l-ġlieda kontra l-ispekulazzjoni eċċessiva, 64  

·l-ippjanar tal-użu tal-art (pereżempju limitazzjonijiet fuq residenzi sekondarji) 65 ,

·il-protezzjoni tal-konsumatur 66 ,

·il-protezzjoni tal-ħaddiema 67 , u

·il-protezzjoni tal-kredituri u l-azzjonisti minoritarji 68 .

Il-lista ta’ raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku evolviet hekk kif il-ġurisprudenza tal-Qorti rrikonoxxiet l-interessi dejjem jinbidlu tas-soċjetajiet tagħna. Madankollu, id-dritt tal-UE ma jippermettix miżuri nazzjonali li jirrestrinġu l-libertajiet fundamentali minħabba raġunijiet amministrattivi jew raġunijiet purament ekonomiċi 69 . Barra minn hekk, l-interessi pubbliċi leġittimi ammessi fit-Trattat u l-ġurisprudenza għandhom jiġu interpretati b’mod strett 70 .

3.Ir-restrizzjonijiet kollha jeħtieġ li jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE (proporzjonalità, ċertezza legali u aspettattivi leġittimi)

Kwalunkwe miżura nazzjonali adottata minn Stat Membru fl-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-UE u li taffettwa d-drittijiet tal-investituri tal-UE għandha tikkonforma mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE applikabbli, li jistgħu jkunu speċifikati iktar fil-leġiżlazzjoni tal-UE 71 .

L-ewwel, ir-restrizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu proporzjonati, li jfisser li d-dispożizzjonijiet restrittivi jkunu adegwati sabiex jintlaħaq l-objettiv intiż, inkluż il-fatt li huma għandhom iservu l-objettiv pubbliku leġittimu b’mod koerenti u sistematiku 72 . Ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-interess pubbliku 73 . Miżura restrittiva ma tkunx proporzjonata jekk ikun hemm miżura alternattiva possibbli li tista’ tikseb l-interess pubbliku inkwistjoni b’mod li jkun anqas restrittiv għall-moviment liberu 74 . 

Fil-prattika l-prinċipju tal-proporzjonalità għandu rwol ċentrali. Il-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita skrutinju fil-fond f’dak li jirrigwarda l-proporzjonalità tal-miżuri nazzjonali li jillimitaw l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali. Meta jkunu qed jivvalutaw il-proporzjonalità, iċ-ċirkustanzi fattwali u legali kollha jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom juru li l-leġiżlazzjoni tagħhom hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. F’dan ir-rigward, ir-raġunijiet li jistgħu jiġu invokati minn Stat Membru bħala ġustifikazzjoni għandhom ikunu sostnuti b’evidenza xierqa jew analiżi tal-adegwatezza u tal-proporzjonalità tal-miżura restrittiva 75 . 

Eżempju 4 — Esproprjazzjoni indiretta bħala restrizzjoni sproporzjonata tal-moviment liberu tal-kapital

Kawżi Magħquda C52/16 and C113/16 – SEGRO u Horváth

Kumpannija Ungeriża (proprjetà ta’ persuni fiżiċi residenti fil-Ġermanja) u ċittadin Awstrijak li akkwista, qabel it-30 ta’ April 2014, drittijiet ta’ użufrutt f’art agrikola li tinsab fl-Ungerija, li ġew irreġistrati fir-reġistru tal-proprjetà. Emendi rilevanti tad-dritt Ungeriż fl-2013 xejnu d-drittijiet kollha ta’ użufrutt fuq art li tinħarat, sakemm ma jkunx jista’ jiġi ppruvat li dawn kienu kkostitwiti bejn il-membri tal-istess familja. Konsegwentement, id-drittijiet tal-barranin tal-UE kkonċernati ġew ikkanċellati mir-reġistru tal-proprjetà.

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-emendi tal-liġi tal-2013 imsemmija hawn fuq irrestrinġew il-moviment liberu tal-kapital peress li ċaħħdu lir-rikorrenti ta’ tgawdija tal-proprjetà li fiha jkunu investew il-kapital kienu diskriminatorji fis-sens li l-emendi de facto kienu mmirati lejn il-barranin. Il-miżuri ma kinux xierqa biex jintlaħqu l-objettivi leġittimi ta’ politika pubblika (pereżempju, il-preservazzjoni tal-komunitajiet agrikoli vijabbli), lil hinn minn dak li kien neċessarju u setgħu jiġu ssostitwiti b’mezzi anqas restrittivi.

It-tieni, iċ-ċertezza legali hija prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li hija rilevanti wkoll għall-investituri. Tirrikjedi li r-regoli nazzjonali jew tal-UE jkunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, b’mod partikolari meta jistgħu jkollhom konsegwenzi sfavorevoli għall-individwi u l-impriżi 76 . Dik il-ħtieġa għandha tkun osservata kull ma jmur b’mod aktar strett fejn ir-regoli jista’ jkollhom konsegwenzi negattivi għall-individwi privati u l-impriżi 77 jew fejn ir-regoli x’aktarx li jġorru magħhom konsegwenzi finanzjarji għall-persuni kkonċernati 78 . Meta l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, huma għandhom jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom abbażi ta’ kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji, suffiċjentement speċifiċi u ċari, li jkunu magħrufa minn qabel 79 .

Barra minn hekk, iċ-ċertezza legali tinkludi wkoll il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi 80 . Madankollu, huwa biss f’ċerti ċirkostanzi li l-investituri tal-UE jistgħu jikkontestaw l-emenda tar-regoli eżistenti jew l-adozzjoni ta’ regoli ġodda li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-UE, fuq il-bażi tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tagħhom.

Sabiex tkun tista’ tiġi invokata l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, l-operaturi ekonomiċi għandhom jaġixxu in bona fide 81 u b’mod prudenti u informat 82 . Dan ifisser li jekk investitur kien jaf jew kellu raġonevolment ikun jaf li s-sors tat-talba tagħhom, ir-regoli li fuqhom huma bbażaw l-allegazzjoni tagħhom, l-aġir tal-awtorità pubblika li timplimenta dawk ir-regoli jew tal-proċedura segwita minn din l-awtorità pubblika kienu jmorru kontra d-dritt tal-UE, dawn ma jistgħux jinvokaw il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi 83 .

L-operaturi ekonomiċi ma jistgħux jistennew reġim legal li diġà jeżisti se jinżamm għal dejjem 84 . Min-naħa l-oħra, meta l-UE jew Stat Membru jieħu miżura ġdida b’mod li jaffettwa b’mod negattiv l-interessi tal-investituri, huma għandhom jipprovdu, jekk ikun neċessarju, adattamenti għar-regoli l-ġodda li jikkunsidraw is-sitwazzjoni partikolari tal-investituri affettwati, sakemm ma jkunx hemm raġuni sovrastanti fl-interess pubbliku li ma tħallihomx jipprovdu tali adattamenti 85 .

Eżempju 5 – Il-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi

C-201/08 – Plantanol GmbH & Co

Il-liġi fiskali Ġermaniża tipprovdi eżenzjoni fiskali għal ċertu tip ta’ bijofjuwil imħallat sa tmiem l-2009. L-eżenzjoni fiskali kienet irtirata fit-18 ta’ Diċembru 2006, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, jiġifieri sentejn (2) sħaħ qabel id-data tal-iskadenza.

Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret il-kontenut tal-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Madankollu, enfasizzat ukoll li, fejn investitur prudenti u informat ikun f’pożizzjoni fejn jista’ jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura ta’ natura li taffettwa l-interessi tiegħu, ma jistax jinvoka dak il-prinċipju jekk il-miżura hija adottata. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li din hija evalwazzjoni fattwali li għandha ssir mill-qorti nazzjonali, iżda kkonfermat li ċ-ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma tipprekludux, fil-prinċipju, Stat Membru milli jirtira sistema ta’ eżenzjoni fiskali qabel id-data tal-iskadenza.

Fil-prinċipju, hu biss okkażjonalment li l-investituri tal-UE ikollhom bżonn jinvokaw il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi peress li normalment dawn ikunu jistgħu jistrieħu fuq l-applikazzjoni tal-libertajiet fundamentali stabbiliti fit-Trattat (inkluż il-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni) u fuq il-liġi sekondarja tal-UE. Fil-fatt, ir-regoli tal-UE jipproduċu effetti legali mill-mument tad-dħul fis-seħħ tagħhom 86 . Huma wkoll applikabbli minnufih u vinkolanti fuq Stat Membru ġdid mid-data tal-adeżjoni tiegħu, bir-riżultat li japplikaw għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li tnisslu qabel l-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid fl-UE 87 . 

4.Ir-restrizzjonijiet nazzjonali kollha jridu jikkonformaw mad-drittijiet fundamentali

L-investituri transfruntieri jistgħu jinvokaw ukoll, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-UE, id-drittijiet fundamentali, bħal-libertà ta’ intrapriża, id-dritt tal-proprjetà u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva meta wieħed jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-UE 88 . Meta Stat Membru (inkluż il-leġiżlatur nazzjonali) jieħu miżura li tidderoga minn waħda mil-libertajiet fundamentali garantita mid-dritt tal-UE, dik il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-UE. Għalhekk, il-protezzjoni garantita mid-dritt tal-UE, inklużi d-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta, tapplika kompletament 89 .

Il-libertà tal-intrapriża tista’ tiġi invokata b’suċċess kontra restrizzjonijiet serji fuq il-libertà kuntrattwali tal-investitur 90 . Id-dritt għall-proprjetà (jiġifieri, li wieħed ikun sid, juża jew jiddisponi mill-possedimenti tiegħu stess akkwistati legalment) hija ta’ importanza essenzjali għal kull reġim ta’ protezzjoni tal-investiment. Skont il-liġi Ewropea, id-dritt fundamentali għall-proprjetà jestendi għal “proprjetà” fl-aktar sens wiesa’ tal-kelma 91 u bl-istess mod ikopri t-tgawdija paċifika tad-dritt. Dan jinvolvi direttament id-dritt għal kumpens minħabba ċ-ċaħda mill-proprjetà fl-interess ġenerali 92 . Il-protezzjoni mogħtija fuq din il-bażi hija partikolarment importanti fil-każ ta’ esproprjazzjoni jew miżuri ekwivalenti.

Madankollu, tali drittijiet ma humiex prerogattivi assoluti u l-eżerċizzju tagħhom jista’ jkun suġġett għal restrizzjonijiet, sakemm dawn ir-restrizzjonijiet ikunu ġġustifikati minn għanijiet ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mid-dritt tal-UE u jkunu proporzjonati. L-importanza tal-għanijiet segwiti mill-miżuri restrittivi tista’ tiġġustifika konsegwenzi negattivi, anke ta’ natura sostanzjali, għal ċerti operaturi. Madankollu, ir-restrizzjonijiet ma jistgħux jikkostitwixxu, fir-rigward tal-għan imfittex, intervent sproporzjonata u intollerabbli li jippreġudika s-sustanza stess ta’ dawn id-drittijiet 93 .

5.L-investituri jistgħu jinvokaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE kontra l-miżuri nazzjonali

Iridu jiġu żgurati kompetizzjoni mhux distorta u kundizzjonijiet ekwi fost l-impriżi fis-suq uniku tal-UE. Għalhekk, l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat sakemm din ma tkunx kompatibbli mas-suq intern 94 . Barra minn hekk, l-Istati Membri mhumiex permessi li jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma li jmorru kontra l-Artikoli 101 jew 102 TFUE jew li jsaħħu l-effetti tagħhom, jew li jiddivestu r-regoli tagħhom stess min-natura ta’ leġiżlazzjoni billi billi jiddelegaw ir-responsabbiltà għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw l-isfera ekonomika tal-operaturi ekonomiċi privati 95 . L-Artikoli 102 TFUE u 106(1) TFUE huma miksura wkoll meta miżura attribwibbli lil Stat Membru, u b’mod partikolari miżura li permezz tagħha Stat Membru jagħti drittijiet speċjali jew esklużivi fis-sens tal-Artikolu 106(1) KE, jagħti lok għal riskju ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti 96 . 

IV.L-infurzar tad-drittijiet tal-investituri skont id-dritt tal-UE

Filwaqt li l-investiment internazzjonali (pereżempju trattati bilaterali ta’ investiment) jiffoka primarjament fuq kumpens għall-investituri wara li l-vjolazzjoni tkun seħħet, id-dritt tal-UE jippermetti l-protezzjoni ta’ investituri transfruntiera fl-UE permezz ta’ diversi modi u f’livelli differenti. Investituri transfruntier huma protetti fl-UE permezz ta’ numru ta’ mekkaniżmi mmirati lejn il-prevenzjoni jew riżoluzzjoni ta’ vjolazzjonijiet tad-drittijiet tagħhom impenjati mil-leġiżlatur, l-amministrazzjoni jew il-ġudikatura. L-infurzar ġudizzjarju tad-drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE huwa wieħed minn diversi soluzzjonijiet possibbli. Fejn l-eżekuzzjoni ġudizzjarja hija meqjusa bħala l-aktar soluzzjoni xierqa jew meta jkunu ġew eżawriti l-possibbiltajiet l-oħra, individwu jista’ jinvoka sistema komprensiva u kompluta ta’ rimedji ġudizzjarji skont id-dritt tal-UE.

1.Mekkaniżmi għall-prevenzjoni ta’ ksur u soluzzjonijiet barra mill-qorti

Skrutinju minn qabel ta’ miżuri nazzjonali li jistgħu jfixklu d-drittijiet tal-individwu taħt id-dritt tal-UE

Il-prevenzjoni ta’ vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-individwi taħt id-dritt tal-UE hija ta’ valur partikolari għall-investituri, li għandhom ħtieġa partikolari li jippjanaw u jwettqu d-deċiżjonijiet ekonomiċi tagħhom f’ambjent regolatorju stabbli u prevedibbli.

Bil-ħsieb li jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali fost l-intrapriżi fis-suq uniku, l-Artikolu 108 tat-TFUE stabbilixxa sistema ta’ notifika minn qabel li għandha l-għan li tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura l-kompatibilità ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat (inkluża leġiżlazzjoni nazzjonali) mas-Suq Uniku qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.

Fir-rigward tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu, il-leġiżlatur stabbilixxa obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw ċerti miżuri ta’ natura leġiżlattiva jew amministrattiva qabel l-adozzjoni tagħhom u jissottomettihom għal skrutinju mill-Kummissjoni Ewropea u, skont kif ikun il-każ, mill-Istati Membri l-oħra. Billi f’xi każijiet il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biss li toħroġ rakkomandazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat, 97  f’każijiet oħra, il-Kummissjoni għandha s-setgħa mil-leġiżlatur li toħroġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 288 TFUE, li huma vinkolanti fuq l-Istat Membru kkonċernat 98 . Din is-setgħa deċiżjonali għall-Kummissjoni hija differenti u separata mis-setgħa tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tiddeċiedi dwar ksur imwettaq mill-Istati Membri 99 . Pereżempju, id-Direttiva dwar is-Servizzi 100 tikkonferixxi fuq il-Kummissjoni s-setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġustifikazzjoni u l-proporzjonalità ta’ ċerti ostakli nazzjonali ġodda identifikati mil-leġiżlatur tal-UE bħala partikolarment ta’ ħsara għall-kisba ta’ suq uniku għal ċerti servizzi. Sabiex il-proċedura ta’ notifika tkun effettiva fil-prattika, dan l-aħħar il-Kummissjoni pproponiet id-“Direttiva ta’ Notifika 101 .

Eżempju 6 – Miżura li timponi t-trasferiment ta’ ċerti titjiriet minn Linate għall-ajruport ta’ Malpensa

Kawża C-361/98 – L-Italja v Il-Kummissjoni ("Malpensa")

Ir-Regolament 2408/92 għandha l-għan li tirrendi l-provvista libera ta’ servizzi applikabbli fis-settur tat-trasport bl-ajru. L-Italja adottat, f’Lulju 1996 u Ottubru 1997 rispettivament, iż-żewġ digrieti fejn it-traffiku kollu tal-ajru se jiġi trasferit mill-ajruport ta’ Linate, qrib iċ-ċentru ta’ Milan, sa ajruporti oħrajn aktar ’il bogħod, soġġetti għal eċċezzjoni li, fil-prattika, huwa biss ir-rotta Barċellona-Madrid.

Wara lmenti minn trasportaturi bl-ajru internazzjonali, fl-16 ta’ Settembru 1998 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tipprojbixxi miżuri leġiżlattivi Taljani inkwistjoni. Dik id-deċiżjoni ġiet adottata taħt l-Art. 8 Reg. 2408 li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-miżuri nazzjonali li jirregolaw id-distribuzzjoni tat-traffiku għad-detriment tal-fornituri tas-servizzi fis-settur tat-trasport bl-ajru. Il-Kummissjoni kkunsidrat fid-deċiżjoni tagħha li l-miżura Taljana inkwistjoni kienet indirettament diskriminatorja u sproporzjonata. L-Italja ikkontestat dil-miżura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fejn qajmet numru ta’ motivi kemm fir-rigward tas-setgħa tal-Kummissjoni u l-valutazzjoni mwettqa.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet il-kontestazzjoni tal-Italja. Il-Qorti ddeċidiet li l-Kummissjoni kellha kull dritt li teżamina, l-ewwel nett, jekk il-miżuri nazzjonali ppromulgati bid-digrieti inkwistjoni jimponux restrizzjonijiet li huma apparentement applikabbli mingħajr distinzjoni u, t-tieni, jekk dawk ir-restrizzjonijiet humiex tali li jistgħu jiksbu l-objettiv li jimmiraw għalih, mingħajr ma jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex dan jintlaħaq. Hija eżaminat il-valutazzjoni dwar il-ġustifikazzjoni u l-proporzjonalità magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha u sabet li l-ebda wieħed mid-diversi motivi mressqa mill-Italja ma kien fondat.

L-applikazzjoni mill-amministrazzjoni ta’ regoli f’konformità mad-dritt tal-UE

L-amministrazzjonijiet nazzjonali huma normalment l-ewwel u l-aktar interlokuturi komuni li jiffaċċjaw l-investituri fi Stat Membru meta jibda investiment jew fil-kors tat-tmexxija tan-negozju tagħhom. L-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali għandhom japplikaw id-dritt tal-UE b’mod effettiv, jinterpretaw il-liġi nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-UE, jwarrbu r-regoli nazzjonali li jmorru kontra d-dritt tal-UE u jagħmlu tajjeb għall-konsegwenzi ta’ ksur tad-dritt tal-UE (eż. ħlas lura ta’ ħlasijiet indebiti). Dawn il-prinċipji, li jirriżultaw mid-dover tal-Istati Membri ta’ kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) TUE u s-supremazija tad-dritt tal-UE, 102 jippermettu l-applikazzjoni korretta u effettiva tad-drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE, mingħajr il-ħtieġa li jirrikorru għal mezzi ġudizzjarji. Dawn iridu jiġu segwiti, anki jekk ir-regoli proċedurali nazzjonali ma jipprovdux għalihom espressament 103 . 

Eżempju 7 — Diżapplikazzjoni tar-regoli nazzjonali minn korpi amministrattivi

Kawża C476/10 – Pepic

Żewġ ċittadini tal-Liechtenstein ġew miċħuda l-awtorizzazzjoni meħtieġa mil-liġi Awstrijaka għax-xiri ta’ residenzi sekondarji minn ċittadini barranin.

Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat il-kawża fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-moviment liberu tal-kapital tal-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE, li hija sabet li għandhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni ġuridiku tal-Artikolu 63 TFUE. Qabel kollox, il-Qorti sabet li r-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni jikkostitwixxi diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità. Sussegwentement, il-Qorti ddikjarat li l-korpi amministrattivi nazzjonali kollha għandhom jirrispettaw is-supremazija tal-liġi tal-Unjoni u, għalhekk, għandhom jinjoraw leġiżlazzjoni nazzjonali diskriminatorja bħal din.

Kwalunkwe persuna għandha d-dritt għas-smigħ meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jieħdu miżuri individwali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-UE u li jistgħu jaffettwaw dik il-persuna. 104 L-amministrazzjoni għandha tapplika r-regoli b’mod imparzjali, filwaqt li tqis l-informazzjoni relevanti kollha u mingħajr ebda diskriminazzjoni, 105 u għandha tipprovdi raġunament xieraq għad-deċiżjonijiet tagħha 106 . Meta Stat Membru jiġbor taxxi bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-UE, huwa, fil-prinċipju, obbligat jirrimborsa l-ammonti rilevanti, bl-interessi 107 . 

Filwaqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa għal soluzzjonijiet rapidi barra mill-qorti għall-problemi transfruntiera tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri waqqfu SOLVIT fl-2002. SOLVIT għandu l-għan li jipprovdi soluzzjonijiet prammatiċi liċ-ċittadini u lin-negozji tal-UE/taż-ŻEE meta dawn iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet biex id-drittijiet tal-UE tagħhom ikunu rispettati mill-awtoritajiet pubbliċi. Fil-Komunikazzjoni tagħha Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-Rinfurzar ta’ SOLVIT: Inwasslu l-benefiċċji tas-Suq Uniku liċ-ċittadini u lin-negozji, 108 il-Kummissjoni hija impenjata li, flimkien mal-Istati Membri, tieħu passi ulterjuri biex issaħħaħ ir-rwol strateġiku ta’ SOLVIT biex dan jagħmel is-Suq Uniku jaħdem aħjar fil-prattika għaċ-ċittadini u għan-negozji.

2.Protezzjoni ġudizzjarja effettiva għad-drittijiet tal-investituri skont id-dritt tal-UE

Sistema kompleta ta’ rimedji ġudizzjarji fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri

Skont l-Artikolu 19(1) TUE, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jiżguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni 109 . Skont l-Artikolu 47 tal-Karta, li huwa applikabbli direttament, kulħadd għandu d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust 110 . Is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali fl-Unjoni huma soġġetti għal standards tal-indipendenza, tal-kwalità u l-effiċjenza, spjegati f’ġurisprudenza estensiva tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) 111 . 

Għadd kbir ta’ rimedji huma disponibbli għall-individwi quddiem il-qrati nazzjonali

Għadd ta’ rimedji ġudizzjarji huma disponibbli għall-individwi quddiem il-qrati nazzjonali, li b’mod partikolari jikkonsistu:

of’miżuri provviżorji (provvediment provviżorju), 112  

ofl-obbligu li l-liġi nazzjonali tiġi interpretata b’mod li jkun konsistenti mad-dritt tal-UE, 113

ofl-obbligu għall-imħallef li jannulla ex officio kwalunkwe att (anke ta’ natura kostituzzjonali) li huwa f’kunflitt mad-dritt tal-UE, 114  

ofl-eliminazzjoni tal-konsegwenzi ta’ ksur tad-dritt tal-UE, 115

ofl-għoti ta’ danni għal ksur tad-dritt tal-UE (inkluż għal infrazzjonijiet ġudizzjarji) 116 .

Dawk ir-rimedji jsibu bażi legali diretta fid-dritt tal-UE. Għalhekk, meta l-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati l-qrati nazzjonali jridu jipprovduhom irrispettivament minn jekk humiex stabbiliti fil-liġi nazzjonali jew le. Fl-istess ħin, is-sentenzi nazzjonali jistgħu jiġu infurzati permezz tal-għodod kollha previsti fil-liġi nazzjonali.

Eżempju 8 — Rimedji ġudizzjarji bbażati fuq id-dritt tal-UE minkejja l-liġi kostituzzjonali nazzjonali

Kawża C-213/89 – Factortame u Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93, Brasserie du Pêcheur u Factortame

Għadd ta’ kumpaniji, sidien jew operaturi ta’ bastimenti tas-sajd, kienu mċaħħda mid-dritt tagħhom ta’ drittijiet tas-sajd wara li l-awtoritajiet tar-Renju Unit adottaw regoli ġodda u diskriminatorji. Il-kumpaniji applikaw għal rieżami ġudizzjarju u għall-għoti ta’ provvedimenti provviżorji. Il-House of Lords irrikonoxxiet li r-rikorrenti isofru ħsara irreparabbli jekk il-provvedimenti provviżorji li huma mfittxija ma ngħatawx u dawn kienu ta’ suċċess fil-kawża prinċipali. Madankollu, skont il-liġi nazzjonali, il-qrati Ingliżi ma kellhomx is-setgħa li jagħtu provvedimenti provviżorji f’każ bħal dan. B’mod aktar speċifiku, l-għoti ta’ tali eżenzjoni kien prekluż mir-regola antika tal-common law li ma tistax tingħata inibizzjoni kawtelatorja kontra l-Kuruna, jiġifieri kontra l-gvern, flimkien mal-preżunzjoni li Att tal-Parlament hija f’konformità mad-dritt tal-Unjoni sakemm deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tagħha ma’ dik il-liġi ġiet mogħtija. Il-House of Lords irreferiet il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja. Din tal-aħħar wieġbet li qorti nazzjonali li, f’kawża mressqa quddiemha li tikkonċerna d-dritt tal-Unjoni, tikkunsidra li l-uniku ostakolu li jipprekludi milli tingħata provvediment provviżorju hija regola tal-liġi nazzjonali, li ma tapplikax din ir-regola.

F’referenza ulterjuri minn Qorti oħra tar-Renju Unit, li tikkonċerna l-istess investituri, il-Qorti sabet li l-Istati Membri huma obbligati jagħmlu tajjeb għad-dannu kkawżat lil individwi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lill-Istat huwa applikabbli fejn il-leġiżlatura nazzjonali tkun responsabbli għall-ksur inkwistjoni. Barra minn hekk, il-kumpens ta’ telf jew dannu ma jistax tkun kundizzjonali fuq it-tort (intenzjonat jew b’negliġenza min-naħa tal-organu Statali responsabbli għall-ksur, li jmur lil hinn minn dak ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom obbligu, skont id-dritt tal-UE, biex idaħħlu fis-seħħ proċeduri effettivi li jippermettu liċ-ċittadini u lin-negozji, inklużi l-investituri, li jitolbu danni għal ksur tad-drittijiet tagħhom skont id-dritt tal-UE mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li investituri transfruntiera jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet fil-pretensjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat minħabba d-diversità tal-liġijiet proċedurali nazzjonali. Madankollu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tistabbilixxix biss il-prinċipju ta’ responsabbiltà bħal din, iżda tistabbilixxi wkoll numru ta’ rekwiżiti minimi għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istat għal ksur tad-dritt tal-UE 117 .

Ir-rekwiżiti tal-UE u appoġġ rigward l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza tal-ġudikatura nazzjonali

L-indipendenza tal-ġudikatura nazzjonali huwa prinċipju komuni għat-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri u tad-dritt tal-UE 118 , u hija rikonoxxuta bħala essenzjali biex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva 119 . Il-garanziji tal-indipendenza u tal-imparzjalità jeżiġu regoli dwar il-kompożizzjoni ta’ korp ġudizzjarju u l-ħatra, it-tul tal-funzjonijiet kif ukoll ir-raġunijiet għal astensjoni, ta’ rikuża u tat-tneħħija mill-kariga tal-membri tiegħu. Dan isir biex jitneħħa kull dubju raġonevoli mill-imħuħ tal-individwi fir-rigward l-impermeabbiltà ta’ dak il-korp għal fatturi esterni u n-newtralità tiegħu fir-rigward tal-interessi quddiemu 120 .

Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni Id-dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar 121 , il-Kummissjoni tħeġġeġ u tgħin lill-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jinfurzaw id-dritt tal-UE u jipprovdu rimedji sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali tad-dritt tal-UE, humiex individwi privati jew negozji, ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom bis-sħiħ.

Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-modernizzazzjoni tal-awtoritajiet ta’ infurzar permezz tas-Semestru Ewropew u, meta meħtieġ, permezz ta’ leġiżlazzjoni speċifika. Il-Kummissjoni ħadmet mal-Istati Membri biex ittejjeb aktar l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji, inkluż l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza tagħhom. It-titjib fl-effettività tas-sistemi ġudizzjarji huwa prijorità fis-Semestru Ewropew u l-Kunsill regolarment jadotta rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fuq it-titjib tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali fuq il-bażi tal-proposti tal-Kummissjoni.

L-UE tappoġġa finanzjarjament ċerti r-riformi tal-ġustizzja permezz tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej. Bejn l-2007 u l-2023, 16-il Stat Membri se jkunu nefqu aktar minn EUR 900 miljun biex iżidu l-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom 122 . Il-fondi tal-UE pereżempju iffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni ta’ każijiet ġodda u ta’ servizzi elettroniċi faċli għall-utent fil-qrati.

Il-proċeduri nazzjonali għandhom jiżguraw l-infurzar effettiv tad-drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE

Ħlief għar-Regolament 1215/2012 123 li huwa intiż li jiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja, b’mod partikolari billi jipprovdi r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-UE f’każijiet transfruntieri u dwar rikonoxximent rapidu u sempliċi u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali 124 , id-dritt tal-UE normalment iħalli r-regoli proċedurali li għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali 125 . Madankollu hemm xi eċċezzjonijiet, pereżempju d-Direttiva dwar ir-Rimedji li tarmonizza l-aspetti proċedurali relatati ma’ infurzar u rimedji fil-qasam tal-akkwist pubbliku 126 . 

Anki meta d-dritt tal-UE ma jarmonizzax il-proċeduri, f’kull każ jistabbilixxi rekwiżiti minimi fir-rigward ta’ dawn. Pereżempju, il-proċeduri għall-infurzar tad-drittijiet tal-UE ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura interna (il-prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma għandhomx fil-prattika jagħmlu impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet (il-prinċipju tal-effettività) 127 . L-ispiża tal-proċedura jeħtieġ li ma tkunx għolja b’mod projbittiv u għandha tingħata l-għajnuna legali lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-każijiet fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja, inkluż, meta jkun ġustifikat, għal persuni ġuridiċi 128 . Barra minn hekk, l-individwi għandhom id-dritt li jkollhom il-każ tagħhom deċiż u infurzati fi żmien raġonevoli 129 . 

Eżempju 9 – Diżapplikazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni fid-dawl ta’ imġiba qarrieqa mill-awtoritajiet nazzjonali

Kawża C-327/00 – Santex

Kumpanija Taljana kienet miżmuma milli tipparteċipa fi proċedura ta’ sejħa għall-offerti minħabba nuqqas ta’ konformità ma’ waħda mill-klawżoli inklużi fl-avviż tas-sejħa għal offerti. Wara l-pubblikazzjoni tal-avviż, l-awtorità kontraenti kienet indikat lill-applikant li, minħabba l-argumenti kontra l-konformità ta’ din il-klawżola mad-dritt tal-UE, hija tinterpreta dan b’mod li tippermettilhom jipparteċipaw; madankollu, aktar tard kienet ta’ fehma opposta u ddeċidiet li teskludihom mis-sejħa għall-offerti. Il-limiti ta’ żmien nazzjonali għall-kontestazzjoni tal-avviżi għall-offerti kien skada meta l-każ ġie ppreżentat lill-qorti.

Il-Qorti sabet li, b’mod ġenerali, il-limitu ta’ żmien stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kien raġonevoli u b’hekk kien jiżgura, fil-prinċipju, ċertezza legali għall-parteċipanti fl-offerta. Madankollu, il-Qorti kkunsidrat li ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ iridu jiġu kkunsidrati biex jiġi determinat jekk l-effettività tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE ma jkunu tqiegħdu fil-periklu. F’din il-kawża, il-Qorti sabet li l-aġir tal-awtorità kontraenti kien ħoloq stat ta’ inċertezza u li huwa biss fl-istadju tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni li dik l-inċertezza ixxejnet għalkollox. L-awtorità għalhekk irrendiet l-eżerċiżżju eċċessivament diffiċli min-naħa tal-offerent li ġarrab id-dannu għad-drittijiet ikkonferiti lilu mid-dritt tal-UE. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni il-qorti nazzjonali, sabiex tippermetti lill-attur biex iqajjem l-eċċezzjoni tal-inkompatibbiltà tal-klawżola tal-offerta mad-dritt applikabbli tal-UE, għandha tinterpreta r-regoli nazzjonali dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni f’konformità mal-prinċipju tal-UE tal-effettività jew, jekk tali interpretazzjoni ma tkunx possibbli, tiddiżapplikahom.

Tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-qrati nazzjonali jaġixxu bħala ‘qrati tal-UE’ u huma taħt obbligu li jiddiżapplikaw mill-mozzjoni tagħhom stess kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE li għandhom effett dirett. Fejn l-infurzar tad-drittijiet tal-UE jiddependi fuq kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-UE quddiem qorti nazzjonali, dik il-qorti tista’ titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari. Meta tali kwistjoni titqajjem quddiem qorti jew tribunal li ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali fil-konfront tad-deċiżjonijiet tagħhom, dik il-qorti jew dak it-tribunal iridu jressqu l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja 130 . Id-domandi preliminari jistgħu jkunu wkoll rigward il-validità tar-regoli tal-UE: fejn dawn il-kwistjonijiet ikunu rilevanti, qorti jew tribunal nazzjonali għandu jirreferi l-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja, li għandha kompetenza esklużiva li tistħarreġ il-validità ta’ atti tal-UE 131 . Sabiex organu jikkwalifika bħala “qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru” skont l-Artikolu 267 TFUE, u biex b’hekk ikun jista’ jagħmel rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja, jrid jissodisfa numru ta’ kriterji 132 . Arbitri privati u tribunali tal-arbitraġġ stabbilit fit-TIB intra-UE ma jissodisfawx dawn il-kriterji u għalhekk ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala “qrati ta’ tribunali” skont l-Artikolu 267 TFUE 133 . 

L-interpretazzjoni mogħtija f’deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja hija vinkolanti fuq il-qorti nazzjonali, għall-finijiet tad-deċiżjoni li għandha tingħata fil-proċediment prinċipali 134 . L-awtoritajiet nazzjonali kollha huma obbligati li jieħdu kwalunkwe miżura, kemm jekk ġenerali kif ukoll partikolari, sabiex tkun konformi ma’ deċiżjoni preliminari mill-aktar fis possibbli 135 . M’hemmx bżonn li l-imħallef nazzjonali jitlob jew jistenna l-iskartar minn qabel tad-dispożizzjonijiet li jmorru kontra d-dritt tal-UE b’mezzi leġiżlattivi jew b’mezzi kostituzzjonali oħrajn 136 .

Skont l-Artikolu 19 TUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-awtorità li tiżgura l-osservanza tad-dritt tal-UE, u b’hekk taqdi rwol ċentrali fl-iżgurar tal-effikaċja u l-uniformità tar-regoli tal-UE u tagħti drittijiet lil investituri transfruntiera.

3.Ir-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattat

L-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jafda lill-Kummissjoni bir-responsabilità għall-applikazzjoni effettiva, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-UE. F’dan ir-rwol, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-miżuri nazzjonali u taġixxi biex tiżgura konformità ma’ salvagwardji tal-UE li jipproteġu lill-investituri. L-għan primarju tal-proċess ta’ ksur huwa li jiġi żgurat li l-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet tal-Istati Membri jinġiebu f’konformità mad-dritt tal-UE (pereżempju billi tiġi emendata l-liġi nazzjonali), bħala objettiv ta’ interess ġenerali. Azzjonijiet minn investituri individwali li jkunu qed ifittxu l-annullament ta’ miżuri nazzjonali jew kumpens finanzjarju għall-ħsara kkawżata minn miżuri bħal dawn huma ta’ kompetenza tal-qrati nazzjonali.

L-Istati Membri huma obbligati li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata ksur. F’każ li jonqsu milli jagħmlu dan, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex timponi penali finanzjarji fuq Stat Membru li ma jkunx konformi 137 . 

Il-Kummissjoni hija impenjata li taġixxi b’mod sod fuq il-ksur li jostakola l-implimentazzjoni ta’ objettivi importanti ta’ politika tal-UE, jew li jirriskja li jimmina l-erba’ libertajiet fundamentali 138 , li huma essenzjali għall-investituri. Il-Kummissjoni tagħti prijorità għolja lill-ksur li jiżvela dgħufijiet sistemiċi u b’mod partikolari għal dawk li jaffettwaw il-kapaċità ta’ sistemi ġudizzjarji nazzjonali biex jikkontribwixxu għall-infurzar effettiv tad-dritt tal-UE. Ta’ min jinnota li għadd ta’ każijiet ta’ ksur jiġu riżolti qabel ir-riferiment quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja hekk kif l-Istat Membru kkonċernat jemenda jew iħassar il-leġiżlazzjoni tiegħu inkwistjoni jew jieħu miżuri pożittivi biex jiġi rimedjat il-ksur.

V.Konklużjoni

Fost il-prijoritajiet ewlenin tal-UE fis-suq uniku hemm li l-investimenti jingħataw il-kapaċità, jiġu inkoraġġiti u protetti. Id-dritt tal-UE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, joħloq bilanċ bejn il-protezzjoni tal-investiment u interessi leġittimi oħra li jservu objettivi għall-benesseri taċ-ċittadini tagħha. Dan l-ibbilanċjar ta’ interessi pubbliċi differenti għandhom isiru wkoll meta l-Istati Membri jaġixxu fil-livell nazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-UE.

Id-dritt tal-UE ma jsolvix il-problemi kollha li l-investituri jistgħu jiffaċċjaw fl-attivitajiet tagħhom. Madankollu, fis-suq uniku, id-drittijiet tal-investituri tal-UE huma protetti mid-dritt tal-UE, li jippermetti t-tkomplija u l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. L-investituri jistgħu jinfurzaw drittijiethom quddiem l-amministrazzjonijiet u l-qrati nazzjonali, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali li għandhom jiżguraw li dawn id-drittijiet ikunu protetti effettivament.

L-investituri tal-UE ma jistgħux jinvokaw it-TIB intra-UE, li huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u ma għadhomx meħtieġa fis-suq uniku. Ma jistgħux jirrikorru għal tribunali ta’ arbitraġġ stabbiliti minn dawn il-TIB intra-UE jew, rigward il-litigazzjoni intra-UE, għal tribunali ta’ arbitraġġ stabbiliti taħt it-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija. Madankollu, is-sistema legali tal-UE toffri protezzjoni adegwata u effettiva għall-investituri transfruntieri fis-suq uniku, filwaqt li tiżgura li l-interessi leġittimi oħra jkunu kkunsidrati kif imiss u skont il-liġi. Meta l-investituri jeżerċitaw waħda mil-libertajiet fundamentali bħalma huma l-libertà ta’ stabbiliment jew il-moviment liberu tal-kapital, huma jaġixxu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u, għaldaqstant, jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija minn dik il-liġi.

L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà u s-setgħa li jinfurzaw id-dritt tal-UE b’mod ġenerali u d-drittijiet tal-investituri tal-UE, b’mod partikolari. Il-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex iżżid l-effettività tas-sistema tal-infurzar fl-UE, inklużi azzjonijiet li jappoġġaw il-bini tal-kapaċità amministrattiva jew biex jissaħħu s-sistemi tal-ġustizzja, u biex jindirizzaw il-ksur tad-dritt tal-UE mill-awtoritajiet nazzjonali.

(1)

https://ec.europa.eu/commission/priorities/jobs-growth-and-investment/investment-plan-europe-juncker-plan_mt

(2)

COM(2015) 0468 finali.

(3)

COM(2017) 292 finali.

(4)

L-Artikolu 267 TFUE.

(5)

It-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija ġie ffirmat mill-UE, l-Istati Membri tagħha u għadd ta’ pajjiżi terzi.

(6)

C-284/16 Achmea, ECLI:EU:C:2018:158, parag 56 u 58.

(7)

Filwaqt li din il-Komunikazzjoni ssemmi xi eżempji meħuda mil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, analiżi dettaljata ta’ tali leġiżlazzjoni tmur ferm lil hinn mill-kompetenzi tagħha.

(8)

It-Trattat jipproteġi wkoll il-movimenti tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi. Madankollu, skont l-Artikolu 64(3) TFUE, il-Kunsill jista’, b’mod unanimu, jadotta miżuri li jikkostitwixxu pass lura f’dak li jirrigwarda l-liberalizzazzjoni tal-moviment ta’ kapital lejn jew minn pajjiżi terzi. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-politika kummerċjali komuni, fl-14 ta’ Settembru 2017 il-Kummissjoni pproponiet qafas Ewropew għall-iskrinjar ta’ investimenti diretti barranin minn pajjiżi terzi mill-Istati Membri abbażi ta’ sigurtà jew ordni pubbliku. Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-analiżi tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea COM/2017/0487. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=COM:2017:487:FIN

(9)

C-67/08 Block ECLI:EU:C:2009:92, para. 21; C-98/15 Berlington Hungary, ECLI:EU:C:2015:386, para. 28; Kawżi Magħquda C-197/11 u C-203/11 Libert ECLI:EU:C:2013:288, para. 34; Kawżi Magħquda C-570/07 u C-571/07 Blanco Pérez u Chao Gómez ECLI:EU:C:2010:300, para. 40; Kawżi Magħquda C-51/96 u C-191/97 Deliège, ECLI:EU:C:2000:199, para. 58.

(10)

Il-QtĠ-UE ċċarat li, fid-dawl tal-objettiv tal-Ftehim taż-ŻEE li sabiex jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi d-dispożizzjonijiet tiegħu li huma essenzjalment identiċi għal dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE, il-libertajiet fundamentali għall-protezzjoni tal-investiment japplikaw mutatis mutandis għall-investimenti bejn l-UE u l-Istati tal-EFTA msemmija hawn fuq. Ara C-476/10 Pepic, ECLI:EU:C:2011:422, para. 33-35 C-72/09 Établissements Rimbaud, ECLI:EU:C:2010:645, para. 20-22.

(11)

C-452/01 Ospelt, ECLI:EU:C:2003:493, para. 29,

(12)

C-452/04 Fidium-Finanz, ECLI:EU:C:2006:631, para. 32 .

(13)

C-281/06 Jundt, ECLI:EU:C:2007:816, para. 33 .

(14)

Kull persuna ġuridika inkorporata skont il-liġi tal-kumpanniji fis-seħħ fi Stat Membru hija persuna ġuridika skont l-Artikolu 54 TFUE u għalhekk igawdi mil-libertajiet fundamentali stabbiliti fit-Trattat (ara pereżempju, C-6/16 Eqiom, ECLI:EU:C:2017:641, paras. 48-49).

(15)

Hija ġurisprudenza stabbilita li d-Direttiva 88/361/KEE, flimkien man-nomenklatura annessa magħha, jistgħu jintużaw għad-definizzjoni ta’ moviment tal-kapital, ara C-483/99, il-Kummissjoni vs Franza, ECLI:EU:C:2002:327 para. 36; Il-Kawżi Magħquda C-578/10 sa C-580/10 Van Putten, ECLI:EU:C:2012:246, para. 28 sa 36.

(16)

C-255/97 Pfeiffer, ECLI:EU:C:1999:240.

(17)

Investiment f’kumpanija jistgħu jieħdu l-forma ta’ kontroll (investiment dirett) jew jistgħu jsiru għal finijiet ta’ profitt, mingħajr ebda intenzjoni li jiġu kkontrollati jew influwenzati d-deċiżjonijiet (investiment tal-portafoll).

(18)

Ara pereżempju l-Artikoli 5-13 tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi u s-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36) ("Direttiva dwar is-Servizzi").

(19)

Pereżempju t-testijiet ekonomiċi ġew ipprojbiti skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

(20)

C-221/89 Factortame, ECLI:EU:C:1991:320 para. 20.

(21)

Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65); Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243); Id-Direttiva 2014/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 094, 28.3.2014, p. 1); id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 0033) kif emendata sussegwentement.

(22)

C-458/03 Parking Brixen, ECLI:EU:C:2005:605, para. 72; C-380/05, Centro Europa 7, ECLI:EU:C:2008:59, para. 120; Kawżi Magħquda C-458/14 u C-67/15 Promoimpresa, ECLI:EU:C:2016:558, para. 64-65.

(23)

 Kawżi Magħquda C52/16 u C113/16 SEGRO, ECLI:EU:C:2018:157, para. 65; C-179/14 il-Kummissjoni v l-Ungerija, ECLI:EU:C:2016:108.

(24)

C-212/97 Centros, ECLI:EU:C:1999:126; C-167/01 Inspire Art, ECLI:EU:C:2003:512, para. 105.

(25)

C-208/00 Überseering, ECLI:EU:C:2002:632, para. 9.

(26)

C-210/06 Cartesio, ECLI:EU:C:2008:723, para. 113.

(27)

C-106/16 Polbud, ECLI:EU:C:2017:804, para. 65.

(28)

C-106/16 Polbud ECLI:EU:C:2017:804, para. 62.

(29)

 Ara l-proposti tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-konverżjonijiet transfruntiera, fużjonijiet u diviżjonijiet: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=COM%3A2018%3A241%3AFIN

(30)

C-55/94 Gebhard, ECLI:EU:C:1995:411, para. 27.

(31)

C-76/90 Säger, ECLI:EU:C:1991:331, para. 13.

(32)

C-342/14 X-Steuerberatungsgesellschaft, ECLI:EU:C:2015:827; C-76/90 Säger, ECLI:EU:C:1991:331, para. 21.

(33)

C-272/94 Guiot, ECLI:EU:C:1996:147, paras 14 u 15.

(34)

C-496/01 il-Kummissjoni v. Franza, ECLI:EU:C:2004:137, para. 65.

(35)

C-577/10 il-Kummissjoni v il-Belġju ("Limosa"), ECLI:EU:C:2012:814, para. 47; C-490/04 il-Kummissjoni v il-Ġermanja, ECLI:EU:C:2007:430, para. 89.

(36)

C-490/04 il-Kummissjoni v il-Ġermanja, ECLI:EU:C:2007:430, paras. 68 u 69.

(37)

L-Artikoli 28 u 29 tat-TFUE.

(38)

Ara b’mod partikolari l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Il-Pakkett dwar il-Prodotti: Insaħħu l-fiduċja fis-Suq Uniku” tad-19 ta’ Diċembru 2017 (COM/2017/0787 final).

(39)

C-201/15 AGET Iraklis, ECLI:EU:C:2016:972, para. 52.

(40)

C-113/89 Rush Portuguesa, ECLI:EU:C:1990:142, para. 12.

(41)

Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1). Ara d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).

(42)

C-319/02 Manninen, ECLI:EU:C:2004:484, para. 19.

(43)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta' Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8).

(44)

Kawżi Magħquda C-504/16 and 613/16 Deister Holding, ECLI:EU:C:2017:1009, para. 51-52 .

(45)

 C-201/15 AGET Iraklis, ECLI:EU:C:2016:972, para. 53

(46)

C-148/91 Veronica, ECLI:EU:C:1993:45 para. 8 et seq.

(47)

 C-271/09 Il-Kummissjoni v Il-Polonja, ECLI:EU:C:2011:855 para. 51 (restrizzjonijiet fuq il-fondi tal-pensjonijiet).

(48)

C-157/85 Brugnoni, ECLI:EU:C:1986:258 para. 21.

(49)

Dawn l-azzjonijiet bdew wara l-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ċerti aspetti legali li jikkonċernaw l-investimenti intrakomunitarji”, 19 ta’ Lulju 1997: http://eurlex.europa.eu/legalcontent/DE/TXT/HTML/?uri=CELEX: 31997Y0719(03)&from = en .

(50)

Ara l-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni dwar l-Akkwiżizzjoni ta’ Art Agrikola u l-Liġi tal-Unjoni Ewropea:
http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/ALL/?uri=OJ:C:2017:350:TOC

(51)

C-83/14 CHEZ Bulgaria, ECLI:EU:C:2015:480, para. 94. Diskriminazzjoni ma tippreżupponix li huma biss iċ-ċittadini barranin li huma privileġġati jew li jitqiegħdu fi żvantaġġ (C-388/01 il-Kummissjoni vs l-Italja, ECLI:EU:C:2003:30, para. 14).

(52)

Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU 2002 L 108, 24.4.2002, p. 21) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 (ĠU 2009 L 337, 18.12.2009, p. 37); Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU 2002 L 108, 24.4.2002, p. 33), kif emendata bid-Direttiva Nru 2009/140/KE; Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta' Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU 2002 L 249, tas-17.9.2002, p. 21).

(53)

 Jiġifieri ugwalment applikabbli kemm għaċ-ċittadini u kemm għall-barranin.

(54)

C-492/14 Essent Il-Belġju, ECLI:EU:C:2016:732, para. 96-97.

(55)

C-315/13 De Clercq, ECLI:EU:C:2014:2408, para. 61.

(56)

C-384/93 Alpine Investments, ECLI:EU:C:1995:126, paras. 29 sa 31.

(57)

C-5/94 Hedley Lomas, ECLI:EU:C:1996:205, paras. 19-20; C-266/03 Il-Kummissjoni v Il-Lussemburgu, ECLI:EU:C:2005:341, para. 35.

(58)

C-577/10 Il-Kummissjoni v Il-Belġju ("Limosa"), ECLI:EU:C:2012:814, para. 53; C-106/16 Polbud, ECLI:EU:C:2017:804, para. 63.

(59)

C-593/13 Rina Services, ECLI:EU:C:2015:399; C-179/14 Il-Kummissjoni v l-Ungerija, ECLI:EU:C:2016:108, para 47.

(60)

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (CRD IV) (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338). Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (MiFID II) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349). Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(61)

C-400/08 Il-Kummissjoni v Spanja ("ċentri kummerċjali fil-Katalonja"), ECLI:EU:C:2011:172 para. 74. Ara wkoll l-artikolu 3(3) TEU u l-artikoli 11 u 191 TFEU.

(62)

C-204/90 Bachmann, ECLI:EU:C:1992:35 para. 28.

(63)

C-72/09 Etablissements Rimbaud, ECLI:EU:C:2010:645 para. 33 et seq.

(64)

C-370/05 Festersen, ECLI:EU:C:2007:59 para. 27.

(65)

C-213/04 Ewald Burtscher v Josef Stauderer, ECLI:EU:C:2005:731 para. 46.

(66)

C-342/14 X-Steuerberatungsgesellschaft, ECLI:EU:C:2015:827 para. 53.

(67)

C-341/05 Laval, ECLI:EU:C:2007:809 para. 103.

(68)

C-106/16 Polbud, ECLI:EU:C:2017:804 para. 53.

(69)

C-367/98 Il-Kummissjoni v il-Portugal, ECLI:EU:C:2002:326 para. 52; C-174/04 Il-Kummissjoni v l-Italja, ECLI:EU:C:2005:350 para. 37.

(70)

Ara fost l-oħrajn il-Kawżi Magħquda C-52/16 u C-113/16 SEGRO u Horváth, ECLI:EU:C:2018:157, para. 96.

(71)

Ara, f’dan is-sens, C-17/03 VEMW, ECLI:EU:C:2005:362, para. 57 et seq. Cf. ukoll f’dan il-kuntest C-195/12 Industrie du bois, ECLI:EU:C:2013:598.

(72)

C-243/01 Gambelli, ECLI:EU:C:2003:597, para. 67; C-169/07 Hartlauer, ECLI:EU:C:2009:141, para. 55 u l-ġurisprudenza kkwotata hemmek.

(73)

Kawżi Magħquda C-52/16 u C-113/16 SEGRO u Horváth , ECLI:EU:C:2018:157, para. 76.

(74)

C-452/01 Ospelt, ECLI:EU:C:2003:493, para. 41.

(75)

C-333/14 Scotch Whisky, ECLI:EU:C:2015:845, para. 53; Kawżi Magħquda C52/16 and C113/16 SEGRO u Horváth , ECLI:EU:C:2018:157, para. 85

(76)

C-318/10 SIAT, ECLI:EU:C:2012:415, para. 58.

(77)

C-17/03 VEMW, ECLI:EU:C:2005:362, para. 80; C-347/06 ASM Brescia, ECLI:EU:C:2008:416, para. 69; C-362/12 Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation, ECLI:EU:C:2013:834, para. 44.

(78)

C-17/01 Sudholz, ECLI:EU:C:2004:242, para. 34.

(79)

C-169/07 Hartlauer, ECLI:EU:C:2009:141, para. 64; C-54/99 Association Église de Scientologie de Paris, ECLI:EU:C:2000:124, para. 22; C-483/99 Il-Kummissjoni v Franza ("Elf Aquitaine"), ECLI:EU:C:2002:327, para. 50.

(80)

C-17/03 VEMW, ECLI:EU:C:2005:362, para. 73-74.

(81)

C-316/88 Krücken, ECLI:EU:C:1988:201, paras. 23-24, C-5/89, Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, ECLI:EU:C:1990:320, para. 14.

(82)

C-310/04 Spanja v, ECLI:EU:C:2006:521, para. 81.

(83)

C-24/95 Land Rheinland-Pfalz v Alcan Deutschland, ECLI:EU: 1997:163, paras. 25 u 49; C-169/95 Spanja v Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1997:10, para 51.

(84)

C-17/03 VEMW, ECLI:EU:C:2005:362, para. 81; C-201/08 Plantanol, ECLI:EU:C:2009:539, para. 53.

(85)

C-17/03 VEMW, ECLI:EU:C:2005:362, para. 81; C-201/08 Plantanol, ECLI:EU:C:2009:539, para. 49;

(86)

Kawżi Magħquda C-10/97 u C-22/97 IN.CO.GE.'90, ECLI:EU:C:1998:498, para. 23.

(87)

C-122/96 Saldanha, ECLI:EU:C:1997:458, para. 14.

(88)

Artikoli 16, 17 u 47 tal-Karta Skont l-Artikolu 52(3) tal-Karta, safejn il-Karta jkun fiha drittijiet li jikkorrispondu ma’ drittijiet iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, it-tifsira u l-ambitu ta' dawk id-drittijiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni msemmija; Din id-dispożizzjoni ma twaqqafx lil-liġi tal-Unjoni milli tipprovdi protezzjoni aktar estensiva.

(89)

C-685/15 Online Games Handels, ECLI:EU:C:2017:452, para. 56.

(90)

C-426/11 Alemo-Herron a.O. ECLI:EU:C:2013:521, para. 35.

(91)

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet kemm-il darba li drittijiet simili għad-drittijiet ta’ proprjetà jkunu koperti mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, peress li l-kunċett ta’ “pussess” għandu tifsira awtonoma li mhix limitata għal sjieda ta’ oġġetti fiżiċi; għalhekk, ċerti drittijiet u interessi oħra li jikkostitwixxu assi jistgħu jitqiesu wkoll bħala “drittijiet ta’ proprjetà”, u għalhekk bħala “possedimenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni (ara, pereżempju, is-sentenzi Handyside v ir-Renju Unit, sentenza ta’ 7 ta’ Diċembru 1976; James v. UK tal-21 Frar 1986 rigward fond lokatizju; Wittek v. Il-Ġermanja tat-12 ta’ Diċembru 2002 rigward użufrutt trasferibbli ta’ biċċa art; Bruncrona v. Finland tas-16 ta’ Frar 2005 rigward lokazzjoni).

(92)

Kawżi Magħquda C-78/16 u C-79/16 Pesce a.O., ECLI:EU:C:2016:428, para. 86.

(93)

C-44/79 Hauer, ECLI:EU:C:1979:290, para. 15 et seq; C-5/88, Wachauf, ECLI:EU:C:1989:321, para. 18.

(94)

Ara partikolarment l-Artikoli 107 sa 109 TFUE

(95)

C-198/01 CIF, ECLI:EU:C:2003:430, para. 46.

(96)

C-49/07 MOTOE, ECLI:EU:C:2008:376, para. 50; C-553/12 P, C-553/12 P Commission v Greece ("DEI"), paras. indipendenza, effiċjenza u responsabilitajiet, paragrafi 41-43.

(97)

Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabilixxi proċedura għall-għoti ta' infomazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ċerti regolamenti tekniċi qabel l-adozzjoni tagħhom, hija intiża, permezz ta’ kontroll preventiv, biex tipproteġi l-moviment liberu tal-merkanzija u s-servizzi, li huwa wieħed mill-pedamenti tal-Unjoni u, sabiex tali kontroll ikun effettiv, l-abbozzi ta’ regolamenti tekniċi kollha koperti minn din id-direttiva għandhom ikunu nnotifikati u, ħlief f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati b’urġenza, l-adozzjoni tagħhom jew id-dħul fis-seħħ għandhom ikunu sospiżi matul il-perjodi stabbiliti f’din id-direttiva (ara, fir-rigward tal-moviment liberu tal-merkanzija, C-443/98 Unilever, ECLI:EU:C:2000:496, para. 40 et seq.). Ara wkoll, pereżempju, ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE.

(98)

Ara, pereżempju, l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE, tal-15 ta’ Ottubru 1996, dwar l-aċċess għas-suq tas-servizzi fuq l-art fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36). Abbażi ta’ dak ir-Regolament il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni f’mill-inqas 10 każijiet konkreti, u kultant ħarġet deċiżjoni negattiva fir-rigward tal-miżura restrittiva proposta. Ara wkoll l-Art. 3(2) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95,15.4.2010, p. 1).

(99)

Każijiet Magħquda C-15/76 u C-16/76 Franza v Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1979:29, paras. 26-28; C-325/94 P An Taisce, ECLI:EU:C:1996:293, para. 25.

(100)

Ara l-Artikolu 15(7) tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

(101)

Il-Proposta għal Direttiva dwar l-infurzar tad-Direttiva dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi (COM(2016) 821 final).

(102)

Ara, fost l-oħrajn, C-103/88 Costanzo, ECLI:EU:C:1989:256, para. 32; C-224/97 Ciola, ECLI:EU:C:1999:212, para. 30; C-341/08 Petersen, ECLI:EU:C:2010:4, para. 80.

(103)

Ara, f’dak is-sens, C-349/07 Sopropé, ECLI EU:C:2008:746, para. 38.

(104)

C-349/07 Sopropé, ECLI EU:C:2008:746, para. 36.

(105)

C-55/94 Gebhard, ECLI:EU:C:1995:411, para. 37; C-269/90 Technische Universität München, EU:C:1991:438, para. 14.

(106)

C-19/92 Dieter Kraus, ECLI:EU:C:1993:125, para. 40; C-34/17 Donnellan, ECLI:EU:C:2018:282, para. 55.

(107)

Kawżi Magħquda C-10/97 to C-22/97 IN.CO.GE.'90, ECLI:EU:C:1998:498, para. 24; C-591/10 Littlewoods Retail a.O., ECLI:EU:C:2012:478, paras. 25-26; C-69/14 Dragoş, ECLI:EU:C:2015:662, para. 24 u l-ġurisprudenza ikkwotata hemmek

(108)

  http://ec.europa.eu/solvit/_docs/2017/com-2017-255_en.pdf

(109)

C-64/16 Associação Sindical dos Juízes Portugueses, ECLI:EU:C:2018:117, para. 29.

(110)

C-414/16 Vera Egenberger, ECLI:EU:C:2018:257, para. 78.

(111)

Ara l-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem hija rilevanti għall-interpretazzjoni tad-drittijiet fundamentali, peress li l-Artikolu 52(3) tal-Karta jipprovdi li, meta d-drittijiet stipulati f’din il-Karta jikkorrispondu għal drittijiet garantiti mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, it-tifsira u l-kamp tal-applikazzjoni tagħhom għandhom ikunu l-istess, sakemm id-dritt tal-UE tagħti protezzjoni ogħla.

(112)

C-213/89 Factortame, ECLI:EU:C:1990:257; Kawżi Magħquda C-143/88 u C-92/89 Zuckerfabrik, Süderdithmarschen ECLI:EU:C:1991:65.

(113)

C-106/89 Marleasing ECLI:EU:C:1990:395; C-91/92 Faccini Dori, ECLI:EU:C:1994:292.

(114)

Kawżi Magħquda C-188/10 u 189/10 Melki and Abdeli, ECLI:EU:C:2010:363, paras. 43-44. Dan l-obbligu jestendi għal twarrib ġurisprudenza konfliġġenti: ara C-689/13 Puligienica, ECLI:EU:C:2016:199, para. 38.

(115)

C- 503/04 Il-Kummissjoni v Il-Ġermanja, ECLI:EU:C:2007/432, paras. 33 et seq.; C-276/07 Delay, ECLI:EU:C:2008:282, para. 23. Ara wkoll hawn taħt rigward il-ħlas lura ta’ taxxi miġbura b’mod illegali.

(116)

Ara ex multis Kawżi Magħquda C-6/90 u C-9/90 Francovich, ECLI:EU:C:1991:428; C-224/01 Köbler, ECLI:EU:C:2003:513.

(117)

Fil-prinċipju, il-kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Istati Membri għal danni kkawżati lill-individwi minn ksur tad-dritt tal-UE ma tvarjax minn l-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà tal-UE u l-istituzzjonijiet tagħha għal tali dannu skont l-Artikolu 340(2) TFUE; Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93 Brasserie du Pêcheur u Factortame, ECLI:EU:C:1996:79 paras. 40 sa 42.

(118)

L-Artikolu 47(2) tal-Karta u l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(119)

C-64/16 Associação Sindical dos Juízes Portugueses, ECLI:EU:C:2018:117, para. 41.

(120)

C-506/04 Wilson, ECLI:EU:C:2006:587, paras. 50-53.

(121)

Komunikazzjoni “Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar (2017/C18/02) disponibbli hawn https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2017.018.01.0010.01.ENG&toc=OJ%3AC%3A2017%3A018%3ATOC

(122)

It-tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2018, disponibbli hawn https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/justice_scoreboard_2018_en.pdf , figures 2 and 3.

(123)

Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1-32

(124)

Ir-Regolament 1215/2012 japplika biss f’kawżi relatati ma’ ‘materji ċivili u kummerċjali’. Għalhekk, ma japplikax f’tilwimiet li jinvolvu parti (pereżempju awtorità tal-Istat) li jeżerċita s-setgħat pubbliċi. Fil-qasam ta’ materji ċivili u kummerċjali, hemm ukoll diversi Regolamenti li jistabbilixxu proċeduri Ewropej speċifiċi li jistgħu jintużaw minn investituri, bħar-Regolament Ewropew dwar l-Ordni ta’ Ħlas (18796/2006) jew ir-Regolament Ewropew tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (655/2014).

(125)

C‑362/12,Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation, ECLI:EU:C:2013:834, para. 31.

(126)

Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettivita’ ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntatti pubbliċi (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 31).

(127)

C‑169/14 Sánchez Morcillo, ECLI:EU:C:2014:2099, para. 31.

(128)

C-279/09 DEB, ECLI:EU:C:2010:811, para. 59.

(129)

C-612/15 Kolev, ECLI:EU:C:2018:392, para. 70-72.

(130)

L-Artikolu 267 TFUE.

(131)

C-314/85 Foto-Frost, ECLI:EU:C:1987:452.

(132)

Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tqis numru ta’ fatturi, bħall-kwistjoni ta’ jekk il-korp huwiex stabbilit mil-liġi, jekk huwiex permanenti, jekk il-ġurisdizzjoni tiegħu hix obbligatorja, jekk il-proċedura hix inter partes, jekk japplikax regoli ta’ liġi u jekk hux indipendenti (C-54/96 Dorsch Consult, ECLI:EU:C:1997:413, para. 23).

(133)

Ara, rispettivament, C-102/81 Nordsee, ECLI:EU:C:1982:107, para. 10 to 13, u C-284/16 Achmea, ECLI:EU:C:2018:158, para. 43 et seq.

(134)

C‑689/13 Puligienica, ECLI:EU:C:2016:199, para. 38.

(135)

Kawżi Magħquda C-231/06 sa C-233/06 Jonkman, ECLI:EU:C:2007:373, para. 38.

(136)

C‑689/13 Puligienica, ECLI:EU:C:2016:199, para. 40.

(137)

L-Artikolu 260(2) TFUE.

(138)

Komunikazzjoni “Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar (2017/C18/02) disponibbli hawn https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2017.018.01.0010.01.ENG&toc=OJ%3AC%3A2017%3A018%3ATOC