15.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/7


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ Jannar 2015 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39861 — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax fil-Yen

Relatur: In-Netherlands

(2017/C 305/06)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma li jinsabu fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw f’wieħed jew aktar mis-seba’ ksur rispettivi separati u kontinwi tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 taż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew tal-prattiki miftiehma kien li jillimita l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 taż-ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u l-partijiet kontraenti tal-Ftehim ŻEE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tul tal-każijiet ta’ ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li jiġi ddeterminat tul ta’ żmien għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemm l-ebda ċirkostanza aggravanti applikabbli f’dan il-każ.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Avviż dwar il-Klemenza tal-2006.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.