7.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/173

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-riforma tal-PAK

(2019/C 86/11)

Relatur Ġenerali:

is-Sur Guillaume CROS (FR/PSE), Viċi President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Occitanie

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill –

COM(2018) 392 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 –

COM(2018) 392 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew –

COM(2018) 394 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

COM(2018) 392 final

Emenda 1

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jinżammu l-elementi essenzjali fl-Unjoni kollha biex tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri, iżda mingħajr ma jiġu limitati l-Istati Membri fl-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal “żona agrikola”. Jenħtieġ li d-definizzjonijiet qafas relatati għal “raba’ li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” jiġu stipulati b’mod wiesa’ biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw aktar id-definizzjonijiet skont il-kundizzjonijiet lokali tagħhom. Id-definizzjoni qafas għal “raba’ li jinħadem” jenħtieġ li tiġi stipulata b’mod li tippermetti lill-Istati Membri jkopru forom differenti ta’ produzzjoni, inkluż sistemi bħal pereżempju l-agroforestrija u r-raba’ b’arbuxelli u siġar u li teħtieġ l-inklużjoni ta’ żoni ta’ art mistrieħa sabiex tiġi żgurata n-natura diżakkoppjata tal-interventi. Jenħtieġ li d-definizzjoni qafas ta’ “għelejjel permanenti” tinkludi ż-żoni li realment jintużaw għall-produzzjoni u dawk li ma jintużawx għall-produzzjoni, kif ukoll il-mixtliet u l-imsajġar b’newba qasira li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri. Id-definizzjoni qafas ta’ “bur permanenti” jenħtieġ li tiġi stipulata b’mod li tippermetti lill-Istati Membri jispeċifikaw aktar kriterji u tippermettihom jinkludu speċijiet għajr il-ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor li jistgħu jintużaw għar-ragħa jew li jistgħu jipproduċu għalf għall-annimali, kemm jekk jintuża għall-produzzjoni reali u kemm jekk le.

Sabiex jinżammu l-elementi essenzjali fl-Unjoni kollha biex tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri, iżda mingħajr ma jiġu limitati l-Istati Membri fl-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal “żona agrikola”. Jenħtieġ li d-definizzjonijiet qafas relatati għal “raba’ li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” jiġu stipulati b’mod wiesa’ biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw aktar id-definizzjonijiet skont il-kundizzjonijiet lokali tagħhom. Id-definizzjoni qafas għal “raba’ li jinħadem” jenħtieġ li tiġi stipulata b’mod li tippermetti lill-Istati Membri jkopru forom differenti ta’ produzzjoni, inkluż sistemi bħal pereżempju l-agroforestrija u r-raba’ b’arbuxelli u siġar u li teħtieġ l-inklużjoni ta’ żoni ta’ art mistrieħa sabiex tiġi żgurata n-natura diżakkoppjata tal-interventi. Jenħtieġ li d-definizzjoni qafas ta’ “għelejjel permanenti” tinkludi ż-żoni li realment jintużaw għall-produzzjoni u dawk li ma jintużawx għall-produzzjoni, kif ukoll il-mixtliet u l-imsajġar b’newba qasira bil-kundizzjoni li jiġu inklużi fil-plottijiet ta’ wċuħ tar-raba’, li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri. Id-definizzjoni qafas ta’ “bur permanenti” jenħtieġ li tiġi stipulata b’mod li tippermetti lill-Istati Membri jispeċifikaw aktar kriterji u tippermettihom jinkludu speċijiet għajr il-ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor li jistgħu jintużaw għar-ragħa jew li jistgħu jipproduċu għalf għall-annimali, kemm jekk jintuża għall-produzzjoni reali u kemm jekk le.

Raġuni

Din l-emenda tappoġġja prattiki agroforestali, ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent, u mhux plottijiet sħaħ ta’ msaġar, li huma effettivament forestali mhux agrikoli.

Emenda 2

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fid-dawl tat-titjib ulterjuri tal-prestazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-appoġġ għall-introjtu jiġi mmirat għall-bdiewa ġenwini. Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fil-livell tal-Unjoni għat-tali mmirar tal-appoġġ, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal “bidwi ġenwin” li turi l-elementi essenzjali. Fuq il-bażi ta’ dan il-qafas, jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jiddefinixxu liema bdiewa mhumiex ikkunsidrati ġenwini fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet bħal pereżempju t-testijiet tal-introjtu, l-inputs lavorattivi fuq l-azjenda agrikola, l-għanijiet tal-kumpanija u l-inklużjoni fir-reġistri. Jenħtieġ ukoll li din ma tirriżultax f’li ma jkunx jista’ jingħata appoġġ lill-bdiewa pluriattivi, li huma attivi fil-biedja iżda li huma impenjati wkoll f’attivitajiet mhux agrikoli barra mill-azjenda agrikola tagħhom, minħabba li l-attivitajiet multipli tagħhom spiss isaħħu lin-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali.

Fid-dawl tat-titjib ulterjuri tal-prestazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-appoġġ għall-introjtu jiġi mmirat għall-bdiewa ġenwini. Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fil-livell tal-Unjoni għat-tali mmirar tal-appoġġ, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal “bidwi ġenwin” li turi l-elementi essenzjali. Fuq il-bażi ta’ dan il-qafas, jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jiddefinixxu liema bdiewa mhumiex ikkunsidrati ġenwini fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet bħal pereżempju il-parti tal-introjtu agrikolu, l-inputs lavorattivi fuq l-azjenda agrikola, l-għanijiet tal-kumpanija u l-inklużjoni fir-reġistri. Jenħtieġ ukoll li din ma tirriżultax f’li ma jkunx jista’ jingħata appoġġ lill-bdiewa pluriattivi, li huma attivi fil-biedja iżda li huma impenjati wkoll f’attivitajiet mhux agrikoli barra mill-azjenda agrikola tagħhom, minħabba li l-attivitajiet multipli tagħhom spiss isaħħu lin-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali.

Raġuni

Ikun aħjar li jitqies is-sehem tal-introjtu agrikolu kif ukoll il-kriterju ta’ dħul, li jista’ jeskludi l-azjendi agrikoli żgħar.

Emenda 3

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda

Sabiex tingħata sustanza lill-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll biex jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b’mod xieraq l-aktar sfidi reċenti tagħha, huwa xieraq li jiġi previst sett ta’ objettivi ġenerali li jirriflettu l-orjentazzjonijiet mogħtija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”. Jenħtieġ li jiġi definit aktar sett ta’ objettivi speċifiċi fil-livell tal-Unjoni u jiġi applikat mill-Istati membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Filwaqt li jinstab bilanċ bejn id-dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, f’konformità mal-valutazzjoni tal-impatt, dawn l-objettivi speċifiċi jenħtieġ li jittraduċu l-objettivi ġenerali tal-PAK f’prijoritajiet aktar konkreti u jqisu l-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-klima, l-enerġija u l-ambjent.

Jeħtieġ li l-PAK tqis b’mod espliċitu l-politika ta’ ugwaljanza tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa biex tiġi żviluppata n-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali. Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi biex il-ħidma tan-nisa ssir aktar viżibbli, u għalhekk għandha tkun parti mill-għanijiet speċifiċi li ser jindirizzaw l-Istati Membri fil-pjani strateġiċi tagħhom.

Raġuni

L-emanċipazzjoni tan-nisa fiż-żoni rurali huwa element essenzjali.

Emenda 4

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

PAK aktar intelliġenti, modernizzata u aktar sostenibbli trid tħaddan ir-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex isservi lill-multifunzjonalità tas-sistemi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tal-ikel tal-Unjoni, filwaqt li tinvesti fl-iżvilupp teknoloġiku u fid-diġitalizzazzjoni, kif ukoll ittejjeb l-aċċess għal għarfien sod, rilevanti u ġdid.

PAK aktar intelliġenti, modernizzata u aktar sostenibbli trid tħaddan ir-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex isservi lill-multifunzjonalità tas-sistemi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tal-ikel tal-Unjoni, filwaqt li tinvesti fl-iżvilupp teknoloġiku, fid-diġitalizzazzjoni, u fil-prattiki agroekoloġiċi , kif ukoll ittejjeb l-aċċess għal għarfien sod, rilevanti u ġdid , billi jitqies l-għarfien tal-bdiewa u l-iskambju bejn il-bdiewa .

Raġuni

L-iżvilupp teknoloġiku, id-diġitalizzazzjoni, il-prattiki agroekoloġiċi, kif ukoll l-iskambju tal-għarfien bejn il-bdiewa jikkontribwixxu għal PAK aktar intelliġenti, moderna u sostenibbli.

Emenda 5

Premessa ġdida wara l-premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

It-tnaqqis tad-distakk diġitali f’żoni rurali huwa sfida essenzjali għaż-żamma tal-popolazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku tiegħu, b’mod partikolari għall-provvista ta’ servizzi.

Id-diġitalizzazzjoni agrikola toffri possibilitajiet sinifikanti fil-qasam tal-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll il-ħarsien tal-wirt naturali u kulturali taż-żoni rurali. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-azjendi agrikoli żgħar, li l-aċċess tagħhom għal teknoloġiji ġodda jista’ jkun limitat, ikunu jistgħu jgawdu minnhom u li l-iżvilupp teknoloġiku ma jdgħajjifx l-awtonomija tal-bidwi, li għandu jkollu kontroll tad-data diġitali miġbura fl-impriża tiegħu.

Raġuni

L-azjendi agrikoli kollha għandhom japprofittaw mill-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni.

Emenda 6

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jitrawwem settur agrikolu intelliġenti u reżiljenti, il-pagamenti diretti jibqgħu jikkostitwixxu parti essenzjali biex jiġi garantit appoġġ ġust għall-introjtu tal-bdiewa. B’mod simili, l-investimenti fir-ristrutturar, il-modernizzazzjoni, l-innovazzjoni, id-diversifikazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda fl-azjendi agrikoli huma neċessarji biex il-bdiewa jmorru aħjar fis-suq .

Sabiex jitrawwem settur agrikolu intelliġenti, sostenibbli u reżiljenti fir-reġjuni kollha , il-pagamenti diretti jibqgħu jikkostitwixxu parti essenzjali biex jiġi garantit appoġġ ġust għall-introjtu tal-bdiewa. B’mod simili, l-investimenti fil-modernizzazzjoni, l-innovazzjoni, id-diversifikazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda fl-azjendi agrikoli huma neċessarji biex titjieb ir-reżiljenza tal-azjendi u biex ikun hemm redditu mis-suq.

Raġuni

Il-pagamenti diretti għandhom jippromwovu t-trasformazzjoni tal-azjendi għal reżiljenza aħjar u dħul aħjar mis-suq fir-reġjuni kollha.

Emenda 7

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fil-kuntest ta’ PAK aktar orjentata lejn is-suq, kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, l-espożizzjoni tas-suq, it-tibdil fil-klima u l-frekwenza u s-severità ta’ avvenimenti estremi tat-temp assoċjati ma’ dan it-tibdil, kif ukoll il-kriżijiet sanitarji u fitosanitarji, jistgħu jwasslu għal riskji ta’ volatilità tal-prezzijiet u pressjonijiet dejjem akbar fuq l-introjtu. Għalhekk, għalkemm il-bdiewa huma finalment responsabbli għat-tfassil tal-istrateġiji tagħhom fl-azjenda agrikola, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas sod biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tar-riskju . Għal dan l-għan, l-Istati Membri u l-bdiewa jkunu jistgħu jibbażaw ruħhom fuq pjattaforma fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju biex jibnu l-kapaċitajiet tagħhom sabiex jipprovdu lill-bdiewa strumenti finanzjarji xierqa għall-investimenti u aċċess għall-kapital operatorju, it-taħriġ, it-trasferiment tal-għarfien u l-pariri.

Fil-kuntest ta’ PAK aktar orjentata lejn is-suq, kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, l-espożizzjoni tas-suq, it-tibdil fil-klima u l-frekwenza u s-severità ta’ avvenimenti estremi tat-temp assoċjati ma’ dan it-tibdil, kif ukoll il-kriżijiet sanitarji u fitosanitarji, jistgħu jwasslu għal riskji ta’ volatilità tal-prezzijiet u pressjonijiet dejjem akbar fuq l-introjtu. Għalhekk, għalkemm il-bdiewa huma finalment responsabbli għat-tfassil tal-istrateġiji tagħhom fl-azjenda agrikola, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas sod biex tiġi żgurata regolazzjoni tas-swieq u għal previżjoni xierqa tar-riskji. Għal dan l-għan, l-Istati Membri u l-bdiewa jkunu jistgħu jibbażaw ruħhom fuq pjattaforma fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju biex jibnu l-kapaċitajiet tagħhom sabiex jipprovdu lill-bdiewa strumenti finanzjarji xierqa għall-investimenti u aċċess għall-kapital operatorju, it-taħriġ, it-trasferiment tal-għarfien u l-pariri.

Raġuni

Fid-dawl taż-żieda tar-riskji li wħud mill-azjendi agrikoli l-irziezet jiffaċċjaw, qafas robust għall-prevenzjoni huwa meħtieġ.

Emenda 8

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-PAK tkompli tiżgura s-sigurtà tal-ikel, li jenħtieġ li tinftiehem bħala aċċess għal ikel biżżejjed, sikur u nutrittiv f’kull ħin. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkompli tgħin biex tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-Unjoni għal talbiet soċjetali ġodda fl-ikel u s-saħħa, inkluż il-produzzjoni agrikola sostenibbli, nutrizzjoni aktar tajba għas-saħħa, il-ħela tal-ikel u l-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li l-PAK tkompli tippromwovi l-produzzjoni b’karatteristiċi speċifiċi u ta’ valur, filwaqt li fl-istess ħin tgħin lill-bdiewa biex jaġġustaw b’mod proattiv il-produzzjoni tagħhom skont is-sinjali tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

Jenħtieġ li l-PAK tkompli tiżgura s-sigurtà tal-ikel, li jenħtieġ li tinftiehem bħala aċċess għal ikel biżżejjed, sikur u nutrittiv f’kull ħin. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkompli tgħin biex tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-Unjoni għal talbiet soċjetali ġodda fl-ikel u s-saħħa, inkluż il-produzzjoni agrikola sostenibbli, nutrizzjoni aktar tajba għas-saħħa, il-ħela tal-ikel u l-benessri tal-annimali , u l-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi agrikoli. Jenħtieġ li l-PAK tkompli tippromwovi l-produzzjoni b’karatteristiċi speċifiċi u ta’ valur, bħal prodotti tradizzjonali tipiċi reġjonali, filwaqt li fl-istess ħin tgħin lill-bdiewa biex jaġġustaw b’mod proattiv il-produzzjoni tagħhom skont is-sinjali tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi. Barra minn hekk, il-PAK għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) fir-rigward tal-aċċess għall-ikel.

Raġuni

L-Unjoni Ewropea għandha l-opportunità tikkonserva ħafna prodotti tradizzjonali tipiċi u ta’ riżorsi ġenetiċi agrikoli, u dan għandu jiġi promoss.

Emenda 9

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista’ tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha dwar l-appoġġ domestiku kif stabbiliti fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, ċerti tipi ta’ interventi previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jiġu notifikati bħala appoġġ tal-“Green Box” li ma għandu l-ebda effett ta’ distorsjoni tal-kummerċ jew effett fuq il-produzzjoni, jew l-aktar l-aktar effett minimu , jew inkella notifikat bħala appoġġ tal-“Blue Box” taħt programmi li jillimitaw il-produzzjoni u għalhekk huwa eżentat mill-impenji ta’ tnaqqis. Filwaqt li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għat-tali tipi ta’ interventi diġà huma konformi mar-rekwiżiti tal-“Green Box” kif stipulat fl-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura jew ir-rekwiżiti tal-“Blue Box” stipulati fl-Artikolu 6.5 tiegħu, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-interventi ppjanati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għal dawn it-tipi ta’ interventi jkomplu jirrispettaw dawk ir-rekwiżiti.

Emenda 10

Premessa ġdida wara l-premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), adottati min-NU, b’mod partikolari l-għanijiet 1 u 2, u bi qbil mal-Koerenza Politika għall-Iżvilupp (PCD) tal-UE, il-PAK għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ agrikoltura tal-familja sostenibbli u għal prosperità f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex tippromovi ż-żamma tal-popolazzjoni rurali u tiżgura s-sigurtà tal-ikel tagħhom. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-esportazzjonijiet agrikoli u tal-ikel tal-UE jkunu jistgħu jitwettqu bi prezzijiet inqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni Ewropej.

Raġuni

Bi qbil mal-Artikolu 54 tal-Opinjoni ta’ prospettiva tal-KtR dwar il-PAK, il-PAK għandha tiġi emendata sabiex jintlaħaq dan l-iskop, li għandu jkun irreġistrat bħala l-għan 10 tal-PAK.

Emenda 11

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-qafas tal-istandards tal-KAAT għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-indirizzar tal-isfidi tal-ilma, il-protezzjoni u l-kwalità tal-ħamrija u l-protezzjoni u l-kwalità tal-bijodiversità. Il-qafas irid jissaħħaħ sabiex iqis b’mod partikolari l-prattiki stabbiliti sal-2020 taħt l-ekoloġizzazzjoni tal-pagamenti diretti, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli, u b’mod partikolari l-ġestjoni tan-nutrijenti. Huwa rikonoxxut li kull KAAT tikkontribwixxi għal objettivi multipli. Sabiex jiġi implimentat il-qafas, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu standard nazzjonali għal kull wieħed mill-istandards stabbiliti fil-livell tal-Unjoni filwaqt li iqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona kkonċernata, inkluż il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, il-kundizzjonijiet eżistenti tal-biedja, l-użu tal-art, in-newba, il-prattiki tal-biedja u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli. Barra minn hekk l-Istati Membri jistgħu wkoll jiddefinixxu standards nazzjonali oħra relatati mal-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III sabiex itejbu r-riżultati ambjentali u klimatiċi tal-qafas KAAT. Bħala parti mill-qafas KAAT, sabiex tiġi appoġġata l-prestazzjoni agronomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli, se jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nutrijenti bl-għajnuna ta’ Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli elettronika apposta magħmula disponibbli mill-Istati Membri lill-bdiewa individwali. L-għodda jenħtieġ li tipprovdi appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda fl-azjendi agrikoli li jibda minn funzjonalitajiet minimi għall-ġestjoni tan-nutrijenti. Jenħtieġ li interoperabbiltà u modularità mifruxa jiżguraw il-possibbiltà li jiżdiedu applikazzjonijiet elettroniċi oħra fl-azjendi agrikoli u għall-governanza elettronika. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-bdiewa u fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fit-tfassil tal-Għodda kif ukoll fil-ħażna tad-data u fis-servizzi tal-ipproċessar meħtieġa.

Il-qafas tal-istandards tal-KAAT għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-indirizzar tal-isfidi tal-ilma, il-protezzjoni u l-kwalità tal-ħamrija u l-protezzjoni u l-kwalità tal-bijodiversità , inklużi r-riżorsi ġenetiċi agrikoli . Il-qafas irid jissaħħaħ sabiex iqis b’mod partikolari l-prattiki stabbiliti sal-2020 taħt l-ekoloġizzazzjoni tal-pagamenti diretti, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli, u b’mod partikolari l-ġestjoni tan-nutrijenti. Huwa rikonoxxut li kull KAAT tikkontribwixxi għal objettivi multipli. Sabiex jiġi implimentat il-qafas, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu standard nazzjonali għal kull wieħed mill-istandards stabbiliti fil-livell tal-Unjoni filwaqt li iqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona kkonċernata, inkluż il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, il-kundizzjonijiet eżistenti tal-biedja, l-użu tal-art, in-newba annwali , il-prattiki tal-biedja u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli. Barra minn hekk l-Istati Membri jistgħu wkoll jiddefinixxu standards nazzjonali oħra relatati mal-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III sabiex itejbu r-riżultati ambjentali u klimatiċi tal-qafas KAAT. Bħala parti mill-qafas KAAT, sabiex tiġi appoġġata l-prestazzjoni agronomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli, se jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nutrijenti bl-għajnuna ta’ Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli elettronika apposta magħmula disponibbli mill-Istati Membri lill-bdiewa individwali. L-għodda jenħtieġ li tipprovdi appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda fl-azjendi agrikoli li jibda minn funzjonalitajiet minimi għall-ġestjoni tan-nutrijenti. Jenħtieġ li interoperabbiltà u modularità mifruxa jiżguraw il-possibbiltà li jiżdiedu applikazzjonijiet elettroniċi oħra fl-azjendi agrikoli u għall-governanza elettronika. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-bdiewa u fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fit-tfassil tal-Għodda kif ukoll fil-ħażna tad-data u fis-servizzi tal-ipproċessar meħtieġa.

Raġuni

Sabiex tkun effettiva, in-newba trid tkun annwali, bi flessibbiltà (ara Kondizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajba 8; Anness III). Hemm bżonn ta’ azzjoni kontra l-erożjoni tar-riżorsi ġenetiċi agrikoli.

Emenda 12

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli bl-iskop li jittejbu l-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ġenerali tal-azjendi agrikoli u tan-negozji rurali, filwaqt li jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u biex jiġi identifikat it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-miżuri kollha fil-livell tal-azjendi agrikoli previsti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Jenħtieġ li dawn is-sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli jgħinu lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra tal-appoġġ tal-PAK biex isiru aktar konxji tar-relazzjoni bejn il-ġestjoni tal-azjenda agrikola u l-ġestjoni tal-art minn naħa, u ċerti standards, rekwiżiti u informazzjoni inkluż dawk ambjentali u klimatiċi, min-naħa l-oħra. Il-lista ta’ dawn tal-aħħar tinkludi standards li japplikaw għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra tal-PAK jew li huma neċessarji għalihom u li huma stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif ukoll dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi , kif ukoll l-inizjattivi għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-ġestjoni tar-riskji. Sabiex tissaħħaħ il-kwalità u l-effettività tal-pariri, jenħtieġ li l-Istati Membri jintegraw il-konsulenti fis-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), sabiex ikunu jistgħu jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli bl-iskop li jittejbu l-produttività tal-fatturi, il -ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ġenerali tal-azjendi agrikoli u tan-negozji rurali, filwaqt li jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u biex jiġi identifikat it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-miżuri kollha fil-livell tal-azjendi agrikoli previsti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Jenħtieġ li dawn is-sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli jgħinu lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra tal-appoġġ tal-PAK biex isiru aktar konxji tar-relazzjoni bejn il-ġestjoni tal-azjenda agrikola u l-ġestjoni tal-art minn naħa, u ċerti standards, rekwiżiti u informazzjoni inkluż dawk ambjentali u klimatiċi, min-naħa l-oħra. Il-lista ta’ dawn tal-aħħar tinkludi standards li japplikaw għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra tal-PAK jew li huma neċessarji għalihom u li huma stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif ukoll dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti , kif ukoll l-inizjattivi għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-ġestjoni tar-riskji. Sabiex tissaħħaħ il-kwalità u l-effettività tal-pariri, jenħtieġ li l-Istati Membri jintegraw il-konsulenti fis-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), sabiex ikunu jistgħu jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda 13

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Meta jiġi provdut l-appoġġ dirett diżakkoppjat ibbażat fuq is-sistema tal-intitolamenti għal pagament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jamministraw riżerva jew riżervi nazzjonali għal kull grupp ta’ territorji. It-tali riżervi jenħtieġ li jintużaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa li għadhom jibdew l-attività agrikola tagħhom. Huma meħtieġa wkoll regoli dwar l-użu u t-trasferimenti tal-intitolamenti għal pagament biex jiġi garantit funzjonament bla xkiel tas-sistema.

Meta jiġi provdut l-appoġġ dirett diżakkoppjat ibbażat fuq is-sistema tal-intitolamenti għal pagament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jamministraw riżerva jew riżervi nazzjonali għal kull grupp ta’ territorji. It-tali riżervi jenħtieġ li jintużaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa li għadhom jibdew l-attività agrikola tagħhom. Huma meħtieġa wkoll regoli dwar l-użu u t-trasferimenti tal-intitolamenti għal pagament biex jiġi garantit funzjonament bla xkiel tas-sistema , bl-esklużjoni ta’ suq ta’ intitolamenti .

Raġuni

Huwa inaċċettabbli li wieħed jista’ jagħmel kummerċ ta’ għotjiet pubbliċi

Emenda 14

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-azjendi agrikoli żgħar jibqgħu l-qofol tal-agrikoltura tal-Unjoni minħabba li għandhom rwol vitali fl-appoġġ tal-impjiegi rurali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp territorjali. Sabiex tiġi promossa distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li joffru lill-bdiewa żgħar il-possibbiltà li jissostitwixxu l-pagamenti diretti l-oħra billi jipprovdu pagament ta’ somma f’daqqa għall-eqreb numru sħiħ għall-bdiewa żgħar.

L-azjendi agrikoli żgħar jibqgħu l-qofol tal-agrikoltura tal-Unjoni minħabba li għandhom rwol vitali fl-appoġġ tal-impjiegi rurali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp territorjali. Sabiex tiġi promossa distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar li huma ta’ sostenn għall-impjieg, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li joffru lill-bdiewa żgħar il-possibbiltà li jissostitwixxu l-pagamenti diretti l-oħra billi jipprovdu pagament ta’ somma f’daqqa għall-eqreb numru sħiħ għall-bdiewa żgħar.

Raġuni

L-azjendi agrikoli żgħar għandhom rwol kruċjali għaż-żamma ta’ dinamiżmu u l-manutenzjoni ta’ territorji.

Emenda 15

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-appoġġ għall-impenji tal-ġestjoni jistgħu jinkludu primjums tal-biedja organika għall-manutenzjoni tal-art organika u l-konverżjoni tagħha; il-pagamenti għal tipi oħra ta’ interventi li jappoġġaw sistemi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħall-agroekoloġija, l-agrikoltura ta’ konservazzjoni u l-produzzjoni integrata; is-servizzi forestali ambjentali u klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti; il-primjums għall-foresti u l-istabbiliment tas-sistemi tal-agroforestrija; il-benessri tal-annimali; il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw skemi oħrajn taħt dan it-tip ta’ interventi fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tagħhom. Jenħtieġ li dan it-tip ta’ pagamenti jkopri biss l-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf li jirriżultaw mill-impenji li jmorru lil hinn mil-linja bażi tal-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, kif ukoll il-kundizzjonalità, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. L-impenji relatati ma’ dan it-tip ta’ interventi jistgħu jittieħdu għal perjodu annwali jew pluriennali prestabbilit u jistgħu jmorru lil hinn minn seba’ snin fejn dan ikun debitament ġustifikat.

L-appoġġ għall-impenji tal-ġestjoni jistgħu jinkludu primjums tal-biedja organika għall-manutenzjoni tal-art organika u l-konverżjoni tagħha; il-pagamenti għal tipi oħra ta’ interventi li jappoġġaw sistemi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħall-agroekoloġija, u l-produzzjoni integrata; is-servizzi forestali ambjentali u klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti; il-primjums għall-foresti u l-istabbiliment tas-sistemi tal-agroforestrija; il-benessri tal-annimali; il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw skemi oħrajn taħt dan it-tip ta’ interventi fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tagħhom. Sabiex ikun ta’ inċentiv, jenħtieġ li dan it-tip ta’ pagamenti jkopri mhux biss l-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf li jirriżultaw mill-impenji li jmorru lil hinn mil-linja bażi tal-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, kif ukoll il-kundizzjonalità, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. L-impenji relatati ma’ dan it-tip ta’ interventi jistgħu jittieħdu għal perjodu pluriennali prestabbilit u jistgħu jmorru lil hinn minn seba’ snin fejn dan ikun debitament ġustifikat.

Raġuni

Bħala inċentiv favur prattiki li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent, huwa propost li l-pagament ma jkunx limitat għall-kopertura tan-nuqqasijiet. Perjodu pluriennali huwa aktar adattat għall-effetti ambjentali.

Emenda 16

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġi żgurat introjtu ġust u settur agrikolu reżiljenti fit-territorju kollu tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ lill-bdiewa f’żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona. Fir-rigward tal-pagamenti għall-ANC, id-deżinjazzjoni tal-politika ta’ Żvilupp Rurali 2014–2020 jenħtieġ li tkompli tapplika. Biex il-PAK tagħti valur miżjud imsaħħaħ tal-Unjoni fuq l-ambjent u tinforza s-sinerġiji tagħha mal-finanzjament tal-investimenti fin-natura u l-bijodiversità, huwa meħtieġ li jkun hemm miżura separata li l-mira tagħha tkun li l-benefiċjarji jiġu kkumpensati għall-iżvantaġġi relatati mal- implimentazzjoni tan-Natura 2000 u tad-Direttivi Qafas dwar l-Ilma. Għalhekk jenħtieġ li jibqa’ jingħata l-appoġġ lill-bdiewa u lid-detenturi tal-foresti biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE u sabiex jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tas-siti tan-Natura 2000. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-bdiewa biex jgħinhom jindirizzaw l-iżvantaġġi fiż-żoni tal-baċiri idrografiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. L-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut ma’ rekwiżiti speċifiċi deskritti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-pagamenti lill-bdiewa ma jwasslux għal finanzjament doppju mal-ekoskemi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali taż-żoni tan-Natura 2000 mill-Istati Membri fit-tfassil kumplessiv tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Sabiex jiġi żgurat introjtu ġust u settur agrikolu reżiljenti fit-territorju kollu tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ lill-bdiewa f’żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona. Fir-rigward tal-pagamenti għall-ANC, id-deżinjazzjoni tal-politika ta’ Żvilupp Rurali 2014–2020 jenħtieġ li tkompli tapplika. Biex il-PAK tagħti valur miżjud imsaħħaħ tal-Unjoni fuq l-ambjent u tinforza s-sinerġiji tagħha mal-finanzjament tal-investimenti fin-natura u l-bijodiversità, huwa meħtieġ li jkun hemm miżura separata li l-mira tagħha tkun li l-benefiċjarji jiġu rimborżati għall- implimentazzjoni tan-Natura 2000 u tad-Direttivi Qafas dwar l-Ilma. Għalhekk jenħtieġ li jibqa’ jingħata l-appoġġ lill-bdiewa u lid-detenturi tal-foresti biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE u sabiex jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tas-siti tan-Natura 2000. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-bdiewa biex jgħinhom jindirizzaw l-iżvantaġġi fiż-żoni tal-baċiri idrografiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. L-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut ma’ rekwiżiti speċifiċi deskritti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-pagamenti lill-bdiewa ma jwasslux għal finanzjament doppju mal-ekoskemi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali taż-żoni tan-Natura 2000 mill-Istati Membri fit-tfassil kumplessiv tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Raġuni

Jenħtieġ li l-agrikoltura tinżamm fil-livell Ewropew fit-territorji kollha, inklużi dawk diffiċli. Bħala inċentiv favur prattiki li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent, huwa propost li l-pagament ma jkunx limitat għall-kopertura tan-nuqqasijiet.

Emenda 17

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-objettivi tal-PAK jiġu segwiti permezz ta’ appoġġ għall-investimenti, produttivi kif ukoll mhux produttivi, fuq l-azjenda agrikola u barra minnha. Investimenti bħal dawn jistgħu jikkonċernaw, inter alia, l-infrastrutturi relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament għat-tibdil fil-klima tal-agrikoltura u tal-forestrija, inkluż l-aċċess għall-art tal-azjendi agrikoli u l-art tal-foresti, i l-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, il-prattiki agroforestali u l-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma. Sabiex tiġi żgurata aħjar il-konsistenza tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mal-objettivi tal-Unjoni, kif ukoll kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri, lista negattiva ta’ suġġetti ta’ investiment hija inkluża f’dan ir-Regolament.

Jenħtieġ li l-objettivi tal-PAK jiġu segwiti permezz ta’ appoġġ għall-investimenti, produttivi kif ukoll mhux produttivi, fuq l-azjenda agrikola u barra minnha. Investimenti bħal dawn jistgħu jikkonċernaw, inter alia, l-infrastrutturi relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament għat-tibdil fil-klima tal-agrikoltura u tal-forestrija, inkluż l-aċċess għall-art tal-azjendi agrikoli u l-art tal-foresti, it-titjib tal-art, il-prattiki agroforestali, il-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma, kif ukoll il-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi agrikoli . Sabiex tiġi żgurata aħjar il-konsistenza tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mal-objettivi tal-Unjoni, kif ukoll kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri, lista negattiva ta’ suġġetti ta’ investiment hija inkluża f’dan ir-Regolament. Dawn l-investimenti huma limitati għal kull azjenda. Il-finanzjament għal dan l-istrument huwa limitat għal 10 % tal-fondi tal-FAEŻR tal-Istat Membru.

Raġuni

Limitu fuq l-għajnuna għall-investiment jippermetti li jiġu appoġġati aktar proġetti. Limitu fuq il-finanzjament ta’ dan l-istrument jippermetti li jiġu allokati aktar fondi għal prijoritajiet oħrajn tal-FAEŻR.

Emenda 18

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu żgurati għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju, jenħtieġ li jinżammu l-primjums tal-assigurazzjoni u l-fondi mutwi, iffinanzjati mill-FAEŻR . Il-kategorija tal-fondi mutwi tinkludi kemm dawk marbutin mat-telf tal-produzzjoni, kif ukoll l-għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-introjtu speċifiċi għal kull settur, marbuta mat-telf fl-introjtu.

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu żgurati għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju, jenħtieġ li jinżammu l-primjums tal-assigurazzjoni u l-fondi mutwi. Il-kategorija tal-fondi mutwi tinkludi kemm dawk marbutin mat-telf tal-produzzjoni, kif ukoll l-għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-introjtu speċifiċi għal kull settur, marbuta mat-telf fl-introjtu.

Raġuni

Finanzjament permezz tal-FAEŻR ikun jeħtieġ żieda finanzjarja analoga tal-FAEŻR.

Emenda 19

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fil-proċess ta’ żvilupp tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri janalizzaw is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jistabbilixxu miri marbuta mal-kisba tal-objettivi tal-PAK u jfasslu l-interventi li se jippermettu li jintlaħqu dawn il-miri, filwaqt li jiġu adattati għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali speċifiċi, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE. It-tali proċess jenħtieġ li jippromwovi aktar sussidjarjetà f’qafas komuni tal-Unjoni, filwaqt li l-konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi tal-PAK jenħtieġ li jiġu żgurati. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istruttura u l-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

Fil-proċess ta’ żvilupp tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri, filwaqt li jipprevedu l-ħolqien ta’ pjani ta’ żvilupp rurali fl-iżjed livell ġeografiku adatt, janalizzaw is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jistabbilixxu miri marbuta mal-kisba tal-objettivi tal-PAK u jfasslu l-interventi li se jippermettu li jintlaħqu dawn il-miri, filwaqt li jiġu adattati għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali speċifiċi, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE jew ir-reġjuni anqas vantaġġjati kif indikat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 174 tat-TFUE. It-tali proċess jenħtieġ li jippromwovi aktar sussidjarjetà f’qafas komuni tal-Unjoni, filwaqt li l-konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi tal-PAK jenħtieġ li jiġu żgurati. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istruttura u l-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

Raġuni

Għalkemm teżisti l-possibbiltà li ċerti elementi tal-pjanijiet strateġiċi jiġu stabbiliti f’livell reġjonali, ma nafux l-iskala ta’ din ir-reġjonalizzazzjoni ipotetika. Ir-Regolament għandu jipprevedi l-istabbiliment ta’ programmi ta’ żvilupp rurali fil-livell adatt, tal-anqas fir-reġjuni ultraperiferiċi. Fit-tħejjija tal-pjani strateġiċi tal-PAK, u fit-tfassil ta’ interventi f’kuntesti nazzjonali u reġjonali speċifiċi, l-Istati Membri jeħtieġ iqisu b’mod partikolari ir-reġjuni żvantaġġati indikati fl-Artikolu 174 tat-TFUE, bħal reġjuni insulari, transkonfinali u muntanjużi.

Emenda 20

Artikolu 4(1)(a) u (b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Definizzjonijiet li jridu jiġu formulati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

Definizzjonijiet li jridu jiġu formulati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

1.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-definizzjonijiet tal-attività agrikola, iż-żona agrikola, l-ettaru eliġibbli, bidwi ġenwin u bidwi żagħżugħ:

1.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-definizzjonijiet tal-attività agrikola, iż-żona agrikola, l-ettaru eliġibbli, bidwi ġenwin u bidwi żagħżugħ:

(a)

“attività agrikola” għandha tiġi definita b’mod li tinkludi kemm il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE, inkluż il-qoton u  l-imsajġar b’newba qasira , u ż-żamma taż-żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, mingħajr azzjoni ta’ tħejjija li tmur lil hinn mill-metodi u l-makkinarji agrikoli tas-soltu;

(a)

“attività agrikola” għandha tiġi definita b’mod li tinkludi kemm il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE, inkluż il-qoton u  l-agroforestrija , u ż-żamma taż-żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, mingħajr azzjoni ta’ tħejjija li tmur lil hinn mill-metodi u l-makkinarji agrikoli tas-soltu;

(b)

“żona agrikola” għandha tiġi definita b’mod li tkun magħmula mir-raba’ li jinħadem, l-għelejjel permanenti u l-bur permanenti. It-termini “raba’ li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” għandhom jiġu speċifikati aktar mill-Istati Membri fil-qafas li ġej:

(i)

“raba’ li jinħadem” għandha tkun l-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-għelejjel jew iż-żoni disponibbli għall-produzzjoni tal-għelejjel iżda li tkun art mistrieħa, u għandha tinkludi ż-żoni mwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (1), l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (2), l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 65 ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

“għelejjel permanenti” għandha tkun għelejjel li ma jitnewbux ħlief bur permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed, u jagħtu ħsad ripetut, inklużi l-mixtliet u l-imsajġar b’newba qasira;

(ii)

“għelejjel permanenti” għandha tkun għelejjel li ma jitnewbux ħlief bur permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed, u jagħtu ħsad ripetut, inklużi l-mixtliet u l-imsajġar b’newba qasira li jiddaħħlu fl-uċuħ tar-raba’ ;

(iii)

“bur permanenti u mergħa permanenti” (li flimkien jissejħu “bur permanenti”) għandha tiġi definita bħala art li ma tkunx inkluża fin-newba tal-azjenda għal ħames snin jew aktar, li tintuża biex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċeju ieħor b’mod naturali (li jinżergħu waħedhom) jew permezz tal-kultivazzjoni (jinżergħu bl-idejn). Tista’ tinkludi speċijiet oħra bħal pereżempju l-arbuxelli u/jew is-siġar li jistgħu jintużaw għar-ragħa jew għall-produzzjoni tal-għalf tal-annimali;

(iii)

“bur permanenti u mergħa permanenti” (li flimkien jissejħu “bur permanenti”) għandha tiġi definita bħala art li ma tkunx inkluża fin-newba tal-azjenda għal ħames snin jew aktar, li tintuża biex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċeju ieħor b’mod naturali (li jinżergħu waħedhom) jew permezz tal-kultivazzjoni (jinżergħu bl-idejn). Tista’ tinkludi speċijiet oħra bħal pereżempju l-arbuxelli u/jew is-siġar li jistgħu jintużaw għar-ragħa jew għall-produzzjoni tal-għalf tal-annimali dment li l-ħaxix u l-foraġġ erbaċeju ieħor ikunu predominanti; Tista’ tkun ukoll arti li tintuża għar-ragħa u li tifforma parti mill-prattiki lokali stabbiliti, fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċeju ieħor tradizzjonalment mhumiex predominanti fiż-żoni tar-ragħa, jew art li tista’ tintuża għar-ragħa fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċeju ieħor mhumiex predominanti, jew huma nieqsa, fiż-żoni tar-ragħa.

Din tqis ukoll is-sistemi tas-silvopastorali fejn il-foraġġ erbaċeju mhuwiex predominanti iżda huma sfruttati minn bhejjem bħalma huwa l-każ tas-sistemi li jirgħu u arbuxelli tal-injam sistemi jew mergħat f’żoni muntanjużi.

Raġuni

Huwa propost li tinżamm il-formulazzjoni attwali tar-Regolament “Omnibus”, li qies il-karatteristiċi partikolari tal-bwar tal-Mediterran, bħall-art għall-mergħat u l-mergħat imsaġġra f’żoni muntanjużi.

Emenda 21

Artikolu 4(1)(d)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“bdiewa ġenwini” għandha tkun definita b’mod li jiġi żgurat li l-ebda appoġġ ma jingħata lil dawk li l-attività agrikola tagħhom tifforma parti insinifikanti biss tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jew li l-attività ta’ negozju ewlenija tagħhom mhijiex agrikola, filwaqt li ma jiġux esklużi mill-appoġġ il-bdiewa pluriattivi. Id-definizzjoni għandha tippermetti li jiġi determinat liema bdiewa mhumiex ikkunsidrati bdiewa ġenwini fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet bħal pereżempju t-testijiet tal-introjtu, l-inputs lavorattivi fuq l-azjenda agrikola , l-għanijiet tal-kumpanija u/jew l-inklużjoni fir-reġistri.

“bdiewa ġenwini” għandha tkun definita b’mod li jiġi żgurat li l-ebda appoġġ ma jingħata lil dawk li l-attività agrikola tagħhom tifforma parti insinifikanti biss tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jew li l-attività ta’ negozju ewlenija tagħhom mhijiex agrikola, filwaqt li ma jiġux esklużi mill-appoġġ il-bdiewa pluriattivi. Id-definizzjoni għandha tippermetti li jiġi determinat liema bdiewa mhumiex ikkunsidrati bdiewa ġenwini fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet bħal pereżempju l-parti tal-introjtu li toriġina mill-produzzjoni agrikola , l-għanijiet tal-kumpanija u/jew l-inklużjoni fir-reġistri. Fi kwalunkwe każ, id-definizzjoni trid tippreserva l-mudell tal-agrikoltura tal-familja tal-Unjoni Ewropea, dik individwali jew assoċjattiv, li fi ħdanu l-bidwi jaħdem u jgħix direttament il-ħajja agrikola, u tista’ tikkunsidra: fil-każ xieraq, il-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni kif definiti fl-Artikolu 349 tat-TFUE.

Raġuni

Li jitqies l-introjtu jista’ jeskludi bdiewa żgħar. Li titqies parti mill-introjtu agrikolu tippermetti li ssir distinzjoni aħjar bejn bdiewa ġenwini u oħrajn. Għandu jiġi affermat mill-ġdid il-mudell Ewropew ta’ agrikoltura tal-familja.

Emenda 22

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-appoġġ mill-FAEG u mill-FAEŻR għandu jkollu l-għan li jtejjeb aktar l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja, tal-ikel u taż-żoni rurali u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali li ġejjin:

li jitrawwem settur agrikolu intelliġenti, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel;

(a)

li jitrawwem settur agrikolu intelliġenti, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel;

(b)

li jissaħħu l-ħarsien ambjentali u l-azzjoni klimatika u jingħata kontribut lill-objettivi tal-Unjoni relatati mal-ambjent u mal-klima;

(b)

li jissaħħu l-ħarsien ambjentali u l-azzjoni klimatika u jingħata kontribut lill-objettivi tal-Unjoni relatati mal-ambjent u mal-klima;

(c)

li tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali.

(c)

li tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali , b’enfasi fuq ir-riċerka ta’ livell ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola, skont l-Artikolu 39(b) tat-TFUE, b’attenzjoni speċjali għaż-żoni rurali bi problemi serji ta’ depopolazzjoni.

Dawk l-objettivi għandhom jiġu kkomplementati mill-objettiv trasversali tal-modernizzazzjoni tas-settur billi jitrawmu u jiġu kondiviżi l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, u jitħeġġeġ l-użu tagħhom.

Dawk l-objettivi għandhom jiġu kkomplementati mill-objettiv trasversali tal-modernizzazzjoni tas-settur billi jitrawmu u jiġu kondiviżi l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, u jitħeġġeġ l-użu tagħhom. Din hija wkoll għajnuna għall-ħolqiet differenti fil-katina tal-valur tal-ikel sabiex jitrawwmu konnessjonijiet, billi jissaħħu r-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom u jagħmilhom aktar trasparenti, kif ukoll permezz tal-użu ta’ għodod bħall-osservatorji standardizzati tal-prezzijiet u l-ispejjeż ta’ produzzjoni.

Raġuni

Il-PAK għandha tiżgura konformità mal-Artikolu 39 TFUE, għandha tagħti attenzjoni partikolari lit-territorji rurali affettwati mid-depopolazzjoni, u ttejjeb il-funzjonament tal-katini tal-provvista tal-ikel.

Emenda 23

Artikolu 6(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Objettivi speċifiċi

Objettivi speċifiċi

1.   Il-kisba tal-objettivi ġenerali għandha tiġi segwita permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

1.   Il-kisba tal-objettivi ġenerali għandha tiġi segwita permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

jiġu appoġġati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tagħhom fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel;

(a)

jiġu appoġġati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli , li jitqabbel ma’ dak li jinkiseb fl-ekonomija kollha, u r-reżiljenza tagħhom fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel;

(b)

tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn is-suq u tiżdied il-kompetittività inkluż permezz ta’ aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni;

(b)

tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn is-suq u tiżdied il-kompetittività ekonomika, soċjali, ambjentali u territorjali, inkluż permezz ta’ aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni, kif ukoll l-agroekoloġija, u fuq it-tixrid ta’ metodi ta’ produzzjoni sostenibbli;

(c)

tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur;

(c)

tissaħħaħ il-produttività tal-fatturi ta’ produzzjoni, anke sabiex jitnaqqsu il-prezzijiet tal-beni u s-servizzi prodotti mis-settur agrikolu;

(d)

jingħata kontribut lill-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll lill-enerġija sostenibbli;

(d)

tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur;

(e)

jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja;

(e)

jingħata kontribut lill-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll lill-enerġija sostenibbli;

(f)

jingħata kontribut lill-protezzjoni tal-bijodiversità, jissaħħu s-servizzi tal-ekosistema u jiġu preservati l-ħabitats u l-pajsaġġi;

(f)

titrawwem i l-ġestjoni sostenibbli effiċjenti tar-riżorsi naturali kif ukoll tar-riżorsi ġenetiċi agrikoli, bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja;

(g)

jiġu attirati bdiewa żgħażagħ u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali;

(g)

jingħata kontribut lill-protezzjoni tal-bijodiversità, jissaħħu s-servizzi tal-ekosistema u jiġu preservati l-ħabitats u l-pajsaġġi;

(h)

jiġu promossi l-impjiegi, it-tkabbir, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija u l-forestrija sostenibbli;

(h)

jiġu attirati bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda, speċjalment fir-reġjuni l-inqas popolati, u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali;

(i)

tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-UE għad-domandi soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv u sostenibbli, il-ħela tal-ikel, kif ukoll il-benessri tal-annimali.

(i)

jiġu promossi l-impjiegi, it-tkabbir, il-parteċipazzjoni tal-mara fl-ekonomija rurali , l-inklużjoni soċjali, u l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija u l-forestrija sostenibbli;

(j)

tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-UE għad-domandi soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv u sostenibbli, il-ħela tal-ikel, kif ukoll il-benessri tal-annimali.

(k)

jiġi promoss l-iżvilupp ta’ biedja tal-familja sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, f’konformità mal-objettivi 1 u 2 tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), adottati min-NU, kif ukoll mal-koerenza politika għall-iżvilupp tal-UE.

Emenda 24

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom isegwu l-objettivi stabbiliti fit-Titolu II billi jispeċifikaw l-interventi bbażati fuq it-tipi ta’ interventi stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV ta’ dan it-Titolu skont ir-rekwiżiti komuni stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

L-Istati Membri u r-reġjuni meta dawn huma l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom isegwu l-objettivi stabbiliti fit-Titolu II billi jispeċifikaw l-interventi bbażati fuq it-tipi ta’ interventi stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV ta’ dan it-Titolu skont ir-rekwiżiti komuni stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Raġuni

Jeħtieġ li jinżamm u jissaħħaħ ir-rwol tar-reġjuni Ewropej fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-PAK sabiex jiġu adatti l-għażliet politiċi skont karatteristiċi territorjali u settorjali speċifiċi.

Emenda 25

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom ifasslu l-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

Waqt li jitqies li l-Politika Agrikola Komuni hija l-pedament li fuqu tibbaża l-ekonomija tas-settur agroalimentari u n-nisġa ekonomika u soċjali tal-ambjent rurali fl-Unjoni, l -Istati Membri u r-reġjuni meta dawn huma l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom ifasslu l-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u notevolment il-prinċipju tas-sussidjarjetà .

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi jkunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jkunu kompatibbli mas-suq intern u li ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas legali li jirregola l-għoti tal-appoġġ mill-Unjoni lill-benefiċjarji fuq il-bażi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].

Huwa meħtieġ li ssir referenza għall-bażi tal-Politika Agrikola Komuni u l-ħtieġa li l-Istati Membri jimplimentawha waqt li tiġi rispettata l-kompatibbiltà mas-suq intern u mingħajr ma tiġi mfixkla l-kompetizzjoni.

Emenda 26

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema ta’ kundizzjonalità, li taħtha għandha tiġi imposta penali amministrattiva fuq il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu jew il-primjums annwali skont l-Artikoli 65, 66 u 67, u li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni skont id-dritt tal-Unjoni u l-istandards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kif elenkati fl-Anness III, relatati mal-oqsma speċifiċi li ġejjin:

1.

il-klima u l-ambjent;

2.

is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti;

3.

il-benessri tal-annimali.

1.

il-klima u l-ambjent;

2.

is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti;

3.

il-benessri tal-annimali;

4.

soċjali: rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema agrikoli .

Raġuni

Huwa importanti li l-azjendi jibbenefikaw minn fondi pubbliċi tal-PAK fir-rispett tad-drittijiet soċjali tal-impjegati tagħhom.

Emenda 27

Artikolu 12(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tipprovdi l-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti msemmija fl-Anness III, bil-kontenut u l-funzjonalitajiet minimi kif definit hemmhekk, lill-benefiċjarji li se jużaw l-Għodda.

Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ dik l-Għodda kif ukoll fir-rekwiżiti tas-servizzi ta’ ħżin tad-data u tal-ipproċessar tad-data.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tipprovdi l-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti msemmija fl-Anness III, bil-kontenut u l-funzjonalitajiet minimi kif definit hemmhekk, lill-benefiċjarji li se jużaw l-Għodda.

Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ dik l-Għodda. Ir-rekwiżiti tas-servizzi ta’ ħżin tad-data, tal-ipproċessar u tal-protezzjoni tad-data għandhom jiżguraw il-kontroll mill-bidwi tal-ġestjoni tan-nutrijenti .

Raġuni

Il-fertilità tal-ħamrija tiddependi inqas minn reġistrazzjoni diġitali ta’ nutrijenti milli mir-rispett tal-aħjar prattiki agronomiċi li jiddeterminaw l-istat tajjeb organiku tal-ħamrija. Il-bidwi għandu jibqa’ fil-kontroll tal-ġestjoni tan-nutrijenti fl-azjenda tiegħu, skont il-liġi.

Emenda 28

Artikolu 12(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, inkluż l-istabbiliment tal-elementi tas-sistema tal-proporzjon ta’ bur permanenti, is-sena ta’ referenza u r-rata ta’ konverżjoni skont il-KAAT 1 kif imsemmi fl-Anness III, il-format u l-elementi u l-funzjonalitajiet minimi addizzjonali tal-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti.

Raġuni

Kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin għandhom jaqgħu fl-ambitu tar-regolamenti u mhux ta’ atti delegati.

Emenda 29

Artikolu 13(4) (d)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

il-ġestjoni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 70;

il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 70;

Raġuni

Il-prevenzjoni tar-riskju, permezz ta’ prattiki agroekoloġiċi, id-despeċjalizzazzjoni tal-azjendi u tat-territorji, se twassal għal azjendi aktar reżiljenti għal riskji klimatiċi u sanitarji. Il-ġestjoni tar-riskju li hija ta’ spiża għolja mhux se tkun biżżejjed biex tagħmel azjendi sikuri.

Emenda 30

Artikolu 15(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jissupplementaw dan ir-Regolament b’regoli li jistabbilixxu bażi armonizzata għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-pagamenti stabbilit fil-paragrafu 1 sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-benefiċjarji intitolati.

Raġuni

Id-distribuzzjoni ta’ pagamenti diretti għandha taqa’ fil-kamp tar-regolamenti u mhux permezz ta’ atti delegati.

Emenda 31

Artikolu 24(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ħlief fil-każ ta’ trasferiment permezz ta’ wirt proprju jew antiċipat, l-intitolamenti għal pagament għandhom jiġu trasferiti lil-bidwi ġenwin biss.

Ħlief fil-każ ta’ trasferiment permezz ta’ wirt proprju jew antiċipat, l-intitolamenti għal pagament għandhom jiġu trasferiti lil-bidwi ġenwin biss u jibqgħu marbutin mal-art .

Raġuni

Mhuwiex ġustifikabbli li tkun tista’ tagħmel kummerċ ta’ sussidji pubbliċi mingħajr rabta mal-akkwist jew il-kiri ta’ art agrikola.

Emenda 32

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti lill-bdiewa żgħar kif definit mill-Istati Membri permezz ta’ somma f’daqqa għall-eqreb numru sħiħ, li tissostitwixxi l-pagamenti diretti taħt din it-Taqsima u t-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-intervent korrispondenti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħala wieħed fakultattiv għall-bdiewa.

L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti lill-bdiewa żgħar kif definit mill-Istati Membri permezz ta’ somma f’daqqa għall-eqreb numru sħiħ, li tissostitwixxi l-pagamenti diretti taħt din it-Taqsima u t-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu. L-ammont ta’ din is-somma f’daqqa huwa ffissat f’livell suffiċjenti biex tipprovdi sostenibbiltà fit-tul f’dawn l-azjendi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għad-definizzjoni ta’ bdiewa żgħar u jfasslu l-intervent korrispondenti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħala wieħed fakultattiv għall-bdiewa.

Raġuni

L-“azjendi agrikoli żgħar” jaqdu rwol tassew importanti għaż-żamma ta’ impjiegi, ta’ dinamiżmu u l-manutenzjoni ta’ territorji. Din id-dispożizzjoni għandha tkun obbligatorja għall-Istati Membri.

Emenda 33

Artikolu 28(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-appoġġ għall-ekoskemi għandu jieħu l-forma ta’ pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli u għandu jingħata jew:

L-appoġġ għall-ekoskemi għandu jieħu l-forma ta’ pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli u għandu jingħata jew:

(a)

bħala pagamenti addizzjonali għall-appoġġ għall-introjtu bażiku kif stabbilit fis-Subtaqsima 2 ta’ din it-Taqsima; jew

(a)

bħala pagamenti addizzjonali għall-appoġġ għall-introjtu bażiku kif stabbilit fis-Subtaqsima 2 ta’ din it-Taqsima; jew

(b)

bħala pagamenti li jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba kollha jew parti minnhom u l-introjtu mitluf bħala riżultat tal-impenji, kif stabbilit skont l-Artikolu 65.

(b)

bħala pagamenti li jikkumpensaw lill-benefiċjarji lil hinn mill-ispejjeż addizzjonali mġarrba kollha jew parti minnhom u l-introjtu mitluf bħala riżultat tal-impenji, kif stabbilit skont l-Artikolu 65.

Raġuni

Sabiex il-bdiewa jitħeġġu jżommu jew jiżviluppaw prattiki favur l-ambjent, l-appoġġ għandu jmur lil hinn mill-ispejjeż tal-produzzjoni addizzjonali marbuta mal-aħjar prattiki.

Emenda 34

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ għall-introjtu akkoppjat lill-bdiewa ġenwini bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   L-interventi tal-Istati Membri għandhom jgħinu lis-setturi u lill-produzzjonijiet appoġġati jew it-tipi speċifiċi ta’ biedja tagħhom elenkati fl-Artikolu 30 li jindirizzaw id-diffikultà jew id-diffikultajiet li jkollhom minħabba li jtejbu l-kompetittività tagħhom, is-sostenibbiltà tagħhom jew il-kwalità tagħhom.

2.   L-interventi tal-Istati Membri għandhom jgħinu lis-setturi u lill-produzzjonijiet appoġġati jew it-tipi speċifiċi ta’ biedja tagħhom elenkati fl-Artikolu 30 , bl-għanijiet li ġejjin:

il-prevenzjoni tal-abbandun tal-attività agrikola fit-territorji rurali u t-tisħiħ tal-awtosuffiċjenza alimentari tal-UE, jew

l-indirizzar tad-diffikultà jew id-diffikultajiet li jkollhom minħabba li jtejbu l-kompetittività tagħhom, is-sostenibbiltà tagħhom jew il-kwalità tagħhom.

3.   L-appoġġ għall-introjtu akkoppjat għandu jieħu l-forma ta’ pagament annwali għal kull ettaru jew għal kull annimal.

3.   L-appoġġ għall-introjtu akkoppjat għandu jieħu l-forma ta’ pagament annwali b’limitu massimu għal kull ettaru jew għal kull annimal.

Raġuni

L-appoġġ akkoppjat għandu jkopri t-territorji f’diffikultà kif ukoll il-produzzjoni f’diffikultà, u jimmira li jżomm produzzjoni li qed tiżviluppa, u dan jiġġustifika l-istabbiliment ta’ limitu massimu għal kull azjenda.

Emenda 35

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-appoġġ għall-introjtu akkoppjat jista’ biss jingħata lis-setturi u lill-produzzjonijiet li ġejjin jew tipi speċifiċi ta’ biedja fihom fejn dawn ikunu importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali: ċereali, żrieragħ taż-żjut, għelejjel li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, qanneb, ross, ġewż, patata tal-lamtu, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex, msajġar b’newba qasira u għelejjel oħra mhux tal-ikel, esklużi s-siġar, li jintużaw għall-produzzjoni tal-prodotti li għandhom il-potenzjal li jissosstitwixxu l-materjali fossili .

L-appoġġ għall-introjtu akkoppjat jista’ biss jingħata lis-setturi u lill-produzzjonijiet li ġejjin jew tipi speċifiċi ta’ biedja fihom fejn dawn ikunu importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali: ċereali, żrieragħ taż-żjut bl-eċċezzjoni ta’ uċuħ tar-raba maħsuba għall-agrokarburant , għelejjel li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, legumi tal-għalf puri jew f’taħlita mal-ħaxix, bwar, kittien, qanneb, ross, ġewż, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, majjal u tjur, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex, msajġar b’newba qasira inkluż fil-plottijiet tal-uċuħ tar-raba .

Raġuni

L-appoġġ akkoppjat għandu jiffavorixxi l-legumi. M’għandux jipprekludi l-majjal u t-tjur, kuntrarjament għal uċuħ tar-raba għall-agrokarburanti.

Emenda 36

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Tipi ta’ interventi settorjali obbligatorji u fakoltattivi

Tipi ta’ interventi settorjali obbligatorji u fakoltattivi

1.   It-tip ta’ interventi settorjali fis-settur tal-frott u l-ħaxix imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 39 u fis-settur tal-apikultura imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 39 għandu jkun obbligatorju għal kull Stat Membru.

2.   It-tip ta’ intervent settorjali fis-settur tal-inbid imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 39 għandu jkun obbligatorju għall-Istati Membri elenkati fl-Anness V.

2.   It-tip ta’ intervent settorjali fis-settur tal-inbid imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 39 għandu jkun obbligatorju għall-Istati Membri elenkati fl-Anness V.

3.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw it-tipi ta’ interventi settorjali msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 39.

3.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw it-tipi ta’ interventi settorjali msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 39.

4.   L-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 82(3) jista’ jimplimenta t-tip ta’ intervent settorjali msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 39 lis-settur tal-ħops biss jekk dak l-Istat Membru jiddeċiedi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu li ma jimplimentax it-tip ta’ intervent settorjali msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 39.

5.   L-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 82(4) jistgħu jimplimenntaw it-tip ta’ intervent settorjali msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 39 lis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda biss jekk dawk l-Istati Membri jiddeċiedu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li ma jimplimentawx it-tip ta’ intervent settorjali msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 39.

6.     L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-pjani tagħhom azzjonijiet ta’ prevenzjoni tal-kriżi u ta’ ġestjoni tar-riskju f’kull settur, sabiex tiġi evitata u indirizzata l-kriżi fis-settur; dawn l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1); F’dawn l-azzjonijiet ser tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni fis-sistema tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, organizzazzjonijiet interprofessjonali u kooperattivi.

7.     Permezz ta’ linja gwida applikabbli għall-Unjoni Ewropea kollha, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjani strateġiċi tagħhom għodod bħal osservatorji standardizzati tal-prezzijiet u tal-ispejjeż tal-produzzjoni li jippermettu li tinkiseb informazzjoni dwar l-iżviluppi tas-swieq.

Raġuni

Il-possibbiltà ta’ azzjonijiet li jipprevjenu u jiġġestixxu r-riskji għandha tiġi estiża għas-setturi kollha. Il-ħolqien ta’ għodod bħal osservatorji standardizzati tal-prezzijiet u l-ispejjeż tal-produzzjoni ser jippermetti li jinkisbu sinjali ta’ twissija dwar l-evoluzzjoni tas-swieq agrikoli.

Emenda 37

Artikolu 43(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fir-rigward tal-objettivi msemmijin fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 42, l-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tip ta’ intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli, b’mod partikolari ffokati fuq l-iffrankar tal-ilma, l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku u t-tnaqqis tal-iskart;

(a)

investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli, b’mod partikolari ffokati fuq l-iffrankar tal-ilma, l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku u t-tnaqqis tal-iskart;

(b)

ir-riċerka u l-produzzjoni sperimentali, b’mod partikolari ffokati fuq l-iffrankar tal-ilma, l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku, it-tnaqqis tal-iskart, ir-reżiljenza għall-organiżmi ta’ ħsara, it-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi, il-prevenzjoni ta’ ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi u t-tisħiħ tal-użu tal-varjetajiet ta’ frott u ħaxix adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li jinbidlu;

il-produzzjoni organika;

(c)

il-produzzjoni organika;

(d)

il-produzzjoni integrata;

(d)

il-produzzjoni integrata;

(e)

l-azzjonijiet biex tiġi konservata l-ħamrija u biex jissaħħaħ l-karbonju fil-ħamrija;

(e)

l-azzjonijiet biex tiġi konservata l-ħamrija u biex jissaħħaħ l-karbonju fil-ħamrija;

(f)

l-azzjonijiet għall-ħolqien u għaż-żamma tal-ħabitats favorevoli għall-bijodiversità jew għaż-żamma tal-pajsaġġ f’kundizzjoni tajba, inkluża l-konservazzjoni tal-karatteristiċi storiċi;

(f)

l-azzjonijiet għall-ħolqien u għaż-żamma tal-ħabitats favorevoli għall-bijodiversità jew għaż-żamma tal-pajsaġġ f’kundizzjoni tajba, inkluża l-konservazzjoni tal-karatteristiċi storiċi;

(g)

l-azzjonijiet għall-iffrankar tal-enerġija, għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u għaż-żieda tal-użu tal-enerġija rinnovabbli;

(g)

l-azzjonijiet għall-iffrankar tal-enerġija, għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u għaż-żieda tal-użu tal-enerġija rinnovabbli;

(h)

l-azzjonijiet li jtejbu r-reżiljenza għall-organiżmi ta’ ħsara;

(h)

l-azzjonijiet li jtejbu r-reżiljenza għall-organiżmi ta’ ħsara;

(i)

l-azzjonijiet li jtejbu l-użu u l-ġestjoni tal-ilma, inkluż l-iffrankar u l-iskular tal-ilma;

(i)

l-azzjonijiet li jtejbu l-użu u l-ġestjoni tal-ilma, inkluż l-iffrankar u l-iskular tal-ilma;

(j)

l-azzjonijiet u l-miżuri biex titnaqqs il-produzzjoni tal-iskart u titjieb il-ġestjoni tal-iskart;

(j)

l-azzjonijiet u l-miżuri biex titnaqqs il-produzzjoni tal-iskart u titjieb il-ġestjoni tal-iskart;

(k)

l-azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix;

(k)

l-azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix;

(l)

l-azzjonijiet għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-adattament għat-tibdil fil-klima u biex jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli;

(l)

l-azzjonijiet għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-adattament għat-tibdil fil-klima u biex jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli;

(m)

l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ kwalità tal-Unjoni u nazzjonali;

(m)

l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ kwalità tal-Unjoni u nazzjonali;

(n)

il-promozzjoni u l-komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet u attivitajiet li jimmiraw għad-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq tal-frott u l-ħaxix u għall-informazzjoni dwar il-vantaġġi tal-konsum tal-frott u l-ħaxix għas-saħħa;

(o)

is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, b’mod partikolari dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara, l-użu sostenibbli tal-pestiċidi l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(o)

is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, b’mod partikolari dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara, it-tnaqqis tal- użu tal-pestiċidi l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(p)

it-taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki b’mod partikolari dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara, l-użu sostenibbli tal-pestiċidi u l-kontribuzzjoni għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

(p)

it-taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki b’mod partikolari dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara, it-tnaqqis tal- użu tal-pestiċidi u l-kontribuzzjoni għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(q)

l-azzjonijiet intiżi biex jippreżervaw id-diversità tar-riżorsi ġenetiċi tal-frott u l-ħxejjex.

Raġuni

Għas-saħħa tal-bdiewa u tal-popolazzjoni, wasal iż-żmien li jitnaqqas b’mod sinifikanti l-użu tal-pestiċidi. Id-diversità tar-riżorsi ġenetiċi hija garanzija ta’ reżiljenza.

Emenda 38

Artikolu 49

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura u l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

[…]

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura u l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

[…]

2.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tal-objettivi speċifiċi u t-tipi ta’ intervent. Fi ħdan it-tipi ta’ intervent magħżula l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi.

4.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-interventi imsemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun massimu ta’ 50 % tan-nefqa. Il-parti li jifdal tan-nefqa għandha tiġġarrab mill-Istati Membri.

[…]

4.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-interventi imsemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun massimu ta’ 50 % tan-nefqa , bl-eċċezzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċia fejn għandha tkun massimu ta’ 85 % . Il-parti li jifdal tan-nefqa għandha tiġġarrab mill-Istati Membri.

[…]

Raġuni

It-tnaqqis fir-rati ta’ kofinanzjament fil-livell tal-UE, meta mqabbel mal-perjodi preċedenti ta’ programmazzjoni, jipperikola l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali fir-reġjuni ultraperiferiċi u jirdoppja l-isforzi ta’ kofinanzjament tagħhom għall-proġetti tal-UE.

Emenda 39

Artikolu 52(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid

Għal kull objettiv magħżul minn fost dawk stabbiliti fl-Artikolu 51, l-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tip ta’ intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, inkluż it-tħawwil mill-ġdid ta’ vinji fejn meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta’ saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, iżda eskluż it-tiġdid normali tal-vinji li jikkonsisti mit-tħawwil mill-ġdid tal-istess roqgħa art bl-istess varjetà ta’ għeneb u bl-istess sistema ta’ kultivazzjoni tad-dwieli, meta d-dwieli jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom;

it-tnaqqis tal-użu tal-pestiċidi.

Raġuni

Il-vitikultura hija waħda mill-oqsma li tikkonsma l-akbar ammont ta’ pestiċidi, u huwa urġenti li dan jitnaqqas.

Emenda 40

Artikolu 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Tipi ta’ interventi għall-iżvilupp rurali

Tipi ta’ interventi għall-iżvilupp rurali

It-tipi ta’ interventi taħt dan il-Kapitolu għandhom ikunu dawn li ġejjin:

It-tipi ta’ interventi taħt dan il-Kapitolu għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

impenji għall-ġestjoni ambjentali, klimatika u oħrajn;

(a)

impenji għall-ġestjoni ambjentali, klimatika u oħrajn;

(b)

restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn tar-reġjun;

(b)

restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn tar-reġjun;

(c)

żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji;

(c)

żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji;

(d)

investimenti;

(d)

investimenti sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi fiż-żoni rurali ;

(e)

l-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali;

(e)

l-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali;

(f)

l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju;

(f)

l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju;

(g)

il-kooperazzjoni,

(g)

il-kooperazzjoni,

(h)

l-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni.

(h)

l-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni.

Emenda 41

Artikolu 65(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż imġarrba u l-introjtu mitluf minħabba l-impenji meħuda. Fejn meħtieġ, dawn jistgħu jkopru ukoll l-ispejjeż tat-tranżazzjoni. Fil-każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ bħala rata fissa jew bħala pagament ta’ darba għal kull unità. Il-pagamenti għandhom jingħataw darba fis-sena.

L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji lil hinn mill-ispejjeż imġarrba u l-introjtu mitluf minħabba l-impenji meħuda. Fejn meħtieġ, dawn jistgħu jkopru ukoll l-ispejjeż tat-tranżazzjoni. Fil-każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ bħala rata fissa jew bħala pagament ta’ darba għal kull unità. Il-pagamenti għandhom jingħataw darba fis-sena.

Raġuni

Sabiex tiġi promossa tranżizzjoni estensiva tas-sistemi tal-produzzjoni lejn metodi ta’ produzzjoni iktar reżiljenti, appoġġ ta’ inċentiv huwa meħtieġ, mingħajr ma l-pagament ta’ prattika tajba jiġi limitat għall-kopertura tan-nuqqasijiet.

Emenda 42

Artikolu 68(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta’ interventi għall-investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli, li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6. L-appoġġ lis-settur tal-forestrija għandu jkun ibbażat fuq pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti.

L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta’ interventi għall-investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli, li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6. L-appoġġ lis-settur tal-forestrija għandu jkun ibbażat fuq pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti. L-għoti tal-għajnuna huwa soġġett għall-effetti ambjentali mbassra (ex-ante) derivati minn impatt ambjentali.

Raġuni

Wieħed ma jistax juża fondi pubbliċi għal investimenti li jkollhom impatt ambjentali negattiv. Sabiex il-benefiċjarji jitwaqqfu milli jkollhom iħallsu fondi lura minħabba li l-impatt ambjentali jirriżulta jkunu agħar minn dak inizjalment ikkalkolat (ex-post), il-kundizzjonalità għandha tkun ex-ante.

Emenda 43

Artikolu 68(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ investimenti u kategoriji ta’ nefqa mhux eliġibbli, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ investimenti u kategoriji ta’ nefqa mhux eliġibbli, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

ix-xiri ta’ drittijiet għall-produzzjoni agrikola;

(a)

ix-xiri ta’ drittijiet għall-produzzjoni agrikola;

(b)

ix-xiri ta’ intitolamenti għal pagament;

(b)

ix-xiri ta’ intitolamenti għal pagament;

(c)

ix-xiri ta’ art għajr ix-xiri tal-art għall-konservazzjoni ambjentali jew l-art mixtrija minn bdiewa żgħażagħ permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji;

(c)

ix-xiri ta’ art għajr ix-xiri tal-art għall-konservazzjoni ambjentali jew l-art mixtrija minn bdiewa żgħażagħ permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji;

(d)

ix-xiri ta’ annimali, pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom għajr għall-iskop ta’ restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali wara diżastru naturali u avvenimenti katastrofiċi;

(d)

ix-xiri ta’ annimali, pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom għajr għall-iskop ta’ restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali wara diżastru naturali u avvenimenti katastrofiċi;

(e)

ir-rata tal-imgħax fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta’ għotjiet mogħtija fil-forma ta’ sussidju għar-rata tal-imgħax jew sussidju għat-tariffa ta’ garanzija;

(e)

ir-rata tal-imgħax fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta’ għotjiet mogħtija fil-forma ta’ sussidju għar-rata tal-imgħax jew sussidju għat-tariffa ta’ garanzija;

(f)

l-investimenti fl-irrigazzjoni li ma jkunux konsistenti mal-kisba ta’ status tajjeb tal-korpi tal-ilma, kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, inkluż l-espansjoni tal-irrigazzjoni li taffettwa l-korpi tal-ilma li l-istatus tagħhom ikun ġie definit bħala inqas minn tajjeb fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċiri idrografiċi rilevanti.

l-investimenti f’infrastrutturi kbar li ma jkunux parti mill-istrateġiji ta’ żvilupp lokali;

(g)

l-investimenti f’infrastrutturi kbar li ma jkunux parti mill-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali ;

(h)

l-investimenti fl-afforestazzjoni li ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif żviluppati fil-Linji Gwida Pan-Ewropej għall-Afforestazzjoni u għar-Riforestazzjoni.

Importanti wkoll li jkunu eliġibbli l-investimenti kbar fl-infrastruttura li huma parti minn strateġiji ta’ żvilupp reġjonali.

Emenda 44

Artikolu 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

LEADER

1.     L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-inizjattiva LEADER, li ssir referenza għaliha bħala żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [CPR]. L-Istati Membri, permezz tal-FAEŻR jistgħu jipprovdu appoġġ lil azzjonijiet li jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6 anke lil hinn mill-għażliet previsti fil-Kapitolu IV, Taqsima 1. Id-deċiżjoni li tapprova strateġija tal-iżvilupp lokali tapprova wkoll l-azzjonijiet tagħha.

Raġuni

Il-LEADER, bl-allokazzjoni finanzjarja tiegħu ta’ 5 % tal-fondi tal-FAEŻR, jista’ jiġi implimentat b’mod aktar effikaċi permezz ta’ regoli aktar flessibbli u awtonomi, b’mod indipendenti mill-Pjan Strateġiku Nazzjonali (Pjani Operattivi Reġjonali)

Emenda 45

Artikolu 71(1) u (5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-kooperazzjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom biex iħejju u jimplimentaw il-proġetti tal-Grupp Operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 114 u l-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u biex jippromwovu l-iskemi ta’ kwalità, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-gruppi tal-produtturi jew forom oħra ta’ kooperazzjoni.

(…)

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-kooperazzjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom biex iħejju u jimplimentaw il-proġetti tal-Grupp Operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 114 u l-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali, u biex jippromwovu l-iskemi ta’ kwalità, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-gruppi tal-produtturi jew forom oħra ta’ kooperazzjoni.

(…)

5.    Meta l-appoġġ jitħallas bħala ammont ġenerali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu rispettati r-regoli u r-rekwiżiti tal-Unjoni li jikkonċernaw azzjonijiet simili koperti taħt tipi oħra ta’ interventi. Dan il-paragrafu ma japplikax għal-LEADER, imsejjaħ bħala żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

5.   Meta l-appoġġ jitħallas bħala ammont ġenerali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu rispettati r-regoli u r-rekwiżiti tal-Unjoni li jikkonċernaw azzjonijiet simili koperti taħt tipi oħra ta’ interventi.

Raġuni

Il-LEADER, bl-allokazzjoni finanzjarja tiegħu ta’ 5 % tal-fondi tal-FAEŻR, jista’ jiġi implimentat b’mod aktar effikaċi permezz ta’ regoli aktar flessibbli u awtonomi, b’mod indipendenti mill-Pjan Strateġiku Nazzjonali (Pjani Operattivi Reġjonali)

Emenda 46

Artikolu 74(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

In-nefqa eliġibbli ta’ strument finanzjarju għandha tkun l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet imħallas tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, jew, fil-każ ta’ garanziji, imwarrab kif maqbul fil-kuntratti ta’ garanzija, mill-istrument finanzjarju fil-perjodu ta’ eliġibbiltà, meta dak l-ammont jikkorrispondi għal:

il-pagamenti lir-riċevituri finali jew għall-benefiċċju tagħhom fil-każ ta’ self, investimenti ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità;

(a)

il-pagamenti lir-riċevituri finali jew għall-benefiċċju tagħhom fil-każ ta’ self, investimenti ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità . Barra minn hekk, il-pagamenti li jingħataw lir-riċevituri finali jistgħu jsiru biss għall-kapital operatorju fil-każ ta’ bdiewa milqutin minn fenomeni klimatiċi severi u/jew minn kriżi tal-prezzijiet tas-suq;

(b)

ir-riżorsi mwarrba kif maqbul fil-kuntratti ta’ garanzija, kemm jekk pendenti kif ukoll jekk ikunu diġà mmaturaw, bl-għan li jiġu onorati sejħiet possibbli ta’ garanzija għat-telf, ikkalkulat fuq il-bażi ta’ proporzjon multiplikatur li jkopri ammont multiplu ta’ self ġdid żburżat sottostanti jew investimenti ta’ ekwità fir-riċevituri finali;

il-pagamenti lir-riċevituri finali jew għall-benefiċċju tagħhom meta l-istrumenti finanzjarji jiġu kombinati ma’ kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni f’operazzjoni ta’ strumenti finanzjarju uniku skont l-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni];

il-pagamenti tat-tariffi ta’ ġestjoni u r-rimborż tal-ispejjeż ta’ ġestjoni mġarrba mill-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju.

(d)

il-pagamenti tat-tariffi ta’ ġestjoni u r-rimborż tal-ispejjeż ta’ ġestjoni mġarrba mill-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju.

Għall-finijiet tal-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, il-proporzjon multiplikatur għandu jiġi stabbilit f’valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti u miftiehma fil-ftehim ta’ finanzjament rilevanti. Il-proporzjon multiplikatur jista’ jiġi rieżaminat, jekk dan ikun ġustifikat minn bidliet sussegwenti fil-kundizzjonijiet tas-suq. Tali rieżami ma għandux ikollu effett retroattiv.

Għall-finijiet tal-punt (d) ta’ dan il-paragrafu, it-tariffi ta’ ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni. Meta l-korpi li jimplimentaw fond ta’ parteċipazzjoni u/jew fondi speċifiċi, skont l-Artikolu 53(3) tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] jintgħażlu permezz ta’ għotja diretta ta’ kuntratt, l-ammont tal-ispiża tal-ġestjoni u t-tariffi mħallsa lil dawn il-korpi li jistgħu jiġu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli għandu jiġi soġġett għal livell limitu massimu ta’ [5 %] tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK żburżati lir-riċevituri finali f’self, f’investimenti ta’ ekwità jew kważi ekwità jew imwarrba kif miftiehma fil-kuntratti ta’ garanzija.

Dan il-livell limitu ma għandux japplika meta l-għażla tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji ssir permezz ta’ offerta kompetittiva skont il-liġi applikabbli u l-offerta kompetittiva tistabbilixxi l-ħtieġa għal livell ogħla ta’ spejjeż u tariffi tal-ġestjoni.

Meta t-tariffi ta’ arranġamenti, jew kwalunkwe parti minnhom, ikunu imposti fuq ir-riċevituri finali, ma għandhomx jiġu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli.

Jeħtieġ li titqies il-possibbiltà li l-istrumenti finanzjarji jintużaw sabiex jinkiseb kapital operatorju f’sitwazzjonijiet severi tat-temp jew kriżijiet tas-suq.

Emenda 47

Artikolu 85(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-rata ta’ kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR għandha tkun:

Ir-rata ta’ kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR għandha tkun:

(a)

70 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;

(a)

85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;

(b)

70 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati;

(b)

75 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati;

(c)

65 % tan-nefqa eliġibbli għall-pagamenti taħt l-Artikolu 66;

(c)

75 % tan-nefqa eliġibbli għall-pagamenti taħt l-Artikolu 66;

(d)

43 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni l-oħra.

(d)

53 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni l-oħra.

(e)

ir-rati preċedenti ser jiżdiedu b’mill-inqas għaxar punti perċentwali aktar fir-reġjuni bi problemi serji ta’ depopolazzjoni.

Ir-rata ta’ kontribuzzjoni minima mill-FAEŻR għandha tkun 20 %.

Raġuni

Huwa meħtieġ li jinżammu r-rati ta’ kofinanzjament tal-FAEŻR attwali. Barra minn hekk huwa neċessarju li tiġi prevista kontribuzzjoni ogħla tal-FAEŻR fiż-żoni b’rati ta’ depopolazzjoni ogħla mill-medja Ewropea.

Emenda 48

Artikolu 86(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Mill-inqas 30 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat għall-interventi li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-interventi bbażati fuq l-Artikolu 66.

Mill-inqas 30 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat għall-interventi li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-interventi bbażati fuq l-Artikolu 66 , u l-għodod ta’ ġestjoni tar-riskji (Artikolu 70) u l-għajnuna għall-investiment (Artikolu 68) .

Raġuni

Dan huwa konformi mal-objettivi dwar il-klima u l-ambjent.

Emenda 49

Artikolu 86(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-interventi tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat imsemmija fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III, għandha tkun limitata għal massimu ta’ 10 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII.

L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-interventi tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat imsemmija fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III, għandha tkun limitata għal massimu ta’ 13 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 użaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament għall-iskop ta’ appoġġ akkoppjat volontarju, jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 10 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII għall-iskop tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat. Il-perċentwali li jirriżulta ma għandux jaqbeż il-perċentwal approvat mill-Kummissjoni għall-appoġġ akkoppjat volontarju fir-rigward tas-sena tat-talba 2018.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 użaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament għall-iskop ta’ appoġġ akkoppjat volontarju, jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 13 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII għall-iskop tal-appoġġ akkoppjat. Il-perċentwali li jirriżulta ma għandux jaqbeż il-perċentwal approvat mill-Kummissjoni għall-appoġġ akkoppjat volontarju fir-rigward tas-sena tat-talba 2018.

Il-perċentwal imseemi fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi miżjud b’massimu ta’ 2 %, sakemm l-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwali li jaqbeż l-10 % jiġi allokat għall-appoġġ għall-għelejjel tal-proteini taħt is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III.

Il-perċentwal imseemi fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi miżjud b’massimu ta’ 2 %, sakemm l-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwali li jaqbeż it-13 % jiġi allokat għall-appoġġ għall-għelejjel tal-proteini , b’mod partikolari għal-legumi, taħt is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III.

L-ammont inkluż fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel u t-tieni subparagrafi għandu jkun vinkolanti.

L-ammont inkluż fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel u t-tieni subparagrafi għandu jkun vinkolanti.

Emenda 50

Artikolu 86

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(…)

8.     L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-interventi tal-appoġġ ridistributtiv għall-impjiegi imsemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Artikolu 26, għandhom ikunu mill-inqas 30 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness VII.

9.     L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-interventi fil-forma ta’ programmi għall-klima u l-ambjent imsemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Artikolu 28, għandhom ikunu mill-inqas 30 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness VII.

10.     Massimu ta’ 10 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR fil-pjan strateġiku rilevanti tal-PAK kif iddefinita fl-Anness IX huwa riżervat għall-għodod ta’ ġestjoni tar-riskji stabbiliti fl-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament.

11.     Massimu ta’ 10 % tal-fondi tal-FAEŻR għall-Pjan Strateġiku huma riżervati għall-investimenti (Artikolu 68).

12.     L-allokazzjoni finanzjarja tal-FAEŻR ser tkopri supplement speċifiku f’dawk iż-żoni rurali b’popolazzjoni baxxa.

Raġuni

Apparti l-kwistjonijiet relatati mal-isfidi marbuta mat-tibdil fil-klima, għandu jitqies ukoll wieħed mill-iżvantaġġi prinċipali li jaffrontaw iż-żoni rurali, bħad-depopolazzjoni.

Emenda 51

Artikolu 90(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Bħala parti mill-proposta tagħhom għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 106(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jittrasferixxu:

1.   Bħala parti mill-proposta tagħhom għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 106(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jittrasferixxu:

(a)

sa 15 % tal-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istati Membri stabbilita fl-Anness IV wara tnaqqis tal-allokazzjoni għall-qoton stabbiliti fl-Anness VI għas-snin kalendarji 2021 sa 2026 lill-allokazzjoni tal-Istat Membru għall-FAEŻR fis-snin finanzjarji 2022 – 2027; jew

(a)

sa 15 % tal-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istati Membri stabbilita fl-Anness IV wara tnaqqis tal-allokazzjoni għall-qoton stabbilita fl-Anness VI għas-snin kalendarji 2021 sa 2026 lill-allokazzjoni tal-Istat Membru għall-FAEŻR fis-snin finanzjarji 2022 – 2027;

(b)

sa 15 % tal-allokazzjoni għall-FAEŻR tal-Istat Membru fis-snin finanzjarji 2022 – 2027 lill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istat Membru stabbilita fl-Anness IV għas-snin kalendarji 2021 sa 2026.

Raġuni

Kif espress f’Opinjonijiet preċedenti tiegħu, il-Kumitat jopponi din il-possibbiltà ta’ trasferiment mit-Tieni Pilastru għall-Ewwel Pilastru, li jmur kontra l-interessi ta’ territorji rurali.

Emenda 52

Artikolu 91

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont dan ir-Regolament biex jimplimentaw l-appoġġ mill-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.

Fuq il-bażi tal-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 103(2) u valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 96, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija tal-intervent kif imsemmi fl-Artikolu 97 li fiha għandhom jiġu stabbiliti miri kwantitattivi u stadji importanti għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6. Il-miri għandhom jiġu definiti bl-użu ta’ sett komuni ta’ indikaturi tar-riżultati stabbilit fl-Anness I.

Sabiex jilħqu dawn il-miri, l-Istati Membri għandhom jiffissaw l-interventi bbażati fuq it-tipi ta’ interventi stipulati fit-Titolu III.

Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Sabiex jilħqu dawn il-miri, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta’ żvilupp rurali mfassla fl-iżjed livell ġeografiku adatt, tal-inqas fir-reġjuni ultraperiferiċi, ibbażati fuq it-tipi ta’ interventi stipulati fit-Titolu III.

Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Raġuni

Jeħtieġ li jiġi kkonsolidat approċċ reġjonali għad-definizzjoni u l-ġestjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Pjan Strateġiku għandu jiġi implimentat permezz ta’ pjanijiet ta’ żvilupp rurali fl-iżjed livell ġeografiku adatt.

Emenda 53

Artikolu 102

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Modernizzazzjoni

Modernizzazzjoni

Id-deskrizzjoni tal-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 95(1) għandha tenfasizza l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jappoġġaw il-modernizzazzjoni tas-settur agrikolu u tal-PAK u għandha tinkludi b’mod partikolari:

Id-deskrizzjoni tal-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 95(1) kif ukoll it-tranżizzjoni agroekoloġika għandha tenfasizza l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jappoġġaw il-modernizzazzjoni tas-settur agrikolu u tal-PAK u għandha tinkludi b’mod partikolari:

(a)

ħarsa ġenerali ta’ kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK se jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali trasversali relatat mat-trawwim u l-kondiviżjoni tal-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni u t-tħeġġiġ tal-użu tagħhom imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5, b’mod partikolari permezz ta’:

(a)

ħarsa ġenerali ta’ kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK se jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali trasversali relatat mat-trawwim u l-kondiviżjoni tal-għarfien, l-għarfien espert agrikolu, l-innovazzjoni teknika u soċjali u d-diġitalizzazzjoni u t-tħeġġiġ tal-użu tagħhom imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5, b’mod partikolari permezz ta’:

i.

deskrizzjoni tal-istruttura organizzattiva tal-AKIS imfassla bħala l-flussi tal-organizzazzjoni u tal-għarfien flimkien bejn il-persuni, l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li jużaw u li jipproduċu l-għarfien għall-agrikoltura u l-oqsma interrelatati;

ii.

deskrizzjoni ta’ kif is-servizzi konsultattivi kif imsemmija fl-Artikolu 13, ir-riċerka u n-netwerks tal-PAK se jaħdmu flimkien fil-qafas tal-AKIS, u kif is-servizzi konsultattivi u tal-appoġġ għall-innovazzjoni huma provduti;

deskrizzjoni tal-istrateġija għall-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u għall-użu ta’ dawn it-teknoloġiji għat-titjib tal-effettività u l-effiċjenza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Il-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli għandha ssir fil-kuntest tat-tranżizzjoni agroekoloġika, permezz ta’ innovazzjonijiet tekniċi u soċjali.

Emenda 54

Artikolu 93

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Pjan Strateġiku tal-PAK uniku għat-territorju kollu tiegħu.

Meta l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u l-konsistenza mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Pjan Strateġiku tal-PAK uniku għat-territorju kollu tiegħu.

Meta l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali jew implimentati permezz ta’ programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali , l-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u l-konsistenza mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali.

Raġuni

Ara l-emenda 24

Emenda 55

Artikolu 95(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tal-ħtiġijiet;

(a)

valutazzjoni tal-ħtiġijiet;

(b)

strateġija tal-interventi;

(b)

strateġija tal-interventi;

(c)

deskrizzjoni tal-elementi komuni f’bosta interventi;

(c)

deskrizzjoni tal-elementi komuni f’bosta interventi;

(d)

deskrizzjoni tal-interventi tal-pagamenti diretti, settorjali u tal-iżvilupp rurali speċifikati fl-istrateġija;

(d)

deskrizzjoni tal-interventi tal-pagamenti diretti, settorjali u tal-iżvilupp rurali speċifikati fl-istrateġija;

(e)

mira u pjanijiet finanzjarji;

(e)

mira u pjanijiet finanzjarji;

(f)

deskrizzjoni tas-sistema ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni;

(f)

deskrizzjoni tas-sistema ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni;

(g)

deskrizzjoni tal-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK;

(g)

deskrizzjoni tal-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK;

(h)

deskrizzjoni tal-elementi relatati mas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji finali.

(h)

deskrizzjoni tal-elementi relatati mas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji finali;

(i)

fejn xieraq il-lista ta’ programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali .

Raġuni

Ara l-emenda 24

Emenda 56

Artikolu 106

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

Approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali.

1.   Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni proposta għal Pjan Strateġiku tal-PAK, li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 95 l-aktar tard fl-1 ta’ Jannar 2020.

1.   Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni proposta għal Pjan Strateġiku tal-PAK, li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 95 l-aktar tard fl-1 ta’ Jannar 2020.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK proposti fuq il-bażi tal-kompletezza tal-pjanijiet, il-konsistenza u l-koerenza mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ma’ dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet adottati skontu u skont ir-Regolament Orizzontali, il-kontribut effettiv tagħhom għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), l-impatt fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-livell ta’ piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-amministrazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tindirizza, b’mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-objettivi speċifiċi korrispondenti, il-miri, l-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji biex jiġu ssodisfati l-objettivi speċifiċi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz tas-sett ta’ interventi propost fuq il-bażi tal-analiżi SWOT u l-evalwazzjoni ex ante.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK – li jinkludu fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – proposti fuq il-bażi tal-kompletezza tal-pjanijiet, il-konsistenza u l-koerenza mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ma’ dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet adottati skontu u skont ir-Regolament Orizzontali, il-kontribut effettiv tagħhom għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), l-impatt fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-livell ta’ piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-amministrazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tindirizza, b’mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-objettivi speċifiċi korrispondenti, il-miri, l-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji biex jiġu ssodisfati l-objettivi speċifiċi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz tas-sett ta’ interventi propost fuq il-bażi tal-analiżi SWOT u l-evalwazzjoni ex ante.

3.   Skont ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tindirizza osservazzjonijiet lill-Istati Membri fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, jirrevedi l-pjan propost.

3.   Skont ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tindirizza osservazzjonijiet lill-Istati Membri fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK , li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali .

L-Istat Membru u r-reġjuni għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, jirrevedu l-pjan propost.

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK propost sakemm l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet sottomessa u sakemm il-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-Pjan huwa kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet adottati skontu u fir-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK – li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – propost sakemm l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet sottomessa u sakemm il-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-Pjan huwa kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet adottati skontu u fir-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].

5.   L-approvazzjoni ta’ kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandha ssir l-aktar tard tmien xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat.

L-approvazzjoni ma għandhiex tkopri l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 101 u fl-Annessi I sa IV tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 95(2).

F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK li ma fihx l-elementi kollha. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika l-partijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li huma nieqsa u jipprovdi miri indikattivi u pjanijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 100 għall-Pjan Strateġiku tal-PAK sħiħ sabiex juri l-konsistenza u l-koerenza ġenerali tal-Pjan. L-elementi nieqsa tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f’emenda tal-pjan skont l-Artikolu 107.

5.   L-approvazzjoni ta’ kull Pjan Strateġiku tal-PAK – li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – għandha ssir l-aktar tard tmien xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat.

L-approvazzjoni ma għandhiex tkopri l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 101 u fl-Annessi I sa IV tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 95(2).

F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK li ma fihx l-elementi kollha. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika l-partijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li huma nieqsa u jipprovdi miri indikattivi u pjanijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 100 għall-Pjan Strateġiku tal-PAK sħiħ sabiex juri l-konsistenza u l-koerenza ġenerali tal-Pjan. L-elementi nieqsa tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f’emenda tal-pjan skont l-Artikolu 107.

6.   Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ Kumitat imsemmija fl-Artikolu 139.

6.   Kull Pjan Strateġiku tal-PAK – li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ Kumitat imsemmija fl-Artikolu 139.

7.   Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

7.   Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK – li jinkludu fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

Raġuni

Ara l-emenda 24

Emenda 57

Artikolu 107

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

Emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali

1.   L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri u r-reġjuni jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK – li jinkludu fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – tagħhom.

2.   It-talbiet għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom ikunu debitament iġġustifikati u għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fil-pjan fuq il-kisba tal-objettivi speċifiċi, imsemmija fl-Artikolu 6(1). Għandhom ikunu akkumpanjati bil-pjan emendat inkluż l-annessi aġġornati kif xieraq.

2.   It-talbiet għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK – li jinkludu fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – għandhom ikunu debitament iġġustifikati u għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fil-pjan fuq il-kisba tal-objettivi speċifiċi, imsemmija fl-Artikolu 6(1). Għandhom ikunu akkumpanjati bil-pjan emendat inkluż l-annessi aġġornati kif xieraq.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza tal-emenda ma’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati skontu kif ukoll mar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali] u l-kontribut effettiv tiegħu għall-objettivi speċifiċi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda rikjesta għal Pjan Strateġiku tal-PAK sakemm l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet sottomessa u sakemm il-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-Pjan emendat huwa kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet adottati skontu u fir-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda rikjesta għal Pjan Strateġiku tal-PAK – li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – sakemm l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet sottomessa u sakemm il-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-Pjan emendat huwa kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet adottati skontu u fir-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].

5.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet fi żmien 30 jum ta’ xogħol mis-sottomissjoni tat-talba għall-emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali meħtieġa kollha.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet fi żmien 30 jum ta’ xogħol mis-sottomissjoni tat-talba għall-emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK , li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali . L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali meħtieġa kollha.

6.   L-approvazzjoni ta’ talba għal emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha ssir l-aktar tard tliet xhur wara l-preżentazzjoni tagħha mill-Istat Membru sakemm kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tkun tqieset kif xieraq.

6.   L-approvazzjoni ta’ talba għal emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK – li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – għandha ssir l-aktar tard tliet xhur wara l-preżentazzjoni tagħha mill-Istat Membru sakemm kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tkun tqieset kif xieraq.

7.   Talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista’ titressaq mhux aktar minn darba fis-sena kalendarja soġġett għal eċċezzjonijiet possibbli li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 109.

7.   Talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK – li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – tista’ titressaq mhux aktar minn darba fis-sena kalendarja soġġett għal eċċezzjonijiet possibbli li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 109.

8.   Kull emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ kumitat imseemija fl-Artikolu 139.

8.   Kull emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK – li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali – għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ kumitat imseemija fl-Artikolu 139.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

10.   Il-korrezzjonijiet ta’ natura purament klerikali jew editorjali jew ta’ żbalji ovvji li ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-politika u l-intervent ma għandhomx jitqiesu bħala talba għal emenda. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’tali korrezzjonijiet.

10.   Il-korrezzjonijiet ta’ natura purament klerikali jew editorjali jew ta’ żbalji ovvji li ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-politika u l-intervent ma għandhomx jitqiesu bħala talba għal emenda. L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’tali korrezzjonijiet.

Raġuni

Ara l-emenda 24

Emenda 58

Artikolu 110

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru Awtorità ta’ Ġestjoni għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom .

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru Awtorità ta’ Ġestjoni waħda jew aktar għall- implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK , li jinkludi fejn xieraq il-programmi reġjonali ta’ żvilupp rurali .

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll rilevanti tkun ġiet stabbilita b’tali mod li tiżgura allokazzjoni u separazzjoni ċari tal-funzjonijiet bejn l-Awtorità ta’ Ġestjoni u korpi oħra. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-iżgurar li s-sistema taħdem b’mod effettiv matul il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

2.    L-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’mod effiċjenti, effettiv u korrett. B’mod partikolari għandha tiżgura li:

2.    L-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’mod effiċjenti, effettiv u korrett. B’mod partikolari għandhom jiżguraw li:

(i)

jkun hemm sistema elettronika sigura xierqa li tirreġistra, iżżomm, tamministra u tirrapporta informazzjoni statistika dwar il-pjan u l-implimentazzjoni tiegħu meħtieġa għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u, b’mod partikolari, l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-progress b’rabta mal-objettivi u l-miri definiti;

il-benefiċjarji u korpi oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-interventi:

(j)

il-benefiċjarji u korpi oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-interventi:

(i)

jiġu mgħarrfa dwar l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-għajnuna mogħtija, u jżommu sistema ta’ kontabbiltà separata jew kodiċi ta’ kontabbiltà xieraq għat-tranżazzjonijiet kollha marbuta ma’ operazzjoni;

(ii)

ikunu konxji mir-rekwiżiti fir-rigward tal-provvista tad-data lill-Awtorità ta’ Ġestjoni u r-reġistrazzjoni tal-outputs u r-riżultati;

il-benefiċjarji kkonċernati jiġu pprovduti, fejn xieraq permezz tal-użu ta’ mezzi elettroniċi, bil-lista tar-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni u l-istandards minimi ta’ kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III li għandhom jiġu applikati fil-livell tal-azjenda agrikola, kif ukoll informazzjoni ċar u preċiża dwarhom;

l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 125 tikkonforma mas-sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ u li hija aċċettata u sottomessa lill-Kummissjoni;

(l)

l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 125 tikkonforma mas-sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ u li hija aċċettata u sottomessa lill-Kummissjoni;

(m)

il-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 126 huwa fis-seħħ, li l-evalwazzjoni ex post imsemmija f’dak l-Artikolu titwettaq fil-limiti ta’ żmien stipulati f’dan ir-Regolament, filwaqt li jiġi żgurat li dawn l-evalwazzjonijiet jikkonformaw mas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni u li huma sottomessi lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 111 u lill-Kummissjoni;

il-Kumitat ta’ Monitoraġġ jiġi provdut bl-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fid-dawl tal-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi tiegħu;

ir-rapport dwar il-prestazzjoni annwali jitfassal, inkluż it-tabelli ta’ monitoraġġ aggregati, u, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Monitoraġġ, jitressaq lill-Kummissjoni;

(o)

ir-rapport dwar il-prestazzjoni annwali jitfassal, inkluż it-tabelli ta’ monitoraġġ aggregati, u, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Monitoraġġ, jitressaq lill-Kummissjoni;

(p)

jittieħdu azzjonijiet ta’ segwitu rilevanti fuq l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni annwali;

(p)

jittieħdu azzjonijiet ta’ segwitu rilevanti fuq l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni annwali;

(q)

l-aġenzija tal-pagamenti tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari dwar il-proċeduri operati u kwalunkwe kontroll imwettaq b’relazzjoni mal-interventi magħżula għall-finanzjament, qabel ma jkunu awtorizzati l-pagamenti;

(r)

il-benefiċjarji taħt l-interventi ffinanzjati mill-FAEŻR, għajr l-interventi relatati maż-żona u mal-annimali, jirrikonoxxu l-appoġġ finanzjarju li rċievu, inkluż l-użu xieraq tal-emblema tal-Unjoni skont ir-regoli stipulati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5;

(s)

isir reklamar għall-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż permezz tan-netwerk nazzjonali tal-PAK, billi jiġu infurmati l-benefiċjarji potenzjali, l-organizzazzjonijiet professjonali, is-sħab ekonomiċi u soċjali, il-korpi involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet ambjentali bil-possibbiltajiet offruti mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u r-regoli biex jinkiseb aċċess għall-finanzjament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK kif ukoll billi jiġu infurmati lill-benefiċjarji u lill-pubbliku ġenerali dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-agrikoltura u għall-iżvilupp rurali permezz tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

3.   L-Istat Membru jew l-Awtorità ta’ Ġestjoni jistgħu jaħtru korp intermedjarju wieħed jew aktar li jinkludi lill-awtoritajiet lokali, il-korpi għall-iżvilupp reġjonali jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, biex iwettqu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

3.   L-Istat Membru jew l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jistgħu jaħtru korp intermedjarju wieħed jew aktar li jinkludi lill-awtoritajiet lokali, il-korpi għall-iżvilupp reġjonali jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, biex iwettqu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

4.   Meta parti mill-kompiti tagħha jiġu delegati lil korp ieħor, l-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha żżomm responsabbiltà sħiħa għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-kompiti. L-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura li jkunu fis-seħħ dispożizzjonijiet xierqa li jippermettu lill-korp l-ieħor jikseb id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kompiti.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138, li jissuplementaw dan ir-Regolament b’regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni, ir-reklamar u l-viżibbiltà msemmija fil-punti (j) u (k) tal-paragrafu 2.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).

Raġuni

Ara l-emenda 24

Emenda 59

Artikolu 111

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK (“il-Kumitat ta’ Monitoraġġ”) qabel is-sottomissjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

L-Istat Membru u l-awtoritajiet amministrattivi reġjonali għandhom iwaqqfu kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK (“il-Kumitat ta’ Monitoraġġ”) qabel is-sottomissjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Raġuni

Ara l-emenda 24

Emenda 60

Artikolu 114(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Monitoraġġ tal-effikaċja tal-implimentazzjoni

1.     L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għanijiet ta’ riżultati intermedji biennali fil-qafas tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz ta’ deroga mill-Artikolu 115 (2)(b) ta’ dan ir-Regolament u jimmonitorjawhom bl-istess frekwenza fir-rapporti dwar l-effikaċja tal-implimentazzjoni fis-snin li fihom huma ppjanati biex jintlaħqu.

Raġuni

L-istadji intermedji għall-indikaturi tar-riżultati għandhom ikunu mill-inqas biennali.

Emenda 61

Anness 0 ġdid: L-għanijiet tar-riżultati komuni għall-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.1.1.

Tibdil tal-klima: Tnaqqis ta’ 30 % tal-gassijiet b’effett ta’ serra li jinħolqu mill-agrikoltura fl-Istat Membru

Raġuni

L-isfidi klimatiċi jesiġu li kemm l-għelejjel kif ukoll it-trobbija tal-annimali jnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tagħhom sal-2027. Indikatur numeriku huwa s-suġġett tal-Anness.

Emenda 62

Anness 0 ġdid: L-għanijiet tar-riżultati komuni għall-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ambjent, ikel: Irduppjar meta mqabbel mal-2017 tal-erja użata għall-produzzjoni organika fl-Istat Membru, jew mill-inqas 30 % tal-erja agrikola użata tal-Istat Membru

Raġuni

Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali, tas-saħħa pubblika u tal-konsumatur, u jitnaqqas is-sehem tal-importazzjonijiet, jeħtieġ li jiżdiedu b’mod konsiderevoli l-uċuħ tar-raba’ organiċi.

Emenda 63

Anness 0 ġdid: L-għanijiet tar-riżultati komuni għall-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Bijodiversità, saħħa: Tnaqqis ta’ mill-inqas 30 %, meta mqabbel mal-2017, tal-użu ta’ pestiċidi kimiċi fl-Istat Membru

Raġuni

Biex jilqgħu għall-isfidi ambjentali u tas-saħħa pubblika, sal-2027 għandu jkun hemm tnaqqis sinifikanti tal-użu tal-pestiċidi.

Emenda 64

Anness 0 ġdid: L-għanijiet tar-riżultati komuni għall-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ilma: 100 % tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art jirrispettaw id-Direttiva dwar in-nitrati, mingħajr eżenzjonijiet, fl-Istat Membru

Raġuni

Din hi kwistjoni ta’ saħħa pubblika u ta’ spejjeż ta’ aċċess għall-ilma tax-xorb sikur għall-konsumaturi. Id-Direttiva dwar in-nitrati tmur lura għall-1991 u għadha ma ġietx rispettata kullimkien. Huwa meħtieġ li dan jinkiseb sal-2027.

Emenda 65

Anness 0 ġdid: L-għanijiet tar-riżultati komuni għall-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Benessri tal-annimali, saħħa: Tmiem b’mod progressiv tat-trobbija fil-gaġeġ fl-Unjoni Ewropea kollha

Raġuni

Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-benessri tal-annimali, kif ukoll tas-saħħa pubblika (l-antibijotiċi), huwa meħtieġ li sal-2027 nimxu għal metodi ta’ produzzjoni mingħajr gaġeġ u aktar estensivi, li diġà jeżistu.

Emenda 66

Anness 1 – Indikaturi tar-riżultati R.1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

It-titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u tal-innovazzjoni:

Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri, taħriġ, skambju ta’ għarfien, jew il-parteċipazzjoni fi gruppi operattivi biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika, ambjentali, klimatika u  tal-effiċjenza tar-riżorsi.

It-titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u tal-innovazzjoni:

Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri, taħriġ, skambju ta’ għarfien, jew il-parteċipazzjoni fi gruppi operattivi biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika, ambjentali, klimatika u  l-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi.

Raġuni

L-użu sostenibbli tar-riżorsi huwa importanti biex titjieb il-produttività ekonomika u ambjentali fuq perjodu medju u twil ta’ żmien.

Emenda 67

Anness 1 – Indikaturi tar-riżultati R.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Id-diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura: Is-sehem ta’ bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ għal teknoloġija agrikola ta’ preċiżjoni permezz tal-PAK

Il-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura: Is-sehem ta’ bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ għal teknoloġija agrikola ta’ preċiżjoni u ta’ tranżizzjoni ekoloġika jew klimatika permezz tal-PAK.

Raġuni

Id-diġitalizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli għandha ssir fil-kuntest ambjentali u tal-klima.

Emenda 68

Anness 1 – Objettivi speċifiċi tal-UE

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Tisħiħ tal-orjentazzjoni tas-suq u żieda fil-kompetittività inkluż permezz ta’ aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni

Tisħiħ tal-orjentazzjoni tas-suq u żieda fil-kompetittività ekonomika, soċjali, ambjentali u territorjali, inkluż permezz ta’ aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni, kif ukoll it-tixrid ta’ metodi ta’ produzzjoni sostenibbli.

Raġuni

Il-kompetittività mitluba mhijiex biss ekonomika.

Emenda 69

Anness 1 – Indikaturi tal-impatt I.6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Żieda fil-produttività tal-azjendi agrikoli: Produttività totali tal-fatturi

Żieda fil-produttività tal-azjendi agrikoli, fis-sigurtà alimentari Ewropea, is-sikurezza tal-ikel, ir-reżiljenza tal-azjendi u l-koeżjoni territorjali: Produttività totali tal-fatturi bl-integrazzjoni tal-esternalitajiet.

Emenda 70

Anness 1 – Indikaturi tal-impatt R.9

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ ta’ investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi

Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ ta’ investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi

Raġuni

Il-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli għandha ssir billi titjieb is-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ produzzjoni.

Emenda 71

Anness 1 – Indikaturi tal-impatt R.13a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

R13a: jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-uċuħ tar-raba: is-sehem ta’ azjendi agrikoli jonqos mill-inqas 50 % fl-użu ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu sintetiċi.

Raġuni

Ir-rifjut tal-gass tan-N2O minn fertilizzanti tan-nitroġenu huwa sors importanti ħafna ta’ emissjonijiet, kważi 50 % tal-gassijiet b’effett ta’ serra agrikoli. Barra minn hekk, il-produzzjoni ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu sintetiċi tikkonsma kwantità kbira ta’ enerġija.

Emenda 72

Anness 1 – Indikaturi tal-impatt R.14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Is-sehem tal-art agrikola b’impenji biex tnaqqas l-emissjonijiet, iżżomm u/jew ittejjeb il-ħżin tal-karbonju (bur permanenti, art agrikola fit-torbiera, fil-foresti, eċċ)

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Is-sehem tal-art agrikola b’impenji biex tnaqqas l-emissjonijiet, iżżomm u/jew ittejjeb il-ħżin tal-karbonju (bur permanenti, art agrikola fit-torbiera, fil-foresti, eċċ) , ir-rata ta’ tkabbir tal-erja kkultivata bil-legumi (puri jew imħallta)

Raġuni

Il-kultivazzjoni ta’ uċuħ leguminużi tippermetti l-iffissar effiċjenti tal-karbonju fil-ħamrija, inkluż flimkien ma’ ħaxix fil-mergħat.

Emenda 73

Anness 1 – Objettivi speċifiċi tal-UE

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja

Trawwim tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja

Raġuni

Evidenti.

Emenda 74

Anness 1 – Indikaturi tal-impatt I.16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Tnaqqis tat-tnixxija tan-nutrijenti: In-nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art

Tnaqqis tat-tnixxija tan-nutrijenti: In-nitrati fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art

Il-perċentwal tal-istazzjonijiet tal-ilma ta’ taħt l-art b’konċentrazzjoni ta’ nitroġenu ogħla minn 50 mg/l skont id-Direttiva dwar in-Nitrati

Il-perċentwal tal-istazzjonijiet tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art b’konċentrazzjoni ta’ nitroġenu ogħla minn 50 mg/l skont id-Direttiva dwar in-Nitrati

Il-perċentwal tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art skont id-Direttiva dwar in-Nitrati

Raġuni

L-ilma tal-wiċċ huwa wkoll inkluż fl-indikaturi sabiex tiġi rapportata tassew is-sitwazzjoni u l-evoluzzjoni tagħha. Huwa urġenti li d-Direttiva dwar in-nitrati tiġi rispettata kullimkien.

Emenda 75

Anness 1 – Indikaturi tal-impatt I.16a

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Tnaqqis tal-użu ta’ fertilizzanti minerali u sintetiċi: bejgħ ta’ fertilizzanti minerali u sintetiċi

Raġuni

Għar-rivitalizzazzjoni tal-ħamrija, billi tiżdied ir-rata ta’ materja organika, li taħżen il-karbonju, għandha tingħata prijorità lil prattiki agrikoli li jnaqqsu l-influssi ta’ fertilizzanti minerali u sintetiċi, barra minn hekk bi prezz għoli ħafna enerġetiku u li tissarraf f’wisq emittenti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

Emenda 76

Anness 1 – Indikaturi tar-riżultati R.18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Titjib tal-ħamrija:

Is-sehem tal-art agrikola b’impenji ta’ ġestjoni b’benefiċċju għall-ġestjoni tal-ħamrija

Titjib tal-ħamrija:

Is-sehem tal-art agrikola b’impenji ta’ ġestjoni b’benefiċċju għat-titjib tal-ħamrija

Raġuni

Iktar ċarezza tat-test u tal-għan.

Emenda 77

Anness 1 – Indikaturi tar-riżultati R.21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti:

Is-sehem ta’ art agrikola b’impenji biex ittejjeb il-ġestjoni tan-nutrijenti

Ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti: Is-sehem ta’ art agrikola b’impenji għal ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti

Raġuni

Evidenti.

Emenda 78

Anness 1 – Indikaturi tar-riżultati R.21a

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

R21a: Tnaqqis tal-użu ta’ fertilizzanti minerali u sintetiċi: Is-sehem tal-art agrikola kkonċernata minn miżuri speċifiċi li jwasslu għal tnaqqis fl-użu ta’ fertilizzanti minerali u sintetiċi.

Raġuni

Il-ġestjoni sostenibbli ta’ nutrijenti għandha tintegra t-tnaqqis tal-użu ta’ fertilizzanti minerali u sintetiċi.

Emenda 79

Anness 1 – Indikaturi tar-riżultati R.25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

R.25 Appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti:

Is-sehem tal-art forestali b’impenji ta’ ġestjoni għall-appoġġ tal-ħarsien u l-ġestjoni tal-foresti.

R.25 Appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti: Is-sehem tal-art forestali b’impenji ta’ ġestjoni għall-appoġġ tal-ħarsien u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.

Raġuni

Wisq foresti huma ġestiti b’mod dejjem aktar intensiv, b’impatti negattivi fuq l-ambjent u l-bijodiversità.

Emenda 80

Anness 1 – Indikaturi tar-riżultati R.37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Użu sostenibbli tal-pestiċidi:

Sehem mill-art agrikola kkonċernata minn azzjonijiet speċifiċi appoġġati li jwasslu għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-pestiċidi

Emenda 81

Anness 1 – Indikaturi tar-riżultati R37a

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

R37a: Żieda fl-għadd ta’ azjendi agrikoli organiċi: għadd ta’ azjendi agrikoli li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-konverżjoni lejn agrikoltura organika

Raġuni

Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali, tas-saħħa pubblika u tal-konsumatur, u jitnaqqas is-sehem tal-importazzjonijiet, jeħtieġ li jiżdiedu b’mod konsiderevoli l-uċuħ tar-raba’ organiċi.

Emenda 82

Anness 3 – Rekwiżiti u standards KAAT 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-manutenzjoni ta’ bwar permanenti abbażi ta’ proporzjon ta’ bwar permanenti maż-żona agrikola

Il-manutenzjoni minn azjenda ta’ bwar permanenti b’rata ta’ konverżjoni massima minn 5 sa 10 % għal kull azjenda, bl-eċċezzjoni ta’ bwar “sensittivi”, rikki fil-bijodiversità

Raġuni

Biex tintlaħaq il-mira, ir-regola għandha tapplika fil-livell tal-azjenda, bil-flessibbiltà proposta, u mhux fil-livell reġjonali, u b’hekk jiġi evitat taqlib ta’ bwar għoljin wisq għal-livell sottoreġjonali.

Emenda 83

Anness 3 – Objettiv ewlieni tal-istandard KAAT 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti

Emenda 84

Anness 3 – Rekwiżiti u standards KAAT 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-ebda ħamrija għerja fil-biċċa l-kbira tal-perjodu(i) sensittiv(i)

L-ebda ħamrija għerja fil-perjodi sensittivi

Raġuni

Il-ħamrija tal-pjanti għandha titgħatta għall-aktar żmien twil possibbli fis-sena għall-protezzjoni tal-ħamrija.

Emenda 85

Anness 3 – Rekwiżiti u standards KAAT – ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Konformità mill-operatur agrikolu mal-leġislazzjoni soċjali nazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema agrikoli

Raġuni

Evidenti.

Emenda 86

Anness XII – Objettivi O.13 u R.4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja;

Trawwim ta’ ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja;

Raġuni

Konformi mal-emenda 73.

COM(2018) 393 final

Emenda 87

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta’ intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu iktar responsabbli biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f’hekk, hemm bżonn li tiġi żgurata iktar sussidjarjetà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B’hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista’ jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni u sabiex ifasslu u jistabbilixxu l-qafas ta’ konformità u ta’ kontroll li japplika għall-benefiċjarji.

Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta’ intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu iktar responsabbli biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f’hekk, hemm bżonn li tiġi żgurata iktar sussidjarjetà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B’hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista’ jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni u sabiex ifasslu u jistabbilixxu l-qafas ta’ konformità u ta’ kontroll li japplika għall-benefiċjarji.

Raġuni

Jeħtieġ li jinżamm u jissaħħaħ ir-rwol tar-reġjuni Ewropej fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-PAK sabiex jiġu adatti l-għażliet politiċi skont karatteristiċi territorjali u settorjali speċifiċi.

Emenda 88

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

F’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f’każijiet ta’ dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f’każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta’ rimedju skont pjan ta’ azzjoni li jrid jiġi stabbilit b’konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta’ azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta’ azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta’ kull xahar.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f’każijiet ta’ dewmien fil-progress lejn l-objettivi komuni Ewropej kif ukoll il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f’każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta’ rimedju skont pjan ta’ azzjoni li jrid jiġi stabbilit b’konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta’ azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta’ azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta’ kull xahar.

Raġuni

Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ ġirja lejn l-iktar livell baxx ta’ tranżizzjoni ekoloġika u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, objettivi mmirati komuni mal-pjanijiet strateġiċi għandhom jiġu annessi mar-Regolament

Emenda 89

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-kundizzjonalità hija element importanti tal-PAK, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-elementi ambjentali u klimatiċi tagħha, iżda wkoll b’rabta mas-saħħa pubblika u mal-kwistjonijiet marbutin mal-annimali. Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta’ kundizzjonalità. Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali marbutin mal-kundizzjonalità fil-livell tal-Unjoni.

Il-kundizzjonalità hija element importanti tal-PAK, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-elementi ambjentali u klimatiċi tagħha, iżda wkoll b’rabta mas-saħħa pubblika u mal-kwistjonijiet marbutin mal-annimali u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema agrikoli . Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta’ kundizzjonalità. Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali marbutin mal-kundizzjonalità fil-livell tal-Unjoni.

Raġuni

Huwa importanti li l-azjendi jibbenefikaw minn fondi pubbliċi tal-PAK fir-rispett tad-drittijiet soċjali tal-impjegati tagħhom.

Emenda 90

Artikolu 15(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Dixxiplina finanzjarja

Dixxiplina finanzjarja

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rata ta’ aġġustament għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) ta’ dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(2)(f) ta’ dan ir-Regolament u mogħtija skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ir-rata ta’ aġġustament”), meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sottolimitu għal sena finanzjarja partikolari jkunu juru li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rata ta’ aġġustament għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) ta’ dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(2)(f) ta’ dan ir-Regolament (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ir-rata ta’ aġġustament”), meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sottolimitu għal sena finanzjarja partikolari jkunu juru li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.

Sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja li għaliha tkun se tapplika r-rata ta’ aġġustament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rata ta’ aġġustament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

Għandhom jiġu esklużi l-pagamenti diretti taħt il-Programm POSEI peress li dawn diġà għandhom limitu massimu stabbilit fir-Regolament 228/2013 li jimpedixxi li, mill-perspettiva tal-programmazzjoni u tal-implimentazzjoni, jikkontribwixxu għal kwalunkwe nefqa żejda.

Emenda 91

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Diżimpenn awtomatiku għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

Diżimpenn awtomatiku għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b’mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun intbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3) b’rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn baġitarju.

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b’mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun intbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3) b’rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta’ Diċembru tat- tielet sena wara dik tal-impenn baġitarju.

2.   Dik il-parti tal-impenji baġitarji li jkun għadha miftuħa fl-aħħar data ta’ eliġibbiltà tan-nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] jew li dwarha ma tkun saret l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa fi żmien sitt xhur minn dik id-data għandha tiġi diżimpenjata b’mod awtomatiku.

3.   F’każ li jkun hemm proċedimenti legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett sospensiv, il-perjodu għad-diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, għall-ammont marbut mal-ħidmiet ikkonċernati, għall-perjodu li matulu jdumu għaddejjin dawk il-proċedimenti jew dak l-appell amministrattiv, dejjem jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika motivata mingħand l-Istat Membru dwar dan sal-31 ta’ Jannar tas-sena N+3.

3.   F’każ li jkun hemm proċedimenti legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett sospensiv, il-perjodu għad-diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, għall-ammont marbut mal-ħidmiet ikkonċernati, għall-perjodu li matulu jdumu għaddejjin dawk il-proċedimenti jew dak l-appell amministrattiv, dejjem jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika motivata mingħand l-Istat Membru dwar dan sal-31 ta’ Jannar tas-sena N+ 4 .

4.   L-affarijiet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku:

4.   L-affarijiet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku:

(a)

dik il-parti tal-impenji baġitarji li dwarha tkun saret dikjarazzjoni tan-nefqa iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ikun ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N+2;

(a)

dik il-parti tal-impenji baġitarji li dwarha tkun saret dikjarazzjoni tan-nefqa iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ikun ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N+ 3 ;

Raġuni

Il-kumplessità tal-programm u tal-livelli istituzzjonali involuti titlob li terġa tiddaħħal N+3

COM(2018) 394 final

Emenda 92

Premessa ġdida wara l-premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fid-dawl tad-dgħufija dejjem jikber tal-produtturi fil-katina tal-provvista tal-ikel, hemm bżonn ta’ qafas regolatorju bejn il-PAK u l-politika ta’ kompetizzjoni, f’konformità mal-Artikolu 42 tat-Trattat dwar il-preċedenza tal-objettivi tal-PAK.

Raġuni

Dan huwa konformi mal-Artikolu 42 tat-Trattat.

Emenda 93

Premessa ġdida wara l-premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Minħabba l-volatilità akbar fil-prezzijiet agrikoli, u fid-dawl tal-evalwazzjoni tal-istrumenti implimentati fir-riformi preċedenti tal-PAK, huwa meħtieġ li jiġu riveduti miżuri kontra t-tfixkil fis-suq.

Raġuni

Kriżijiet settorjali jdgħajfu ħafna azjendi agrikoli u reġjuni tal-produzzjoni. Dawn jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-għadd ta’ azjendi u d-demotivazzjoni taż-żgħażagħ biex jistabbilixxu ruħhom. Jeħtieġ li tiġi indirizzata.

Emenda 94

Premessa ġdida wara l-premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Minħabba li s-swieq agrikoli qed jikbru u l-iżbilanċi bejn il-produtturi, il-proċessuri u d-distributuri fid-distribuzzjoni ta’ valur miżjud, jeħtieġ li tiġi identifikata u prevista l-evoluzzjoni tas-swieq. Sabiex dan jestendi għal diversi setturi, inħolqu osservatorji Ewropej għal kull settur. Huma janalizzaw il-volumi ta’ produzzjoni, ta’ importazzjoni, ta’ esportazzjoni, il-prezzijiet, il-marġnijiet u l-ispejjeż tal-produzzjoni. Fil-każ ta’ tfixkil fis-suq, dawn l-osservatorji jwissu lill-Kummissjoni Ewropea, li timplimenta miżuri ta’ regolazzjoni tal-produzzjoni sabiex is-suq jerġa’ jiġi bbilanċjat, filwaqt li jirrispettaw l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Raġuni

L-informazzjoni meħtieġa trid tiġi fornita biex ikun hemm reazzjonijiet rapidi u effikaċi għal tfixkil fis-suq, u jitnaqqsu l-ispejjeż baġitarji, li huma ferm ħorox meta l-UE taġixxi a posteriori, kif uriet fis-settur tal-ħalib mill-2008.

Emenda 95

Artikolu 1(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:

[…]

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:

[…]

(4)

Il-Kapitolu II tat-Titlu I tal-Parti II huwa emendat kif ġej:

(4)

Il-Kapitolu II tat-Titlu I tal-Parti II huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KAPITOLU II

Għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħaxix u ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib fl-istabbilimenti edukattivi”;

(b)

l-intestatura “Taqsima 1” u t-titlu tagħha jitħassru;

(c)

L-Artikolu 23a huwa emendat kif ġej:

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-għajnuna taħt l-iskema għall-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti, il-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament u l-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1) ma għandhiex taqbeż il-EUR 220 804 135 miljun għal kull sena skolastika.

F’dak il-limitu globali, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a)

għall-frott u l-ħaxix għall-iskejjel: EUR 130 608 466 miljun għal kull sena skolastika.

(b)

għall-ħalib għall-iskejjel: EUR 90 195 669 miljun għal kull sena skolastika”.

Fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, it-tieni sentenza titħassar;

(ii)

Fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, it-tieni sentenza titħassar;

(iii)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4   Mingħajr ma jinqabeż il-limitu globali ta’ EUR 220 804 135 miljun stipulat fil-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru jista’ jittrasferixxi darba kull sena skolastika sa 20 % tal-allokazzjoni indikattiva waħda jew l-oħra tiegħu.”;

(iii)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4   Mingħajr ma jinqabeż il-limitu globali ta’ EUR 220 804 135 miljun stipulat fil-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru jista’ jittrasferixxi darba kull sena skolastika sa 20 % tal-allokazzjoni indikattiva waħda jew l-oħra tiegħu. Dan il-perċentwal jista’ jilħaq il-25 % fi Stati Membri b’reġjuni ultraperiferiċi, b’konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE u f’każijiet oħrajn debitament iġġustifikati”;

[…]

[…]

Raġuni

Dan iħaddan il-prinċipju msemmi fil-Premessa 8 tar-Regolament 2016/791, li permezz tiegħu tiġi allokata aktar għajnuna lir-reġjuni anqas żviluppati, lill-gżejjer minuri tal-Eġew u lir-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl tad-diversifikazzjoni agrikola limitata tagħhom u l-impossibbiltà frekwenti li jinstabu ċerti prodotti fir-reġjun ikkonċernat.

Emenda 96

Artikolu 119

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Indikazzjonijiet obbligatorji

Indikazzjonijiet obbligatorji

1.   It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15, 16, 18 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin:

id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dielja skont il-Partii II tal-Anness VII;

(a)

id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dielja skont il-Partii II tal-Anness VII;

(b)

ta’ nbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta;

i.

it-terminu “denominazzjoni tal-oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”, u

ii.

isem id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta.

(b)

ta’ nbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta;

i.

it-terminu “denominazzjoni tal-oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”, u

ii.

isem id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;

(c)

il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum;

(c)

il-valur tal-enerġija għal kull 100 ml;

(d)

indikazzjoni tal-provenjenza;

(d)

il-lista ta’ ingredjenti, inklużi ingredjenti intermedji tal-inbid, din il-lista tista’ tkun aċċessibbli minn flashcode;

(e)

indikazzjoni ta’ min jibbottilja jew, fil-każ ta’ nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta’ kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità, l-isem tal-produttur jew tal-bejjiegħ;

(e)

il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum;

(f)

indikazzjoni tal-importatur fil-każ ta’ nbejjed importati; u

(f)

indikazzjoni tal-provenjenza;

(g)

fil-każ ta’ nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta’ kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità, indikazzjoni tal-kontenut ta’ zokkor.

(g)

indikazzjoni ta’ min jibbottilja jew, fil-każ ta’ nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta’ kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità, l-isem tal-produttur jew tal-bejjiegħ;

(h)

indikazzjoni tal-importatur fil-każ ta’ nbejjed importati; u

(i)

fil-każ ta’ nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta’ kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità, indikazzjoni tal-kontenut ta’ zokkor.

Raġuni

Il-konsumaturi għandhom id-dritt li jkollhom, bħal fil-każ ta’ prodotti oħrajn tal-ikel, tikkettar aktar komprensiv, b’mod partikolari fir-rigward tal-aspett tan-nutrizzjoni u l-modi tal-inbid.

Emenda 97

Artikolu 152(1)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Organizzazzjoni tal-produttur

L-Organizzazzjoni tal-produttur

B’deroga mill-Artikolu 101(1) TFUE, organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tippjana l-produzzjoni, tottimizza l-ispejjeż tal-produzzjoni, tqiegħed fis-suq u tinnegozja kuntratti għall-provvista ta’ prodotti agrikoli, f’isem il-membri tagħha għall-produzzjoni totali kollha tagħhom jew għal parti minnha.

L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu:

Organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tippjana l-produzzjoni, tottimizza l-ispejjeż tal-produzzjoni, tqiegħed fis-suq u tinnegozja kuntratti għall-provvista ta’ prodotti agrikoli, f’isem il-membri tagħha għall-produzzjoni totali kollha tagħhom jew għal parti minnha.

L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu:

(a)

dment li waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (b)(i) sa (vii) tal-paragrafu 1 ikunu eżerċitati ġenwinament, u b’hekk jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE;

dment li organizzazzjoni tal-produtturi tikkonċentra l-provvista u tqiegħed il-prodotti tal-membri tagħha fis-suq, jekk isir trasferiment jew le tas-sjieda ta’ prodotti agrikoli mill-produtturi lill-organizzazzjoni tal-produtturi;

Il-kompiti u l-objettivi tal-organizzazzjonijiet definiti fil-PAK ma jaqgħux taħt l-Artikolu 101 tat-TFUE (QtĠE, Każ endives). Għaldaqstant ma hemmx lok li dan it-test jiżdied fil-bidu ta’ sentenza.

Emenda 98

Artikolu 209(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Eċċezzjonijiet għall-objettivi tal-PAK u tal-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

Eċċezzjonijiet għall-objettivi tal-PAK u tal-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki msemmija fl-Artikolu 206 ta’ dan ir-Regolament meħtieġa għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE.

Artikolu 101(1) TFUE m’għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta’ tali assoċjazzjonijiet, jew ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 152 jew l-Artikolu 161 ta’ dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156 ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħażna, it-trattament jew l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, sakemm ma jiġux ipperikolati l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jwasslu għal obbligu biex jintalab prezz identiku jew li permezz tiegħu tiġi eskluża l-kompetizzjoni.

Raġuni

Skont l-għan ta’ distribuzzjoni aħjar tal-valur miżjud tul il-katina tal-ikel u li tissaħħaħ f’dan is-sens is-setgħa tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, huwa importanti li dan il-paragrafu jkun jista’ japplika għan-negozjati ta’ prezzijiet.

Emenda 99

Artikolu 219(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex issir reazzjoni effiċjenti u effikaċi kontra t-theddid ta’ tfixkil fis-swieq ikkawżat minn żieda jew tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fi swieq interni u esterni jew avvenimenti u ċirkostanzi oħrajn li jfixklu jew jheddu li jfixklu s-suq b’mod sinifikanti, fejn dik is-sitwazzjoni jew l-effetti tagħha fuq is-suq x’aktarx ser tkompli jew issir agħar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti f’konformità mal-Artikolu 227 biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni tas-suq, filwaqt li jiġi rrispettat kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn ftehimiet internazzjonali konklużi f’konformità mat-TFUE u sakemm kwalunkwe miżura oħra disponibbli taħt dan ir-Regolament tidher li tkun insuffiċjenti.

Fejn fil-każijiet ta’ theddid ta’ tfixkil fis-swieq imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ urġenza li jesiġu hekk, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 228 għal atti ddelegati adottati skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Dawn ir-raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jistgħu jinkludu l-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi indirizzat jew jiġi evitat tfixkil fis-suq, fejn it-theddid ta’ tfixkil fis-suq tant iseħħ malajr jew b’mod mhux mistenni li azzjoni immedjata tkun meħtieġa biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b’mod effiċjenti u effettiv, jew fejn azzjoni tipprevjeni tali theddid ta’ tfixkil fis-suq milli jimmaterjalizza, ikompli jew milli jinbidel fi tfixkil aktar serju jew imtawwal, jew fejn id-dewmien ta’ azzjoni immedjata jhedded li jikkawża jew jaggrava t-tfixkil jew iżid l-ambitu tal-miżuri li aktar tard ikunu meħtieġa biex it-theddid jew it-tfixkil jiġi indirizzat, jew ikun ta’ ħsara għall-kondizzjonijiet tal-produzzjoni jew tas-suq.

Biex jiġi indirizzat it-tfixkil tas-suq jew it-theddida tiegħu, dawn il-miżuri jistgħu, sa fejn u għaż-żmien meħtieġ, jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni, it-tul ta’ żmien jew aspetti oħra ta’ miżuri oħra previsti skont dan ir-Regolament, jew jipprovdu għal rifużjonijiet tal-esportazzjoni, jew jissospendu dazji ta’ importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet jew perijodi skont il-ħtieġa.

Biex jiġi indirizzat it-tfixkil tas-suq jew it-theddida tiegħu, dawn il-miżuri jistgħu, sa fejn u għaż-żmien meħtieġ, jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni, it-tul ta’ żmien jew aspetti oħra ta’ miżuri oħra previsti skont dan ir-Regolament, jew jissospendu dazji ta’ importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet jew perijodi skont il-ħtieġa.

Raġuni

L-għajnuna għall-esportazzjoni mhijiex aċċettabbli għal pajjiżi terzi u tiswa l-flus lill-kontribwenti, tiswa aktar mill-prevenzjoni tal-kriżijiet.

Emenda 100

Punt ġdid wara l-Artikolu 219(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jekk il-prezz tas-suq jaqa’ taħt ċertu livell, ikun flessibbli, indiċjat mal-ispejjeż ta’ produzzjoni medja, u li jiġi stabbilit mill-Osservatorju tas-Suq Ewropew tas-settur ikkonċernat, il-Kummissjoni Ewropea għandha timplimenta, skont is-sitwazzjoni tas-suq u tas-settur ikkonċernat, għajnuna lill-produtturi tas-settur ikkonċernat, li, fuq perjodu definit, inaqqsu volontarjament il-konsenji tagħhom meta mqabbla mal-istess perjodu fis-sena ta’ qabel.

(i)

L-għajnuna għandha tingħata fuq il-prinċipju ta’ applikazzjoni mill-produtturi sottomessa fi ħdan l-Istat Membru fejn huma stabbiliti, permezz tal-metodu stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat.

(ii)

Sabiex jiġi żgurat li din l-iskema tiġi implimentata b’mod effikaċi u adegwat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, abbażi tad-data tal-Osservatorju tas-Suq Ewropew tas-settur ikkonċernat:

il-volum jew il-kwantità massima totali ta’ konsenji li għandha titnaqqas fil-livell tal-Unjoni fil-qafas tal-iskema ta’ tnaqqis;

it-tul tal-perjodu ta’ tnaqqis u, jekk ikun hemm bżonn, l-estensjoni tiegħu,

l-ammont ta’ għajnuna skont il-volum jew il-kwantità ta’ tnaqqis u l-arranġamenti ta’ finanzjament tagħha,

il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna lill-applikanti u għall-applikazzjonijiet tagħhom,

il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni ta’ din l-iskema.

Raġuni

L-UE teħtieġ għodod regolatorji tal-volumi tal-produzzjoni, fil-każ ta’ tfixkil tas-suq, li jkunu effettivi b’mod rapidu, li ma jiswewx ħafna għall-baġit Ewropew, u li jippermettu lill-produtturi li ma jbiegħux b’telf u jgħixu l-professjoni tagħhom, li hija garanzija ta’ attrazzjoni għaż-żgħażagħ.

Emenda 101

Artikolu 226(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Qafas tal-prestazzjoni

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas ta’ prestazzjoni għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet matul l-implimentazzjoni tiegħu.

2.     Il-qafas ta’ prestazzjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

l-indikaturi komuni kollha tal-kuntest, tal-kisbiet, tar-riżultati u tal-impatt, li għandhom iservu bħala l-bażi għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u rapport annwali ta’ prestazzjoni;

(b)

il-miri u l-istadji importanti annwali stabbiliti b’rabta mal-objettiv speċifiku rilevanti bl-użu tal-indikaturi tar-riżultati;

(c)

il-ġbir, il-ħżin u t-trażmissjoni tad-data;

(d)

ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-kriżi għal kull wieħed mis-setturi li kienu milquta matul is-sena;

(e)

miżuri ta’ riżerva bil-għan li jkun hemm użu effiċjenti tal-FAEG kollu.

3     Il-qafas ta’ prestazzjoni għandu jimmira li:

(a)

jivvaluta l-impatt, l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud Ewropew tal-PAK;

(b)

rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni f’termini ta’ prevenzjoni u ġestjoni ta’ kriżijiet;

(c)

ma tibqax tintuża l-loġika ta’ konsum attwali tal-baġit tal-FAEG;

(d)

ikun hemm progress lejn loġika ta’ tmexxija kontroċiklika ta’ swieq agrikoli u dħul agrikolu fejn il-Kummissjoni tottimizza l-użu ta’ fondi pubbliċi skont iċ-ċikli ekonomiċi, l-inċidenti klimatiċi u tensjoni ġeopolitika.

Raġuni

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-istrateġija tagħha f’każ ta’ kriżijiet sabiex tkun tista’ titqies bħala responsabbli quddiem il-Parlament u l-Kunsill. Il-kjarifika tal-istrateġija tagħha hija prerekwiżit essenzjali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu min-naħa tagħhom jistabbilixxu l-prijoritajiet tagħhom.

Emenda 102

Artikolu 226

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Pjan ta’ Ġestjoni tal-Kriżijiet

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet għall-implimentazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni ffinanzjata mill-FAEG sabiex ikun possibbli t-twettiq tal-objettivi tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-għan ta’ stabilizzazzjoni tas-suq.

2.     Abbażi tar-rapport li jiddefinixxi tipi ta’ kriżijiet imsemmija fl-Artikolu 225(c), u x-xogħol ta’ evalwazzjoni mwettaq fl-ewwel pilastru tal-PAK b’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi strateġija ta’ intervent għal kull tip ta’ kriżi. Għandha ssir analiżi SWOT ta’ kull wieħed mill-istrumenti tal-ġestjoni tas-suq definiti f’dan ir-Regolament sabiex jiġu identifikati sinerġiji possibbli bejn l-istrumenti.

3.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 sabiex jiġu stabbiliti miri kwantitattivi u stadji importanti sabiex b’hekk l-istrumenti f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 39 tat-TFUE. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni abbozz ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet sal-1 ta’ Jannar 2020 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi ta’ dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

4.     Il-pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027, bi klawsola għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu fit-30 ta’ Ġunju 2024 meta l-konsistenza globali tiegħu mal-pjanijiet strateġiċi tal-Istati Membri għandha tiġi ottimizzata għal użu aktar effiċjenti ta’ fondi pubbliċi u sabiex jiżdied iżjed valur lejn l-Unjoni.

Raġuni

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-istrateġija tagħha f’każ ta’ kriżijiet sabiex tkun tista’ titqies bħala responsabbli quddiem il-Parlament u l-Kunsill. Il-kjarifika tal-istrateġija tagħha hija prerekwiżit essenzjali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu min-naħa tagħhom jistabbilixxu l-prijoritajiet tagħhom.

Emenda 103

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 228/2013

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 228/2013

Fl-Artikolu 30, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Fl-Artikolu 30, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Għal kull sena finanzjarja l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV, sa somma annwali massima ta’:

“2.   Għal kull sena finanzjarja l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV, sa somma annwali massima ta’:

fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR  267 580 000 ;

Azores u Madeira: EUR  102 080 000 ;

il-Gżejjer Kanarji: EUR  257 970 000 .

fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR  278 410 000 ;

Azores u Madeira: EUR  106 210 000 ;

il-Gżejjer Kanarji: EUR  268 420 000 .

3.   L-ammonti għal kull sena finanzjarja għall-finanzjament tal-miżuri previsti fil-Kapitolu III ma jistgħux ikunu akbar mill-ammonti li ġejjin:

3.   L-ammonti għal kull sena finanzjarja għall-finanzjament tal-miżuri previsti fil-Kapitolu III ma jistgħux ikunu akbar mill-ammonti li ġejjin:

fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR  25 900 000 ;

Azores u Madeira: EUR  20 400 000 ;

il-Gżejjer Kanarji: EUR  69 900 000 .

fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR  26 900 000 ;

Azores u Madeira: EUR  21 200 000 ;

il-Gżejjer Kanarji: EUR  72 700 000 .

[…]

[…]

Raġuni

Mhuwiex aċċettabbli li jitnaqqsu 3,9 % tal-fondi maħsuba għall-Programm POSEI, meta wieħed iqis l-evalwazzjonijiet pożittivi ta’ dan il-programm u l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea biex iżżomm il-livell ta’ finanzjament. Jeħtieġ li, tal-anqas, tinżamm l-allokazzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali għar-reġjuni ultraperiferiċi.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jitlob lill-UE biex tagħmel il-PAK politika agrikola kompetittiva, moderna, ġusta, sostenibbli u ta’ solidarjetà għall-benefiċċju tal-bdiewa, it-territorji, il-konsumaturi u ċ-ċittadini;

2.

jenfasizza l-ħtieġa li l-PAK tkun iffinanzjata b’mod adegwat u għaldaqstant jopponi t-tnaqqis tal-fondi tal-UE għall-PAK ta’ wara l-2020; jemmen li jekk huwa possibbli, jekk il-baġit tal-PAK jiġi mnaqqas, jintuża aħjar permezz ta’ tqassim iktar ġust tal-pagamenti diretti;

3.

jirrifjuta t-tnaqqis propost ta’ 28 % għall-baġit tal-iżvilupp rurali, għall-kuntrarju tal-objettiv tal-koeżjoni territorjali tal-UE;

4.

jitlob l-introduzzjoni mill-ġdid tal-FAEŻR fil-Qafas Strateġiku Komuni;

5.

itenni l-ħtieġa għal sinerġija aktar b’saħħitha bejn il-FEŻR, il-FSE, il-FAEŻR sabiex tiġi faċilitata l-innovazzjoni u jiġi stimulat il-ħolqien ta’ ktajjen ta’ produzzjoni innovattivi tal-agrikoltura;

6.

jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ aġenda rurali u periurbana u ż-żieda tal-fondi globali tal-iżvilupp rurali sabiex jiġi żgurat li l-politiki kollha tal-UE jikkontribwixxu għall-għanjiet ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jenfasizza r-rwol tal-PAK bħala politika li tgħin iżżomm lin-nies fiz-zoni rurali;

7.

jaħseb li trasferiment eċċessiv tal-kompetenzi lill-Istati Membri jwassal permezz tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali jwassal għal rinazzjonalizzazzjoni tal-PAK u għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni; Hemm bżonn ta’ biżżejjed flessibbiltà biex jiġi żgurat approċċ ibbażat fuq il-post, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet partikolari u l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni agrikoli;

8.

jitlob li l-objettivi komuni Ewropej li jistgħu jitkejlu għall-pjanijiet strateġiċi nazzjonali jiġu integrati fir-Regolament;

9.

jitlob li r-reġjuni jkollhom rwol prominenti fil-governanza tal-pjanijiet strateġiċi, b’mod partikolari għat-Tieni Pilastru;

10.

ifakkar li r-regolazzjoni tas-swieq hija aktar effiċjenti u irħas milli jiġu skattati miżuri a posteriori;

11.

jitlob li jiġu stabbiliti għodod mhux obbligatorji ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ibbażati fuq il-ġestjoni tal-volumi tal-produzzjoni;

12.

jitlob li jiġu stabbiliti programmi operattivi settorjali fil-livell Ewropew, aktar milli fil-livell tal-Istati Membri, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bejn l-Istati Membri u bejn is-setturi;

13.

jitlob li jiġu stabbiliti kriterji Ewropej eżiġenti għad-definizzjoni ta’ bdiewa attivi mill-Istati Membri;

14.

jipproponi konverġenza sħiħa tal-pagamenti diretti bejn l-Istati Membri malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mill-2027;

15.

jipproponi li f’pajjiżi u reġjuni fejn għadha mhix implimentata, il-konverġenza interna tiżdied b’mod progressiv, billi jiġu favoriti reġjuni żvantaġġati, biex tkun kompleta fl-2026;

16.

jappoġġja l-proposta li jiġu introdotti limiti massimi tal-pagamenti diretti u jipproponi li jitqies sa massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż effettivi biex jiġu rikonċiljati l-effikaċja tal-limiti masimi u l-kunsiderazzjoni tal-impjiegi;

17.

jappoġġja t-twaqqif ta’ pagament ridistributtiv obbligatorju u jipproponi li jiżdied id-daqs, b’minimu ta’ 30 % tal-fondi tal-Ewwel Pilastru.

18.

minħabba d-diffikultà li jiġu attirati żgħażagħ lejn il-professjoni ta’ bidwi, jipproponi li l-bonus għal bdiewa żgħażagħ ikun obbligatorju għall-Istati Membri;

19.

jipproponi li jinżamm il-limitu ta’ 13 % (+ 2 % għall-uċuħ tar-raba’ tal-proteini) tal-pakkett nazzjonali għal pagamenti akkoppjati mal-objettivi biex jipprevjeni l-abbandun tal-attività agrikola fit-territorji rurali, titjieb l-awtosuffiċjenza alimentari tal-UE, jiġu mmirati biss prodotti u metodi ta’ produzzjoni sostenibbli u tiġi eskluża l-produzzjoni tal-agrokarburanti u xi oħrajn mhux prijoritarji;

20.

jipproponi li appoġġ speċifiku għal bdiewa żgħar huwa obbligatorju għall-Istati Membri, u li tiġi adattata d-definizzjoni ta’ bidwi żgħir, l-ammont tal-għajnuna u l-pakkett finanzjarju;

21.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-estensjoni tal-kundizzjonalità għat-totalità tal-pagament bażiku u t-tkabbir tagħha, li tinkludi rotazzjoni annwali tal-uċuħ tar-raba;

22.

jitlob li l-kundizzjonalità tiġi estiża għar-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema agrikoli u għar-regolament dwar il-benessri tal-annimali;

23.

jipproponi li jerġa’ jiġi stabbilit rekwiżit minimu ta’ 7 % ta’ żoni mhux produttivi ta’ interess ekoloġiku għal kull azjenda;

24.

japprova l-prinċipju ta’ skema ekoloġika u jipproponi li jiġi ddedikat minimu ta’ 30 % tal-pakkett nazzjonali tal-pagamenti;

25.

jipproponi li kull pjan strateġiku nazzjonali jilħaq il-limitu minimu ta’ 40 % tal-pakkett finanzjarju globali tal-PAK li jikkontribwixxi għall-miri ambjentali u klimatiċi;

26.

jixtieq li tinżamm ir-rata ta’ kofinanzjament attwali għat-Tieni Pilastru, b’rata li tilħaq 80 % għall-erba’ miżuri li ġejjin: miżuri agroambjentali, il-biedja organika, Natura 2000 u miżuri ta’ kooperazzjoni;

27.

jopponi l-possibilità ta’ trasferiment mit-Tieni għall-Ewwel Pilastru li jmur kontra l-interessi taż-żoni rurali, u japprova t-trasferiment bil-kontra;

28.

jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ li topera bis-sħiħ għall-ġbir regolari ta’ data mkejla u aġġornata dwar ir-residwu tal-pestiċidi fuq l-ambjent (speċjalment fil-ħamrija u fl-ilma) possibbilment abbażi tal-esperjenza ta’ suċċess mas-sistema għall-monitoraġġ tal-ħamrija LUCAS, jiġifieri l-istħarriġ qafas statistiku tal-użu tal-art taż-żona koperta.

29.

iqis li l-assigurazzjoni tal-introjtu hija strument li jiswa l-flus, ftit li xejn adattat għall-azjendi żgħar u ta’ daqs medju, li ma tistax tissostitwixxi regolazzjoni tas-swieq u l-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn sistemi ta’ produzzjoni iktar reżiljenti u awtonomi;

30.

jipproponi li l-għoti ta’ għotjiet għall-investimenti, li jikkunsmaw ammonti kbar mill-baġits tat-Tieni Pilastru, ikunu kondizzjonali fuq valutazzjoni tal-impatt ambjentali tagħhom u limitat għal 10 % tal-pakkett tat-Tieni Pilastru;

31.

jipproponi libiex tiġi appoġġata ż-żamma tal-biedja f’żoni żvantaġġati, il-konċessjoni kumpensatorja għall-iżvantaġġi naturali permanenti (CANH) trid tkun obbligatorja għall-Istati Membri fejn japplika;

32.

japprova ż-żamma ta’ limitu ta’ 5 % għall-programmi Leader, li jippermetti l-iżvilupp ta’ inizjattivi territorjali lokali;

33.

jipproponi li l-Istati Membri jkunu obbligati jinkludu fil-pjanijiet tagħhom ta’ żvilupp rurali miżuri għal katini tal-provvista qosra, il-forniment kollettiv tal-ikel organiku u lokali, kanali b’tikketta ta’ kwalità, l-agrikoltura tal-muntanji, it-taħriġ fil-biedja organika, l-agroekoloġija u l-agroforestrija;

34.

jipproponi li, fil-qafas tal-programm ta’ riċerka Orizzont 2020 u wara, tingħata prijorità fil-qasam tal-agrikoltura lir-riċerka dwar il-metodi ta’ produzzjoni agroekoloġiċi u tal-agroforestrija, billi tiġi promossa r-riċerka parteċipattiva bejn il-bdiewa u r-riċerkaturi;

35.

jirrakkomanda wkoll il-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali u ekonomika permezz tal-promozzjoni ta’ “rħula intelliġenti”.

Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).