28.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/8


Notifika li tikkonċerna l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija suġġetta għar-rata ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkoperaw mhux fil-kampjun

(2017/C 204/08)

L-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina (“oġġetti tal-mejda”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma soġġetti għal dazju antidumping definittiv, impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1) (“ir-Regolament (UE) Nru 412/2013”).

Kumpanija waħda li tinsab fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Kodiċi addizzjonali TARIC B521 (2), li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ oġġetti tal-mejda huma soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %, infurmat lill-Kummissjoni li bidlet isimha kif imniżżel hawn taħt.

Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla f’isimha ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju applikat lill-kumpanija taħt l-isem li kellha qabel.

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament (UE) Nru 412/2013.

Għaldaqstant, ir-referenza fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 412/2013 għal:

Fujian De Hua Jiashun Art&Crafts Co., Ltd

B521

għandha tinbidel għal:

Fujian Jiashun Art&Crafts Co., Ltd

B521

Il-kodiċi addizzjonali TARIC B521 li qabel ġie attribwit għal Fujian De Hua Jiashun Art&Crafts Co., Ltd għandu japplika għal Fujian Jiashun Art&Crafts Co., Ltd.


(1)  ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1.

(2)  It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.